LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • nwt 1 Kronaki 1:1-29:30
  • L-1 Kronaki

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-1 Kronaki
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
L-1 Kronaki

L-EWWEL KTIEB TAL-KRONAKI

1 Adam,

Set,

Enos,

2 Kenan,

Maħalalel,

Ġared,

3 Enok,

Metuselaħ,

Lamek,

4 Noè,

Sem, Ħam, u Ġafet.

5 It-tfal taʼ Ġafet kienu Gomer, Magog, Madaj, Ġawan, Tubal, Mesek, u Tiras.

6 It-tfal taʼ Gomer kienu Askenaż, Rifat, u Togarma.

7 It-tfal taʼ Ġawan kienu Elisa, Tarsis, Kittim, u Rodanim.

8 It-tfal taʼ Ħam kienu Kus, Misrajm, Put, u Kangħan.

9 It-tfal taʼ Kus kienu Seba, Ħawila, Sabta, Ragħma, u Sabteka.

It-tfal taʼ Ragħma kienu Xeba u Dedan.

10 Kus kellu lil Nimrod. Hu kien l-ewwel mexxej b’saħħtu* fuq l-art.

11 Misrajm kellu lil Ludim, Għanamim, Leħabim, Naftuħim, 12 Patrusim, Kasluħim (li minnu ġew il-Filistin), u Kaftorim.

13 Kangħan kellu lil Sidon, l-ewwel imwieled tiegħu, u lil Ħet, 14 kif ukoll lill-Ġebusin, lill-Amurrin, lill-Girgasin, 15 lill-Ħiwwin, lill-Għarkin, lis-Sinin, 16 lill-Arwadin, lis-Semarin, u lill-Ħamatin.

17 It-tfal taʼ Sem kienu Għelam, Assur, Arfaksad, Lud, u Aram,

u* Uż, Ħul, Geter, u Mas.

18 Arfaksad kellu lil Selaħ, u Selaħ kellu lil Għeber.

19 Għeber kellu żewġ subien. Wieħed kien jismu Peleg,* għax fi żmienu l-art* inqasmet, u l-ieħor kien jismu Ġoktan.

20 Ġoktan kellu lil Almodad, Selef, Ħasarmawet, Ġeraħ, 21 Ħadoram, Użal, Dikla, 22 Għobal, Abimagħel, Xeba, 23 Ofir, Ħawila, u Ġobab. Dawn kollha kienu t-tfal taʼ Ġoktan.

24 Sem,

Arfaksad,

Selaħ,

25 Għeber,

Peleg,

Regħu,

26 Serug,

Naħor,

Teraħ,

27 Abram, jiġifieri Abraham.

28 It-tfal t’Abraham kienu Iżakk u Ismagħel.

29 Dawn huma dawk li jiġu minnhom: Nebajot, l-ewwel imwieled taʼ Ismagħel, imbagħad Kedar, Adbel, Mibsam, 30 Misma, Duma, Massa, Ħadad, Tema, 31 Ġetur, Nafis, u Kedema. Dawn kienu t-tfal taʼ Ismagħel.

32 Ketura, il-konkubina t’Abraham, kellha lil Żimran, Ġoksan, Medan, Midjan, Isbak, u Suwaħ.

It-tfal taʼ Ġoksan kienu Xeba u Dedan.

33 It-tfal taʼ Midjan kienu Għefa, Għefer, Ħanok, Abida, u Eldgħa.

Dawn kollha kienu dawk li jiġu minn Ketura.

34 Abraham kellu lil Iżakk. It-tfal taʼ Iżakk kienu Għesaw u Iżrael.

35 It-tfal t’Għesaw kienu Elifaż, Regħwel, Ġegħus, Ġagħlam, u Koraħ.

36 It-tfal t’Elifaż kienu Teman, Omar, Sefu, Gatam, Kenaż, Timna, u Għamalek.

37 It-tfal taʼ Regħwel kienu Naħat, Żeraħ, Sammah, u Miżża.

38 It-tfal taʼ Segħir kienu Lotan, Sobal, Sibgħon, Għana, Dison, Għeżer, u Disan.

39 It-tfal taʼ Lotan kienu Ħori u Ħomam. Oħt Lotan kienet Timna.

40 It-tfal taʼ Sobal kienu Għalwan, Manaħat, Għebal, Sefo, u Onam.

It-tfal taʼ Sibgħon kienu Ajja u Għana.

41 It-tifel* taʼ Għana kien Dison.

It-tfal taʼ Dison kienu Ħemdan, Esban, Itran, u Keran.

42 It-tfal t’Għeżer kienu Bilħan, Żagħwan, u Għaqan.

It-tfal taʼ Disan kienu Uż u Aran.

43 Dawn huma r-rejiet li mexxew fl-art t’Edom qabel ma kien hemm re fuq l-Iżraelin:* Bela bin Begħor, li l-belt tiegħu kien jisimha Dinħaba. 44 Meta Bela miet, Ġobab bin Żeraħ minn Bosra beda jmexxi minfloku. 45 Meta Ġobab miet, Ħusam minn art it-Temanin beda jmexxi minfloku. 46 Meta Ħusam miet, Ħadad bin Bedad, li għeleb lil Midjan fit-territorju* taʼ Mowab, beda jmexxi minfloku. Il-belt tiegħu kien jisimha Għawit. 47 Meta Ħadad miet, Samla minn Masreka beda jmexxi minfloku. 48 Meta Samla miet, Sagħul minn Reħobot, ħdejn ix-Xmara, beda jmexxi minfloku. 49 Meta Sagħul miet, Bagħal-ħanan bin Għakbor beda jmexxi minfloku. 50 Meta Bagħal-ħanan miet, Ħadad beda jmexxi minfloku. Il-belt tiegħu kien jisimha Pagħu, u martu kienet Meħetabel bint Matred u n-neputija taʼ Meżaħab. 51 Imbagħad Ħadad miet.

Il-kapijiet* t’Edom kienu l-Kap Timna, il-Kap Għalwa, il-Kap Ġetet, 52 il-Kap Oħolibama, il-Kap Elah, il-Kap Pinon, 53 il-Kap Kenaż, il-Kap Teman, il-Kap Mibsar, 54 il-Kap Magdijel, u l-Kap Iram. Dawn kienu l-kapijiet t’Edom.

