Danjel
11 “U inkwantu għalija, fl-ewwel sena taʼ Darju, il-Medi,+ jien qomt biex insaħħu u nkun bħala fortizza għalih. 2 U issa se ngħidlek x’inhi l-verità:+
“Ara! Għad ikun hemm tliet slaten li jqumu fil-Persja,+ u r-rabaʼ wieħed+ jiġmaʼ iktar rikkezzi mill-oħrajn kollha.+ U malli jsir b’saħħtu bir-rikkezzi tiegħu, hu jqum b’kulma għandu kontra s-saltna tal-Greċja.+
3 “U jqum sultan setgħan u jaħkem b’dominju mifrux+ u jagħmel li jrid.+ 4 U meta jkun qam,+ saltnatu titkisser u titqassam maʼ l-erbat irjieħ+ tas-smewwiet,+ imma mhux lid-dixxendenti tiegħu+ u mhux skond id-dominju li jkun ħakem bih hu; għaliex saltnatu tinqalaʼ mill-għeruq, iva, għal oħrajn minbarra dawn.
5 “U s-sultan tan-nofsinhar, jiġifieri, wieħed mill-prinċpijiet tiegħu, isir b’saħħtu; u jegħlbu u jaħkem b’dominju mifrux, akbar mill-qawwa li jaħkem biha dak il-wieħed.
6 “U wara xi snin jissieħbu flimkien, u bint is-sultan tan-nofsinhar tmur għand is-sultan tat-tramuntana sabiex tagħmel ftehim. Imma mhux se żżomm il-qawwa taʼ driegħha;+ u la hu u lanqas driegħu ma jibqgħu weqfin; u hi tingħata f’idejh, hi nfisha, u wkoll dawk li jġibuha, u dak li nissilha, u dak li jsaħħaħha f’dawk iż-żminijiet. 7 U wieħed mir-rimja+ t’għeruqha jqum fil-pożizzjoni tiegħu,* u jiġi lejn il-qawwa militari u jiġi kontra l-fortizza tas-sultan tat-tramuntana u ċertament li jaġixxi kontrihom u joħroġ rebbieħ. 8 U jmur l-Eġittu bl-allat tagħhom,+ bix-xbihat tagħhom magħmulin minn metall imdewweb, bl-oġġetti mixtiqin tagħhom tal-fidda u tad-deheb, u bl-imjassrin. U għal xi snin iżomm ’il bogħod mis-sultan tat-tramuntana.
9 “U fil-fatt jidħol fis-saltna tas-sultan tan-nofsinhar u mbagħad imur lura lejn artu.
10 “Issa inkwantu għal uliedu,* dawn jitqanqlu u fil-fatt jiġbru flimkien kotra taʼ qawwiet militari kbar ħafna. U jiġi u javanza u jgħarraq u jibqaʼ għaddej. Imma jmur lura, u jitqanqal u jitqabad it-triq kollha sal-fortizza tiegħu.
11 “U s-sultan tan-nofsinhar isir mgħaddab u joħroġ jiġġieled miegħu, jiġifieri, mas-sultan tat-tramuntana; u miegħu tqum folla kbira, u l-folla tingħata f’idejn dak il-wieħed.+ 12 U l-folla tinġarr lil hinn. Qalbu titkabbar,+ u jġiegħel lil għaxriet t’eluf jaqgħu; imma ma jużax il-pożizzjoni b’saħħitha tiegħu.
13 “U s-sultan tat-tramuntana jiġi lura u jwaqqaf folla akbar minn dik tal-bidu; u fi tmiem perijodu taʼ żmien, xi snin, hu jiġi, u dan jagħmlu b’qawwa militari kbira+ u b’ammont kbir taʼ ġid.+ 14 U f’dawk iż-żminijiet ikun hemm ħafna li jqumu kontra s-sultan tan-nofsinhar.
