L-Ewwel Kronaki
25 Iktar minn hekk, David u l-kapijiet tal-gruppi għas-servizz għażlu lil xi wħud mit-tfal t’Asaf, Ħeman, u Ġedutun biex ifaħħru lil Alla u jipprofetizzaw bl-arpi, bl-istrumenti tal-korda, u biċ-ċimbali. Din li ġejja kienet il-lista tal-irġiel inkarigati għal dan is-servizz. 2 Mit-tfal t’Asaf: Żakkur, Ġużeppi, Netanija, u Asarela. Huma kienu taħt id-direzzjoni taʼ missierhom Asaf, li kien jipprofetizza taħt id-direzzjoni tar-re. 3 Mit-tfal taʼ Ġedutun kien hemm sitta: Gedalija, Seri, Ġesagħija, Simgħi, Ħasabija, u Mattitija taħt id-direzzjoni taʼ missierhom Ġedutun, li kien jipprofetizza bl-arpa u jirringrazzja u jfaħħar lil Ġeħova. 4 Mit-tfal taʼ Ħeman: Bukkija, Mattanija, Użżijel, Sebugħel, Ġerimot, Ħananija, Ħanani, Eljata, Giddalti, Romamti-għeżer, Ġosbekasa, Malloti, Ħotir, u Maħażijot. 5 Dawn kollha kienu t-tfal taʼ Ħeman, li kien iwassal lir-re viżjonijiet li jkun fihom messaġġi tal-Alla l-veru għall-glorja t’Alla.* B’hekk, l-Alla l-veru ta lil Ħeman 14-il tifel u tlett ibniet. 6 Dawn kollha kienu taħt id-direzzjoni taʼ missierhom biex ikantaw fid-dar taʼ Ġeħova biċ-ċimbali, bl-istrumenti tal-korda, u bl-arpi għas-servizz tad-dar tal-Alla l-veru.
Asaf, Ġedutun, u Ħeman kienu taħt id-direzzjoni tar-re.
7 B’kollox, huma u ħuthom kienu 288. Huma kienu kantanti esperti u ttrennjati biex ikantaw lil Ġeħova. 8 Għalhekk, iż-żgħir u l-kbir, u l-espert u dak li qed jitgħallem tefgħu x-xorti għall-karigi li kellhom jagħmlu.
9 L-ewwel li telaʼ bix-xorti kien Ġużeppi t-tifel t’Asaf, it-tieni Gedalija, ħutu, u t-tfal tiegħu, b’kollox 12; 10 it-tielet Żakkur, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 11 ir-rabaʼ Isri, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 12 il-ħames Netanija, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 13 is-sitta Bukkija, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 14 is-sebaʼ Ġesarela, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 15 it-tmienja Ġesagħija, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 16 id-disaʼ Mattanija, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 17 l-għaxra Simgħi, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 18 il-11 Għażarel, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 19 it-12 Ħasabija, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 20 it-13 Subagħel, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 21 l-14 Mattitija, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 22 il-15 Ġeremot, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 23 is-16 Ħananija, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 24 is-17 Ġosbekasa, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 25 it-18 Ħanani, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 26 id-19 Malloti, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 27 l-20 Eljata, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 28 il-21 Ħotir, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 29 it-22 Giddalti, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 30 it-23 Maħażijot, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 31 u l-24 Romamti-għeżer, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12.