Salm
Għanja taʼ David meta kien qed jaħrab minn ibnu Absalom.
3 Ġeħova, għala l-għedewwa tiegħi żdiedu daqshekk?
Għala hemm ħafna li qed jiħduha kontrija?
“Alla mhux se jsalvah.” (Sela)*
3 Imma int bħal tarka madwari, Ġeħova.
Int tonorani u tagħtini kuraġġ.
4 Jien se ngħajjat lil Ġeħova għall-għajnuna,
U hu jwiġibni mill-muntanja qaddisa tiegħu. (Sela)
6 Jien ma nibżax mill-għaxriet t’eluf
Li ġejjin kontrija minn kull naħa.
7 Aġixxi, Ġeħova! Salvani, Alla tiegħi!
Agħtihom daqqa ġo ħalqhom lill-għedewwa kollha tiegħi;
Kisser snien il-ħżiena.
8 Ġeħova, int il-wieħed li ssalva.
Il-barka tiegħek qiegħda fuq il-poplu tiegħek. (Sela)