Salm
Lid-direttur; fuq Ġedutun.* Għanja t’Asaf.
77 Jien se ngħajjat lil Alla għall-għajnuna,
Lilu se ngħajjat, u hu se jismagħni.
2 Meta nkun inkwetat infittex lil Ġeħova.
Billejl bqajt ngħolli jdejja lejh waqt li nitlob.
Xejn ma jgħinni nħossni aħjar.*
4 Alla tiegħi, int ma tħallinix norqod;
Jien imdejjaq u ma niflaħx nitkellem.
5 Jien naħseb dwar żmien twil ilu,
Iż-żmien tal-passat.
6 Matul il-lejl, niftakar fl-għanja tiegħi;*
Jien nimmedita fil-fond;
Jien* nipprova nsib tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet:
7 Ġeħova se jwarrabna għal dejjem?
Qatt se jerġaʼ jħenn għalina?
8 Se jerġaʼ jurina mħabba u lealtà?*
Se jkun hemm xi ħadd mill-ġenerazzjonijiet li se jara l-wegħda tiegħu titwettaq?
9 Nesa Alla juri qalb tajba?
Ġegħlitu r-rabja tiegħu jieqaf juri ħniena? (Sela)
11 Jien se niftakar dak li għamilt int, Jah;
Jien se niftakar l-affarijiet mill-isbaħ li għamilt int żmien twil ilu.
12 Se nimmedita fuq dak kollu li għamilt,
U naħseb dwar xogħol idejk.
13 Alla tiegħi, int taġixxi b’mod qaddis.
Hemm xi alla li hu aqwa minnek, Alla tiegħi?
14 Int l-Alla l-veru li tagħmel affarijiet tal-għaġeb.
Int urejt is-saħħa li għandek lin-nies.
16 Alla tiegħi, l-ilmijiet rawk;
L-ilmijiet rawk u qabadhom uġigħ kbir.
U l-ilmijiet fondi bdew jitqallbu.
17 Niżlet ix-xita mis-sħab.
Beda jriegħed mis-sħab iswed.
Is-sajjetti tiegħek bdew ifaqqgħu maʼ kullimkien bħal vleġeġ.
18 Il-ħoss tar-ragħad tiegħek kien bħal taʼ roti taʼ karru;
Is-sajjetti dawlu l-art kollha;
L-art triegħdet u theżżet.
20 Int mexxejt lill-poplu tiegħek bħal merħla
Permezz taʼ Mosè u Aron.