Salm
Għanja taʼ David.
101 Jien se nkanta dwar l-imħabba, il-lealtà,* u l-ġustizzja.
Jien se nfaħħrek bil-kant,* Ġeħova.
2 Jien se naġixxi b’għaqal u b’lealtà.*
Meta se tgħinni?
Anki fid-dar tiegħi se nagħmel dak li hu tajjeb.
3 Jien mhux se nħares lejn dak li hu ħażin.*
Jien nobgħod l-affarijiet li jagħmlu dawk li jitilqu mit-triq it-tajba;
Mhu se jkolli xejn x’naqsam magħhom.
5 Jien se nsikket* lil kull min jaqlaʼ qlajjaʼ fuq ħaddieħor bil-moħbi.
Jien ma nifilħux lil min hu kburi u arroganti.
6 Jien napprezza lil dawk li huma leali.
Huma se jgħixu miegħi.
Dawk li huma bla ħtija* se jaqduni.
7 Ebda persuna diżonesta mhu se tgħix fid-dar tiegħi,
U ebda giddieb mhu se jibqaʼ quddiemi.