2 Dawn kienu t-tfal t’Iżrael: Ruben, Simegħon, Levi, Ġuda, Issakar, Żebulun, 2 Dan, Ġużeppi, Benjamin, Naftali, Gad, u Aser.

3 It-tfal taʼ Ġuda kienu Għer, Onan, u Selaħ. Dawn it-tlieta twildulu mill-mara Kangħanija, bint Sugħa. Imma Għer, l-ewwel imwieled taʼ Ġuda, kien jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, u għalhekk qatlu. 4 Ġuda kellu lil Pereż u lil Żeraħ minn Tamar, il-mara tat-tifel tiegħu. B’kollox, Ġuda kellu ħames subien.

5 It-tfal taʼ Pereż kienu Ħesron u Ħamul.

6 It-tfal taʼ Żeraħ kienu Żimri, Etan, Ħeman, Kalkol, u Dara. B’kollox, kienu ħamsa.

7 It-tifel* taʼ Karmi kien Għakar.* Hu kien dak li ġab diżastru* fuq Iżrael għax ma kienx leali u m’obdiex il-kmand dwar dak li kellu jinqered.

8 It-tifel* taʼ Etan kien Għażarija.

9 It-tfal taʼ Ħesron kienu Ġeraħmel, Ram, u Kelubaj.*

10 Ram kellu lil Għamminadab. Għamminadab kellu lil Naħson, il-kap taʼ dawk li jiġu minn Ġuda. 11 Naħson kellu lil Salma. Salma kellu lil Bogħaż. 12 Bogħaż kellu lil Għobed. Għobed kellu lil Ġesse. 13 Ġesse kellu lil Eljab, l-ewwel imwieled tiegħu, lil Abinadab it-tieni, lil Simegħa t-tielet, 14 lil Netanel ir-rabaʼ, lil Raddaj il-ħames, 15 lil Osem is-sitta, u lil David is-sebaʼ. 16 Ħuthom il-bniet kienu Seruja u Abigajl. Seruja kellha tliet subien: Abisaj, Ġowab, u Għasael. 17 Abigajl welldet lil Għamasa. Missier Għamasa kien Ġeter l-Ismagħeli.

18 Kaleb* bin Ħesron kellu lil Ġeser, Sobab, u Ardon minn martu Għażuba u minn Ġerigħot. 19 Meta Għażuba mietet, Kaleb iżżewweġ lil Efrata u hi wellditlu lil Ħur. 20 Ħur kellu lil Uri. Uri kellu lil Besalel.

21 Wara dan, Ħesron kellu x’jaqsam maʼ bint Makir missier Gilegħad. Hu żżewwiġha meta kellu 60 sena, u hi wellditlu lil Segub. 22 Segub kellu lil Ġajir, li ħa 23 belt fl-art taʼ Gilegħad. 23 (Iktar tard, in-nies taʼ Gesur u s-Sirja ħadu lil Ħawwot-ġajir mingħand in-nies li kienu jgħixu hemm, flimkien maʼ Kenat u l-bliet li jiddependu minnha,* 60 belt.) Dawn kollha kienu dawk li jiġu minn Makir missier Gilegħad.

24 Wara l-mewt taʼ Ħesron f’Kaleb-efrata, Abija l-mara taʼ Ħesron wellditlu lil Asħur, missier Tekogħa.

25 It-tfal taʼ Ġeraħmel, l-ewwel imwieled taʼ Ħesron, kienu Ram, l-ewwel imwieled, Buna, Oren, Osem, u Aħija. 26 Ġeraħmel iżżewweġ mara oħra jisimha Għatara. Din kienet omm Onam. 27 It-tfal taʼ Ram, l-ewwel imwieled taʼ Ġeraħmel, kienu Magħas, Ġamin, u Għeker. 28 It-tfal taʼ Onam kienu Sammaj u Ġada. It-tfal taʼ Sammaj kienu Nadab u Abisur. 29 Il-mara t’Abisur kien jisimha Abiħajl, li wellditlu lil Aħban u lil Molid. 30 It-tfal taʼ Nadab kienu Seled u Affajm. Imma Seled miet bla tfal. 31 It-tifel* taʼ Affajm kien Isgħi. U t-tifel* taʼ Isgħi kien Sesan, u t-tifel* taʼ Sesan kien Aħlaj. 32 It-tfal taʼ Ġada ħu Sammaj kienu Ġeter u Ġonatan. Imma Ġeter miet bla tfal. 33 It-tfal taʼ Ġonatan kienu Pelet u Żaża. Dawn kienu dawk li jiġu minn Ġeraħmel.

34 Sesan ma kellux subien, imma bniet biss. Hu kellu qaddej Eġizzjan li kien jismu Ġarħa. 35 Sesan żewweġ lil bintu lil Ġarħa, il-qaddej tiegħu, u hi wellditlu lil Għattaj. 36 Għattaj kellu lil Natan. Natan kellu lil Żabad. 37 Żabad kellu lil Eflal. Eflal kellu lil Għobed. 38 Għobed kellu lil Ġeħu. Ġeħu kellu lil Għażarija. 39 Għażarija kellu lil Ħeleż. Ħeleż kellu lil Elegħasa. 40 Elegħasa kellu lil Sismaj. Sismaj kellu lil Sallum. 41 Sallum kellu lil Ġekamija. Ġekamija kellu lil Elisama.

42 It-tfal taʼ Kaleb* ħu Ġeraħmel kienu Mesa, l-ewwel imwieled tiegħu, li kien missier Żif, u t-tfal taʼ Maresah missier Ħebron. 43 It-tfal taʼ Ħebron kienu Koraħ, Taffugħa, Rekem, u Sema. 44 Sema kellu lil Raħam missier Ġorkegħam. Rekem kellu lil Sammaj. 45 It-tifel taʼ Sammaj kien Magħon. Magħon kien missier Bet-sur. 46 Għefa l-konkubina taʼ Kaleb welldet lil Ħaran, Mosa, u Gażeż. Ħaran kellu lil Gażeż. 47 It-tfal taʼ Ġaħdaj kienu Regem, Ġotam, Gesan, Pelet, Għefa, u Sagħaf. 48 Magħka l-konkubina taʼ Kaleb welldet lil Seber u lil Tirħana. 49 Maż-żmien, hi welldet lil Sagħaf missier Madmanna u lil Sewa missier Makbena u Gibegħa. It-tifla taʼ Kaleb kienet Għaksa. 50 Dawn kienu dawk li jiġu minn Kaleb.

