Ħosea
12 “Efrajm jiekol ir-riħ.
Hu jiġri wara r-riħ mil-Lvant il-ġurnata kollha.
Ikompli jigdeb u jkun vjolenti iktar u iktar.
Hu jagħmel patt mal-Assirja u jieħu ż-żejt l-Eġittu.
2 Ġeħova għandu każ legali kontra Ġuda;
Hu se jitlob kont minn Ġakobb skont dak li għamel,
Hu se jħallsu skont kif aġixxa.
3 F’żaqq ommu, hu ħataf l-għarqub taʼ ħuh,
U b’saħħtu kollha ssara m’Alla.
4 Hu baqaʼ jissara m’anġlu u rebaħ.
Beka u talbu bil-ħniena biex ibierku.”
Hu* sabu f’Betel, u tkellem dwarna minn hemm.
5 Ġeħova l-Alla tal-armati.
Il-popli se jiftakruh bl-isem tiegħu Ġeħova.
Dejjem ittama fl-Alla tiegħek.
7 Imma n-negozjant juża miżien qarrieq;
Hu jħobb jisraq.
8 Efrajm jibqaʼ jgħid, ‘Fil-fatt, jien sirt sinjur;
Ksibt il-ġid.
Jien ħdimt iebes għal dan, u ħadd ma jistaʼ jakkużani b’xi ħaġa ħażina jew b’xi dnub.’
9 Imma jien Ġeħova l-Alla tiegħek miż-żmien li kont l-Eġittu.
Jien se nġiegħlek tgħix fit-tined
Bħal fiż-żmien magħżul tal-festa.
10 Jien kellimt lill-profeti,
Żidt il-viżjonijiet li kellhom,
U permezz tal-profeti, tkellimt bl-eżempji.*
11 F’Gilegħad huma qarrqu* u gidbu.
F’Gilgal issagrifikaw il-barrin,
U l-artali tagħhom huma bħal gzuz taʼ ġebel fir-raddi t’għalqa.
12 Ġakobb ħarab lejn it-territorju t’Aram;*
Iżrael qeda lil raġel biex jiżżewweġ mara,
U għal mara hu qagħad għassa man-nagħaġ.
13 Ġeħova ħareġ lil Iżrael mill-Eġittu permezz taʼ profeta,
U permezz taʼ profeta, ipproteġieh.
14 Efrajm offenda bl-ikrah lil Alla;
Hu se jibqaʼ responsabbli għad-demm taʼ dawk li qatel;
U l-Mulej tiegħu se jikkastigah minħabba t-tmaqdir li ġab fuqu.”