Ġob
15 Elifaż it-Temani wieġeb:
2 “Sejjer xi ħadd għaref iwieġeb bi kliem vojt?
Jew se jimla lilu nnifsu bi ħsibijiet ħżiena?*
3 Ikun għalxejn li jikkoreġi bi kliem vojt,
M’hemm ebda benefiċċju jekk jgħid kliem bla sens.
6 Int stess tikkundanna lilek innifsek, u mhux jien;
Kliemek stess jagħti xhieda kontrik.
7 Jaqaw int l-ewwel bniedem li twieled?
Jew twilidt int qabel ma kien hawn l-għoljiet?
8 Tismaʼ int is-sigrieti t’Alla?
Mela int l-uniku bniedem għaref?
9 X’taf li ma nafux aħna?
X’tifhem li ma nifhmux aħna?
10 Aħna għandna x-xagħar abjad u mdaħħlin fiż-żmien,
Anki missierek hu ħafna iżgħar minna.
11 Mhux biżżejjed il-faraġ mingħand Alla,
Jew il-kliem li ntqallek b’qalb tajba?
12 Għala tħalli l-emozzjonijiet jiġru bik,
U għala tħares lejna b’rabja?
13 Int teħodha kontra Alla stess,
U għalhekk li qed titkellem b’dan il-mod.
14 Jistaʼ xi ħadd ikun nadif f’għajnejn Alla?
Kif jistaʼ xi ħadd li twieled minn mara jkun ġust?
16 Mela kemm iktar mhux se jafda bniedem mill-agħar,
Li jagħmel biss dak li hu ħażin!
Bniedem li jixxennaq għall-ħażen
Bħalma xi ħadd bil-għatx jixxennaq għall-ilma!
17 Ismaʼ dak li se ngħidlek.
Se nirrakkontalek dak li rajt,
18 Dak li rrakkontaw u ma ħbewx l-irġiel għorrief,
Affarijiet li semgħuhom minn missirijiethom.
19 L-art ingħatat lilhom biss,
U ebda barrani m’għadda minn hemm.
20 Bniedem ħażin u kattiv isofri ħajtu kollha,
Ikollu l-inkwiet is-snin kollha taʼ ħajtu.
21 Hu jismaʼ ħsejjes tal-biżaʼ;
Fiż-żmien taʼ paċi jattakkawh il-ħallelin.
22 Ma jemminx li se jaħrab mid-dlam,
Hu se jinqatel bix-xabla.
23 Hu jdur u jagħqad ifittex l-ikel* u jsaqsi: “Fejn hu?”
Hu jaf sew li daqt se jmut.
24 L-uġigħ kbir u d-dwejjaq jibqgħu jwerwruh;
Se jwerwruh bħal re b’saħħtu li lest biex jattakka.
25 Hu jisfida lil Alla nnifsu,
U jipprova jirbaħ lil Dak li Jistaʼ Kollox;
26 B’ras iebsa, hu jiġri għal kontrih,
Bit-tarka ħoxna u b’saħħitha tiegħu;
27 Hu għandu wiċċu mfaqqaʼ,
U żaqqu kbira;*
28 Hu jgħix fi bliet li se jinqerdu,
Fi djar li ħadd ma jrid jgħix fihom,
Li se jsiru gozz ġebel.
29 Mhux se jsir sinjur, u l-ġid tiegħu ma jiżdiedx.
Kulma għandu se jisparixxi minn fuq l-art.
30 Hu mhux se jaħrab mid-dlam;
Se jkun bħal siġra li l-friegħi tagħha jinxfu bin-nar;*
Hu se jinqatel minn Alla.*
31 Hu m’għandux iqarraq bih innifsu u jafda f’affarijiet li ma jiswew xejn,
Għax mhu se jieħu xejn lura.
32 Dan se jiġrilu daqt.
Hu se jkun bħal siġra li l-friegħi tagħha ma jarmu qatt.
33 Se jkun bħal dielja li twaqqaʼ l-għeneb mhux misjur,
U bħal siġra taż-żebbuġ li l-fjuri tagħha jtiru bir-riħ.
34 Għax il-ħżiena* ma jirnexxux f’dak li qed jagħmlu,
U n-nar se jaħraq it-tined taʼ dawk li jaċċettaw it-tixħim.
35 Huma jaħsbu affarijiet ħżiena
U dejjem jagħmlu affarijiet li jweġġgħu lil oħrajn.
F’qalbhom dejjem jaraw kif se jqarrqu.”