“U l-uħud vjolenti minn fost il-poplu tiegħek iqumu u jipprovaw iwettqu viżjoni;+ imma ma jirnexxilhomx.+
15 “U s-sultan tat-tramuntana jiġi u jibni rampa għall-assedju+ u fil-fatt jirbaħ belt bil-fortifikazzjonijiet. U d-dirgħajn* tan-nofsinhar ma jżommux weqfin, lanqas il-poplu tal-magħżulin tiegħu; u ma jkollhom ebda qawwa biex iżommu weqfin. 16 U dak li jiġi kontra tiegħu jagħmel li jrid, u ma jkun hemm ħadd li jżomm wieqaf quddiemu. U hu jieqaf fil-pajjiż tad-Dekorazzjoni,+ u jkun hemm qerda għalkollox minn idu.+ 17 U jwaħħalha f’rasu+ li jiġi bil-forza tas-saltna kollha tiegħu, u jkun hemm ftehim+ miegħu; u jaġixxi b’mod effettiv.+ U inkwantu għal bint in-nisa, jingħatalu li jeqridha. U mhix se tibqaʼ wieqfa, u ma tibqax tkun tiegħu.+ 18 U jdawwar wiċċu lura lejn l-artijiet taʼ mal-baħar+ u jieħu lil ħafna minnhom taħt idejh. U kmandant iwaqqaf l-għajb mingħandu għalih innifsu, sabiex l-għajb tiegħu ma jkunx fuqu. Hu jreġġgħu lura għal fuq dak il-wieħed. 19 U jdawwar wiċċu lura lejn il-fortizzi taʼ pajjiżu stess, u jitfixkel u jaqaʼ, u mhux se jinstab.+
20 “U fil-pożizzjoni tiegħu jqum wieħed+ li jġiegħel lil uffiċjal tat-taxxi+ jgħaddi mis-saltna taʼ ġmiel li ma bħalu, u fi ftit jiem jitkisser, imma mhux fir-rabja u lanqas fit-taqbid.
21 “U fil-pożizzjoni tiegħu jqum wieħed li għandu jiġi mistmerr,+ u m’humiex se jagħtuh id-dinjità tas-saltna; u jidħol meta ma jkunx hemm ansjetà+ u jaħtaf is-saltna permezz tat-tmellis.+ 22 U inkwantu għad-dirgħajn+ taʼ l-għargħar, dawn jiġu mgħarrqin minħabba fih, u jiġu mkissrin;+ bħalma jiġrilu wkoll+ il-Mexxej+ tal-patt.+ 23 U peress li jissieħbu miegħu, hu jimxi bil-qerq u fil-fatt jitlaʼ u jsir setgħan permezz taʼ ġens żgħir.+ 24 Meta ma jkunx hemm ansjetà,+ jidħol saħansitra fl-aħjar parti tal-provinċja u fil-fatt jagħmel dak li m’għamlux missirijietu u missirijiet missirijietu. Serq, priża, u ġid iqassmilhom; u kontra l-postijiet fortifikati hu jfassal il-proġetti tiegħu,+ imma sa xi żmien biss.
25 “U jqanqal il-qawwa tiegħu u jagħmel il-qalb kontra s-sultan tan-nofsinhar b’qawwa militari kbira; u s-sultan tan-nofsinhar, min-naħa tiegħu, jitqanqal għall-gwerra b’qawwa militari kbira u setgħana wisq. U hu* ma jżommx wieqaf, għaliex huma jfasslu proġetti kontrih. 26 U jkissruh dawk stess li jieklu l-ikel mill-aqwa tiegħu.
“U inkwantu għall-qawwa militari tiegħu, din tiġi mgħarrqa, u ħafna jaqgħu maqtulin.
27 “U rigward dawn iż-żewġ slaten, qalbhom tkun inklinata li tagħmel dak li hu ħażin, u fuq mejda waħda+ jibqgħu jgħidu l-gideb.+ Imma xejn ma jirnexxi,+ għaliex it-tmiem ikun għadu ma wasalx iż-żmien stabbilit għalih.+
28 “U hu jmur lura lejn pajjiżu b’ammont kbir taʼ ġid, u qalbu tkun kontra l-patt qaddis.+ U jaġixxi b’mod effettiv+ u jmur lura lejn pajjiżu.
29 “Hu jmur lura fiż-żmien stabbilit,+ u jmur kontra n-nofsinhar;+ imma d-darba taʼ l-aħħar ma tkunx bħal taʼ l-ewwel. 30 U jiġu kontrih l-iġfna tal- Kittim,+ u jkun imdejjaq.