It-tfal taʼ Ħur l-ewwel imwieled t’Efrata kienu Sobal missier Kirjat-ġegħarim, 51 Salma missier Betlem, u Ħaref missier Bet-gader. 52 It-tfal taʼ Sobal missier Kirjat-ġegħarim kienu Ħarogħe u nofs il-Menuħotin. 53 Il-familji taʼ Kirjat-ġegħarim kienu l-Itrin, il-Putin, is-Sumatin, u l-Misragħin. Minn dawn ġew is-Sorgħatin u l-Estagħolin. 54 It-tfal taʼ Salma kienu Betlem, in-Netofatin, Għatrot-bet-ġowab, nofs il-Manaħatin, u s-Sorgħin. 55 Il-familji tal-iskribi li kienu jgħixu f’Ġabes kienu t-Tirgħatin, is-Simegħatin, u s-Sukatin. Dawn kienu l-Kenin li ġew minn Ħammat, missier il-familja taʼ Rekab.

3 Dawn kienu t-tfal taʼ David li twildulu f’Ħebron: l-ewwel imwieled, Amnon minn Aħinogħam il-Ġeżragħelija; it-tieni, Danjel minn Abigajl il-Karmelija; 2 it-tielet, Absalom minn Magħka bint Talmaj ir-re tal-Gesur; ir-rabaʼ, Adonija minn Ħaggit; 3 il-ħames, Sefatija minn Abital; u s-sitta, Itregħam minn martu Għegla. 4 Dawn is-sitta twildulu f’Ħebron. Hu mexxa hemm sebaʼ snin u nofs, u 33 sena f’Ġerusalemm.

5 F’Ġerusalemm twildulu dawn: Simegħa, Sobab, Natan, u Salamun; omm dawn l-erbgħa kienet Bat-seba bint Għammijel. 6 U disa’ subien oħra kienu Ibħar, Elisama, Elifelet, 7 Noga, Nefeg, Ġafigħa, 8 Elisama, Eljada, u Elifelet. 9 Dawn kollha kienu t-tfal taʼ David, minbarra t-tfal tal-konkubini, u Tamar kienet oħthom.

10 Salamun kellu lil Reħobogħam, Reħobogħam kellu lil Abija, Abija kellu lil Asa, Asa kellu lil Ġeħosafat, 11 Ġeħosafat kellu lil Ġeħoram, Ġeħoram kellu lil Aħażija, Aħażija kellu lil Ġeħogħas, 12 Ġeħogħas kellu lil Amażija, Amażija kellu lil Għażarija, Għażarija kellu lil Ġotam, 13 Ġotam kellu lil Aħaż, Aħaż kellu lil Ħeżekija, Ħeżekija kellu lil Manasse, 14 Manasse kellu lil Amon, u Amon kellu lil Ġosija. 15 It-tfal taʼ Ġosija kienu Ġoħanan l-ewwel imwieled, Ġeħojakim it-tieni, Sedekija t-tielet, u Sallum ir-rabaʼ. 16 Ġeħojakim kellu lil Ġekonija, u Ġekonija kellu lil Sedekija. 17 It-tfal taʼ Ġekonija l-priġunier kienu Saltijel, 18 Malkiram, Pedaja, Senassar, Ġekamija, Ħosama, u Nedabija. 19 It-tfal taʼ Pedaja kienu Żerubbabel u Simgħi. It-tfal taʼ Żerubbabel kienu Mesullam u Ħananija (u Selomit kienet oħthom); 20 u ħames subien oħra kienu Ħasuba, Oħel, Berekija, Ħasadija, u Ġusab-ħesed. 21 U t-tfal taʼ Ħananija kienu Pelatija u Ġesagħija. It-tifel* taʼ Ġesagħija kien Refaja, it-tifel* taʼ Refaja kien Arnan, it-tifel* taʼ Arnan kien Għobadija, it-tifel* taʼ Għobadija kien Sekanija, 22 u Sekanija kellu tifel u neputijiet. It-tifel tiegħu kien Semajja. It-tfal taʼ Semajja kienu Ħattus, Igal, Barija, Negħarija, u Safat. B’kollox kienu sitta. 23 U Negħarija kellu tliet subien: Eljogħenaj, Ħiżkija, u Għażrikam. 24 U Eljogħenaj kellu sebaʼ subien: Ħodawija, Eljasib, Pelaja, Għakkub, Ġoħanan, Delaja, u Għanani.

4 It-tfal taʼ Ġuda kienu Pereż, Ħesron, Karmi, Ħur, u Sobal. 2 Regħaja bin Sobal kellu lil Ġaħat. Ġaħat kellu lil Aħumaj u lil Laħad. Dawn kienu l-familji tas-Sorgħatin. 3 Dawn kienu t-tfal taʼ missier* Għetam: Ġeżragħel, Isma, u Idbas (oħthom kienet Ħasselelponi). 4 Penwel kellu lil Gedor, u Għeżer kellu lil Ħusa. Dawn kienu t-tfal taʼ Ħur, l-ewwel imwieled t’Efrata u missier Betlem. 5 Asħur missier Tekogħa kellu żewġ nisa, Ħela u Nagħra. 6 Nagħra wellditlu lil Aħużżam, Ħefer, Temeni, u Ħaħastari. Dawn kienu t-tfal taʼ Nagħra. 7 U t-tfal taʼ Ħela kienu Seret, Isħar, u Etnan. 8 Kos kellu lil Għanub, lil Sobeba, u lill-familji t’Aħarħel bin Ħarum.

9 Ġabes kien onorat iktar minn ħutu. Ommu semmietu Ġabes* għax qalet: “Wellidtu fl-uġigħ.” 10 Ġabes għajjat lill-Alla t’Iżrael u qallu: “Jalla tberikni, tkabbar it-territorju tiegħi, tkun dejjem miegħi, u tipproteġini mill-gwaj sabiex xejn ma jagħmilli ħsara!” Għalhekk, Alla tah dak li talab.

11 Kelub ħu Suħa kellu lil Meħir, li kien missier Eston. 12 Eston kellu lil Bet-rafa, Pasegħa, u Teħinna, missier Ir-naħas. Dawn kienu l-irġiel minn Reka. 13 U t-tfal taʼ Kenaż kienu Għotnijel u Seraja, u t-tifel* taʼ Għotnijel kien Ħatat. 14 Megħonotaj kellu lil Għofra. Seraja kellu lil Ġowab, missier in-nies li jgħixu f’Ge-ħarasim.* Dan kienu jgħidulu hekk għax in-nies t’hemm kienu tas-sengħa.

