Salm
IL-ĦAMES KTIEB
(Salmi 107-150)
2 Ħa jgħidu hekk dawk li ġew salvati* minn Ġeħova,
Dawk li hu salva minn id l-għedewwa tagħhom,
3 Dawk li hu ġabar mill-artijiet,
Mil-Lvant u l-Punent,*
U mit-Tramuntana u min-Nofsinhar.
4 Huma qagħdu jduru u jagħqdu fix-xagħri, fid-deżert;
Huma ma sabux belt fejn joqogħdu.
6 Huma baqgħu jgħajtu lil Ġeħova għall-għajnuna meta kienu qed ibatu;
Hu salvahom mid-diffikultajiet tagħhom.
7 Hu mexxiehom fit-triq it-tajba
Biex jaslu f’belt li setgħu joqogħdu fiha.
8 Jalla n-nies jirringrazzjaw lil Ġeħova għall-imħabba u l-lealtà tiegħu
U għall-affarijiet mill-isbaħ li għamel għall-bnedmin.
10 Xi wħud kienu qed jgħixu fi dlam ċappa.
Huma kienu priġunieri marbutin bil-ktajjen u kienu qed ibatu.
11 Għax huma rribellaw kontra dak li qalilhom Alla;
Ma rrispettawx il-pariri tal-Iktar Għoli.
13 Huma għajtu lil Ġeħova għall-għajnuna meta kienu qed ibatu;
Hu salvahom mid-diffikultajiet tagħhom.
14 Hu ħariġhom minn dlam ċappa
U qaċċat il-ktajjen tagħhom.
15 Jalla n-nies jirringrazzjaw lil Ġeħova għall-imħabba u l-lealtà tiegħu
U għall-affarijiet mill-isbaħ li għamel għall-bnedmin.
16 Għax hu kisser il-bibien tar-ram
U qaċċat l-istaneg tal-ħadid.
17 Il-boloh batew minħabba l-iżbalji u d-dnubiet tagħhom.
19 Huma kienu jgħajtu lil Ġeħova għall-għajnuna meta kienu qed ibatu;
Hu kien isalvahom mid-diffikultajiet tagħhom.
20 Hu kien jagħti kmand biex ifejjaqhom
U jsalvahom mill-ħofor li kienu fihom.
21 Jalla n-nies jirringrazzjaw lil Ġeħova għall-imħabba u l-lealtà tiegħu
U għall-affarijiet mill-isbaħ li għamel għall-bnedmin.
22 Ħa joffru sagrifiċċji taʼ ringrazzjament
U jxandru bil-ferħ l-affarijiet li għamel.
23 Dawk li jivvjaġġaw bil-vapuri
U jinnegozjaw fuq l-ilmijiet bla tarf,
24 Raw l-affarijiet li għamel Ġeħova
U l-affarijiet sbieħ li hu ħalaq fil-baħar.
25 Huma raw kif bil-kmand t’Alla jqum riefnu li jgħolli l-mewġ.
26 Dawk li jkunu fil-vapuri
Jogħlew u jinżlu mal-mewġ.
Minħabba l-periklu, jitilfu l-kuraġġ.*
27 Huma jitbandlu u jixxenglu bħal raġel fis-sakra,
U l-abbiltajiet kollha tagħhom ikunu għalxejn.
28 Imbagħad huma jgħajtu lil Ġeħova għall-għajnuna minħabba s-sitwazzjoni li jkunu fiha,
U hu jsalvahom mid-diffikultà tagħhom.
29 Hu jikkalma r-riefnu, u l-mewġ ibatti.
30 Huma jifirħu meta t-temp jikkalma,
U hu jwassalhom fil-port li jridu.
31 Jalla n-nies jirringrazzjaw lil Ġeħova għall-imħabba u l-lealtà tiegħu
U għall-affarijiet mill-isbaħ li għamel għall-bnedmin.
33 Hu jbiddel ix-xmajjar f’deżert,
In-nixxigħat tal-ilma f’art niexfa,
34 U art li tagħti ħafna ħxejjex f’waħda li ma tipproduċi xejn.
Dan jagħmlu minħabba l-ħażen taʼ dawk li jgħixu fiha.
35 Hu jbiddel id-deżert f’għadajjar bil-qasab,
U l-art niexfa f’nixxigħat tal-ilma.
36 Hu jgħin lil dawk li huma bil-ġuħ jissetiljaw hemmhekk,
Sabiex ikunu jistgħu jibnu belt fejn jgħixu.
37 Huma jiżirgħu l-għelieqi u jħawlu d-dwieli,
U dawn jagħtu ħafna frott.
38 Hu jbierek lin-nies u jsiru ħafna,
U l-baqar tagħhom ikomplu jiżdiedu.
39 Imma dawn jerġgħu jsiru ftit u jkunu umiljati
Minħabba l-moħqrija, it-tbatija, u l-inkwiet.
40 Hu jumilja lin-nies importanti
U jġegħelhom iduru u jagħqdu fid-deżert.
42 Il-ġusti jifirħu meta jaraw dan,
Imma dawk kollha li mhumiex ġusti se jagħlqu ħalqhom.
43 Kull min hu għaref se jinnota dawn l-affarijiet
U jaħseb sew dwar kif Ġeħova juri l-imħabba u l-lealtà tiegħu.