Isaija
12 Dakinhar, int żgur li se tgħid:
“Nirringrazzjak Ġeħova,
Għax għalkemm kont irrabjat miegħi,
Issa m’għadekx, u farraġtni.
2 Alla hu dak li jsalvani.
Jien se nafda fih u mhux se nibżaʼ;
Għax Jah* Ġeħova hu s-saħħa u l-qawwa tiegħi,
U hu sar dak li jsalvani.”
3 Intom se ttellgħu l-ilma bil-ferħ
Mill-għejun tal-ilma li jġibu s-salvazzjoni.
4 U dakinhar se tgħidu:
“Irringrazzjaw lil Ġeħova, użaw ismu meta titolbu,
Għidu lill-popli b’dak li għamel!
Xandru li ismu hu kbir.
5 Faħħru bil-kant lil* Ġeħova, għax hu għamel affarijiet tal-għaġeb.
Ħa jkun dan magħruf mal-art kollha.
6 “Għajtu u werżqu bil-ferħ, nies taʼ Sijon,
Għax il-Qaddis t’Iżrael li qiegħed fostkom hu kbir.”