15 It-tfal taʼ Kaleb bin Ġefunne kienu Iru, Elah, u Nagħam. U t-tifel* taʼ Elah kien Kenaż. 16 It-tfal taʼ Ġeħallelel kienu Żif, Żifa, Tirja, u Asarel. 17 It-tfal taʼ Għeżra kienu Ġeter, Mered, Għefer, u Ġalon. Waħda min-nisa taʼ Mered* welldet lil Mirjam, Sammaj, u Isba, missier Estemogħa. 18 (U martu l-Lhudija welldet lil Ġered missier Gedor, lil Ħeber missier Soko, u lil Ġekutijel missier Żanogħa.) Dawn kienu t-tfal taʼ Bitja, bint il-Fargħun, li żżewweġ Mered.

19 It-tfal tal-mara taʼ Ħodija, oħt Naħam, kienu l-missirijiet taʼ Kejla l-Garmi u Estemogħa l-Magħkati. 20 U t-tfal taʼ Simon kienu Amnon, Rinna, Ben-ħanan, u Tilon. U t-tfal taʼ Isgħi kienu Żoħet u Ben-żoħet.

21 It-tfal taʼ Selaħ bin Ġuda kienu Għer missier Leka u Lagħda missier Maresah. Dawk li jiġu minn Asbegħa, li kienu magħrufin għad-drapp fin li jagħmlu, kienu jiġu wkoll minn Selaħ. 22 Anki dawn kienu jiġu minn Selaħ: Ġokim, l-irġiel taʼ Kożeba, Ġowas u Saraf li żżewġu nisa Mowabin, u Ġasħubi-lehem. Dawn ir-rekords huma antiki. 23 Dawn kienu ħaddiema tal-fuħħar u għexu Netagħim u Gedera. Huma għexu hemm u ħadmu għar-re.

24 It-tfal taʼ* Simegħon kienu Nemwel, Ġamin, Ġarib, Żeraħ, u Sagħul. 25 Sagħul kellu lil Sallum, Sallum kellu lil Mibsam, u Mibsam kellu lil Misma. 26 U t-tifel* taʼ Misma kien Ħammwel, Ħammwel kellu lil Żakkur, Żakkur kellu lil Simgħi. 27 U Simgħi kellu 16-il tifel u sitt ibniet. Imma ħutu ma kellhomx ħafna tfal, u ħadd mill-familji tagħhom ma kellu tfal daqs Ġuda. 28 Huma għexu f’Bir-xeba, Molada, Ħasar-sugħal, 29 Bilħa, Għesem, Tolad, 30 Betwel, Ħorma, Siklag, 31 Bet-markabot, Ħasar-susim, Bet-biri, u Sagħrajm. Dawn kienu l-bliet tagħhom sakemm beda jmexxi David.

32 Huma għexu wkoll f’ħamest ibliet oħra: Għetam, Għajn, Rimmon, Token, u Għasan, 33 flimkien mal-irħula kollha taʼ madwarhom li jaslu sa Bagħal. Dawn kienu l-ismijiet imniżżlin fir-rekords tal-familji tagħhom u l-postijiet fejn għexu. 34 Oħrajn li jiġu minn Simegħon kienu: Mesobab, Ġamlek, Ġosa bin Amażija, 35 Ġoel, Ġeħu (bin Ġosibija, bin Seraja, bin Għasijel), 36 Eljogħenaj, Ġagħkoba, Ġesoħaja, Għasaja, Għadijel, Ġesimijel, Benaja, 37 u Żiża bin Sifgħi, bin Allon, bin Ġedaja, bin Simri, bin Semajja. 38 Dawn li ssemmew kienu l-kapijiet fost il-familji tagħhom, u n-nies taʼ dar missirijiethom żdiedu. 39 U marru lejn id-daħla taʼ Gedor, fuq in-naħa tal-Lvant tal-wied, biex ifittxu post fejn jirgħaw l-imrieħel tagħhom. 40 Huma sabu post tajjeb u miksi bil-ħaxix, u l-art kienet spazjuża, fil-kwiet, u bla tfixkil. Qabel kienu jgħixu hemm il-Ħamin. 41 Dawn li isimhom hu mniżżel marru fi żmien ir-Re Ħeżekija taʼ Ġuda, u ħarbtu t-tined tal-Ħamin u tal-Megħunin li kienu hemmhekk. Huma qerduhom bħalma jidher ċar sal-lum, u bdew jgħixu minflokhom għax kien hemm fejn jirgħaw l-imrieħel tagħhom.

42 U 500 raġel mis-Simegħonin marru lejn il-Muntanja Segħir immexxijin minn Pelatija, Negħarija, Refaja, u Użżijel, it-tfal taʼ Isgħi. 43 U huma attakkaw il-bqija tal-Għamalekin li kienu ħarbu, u għadhom jgħixu hemmhekk sal-lum.

5 Dawn huma t-tfal taʼ Ruben, l-ewwel imwieled t’Iżrael. Imma talli kellu x’jaqsam mal-konkubina* taʼ missieru, id-dritt tiegħu bħala l-ewwel imwieled ingħata lit-tfal taʼ Ġużeppi bin Iżrael. B’hekk ma ġiex irreġistrat bħala l-ewwel imwieled fil-linja ġenealoġika tal-familja. 2 Minkejja li Ġuda kien superjuri għal ħutu u l-mexxej ġie mil-linja tiegħu, id-dritt bħala l-ewwel imwieled kien taʼ Ġużeppi. 3 It-tfal taʼ Ruben, l-ewwel imwieled t’Iżrael, kienu Ħanok, Pallu, Ħesron, u Karmi. 4 Dawn kienu dawk li jiġu minn Ġoel: Ġoel kellu lil Semajja, Semajja kellu lil Gog, Gog kellu lil Simgħi, 5 Simgħi kellu lil Mikea, Mikea kellu lil Regħaja, Regħaja kellu lil Bagħal, 6 u Bagħal kellu lil Birah, li r-Re Tilgat-pilneser tal-Assirja ħadu fl-eżilju. Hu kien kap tar-Rubenin. 7 Ħutu skont ir-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika tal-familji tagħhom kienu: Ġegħijel il-kap, Żakkarija, 8 u Bela, li missieru kien Għażaż, nannuh Sema, u bużnannuh Ġoel. Il-familja taʼ Bela għexu f’Għarogħer u sa Nebo u Bagħal-megħon. 9 Lejn il-Lvant, huma ssetiljaw sa fejn jibda d-deżert qrib ix-Xmara Ewfrat, għax l-imrieħel tagħhom kienu żdiedu fl-art taʼ Gilegħad. 10 Fi żmien Sawl iggwerraw kontra l-Ħagrin u rebħulhom. Għalhekk, għexu fit-tined tagħhom fit-territorju kollu lejn il-Lvant taʼ Gilegħad.

