Ġob
Mhux se nżomm lura milli ngerger.
Se nitkellem dwar il-problemi tiegħi!*
2 Jien ngħid lil Alla, ‘Tgħidx li jien ħati.
Għidli għala qed teħodha kontrija.
3 X’se tieħu billi taħqarni?
Għala ma tqisux taʼ valur dak li għamilt int,
Filwaqt li taqbel mal-pjanijiet tal-ħżiena?
4 Għandek int għajnejn bħal tal-bnedmin,
Tistaʼ tara bħalma naraw aħna?
5 Hija l-ħajja tiegħek qasira bħal tal-bnedmin,
Tgħix int għal ftit snin bħan-nies,
6 Biex ħa toqgħod tfittex l-iżball tiegħi
U tara jekk dnibtx?
7 Int taf li m’iniex ħati;
U li ħadd ma jistaʼ jeħlisni minnek.
8 Int stess għamiltni,
Imma issa se teqridni għalkollox.
9 Jekk jogħġbok, ftakar li int mit-tafal għamiltni,
Imma issa se tibgħatni lura fit-trab.
11 Int libbistni bil-ġilda u l-laħam,
U għaqqadtni flimkien bl-għadam u n-nervituri.
13 Imma kellek il-ħsieb li tagħmilli affarijiet ħżiena bil-moħbi.*
Naf li int għamilthom.
14 Jekk nidneb, żgur tarani,
U ma taħfirlix l-iżbalji tiegħi.
15 Ħażin għalija jekk jien ħati!
U anki jekk jien innoċenti, ma nażżardax ngħolli rasi,
Għax ġejt iddiżonorat bil-kbir u għandi ħafna problemi.
16 Jekk ngħolli rasi, int tikkaċċjani bħalma jagħmel iljun,
U terġaʼ tuża s-saħħa tiegħek kontrija.
18 Allura għala ħallejtni nitwieled?
Aħjar mitt qabel ma rani xi ħadd.
19 Kieku kont nittieħed direttament fil-qabar;
Kont inkun qisni qatt ma eżistejt.’
20 Mhux ftit fadalli ħaj? Ħa jħallini waħdi Alla;
Ħa ma jibqax iħares lejja, biex inkun nistaʼ nieħu r-ruħ.*
22 Dan il-post hu mdallam għalkollox.
Fih hemm biss dlam u diżordni
U anki d-dawl hu bħad-dlam.”