Ġob
12 Imbagħad Ġob wieġeb:
2 “Żgur li intom għorrief ħafna!
Meta tmutu ma jibqaʼ ħadd iktar għaref!
3 Imma anki jien għandi ħafna għarfien.*
M’għandi xejn inqas minnkom.
Min ma jafhomx dawn l-affarijiet li għedtu?
4 Sħabi jgħaddu ż-żmien bija,
Għax nitlob lil Alla u nistenna tweġiba mingħandu.
Huma jgħaddu ż-żmien b’xi ħadd tajjeb u bla ħtija bħali.
5 Min m’għandux inkwiet jaħseb li mhu se jiġrilu xejn.
Hu jaħseb li affarijiet ħżiena jiġru biss lil dawk li diġà għandhom il-problemi.*
6 Il-ħallelin jgħixu fil-paċi fid-djar tagħhom,
U dawk li jirrabjaw lil Alla huma moħħhom mistrieħ
Bħal dawk li jġorru l-allat tagħhom f’idejhom.
7 Issa jekk jogħġbok, staqsi lill-annimali, u jgħallmuk;
Staqsi lill-għasafar, u jgħidulek.
9 Min fost dawn kollha ma jafx
Li ġie maħluq minn Ġeħova?
11 Il-widna teżamina l-kliem
Bħalma l-ilsien itiegħem l-ikel.
12 Dawk li huma kbar fl-età huma għorrief,
U dawk li għexu ħajja twila kapaċi jifhmu.
13 Alla hu għaref u b’saħħtu;
Hu kapaċi jifhem u se jagħmel dak li jrid hu.
14 Meta jwaqqaʼ xi ħaġa, ma tistax terġaʼ tinbena;
Dak li jagħlaq hu, ħadd ma jistaʼ jiftħu.
15 Meta jwaqqaf ix-xita, kollox jinxef;
Meta jħalliha tinżel, tgħerreq kulm’hemm.
16 Hu b’saħħtu u għaref;
Għandu awtorità fuq min jiġi mqarraq u fuq min iqarraq;
U jwaqqaʼ għaċ-ċajt lill-imħallfin.
18 Lir-rejiet jiħdilhom l-awtorità,
U jlibbishom ħwejjeġ taʼ lsiera.
19 Hu jumilja lill-qassisin,
U lil dawk fl-awtorità jneħħihom mill-pożizzjoni tagħhom.
22 Hu jikxef l-affarijiet moħbijin fid-dlam,
U jitfaʼ d-dawl fuq postijiet mudlama.
23 Ikabbar il-popli biex imbagħad jeqridhom;
Iħallihom isiru b’saħħithom biex b’hekk jagħmilhom ilsiera.
25 Huma jduru u jagħqdu qishom qed ifittxu xi ħaġa fid-dlam;
Hu jġegħelhom iduru ’l hemm u ’l hawn qishom fis-sakra.