11 Dawk li jiġu minn Gad għexu ħdejhom fl-art tal-Basan sa Saleka. 12 Fil-Basan, Ġoel kien il-kap, Safam kien it-tieni, u kien hemm ukoll Ġagħnaj u Safat. 13 U ħuthom min-naħa tal-missier kienu sebgħa: Mikiel, Mesullam, Xeba, Ġoraj, Ġagħkan, Żigħa, u Għeber. 14 Dawn li ssemmew kienu t-tfal taʼ Abiħajl. Abiħajl kien bin Ħuri, Ħuri kien bin Ġarogħa, Ġarogħa kien bin Gilegħad, Gilegħad kien bin Mikiel, Mikiel kien bin Ġesisaj, Ġesisaj kien bin Ġaħdo, u Ġaħdo kien bin Buż. 15 Il-kap tal-familja min-naħa tal-missier kien Aħi, li missieru kien Għabdijel u nannuh kien Guni. 16 Huma għexu f’Gilegħad, fil-Basan u fil-bliet li jiddependu minnu,* u sa fejn tispiċċa l-art taʼ Saron li tintuża għall-annimali. 17 Dawn kienu kollha rreġistrati fil-linja ġenealoġika fi żmien ir-Re Ġotam taʼ Ġuda u fi żmien ir-Re Ġerobogħam* t’Iżrael.

18 Ir-Rubenin, il-Gadin, u nofs it-tribù taʼ Manasse kellhom 44,760 gwerrier b’saħħtu fl-armata tagħhom. Dawn kienu jġorru t-tarka u x-xabla, kienu armati bil-qaws, u kienu ttrennjati għall-gwerra. 19 Huma ggwerraw kontra l-Ħagrin, Ġetur, Nafis, u Nodab. 20 Meta kienu qed jiġġieldu kontrihom, Alla għenhom u tahom f’idejhom il-Ħagrin u dawk kollha li kienu magħhom. Dan għamlu għax huma talbuh bil-ħniena għall-għajnuna u fdaw fih. 21 Huma ħadulhom 50,000 ġemel, 250,000 nagħġa, 2,000 ħmar, u 100,000 ruħ. 22 Kien hemm ħafna li mietu, għaliex l-Alla l-veru ġġieled għalihom. U huma għexu minflokhom sa żmien l-eżilju.

23 Dawk li jiġu minn nofs it-tribù taʼ Manasse għexu fl-art mill-Basan sa Bagħal-ħermon, is-Senir, u l-Muntanja Ħermon. Huma kienu ħafna. 24 Dawn kienu l-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier: Għefer, Isgħi, Eligħel, Għażrijel, Ġeremija, Ħodawija, u Ġaħdijel. Dawn kienu gwerriera b’saħħithom, irġiel magħrufin, u kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier. 25 Imma huma ma kinux leali lejn l-Alla taʼ missirijiethom u għamlu prostituzzjoni mal-allat tan-nies tal-pajjiż, li Alla kien qered minn quddiemhom. 26 Għalhekk, l-Alla t’Iżrael ħeġġeġ lir-Re Pul tal-Assirja, jiġifieri Tilgat-pilneser, biex jieħu fl-eżilju lir-Rubenin, il-Gadin, u nofs it-tribù taʼ Manasse u ħadhom Ħala, Ħabor, Ħagħra, u x-Xmara Gożan. U dawn għadhom hemm sal-lum.

6 It-tfal taʼ Levi kienu Gerson, Keħat, u Merari. 2 It-tfal taʼ Keħat kienu Għamram, Isħar, Ħebron, u Użżijel. 3 It-tfal taʼ Għamram kienu Aron, Mosè, u Mirjam. U t-tfal t’Aron kienu Nadab, Abiħu, Elegħażar, u Itamar. 4 Elegħażar kellu lil Fineħas, Fineħas kellu lil Abisugħa, 5 Abisugħa kellu lil Bukki, Bukki kellu lil Użżi, 6 Użżi kellu lil Żeraħija, Żeraħija kellu lil Merajot, 7 Merajot kellu lil Amarija, Amarija kellu lil Aħitub, 8 Aħitub kellu lil Sadok, Sadok kellu lil Aħimgħas, 9 Aħimgħas kellu lil Għażarija, Għażarija kellu lil Ġoħanan, 10 u Ġoħanan kellu lil Għażarija. Dan qeda bħala qassis fid-dar li Salamun bena f’Ġerusalemm.

11 Għażarija kellu lil Amarija, Amarija kellu lil Aħitub, 12 Aħitub kellu lil Sadok, Sadok kellu lil Sallum, 13 Sallum kellu lil Ħilkija, Ħilkija kellu lil Għażarija, 14 Għażarija kellu lil Seraja, u Seraja kellu lil Ġeħosadak. 15 Ġeħosadak mar fl-eżilju meta Ġeħova ħa lil Ġuda u lil Ġerusalemm fl-eżilju permezz taʼ Nebukadnessar.

16 It-tfal taʼ Levi kienu Gersom,* Keħat, u Merari. 17 Dawn huma l-ismijiet tat-tfal taʼ Gersom: Libni u Simgħi. 18 It-tfal taʼ Keħat kienu Għamram, Isħar, Ħebron, u Użżijel. 19 It-tfal taʼ Merari kienu Maħli u Musi.

