Salm
Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda. Għanja taʼ David.
4 Alla ġust tiegħi, wiġibni meta ngħajjatlek.
Għinni noħroġ minn* żmien diffiċli.
Ħenn għalija u ismaʼ t-talba tiegħi.
2 Intom il-bnedmin, kemm se ddumu tumiljawni minflok ma tonorawni?
Kemm se ddumu tigdbu u tħobbu dak li ma jiswa xejn? (Sela)
3 Kunu afu li Ġeħova jittrattah b’mod speċjali lil-leali tiegħu;*
Ġeħova se jismagħni meta ngħajjatlu.
4 Jekk tirrabjaw, tidinbux.
Imteddu fis-sodda tagħkom għall-kwiet u mmeditaw f’qalbkom. (Sela)
5 Kull sagrifiċċju li toffru lil Alla, offruh b’intenzjoni tajba,
U afdaw f’Ġeħova.
6 Ħafna qed jgħidu: “Min se jagħtina żmien aħjar?”
Jalla turina qalb tajba, Ġeħova!
8 Jien se nimtedd u norqod b’moħħi mistrieħ,
Għax int biss tagħtini protezzjoni, Ġeħova.