Salm
71 Ġeħova, jien lejk dort għall-protezzjoni.
Jalla qatt ma niġi umiljat.
2 Salvani u eħlisni għax int ġust.
Ismagħni* u salvani.
3 Sir għalija fortizza fil-blat fejn dejjem nistaʼ nidħol.
Ibgħat lil xi ħadd biex isalvani,
Għax int il-blata u l-fortizza tiegħi.
4 Alla tiegħi, eħlisni minn idejn il-ħżiena,
Minn idejn dawk li jaħqruni b’mod inġust.
6 Ilni niddependi minnek mit-twelid;
Int għentni meta ħriġt minn żaqq ommi.
Jien infaħħrek il-ħin kollu.
7 Ħafna jammirawni minħabba dak li ġrali,
Imma jien naf li int l-aqwa protezzjoni tiegħi.
8 Se nitkellem il-ġurnata kollha dwar is-sbuħija tiegħek,
U se nfaħħrek.
9 Twarrabnix fi xjuħiti;
Titlaqnix meta ma tantx ikolli saħħa.
10 L-għedewwa tiegħi jitkellmu kontrija,
U dawk li qed jipprovaw joqtluni* jiftiehmu bejniethom,
11 U jgħidu: “Alla abbandunah.
Ejja niġru warajh u naqbduh, għax m’hemmx min isalvah.”
12 Alla tiegħi, toqgħodx ’il bogħod minni.
Alla tiegħi, fittex għinni.
13 Jalla l-għedewwa tiegħi
Jiġu mġiegħla jistħu u jinqerdu.
Jalla dawk li jipprovaw jagħmluli l-ħsara
Jiġu ddiżonorati u umiljati ħafna.
14 Imma min-naħa tiegħi, se nistenna lilek biex taġixxi;
Se nkompli nfaħħrek iktar.
15 Jien se nitkellem dwar il-ġustizzja tiegħek,
Il-ġurnata kollha se nsemmi d-drabi li int salvajt,
Għalkemm huma ħafna biex nifhimhom.*
16 Ġeħova s-Sid taʼ Kollox,
Jien se nitkellem dwar l-affarijiet tal-għaġeb li għamilt int;
Jien se nsemmi biss il-ġustizzja tiegħek.
17 Alla tiegħi, int għallimtni minn mindu kont żagħżugħ,
U s’issa għadni nxandar dwar l-affarijiet tal-għaġeb tiegħek.
18 Alla tiegħi, tabbandunanix lanqas meta nixjieħ u xagħri jibjad.
Ħallini nitkellem dwar is-saħħa tiegħek* mal-ġenerazzjoni li jmiss
U dwar is-saħħa tiegħek maʼ dawk li ġejjin warajja.
19 Alla tiegħi, il-ġustizzja tiegħek hi kbira ħafna.
Int għamilt affarijiet tal-għaġeb;
Min hu bħalek, Alla tiegħi?
20 Għalkemm ġegħeltni ngħaddi minn tbatija u inkwiet,
Erġaʼ agħtini s-saħħa;
Tellagħni mill-ilmijiet fondi.
21 Jalla terġaʼ tagħtini d-dinjità,
U tipproteġini u tgħinni nħossni aħjar.
22 Alla tiegħi, peress li int leali,
Jien se nfaħħrek billi ndoqq strument tal-korda.
Qaddis t’Iżrael,
Jien se nfaħħrek bil-kant waqt li ndoqq l-arpa.