Dawn kienu l-familji tal-Leviti skont isem missirijiethom: 20 Dawk li jiġu minn Gersom kienu Libni, Ġaħat, Żimma, 21 Ġowaħ, Iddo, Żeraħ, u Ġegħateraj. 22 Dawk li jiġu minn Keħat kienu Għamminadab, Koraħ, Assir, 23 Elkana, Ebjasaf, Assir, 24 Taħat, Urijel, Użżija, u Sagħul. 25 It-tfal taʼ Elkana kienu Għamasaj u Aħimot. 26 Dawk li jiġu minn Elkana ieħor kienu Sofaj, Naħat, 27 Eljab, Ġeroħam, u Elkana. 28 It-tfal taʼ Samwel kienu Ġoel, l-ewwel imwieled, u Abija, it-tieni. 29 Dawk li jiġu minn Merari kienu Maħli, Libni, Simgħi, Użżah, 30 Simegħa, Ħaggija, u Għasaja.

31 David inkariga xi rġiel biex jidderieġu l-kant fid-dar taʼ Ġeħova wara li l-Arka tqiegħdet hemmhekk. 32 Huma kienu jieħdu ħsieb il-kant quddiem it-tabernaklu tat-tinda tal-laqgħa sakemm Salamun bena d-dar taʼ Ġeħova f’Ġerusalemm. Huma għamlu s-servizz tagħhom skont l-inkarigu li ngħataw. 33 Dawn huma l-irġiel li qdew mat-tfal tagħhom: Mill-Keħatin, Ħeman il-kantant. Ħeman kien bin Ġoel, Ġoel kien bin Samwel, 34 Samwel kien bin Elkana, Elkana kien bin Ġeroħam, Ġeroħam kien bin Eligħel, Eligħel kien bin Togħa, 35 Togħa kien bin Suf, Suf kien bin Elkana, Elkana kien bin Maħat, Maħat kien bin Għamasaj, 36 Għamasaj kien bin Elkana, Elkana kien bin Ġoel, Ġoel kien bin Għażarija, Għażarija kien bin Sofonija, 37 Sofonija kien bin Taħat, Taħat kien bin Assir, Assir kien bin Ebjasaf, Ebjasaf kien bin Koraħ, 38 Koraħ kien bin Isħar, Isħar kien bin Keħat, Keħat kien bin Levi, u Levi kien bin Iżrael.

39 Ħuh Asaf kien joqgħod fuq il-lemin tiegħu. Asaf kien bin Berekija, Berekija kien bin Simegħa, 40 Simegħa kien bin Mikiel, Mikiel kien bin Bagħseja, Bagħseja kien bin Malkija, 41 Malkija kien bin Etni, Etni kien bin Żeraħ, Żeraħ kien bin Għadaja, 42 Għadaja kien bin Etan, Etan kien bin Żimma, Żimma kien bin Simgħi, 43 Simgħi kien bin Ġaħat, Ġaħat kien bin Gersom, u Gersom kien bin Levi.

44 Fuq ix-xellug kien hemm Etan, li jiġi minn ħuhom Merari. Etan kien bin Kisi, Kisi kien bin Għabdi, Għabdi kien bin Malluk, 45 Malluk kien bin Ħasabija, Ħasabija kien bin Amażija, Amażija kien bin Ħilkija, 46 Ħilkija kien bin Amsi, Amsi kien bin Bani, Bani kien bin Semer, 47 Semer kien bin Maħli, Maħli kien bin Musi, Musi kien bin Merari, u Merari kien bin Levi.

48 Ħuthom il-Leviti kienu ġew inkarigati fuq is-servizz* kollu tat-tabernaklu, jiġifieri d-dar tal-Alla l-veru. 49 Aron u t-tfal tiegħu offrew id-duħħan tas-sagrifiċċji fuq l-artal tal-offerta tal-ħruq u fuq l-artal tal-inċens, billi għamlu l-iktar xogħol qaddis, biex jagħmlu tpattija għal Iżrael, bħalma kien ikkmanda Mosè l-qaddej tal-Alla l-veru. 50 Dawn kienu dawk li jiġu minn Aron: Elegħażar, Fineħas, Abisugħa, 51 Bukki, Użżi, Żeraħija, 52 Merajot, Amarija, Aħitub, 53 Sadok, u Aħimgħas.

54 Dawn kienu l-postijiet fejn il-Leviti għexu u fejn kellhom il-kampijiet* fit-territorju tagħhom: Meta tefgħu x-xorti, l-ewwel xorti ġiet fuq dawk li jiġu minn Aron li kienu tal-familja tal-Keħatin. 55 Huma ngħataw Ħebron fl-art taʼ Ġuda, bl-art taʼ madwarha għall-annimali. 56 Imma l-għelieqi tal-belt u l-irħula tagħha tawhom lil Kaleb bin Ġefunne. 57 U lil dawk li jiġu minn Aron tawhom il-bliet* tar-refuġju, jiġifieri Ħebron. U wkoll tawhom Libna bl-art taʼ madwarha għall-annimali, Ġattir, u Estemogħa bl-art taʼ madwarha għall-annimali. 58 Tawhom ukoll Ħilen, Debir, 59 Għasan, u Bet-xemex bl-art taʼ madwarhom għall-annimali. 60 It-tribù taʼ Benjamin tahom Geba, Għalemet, u Għanatot bl-art taʼ madwarhom għall-annimali. B’kollox, kellhom 13-il belt għall-familji tagħhom.

61 Wara li tefgħu x-xorti, ingħataw għaxart ibliet lill-bqija tal-Keħatin. Huma rċivew il-bliet minn familji taʼ tribujiet oħrajn u minn nofs it-tribù taʼ Manasse.

62 Il-Gersomin skont il-familji tagħhom irċivew 13-il belt mit-tribù taʼ Issakar, t’Aser, taʼ Naftali, u taʼ Manasse fil-Basan.

63 Il-Merarin skont il-familji tagħhom irċivew bix-xorti 12-il belt mit-tribù taʼ Ruben, taʼ Gad, u taʼ Żebulun.

64 B’hekk, l-Iżraelin taw lil-Leviti dawn il-bliet bl-art taʼ madwarhom għall-annimali. 65 Barra minn hekk, taw bix-xorti bliet mit-tribù taʼ Ġuda, taʼ Simegħon, u taʼ Benjamin, li huma msemmijin b’isimhom.

66 Xi familji tal-Keħatin kellhom bliet mit-tribù t’Efrajm bħala t-territorju tagħhom. 67 Huma tawhom il-bliet* tar-refuġju, jiġifieri Sikem bl-art taʼ madwarha għall-annimali fir-reġjun muntanjuż t’Efrajm. Tawhom ukoll Geżer, 68 Ġokmegħam, Bet-ħoron, 69 Ajjalon, u Gat-rimmon bl-art taʼ madwarhom għall-annimali. 70 Il-familji tal-Keħatin li kien baqaʼ rċivew Għaner u Bilegħam bl-art taʼ madwarhom għall-annimali mingħand nofs it-tribù taʼ Manasse.

