Salm
Hu tajjeb li nfaħħru bil-kant* lill-Alla tagħna;
Kemm hu pjaċevoli u xieraq li nfaħħruh.
2 Ġeħova qed jibni lil Ġerusalemm;
Qed jiġbor flimkien lill-Iżraelin li huma lsiera.
3 Hu jfejjaq lil dawk taʼ qalbhom maqsuma;
Jinfaxxa l-ġrieħi tagħhom.
4 Hu jaf kemm hemm stilel;
Jgħajtilhom kollha b’isimhom.
6 Ġeħova jqajjem lill-umli,
Imma jwaddab mal-art lill-ħżiena.
7 Irringrazzjaw lil Ġeħova bil-kant;
Faħħru lill-Alla tagħna bil-kant waqt li ddoqqu l-arpa,
8 Lil Dak li jiksi s-sema bis-sħab,
Dak li jipprovdi x-xita għall-art,
Dak li jkabbar il-ħaxix fuq il-muntanji.
9 Hu jagħti l-ikel lill-annimali,
Lill-frieħ taċ-ċawluni li jgħajtu bil-ġuħ.
11 Imma Ġeħova jieħu pjaċir b’dawk li jirrispettawh ħafna,*
Hu jieħu pjaċir b’dawk li jittamaw fl-imħabba u l-lealtà* tiegħu.
12 Ġerusalemm, igglorifika lil Ġeħova.
Sijon, faħħar lill-Alla tiegħek.
13 Hu jissoda l-istaneg tal-bibien tal-belt tiegħek;
Ibierek lit-tfal tiegħek.
14 Hu jġib il-paċi fit-territorju tiegħek;
Ixebbgħek bl-aqwa qamħ.
15 Hu jagħti kmand lill-art;
Dak li jgħid jasal hemm malajr.
16 Hu jgħatti l-art bil-borra bħal kutra tas-suf;
Ixerred il-borra bħall-irmied.
17 Hu jitfaʼ s-silġ tiegħu bħall-frak tal-ħobż.
Min jiflaħ għall-kesħa tiegħu?
18 Meta jagħti kmand, is-silġ idub.
Hu jġiegħel lir-riħ jonfoħ u l-ilmijiet igelglu.
19 Hu jxandar il-kelma tiegħu lil Ġakobb,
Ir-regoli u d-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħu lil Iżrael.
20 Hu m’għamilx dan ma’ poplu ieħor;
Dawn ma jafu xejn dwar id-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħu.
Faħħru lil Jah!*