“U jmur lura u jlissen akkużi+ kontra l-patt qaddis+ u jaġixxi b’mod effettiv; u hu jkollu jmur lura u jikkunsidra lil dawk li jitilqu l-patt qaddis. 31 U jkun hemm dirgħajn mibgħutin minnu li jqumu; u fil-fatt jipprofanaw is-santwarju,+ il-fortizza, u jneħħu s-sagrifiċċju offrut regolarment.+
“U huma jpoġġu f’postha l-ħaġa moqżieża+ li qed iġġib ħerba.+
32 “U dawk li qed jaġixxu bil-ħażen kontra l-patt,+ hu jdaħħalhom f’apostasija+ permezz taʼ kliem melliesi.+ Imma inkwantu għan-nies li jafu lil Alla tagħhom,+ dawn joħorġu rebbiħin+ u jaġixxu b’mod effettiv. 33 U dawk minn fost il-poplu li għandhom id-dehen+ se jgħinu lil ħafna biex ikollhom l-abbiltà li jifhmu.+ U huma jiġu mġegħlin jitfixklu bis-sejf, bil-fjamma, bil-jasar, u bis-serq,+ għal xi jiem. 34 Imma meta jiġu mġegħlin jitfixklu jiġu megħjunin bi ftit għajnuna;+ u ħafna jingħaqdu magħhom permezz tat-tmellis.+ 35 U xi wħud minn dawk li għandhom id-dehen jiġu mġegħlin jitfixklu,+ sabiex isir xogħol taʼ rfinar minħabba fihom u biex jitnaddfu u jibjadu,+ sa żmien it-tmiem;+ għaliex ikun għadu ma wasalx iż-żmien stabbilit.+
36 “U s-sultan jagħmel li jrid, u jitgħolla u jitkabbar fuq kull alla;+ u jgħid affarijiet orribbli kontra l-Alla taʼ l-allat.+ U jirnexxi sakemm tkun intemmet il-kundanna;+ għaliex dak li ġie deċiż irid isir. 37 U lill-Alla taʼ missirijietu mhux se jikkunsidrah; u x-xewqa tan-nisa u lil kull alla ieħor mhux se jikkunsidrahom, imma jitgħolla fuq kulħadd.+ 38 U fil-pożizzjoni tiegħu jagħti glorja lill-alla tal-fortizzi; u lil alla li missirijietu ma kinux jafuh jagħtih glorja permezz tad-deheb u permezz tal-fidda u permezz tal-ħaġar prezzjuż u permezz taʼ l-affarijiet taʼ valur. 39 U jaġixxi b’mod effettiv, bl-għajnuna t’alla barrani, kontra l-postijiet taʼ sigurtà l-iktar fortifikati. Lil kulmin irrikonoxxieh jimlieh bil-glorja, u jġiegħlu jaħkem lil ħafna; u l-art iqassamha għal prezz xieraq.
40 “U fi żmien it-tmiem, is-sultan tan-nofsinhar+ jinvolvi ruħu f’konfront miegħu, u s-sultan tat-tramuntana joħroġ b’saħna kontrih bil-karrijiet u bir-rikkieba taż-żwiemel u b’ħafna iġfna; u jidħol fil-pajjiżi u jgħarraqhom u jibqaʼ għaddej. 41 U jidħol+ ukoll fil-pajjiż tad-Dekorazzjoni,+ u jkun hemm ħafna pajjiżi li jitfixklu.+ Imma dawn huma li jeħilsuha minn taħt idejh: Edom, Mowab,+ u l-parti prinċipali minn ulied Għammon. 42 U jibqaʼ jmidd idu kontra l-pajjiżi; u inkwantu għall-art taʼ l-Eġittu,+ din mhix se teħlisha. 43 U jaħkem fuq it-teżori moħbijin tad-deheb u tal-fidda u fuq l-affarijiet taʼ valur kollha taʼ l-Eġittu. U l-Libjani u l-Etjopjani jmorru warajh.
44 “Imma jkun hemm rapporti li jħawduh,+ minn tlugħ ix-xemx+ u mit-tramuntana, u hu joħroġ b’dagħdigħa kbira fuqu sabiex iġib fix-xejn u jeqred* lil ħafna.+ 45 U jarma t-tined irjali tiegħu bejn il-baħar il-kbir u l-muntanja qaddisa tad-Dekorazzjoni;+ u jkollu jiġi t-triq kollha sa tmiemu,+ u ma jkunx hemm min jgħinu.+