Salm
105 Irringrazzjaw lil Ġeħova, użaw ismu meta titolbu,
Għidu lill-popli b’dak li għamel!
3 Ftaħru b’ismu l-qaddis,
Ħa tifraħ qalb dawk li qed ifittxu lil Ġeħova.
4 Fittxu lil Ġeħova u afdaw fis-saħħa tiegħu.
Fittxu l-għajnuna tiegħu* l-ħin kollu.
5 Ftakru fl-affarijiet tal-għaġeb li għamel,
Fil-mirakli u fil-ġudizzji tiegħu.
6 Iva, ftakru dan intom li tiġu minn Abraham il-qaddej tiegħu,
Tfal taʼ Ġakobb, il-magħżulin tiegħu.
7 Hu Ġeħova l-Alla tagħna.
Hu jiġġudika l-art kollha.
8 Hu jiftakar fil-patt tiegħu għal dejjem,
Il-wegħda li għamel* għal elf ġenerazzjoni,
9 Il-patt li għamel m’Abraham,
U l-ħalfa li għamel lil Iżakk.
10 Hu għamel din il-ħalfa lil Ġakobb bħala garanzija,
U bħala patt għal żmien twil għal Iżrael,
11 Billi qal: “Se nagħtik l-art taʼ Kangħan bħala wirt.”
12 Dan sar meta kienu vera ftit,
U kienu barranin fl-art.
13 Huma marru ’l hemm u ’l hawn minn poplu għal poplu,
Minn saltna għal saltna.
14 Ma ħalla lil ħadd jaħqarhom,
U minħabba fihom wissa lir-rejiet,
15 Billi qal: “Tmissux lill-magħżulin* tiegħi,
U tagħmlux ħsara lill-profeti tiegħi.”
17 Hu bagħat qabilhom raġel jismu Ġużeppi,
Li ġie mibjugħ bħala lsir.
Kulma qal Ġeħova għamlu persuna aħjar.
20 Ir-re ta kmand biex jinħeles,
Il-mexxej tal-popli ħelsu.
21 Hu għamlu sid fuq il-palazz tiegħu,
Mexxej fuq il-propjetà kollha tiegħu,
22 Biex ikollu awtorità fuq* il-kapijiet tiegħu
U jgħallem l-għerf lill-anzjani* tiegħu.
23 Imbagħad Iżrael mar l-Eġittu,
U Ġakobb għex bħala barrani fl-art taʼ Ħam.
24 Alla kabbar lill-poplu tiegħu;
Hu għamilhom iktar b’saħħithom mill-għedewwa tagħhom.
25 Hu ħalla lil dawn l-għedewwa jobogħdu lill-poplu tiegħu
U jippjanaw kontra l-qaddejja tiegħu.
26 Hu bagħat lill-qaddej tiegħu Mosè,
U għażel lil Aron biex imur miegħu.
27 Huma għamlu l-mirakli tiegħu fost in-nies
U s-sinjali tiegħu fl-art taʼ Ħam.
29 Hu bidel l-ilma tagħhom f’demm
U qatlilhom il-ħut.
30 L-art tagħhom imtliet biż-żrinġijiet,
Bil-kmamar tar-re b’kollox.
31 Hu kkmanda d-dubbien biex imur fuqhom,
U n-nemus biex jinvadi t-territorji kollha tagħhom.
32 Hu biddel ix-xita f’silġ
U bagħat is-sajjetti fuq l-art tagħhom.
33 Hu qatlilhom id-dwieli u s-siġar tat-tin
U kissrilhom is-siġar kollha.
34 Hu ta kmand biex il-ġurati jinvadu l-art,
Ammont kbir taʼ ġurati żgħar.
35 Dawn belgħu l-ħaxix kollu
U l-prodott kollu tal-art.
36 Imbagħad qatel lil kull l-ewwel imwieled tal-art tal-Eġittu,
L-ewwel uħud li twildulhom.
37 Hu ħareġ lill-poplu tiegħu minn hemm,
U ġarrew il-fidda u d-deheb magħhom;
Ħadd mit-tribujiet tiegħu m’għeja.*
38 L-Eġizzjani ferħu meta l-Iżraelin telqu,
Għax kienu qegħdin jibżgħu ħafna minnhom.
39 Hu bagħat sħaba biex jipproteġi lill-Iżraelin
U nar biex jagħtihom id-dawl billejl.
40 Meta talbuh il-laħam, bagħtilhom is-summien;
Hu baqaʼ jxebbagħhom bil-ħobż mis-sema.
41 Hu qasam blata u ħareġ ħafna ilma;
Dan kien bħal xmara fid-deżert.
42 Għax hu ftakar fil-wegħda qaddisa li kien għamel mal-qaddej tiegħu Abraham.
43 Għalhekk, ħareġ lill-poplu tiegħu u dawn ferħu,
Il-magħżulin tiegħu bdew jgħajtu bil-ferħ.
44 Hu tahom l-artijiet tal-popli;
Huma wirtu dak li ħaddieħor ħadem iebes għalih.
45 Hu għamel dan biex huma jżommu mar-regoli tiegħu
U jobdu l-liġijiet tiegħu.
Faħħru lil Jah!*