71 Il-Gersomin irċivew Golan fil-Basan u Għastarot bl-art taʼ madwarhom għall-annimali mingħand il-familja taʼ nofs it-tribù taʼ Manasse. 72 Mingħand it-tribù taʼ Issakar irċivew Kedes, Daberat, 73 Ramot, u Għanem bl-art taʼ madwarhom għall-annimali. 74 Mingħand it-tribù t’Aser irċivew Masal, Għabdon, 75 Ħukok, u Reħob bl-art taʼ madwarhom għall-annimali. 76 Mingħand it-tribù taʼ Naftali rċivew Kedes fil-Galilija, Ħammon, u Kirjatajm bl-art taʼ madwarhom għall-annimali.

77 Mingħand it-tribù taʼ Żebulun, il-Merarin li kien baqaʼ rċivew Rimmono u Tabor bl-art taʼ madwarhom għall-annimali. 78 Mingħand it-tribù taʼ Ruben, fir-reġjun tal-Ġordan f’Ġeriko lejn il-Lvant tal-Ġordan, irċivew Beser fid-deżert, Ġaħas, 79 Kedemot, u Mefgħat bl-art taʼ madwarhom għall-annimali. 80 U mingħand it-tribù taʼ Gad irċivew Ramot f’Gilegħad, Maħanajm, 81 Ħesbon, u Ġagħżer bl-art taʼ madwarhom għall-annimali.

7 Issa Issakar kellu erbaʼ subien: Tola, Puwa, Ġasub, u Simron. 2 U t-tfal taʼ Tola kienu Użżi, Refaja, Ġerijel, Ġaħmaj, Ibsam, u Semwel. Dawn kienu l-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier. Minn Tola ħarġu gwerriera b’saħħithom, li fi żmien David kienu 22,600. 3 U dawk li jiġu minn* Użżi kienu Iżraħija u t-tfal tiegħu: Mikiel, Għobadija, Ġoel, u Issija.* Il-ħamsa li huma kienu kapijiet. 4 Huma u dawk li jiġu minnhom kellhom ħafna nisa u tfal, b’hekk mill-familja taʼ missirijiethom kellhom 36,000 suldat fl-armata tagħhom lesti għall-gwerra. 5 U ħuthom mill-familji kollha taʼ Issakar kienu gwerriera b’saħħithom. B’kollox kienu 87,000, skont ir-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika tagħhom.

6 Benjamin kellu tliet subien: Bela, Beker, u Ġedjagħel. 7 U Bela kellu ħames subien: Esbon, Użżi, Użżijel, Ġerimot, u Iri. Dawn kienu kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier u gwerriera b’saħħithom. Kien hemm 22,034 irreġistrati fil-linja ġenealoġika tagħhom. 8 U t-tfal ta’ Beker kienu Żemira, Ġogħas, Eligħeżer, Eljogħenaj, Għomri, Ġeremot, Abija, Għanatot, u Għalemet. Dawn kollha kienu t-tfal ta’ Beker. 9 Skont ir-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika tal-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier, dawk li jiġu minnhom kienu 20,200 gwerrier b’saħħtu. 10 U t-tfal ta’* Ġedjagħel kienu Bilħan u t-tfal tiegħu: Ġegħus, Benjamin, Eħud, Kengħana, Żetan, Tarsis, u Aħisaħar. 11 Dawn kollha kienu t-tfal ta’ Ġedjagħel, skont il-kapijiet taʼ missirijiethom, 17,200 gwerrier b’saħħtu lesti li jmorru għall-gwerra mal-armata.

12 Is-Suffim u l-Ħuffim kienu t-tfal ta’ Ir. Il-Ħusin kienu t-tfal ta’ Aħer.

13 It-tfal ta’ Naftali kienu Ġaħsijel, Guni, Ġeżer, u Sallum. Dawn kienu dawk li jiġu minn* Bilħa.

14 It-tfal ta’ Manasse: Asrijel mill-konkubina Sirjana tiegħu. (Hi welldet lil Makir, missier Gilegħad. 15 Makir ħa mara għal Ħuffim u għal Suffim, u oħtu kien jisimha Magħka.) It-tieni kien jismu Selofeħad, imma Selofeħad kellu bniet biss. 16 Magħka, mart Makir, kellha tifel u semmietu Peres; ħuh kien jismu Seres; u t-tfal tiegħu kienu Ulam u Rekem. 17 U t-tifel* taʼ Ulam kien Bedan. Dawn kienu t-tfal ta’ Gilegħad bin Makir u n-neputi taʼ Manasse. 18 U oħtu kienet Ħammoleket. Hi welldet lil Isħod, Abi-għeżer, u Maħla. 19 U t-tfal ta’ Semida kienu Aħijan, Sikem, Likħi, u Anigħam.

20 Efrajm kellu lil Sutelaħ, Sutelaħ kellu lil Bered, Bered kellu lil Taħat, Taħat kellu lil Elegħada, Elegħada kellu lil Taħat, 21 Taħat kellu lil Żabad, u Żabad kellu lil Sutelaħ. Efrajm kellu wkoll lil Għeżer u lil Elegħad. L-irġiel taʼ Gat niżlu jisirqulhom l-imrieħel u qatluhom. 22 Missierhom Efrajm għamel il-vistu għal ħafna jiem, u ħutu baqgħu jmorru jfarrġuh. 23 Wara kellu x’jaqsam maʼ martu u hi ħarġet tqila u kellha tifel. Hu semmieh Berija,* għaliex wellditu fi żmien meta kien hemm il-gwaj f’daru. 24 U t-tifla tiegħu kienet Segħera, li bniet Bet-ħoron t’Isfel u taʼ Fuq u Użżen-segħera. 25 Hu kellu lil Refaħ u lil Resef. Resef kellu lil Telaħ, Telaħ kellu lil Taħan, 26 Taħan kellu lil Lagħdan, Lagħdan kellu lil Għammiħud, Għammiħud kellu lil Elisama, 27 Elisama kellu lil Nun, u Nun kellu lil Ġożwè.*

28 Il-wirt u l-postijiet fejn għexu dawk li jiġu minn Efrajm kienu Betel u l-bliet li jiddependu minnha,* Nagħran lejn il-Lvant, Geżer u l-bliet li jiddependu minnha lejn il-Punent, u Sikem u l-bliet li jiddependu minnha sa Aja* u l-bliet li jiddependu minnha. 29 Dawk li jiġu minn Manasse kellhom Bet-segħan, Tagħnak, Megiddo, u Dor u l-bliet li jiddependu minnhom. F’dawn għexu dawk li jiġu minn Ġużeppi bin Iżrael.

30 It-tfal t’Aser kienu Imnaħ, Iswa, Iswi, Berija, u oħthom Seraħ. 31 It-tfal ta’ Berija kienu Ħeber u Malkijel, li kien missier Birżajt. 32 Ħeber kellu lil Ġaflet, Somer, Ħotam, u oħthom Sugħa. 33 It-tfal ta’ Ġaflet kienu Pasak, Bimħal, u Għaswat. Dawn kienu t-tfal ta’ Ġaflet. 34 It-tfal ta’ Semer* kienu Aħi, Roħga, Ġeħubba, u Aram. 35 It-tfal ta’ ħuh Ħelem* kienu Sofaħ, Imna, Seles, u Għamal. 36 It-tfal ta’ Sofaħ kienu Suwa, Ħarnefer, Sugħal, Beri, Imrah, 37 Beser, Ħod, Samma, Silsa, Itran, u Begħera. 38 It-tfal ta’ Ġeter kienu Ġefunne, Pispa, u Ara. 39 It-tfal ta’ Ulla kienu Araħ, Ħannijel, u Risja. 40 Dawn kollha kienu t-tfal t’Aser, kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier, gwerriera b’saħħithom u magħżulin, u kapijiet tal-kapijiet. Fir-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika tagħhom kien hemm 26,000 raġel fl-armata lesti għall-gwerra.

8 Benjamin kellu lil Bela, l-ewwel imwieled, Asbel it-tieni, Aħaraħ it-tielet, 2 Noħa r-rabaʼ, u Rafa l-ħames. 3 It-tfal taʼ Bela kienu Addar, Gera, Abiħud, 4 Abisugħa, Nagħman, Aħogħa, 5 Gera, Sefufan, u Ħuram. 6 It-tfal taʼ Eħud kienu l-kapijiet tal-familji li jgħixu f’Geba, li ttieħdu fl-eżilju f’Manaħat. Dawn kienu 7 Nagħman, Aħija, u Gera. Huma ħadu n-nies fl-eżilju u Gera ħa t-tmexxija. Hu kellu lil Użża u Aħiħud. 8 Saħarajm kellu t-tfal fit-territorju taʼ Mowab wara li keċċiehom. In-nisa tiegħu kienu Ħusim u Bagħra.* 9 U minn martu Ħodes kellu lil Ġobab, Sibja, Mesa, Malkam, 10 Ġegħuz, Sakja, u Mirma. Dawn kienu t-tfal tiegħu, kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier.

11 Minn Ħusim kellu lil Abitub u Elfgħal. 12 U t-tfal taʼ Elfgħal kienu Għeber, Misgħam, Semed (li bena Ono u Lod bil-bliet li jiddependu minnha*), 13 Berija, u Sema. Dawn kienu l-kapijiet tal-familji li jgħixu f’Ajjalon. Dawn keċċew lin-nies taʼ Gat. 14 It-tfal taʼ Berija kienu Aħjo, Sasak, Ġeremot, 15 Żebadija, Għarad, Għeder, 16 Mikiel, Isfa, u Ġoħa, it-tfal taʼ Berija. 17 It-tfal taʼ Elfgħal kienu Żebadija, Mesullam, Ħiżki, Ħeber, 18 Ismeraj, Iżlija, u Ġobab, it-tfal taʼ Elfgħal. 19 It-tfal taʼ Simgħi kienu Ġakim, Żikri, Żabdi, 20 Eligħenaj, Silletaj, Eligħel, 21 Għadaja, Beraja, u Simrat, it-tfal taʼ Simgħi. 22 It-tfal taʼ Sasak kienu Isfan, Għeber, Eligħel, 23 Għabdon, Żikri, Ħanan, 24 Ħananija, Għelam, Għantotija, 25 Ifdeja, u Penwel, it-tfal taʼ Sasak. 26 It-tfal taʼ Ġeroħam kienu Samseraj, Seħarija, Għatalija, 27 Ġagħresija, Elija, u Żikri, it-tfal taʼ Ġeroħam. 28 Dawn kienu l-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier skont dawk li jiġu minnhom. Huma kienu jgħixu f’Ġerusalemm.

29 Ġegħijel missier Gibegħon kien jgħix f’Gibegħon. Martu kien jisimha Magħka. 30 L-ewwel imwieled tiegħu kien Għabdon, u warajh kien hemm Żur, Kis, Bagħal, Nadab, 31 Gedor, Aħjo, u Żeker. 32 Miklot kellu lil Simegħah. Dawn kollha għexu maʼ ħuthom f’Ġerusalemm ħdejn ħuthom l-oħrajn.

33 Ner kellu lil Kis, Kis kellu lil Sawl. Sawl kellu lil Ġonatan, Malki-sugħa, Abinadab, u Esbagħal.* 34 U t-tifel taʼ Ġonatan kien Merib-bagħal.* Merib-bagħal kellu lil Mikea. 35 U t-tfal taʼ Mikea kienu Piton, Melek, Tarea, u Aħaż. 36 Aħaż kellu lil Ġeħogħadda, Ġeħogħadda kellu lil Għalemet, Għażmawet, u Żimri. Żimri kellu lil Mosa, 37 Mosa kellu lil Binegħa, Binegħa kellu lil Rafah, Rafah kellu lil Elegħasa, u Elegħasa kellu lil Asel. 38 Asel kellu sitt subien: Għażrikam, Bokeru, Ismagħel, Segħarija, Għobadija, u Ħanan. Dawn kollha kienu t-tfal taʼ Asel. 39 U t-tfal taʼ ħuh Għesek kienu Ulam, l-ewwel imwieled, Ġegħus it-tieni, u Elifelet it-tielet. 40 U t-tfal taʼ Ulam kienu gwerriera b’saħħithom li jafu jużaw il-qaws, u kellhom ħafna tfal u neputijiet, 150 b’kollox. Dawn kollha kienu dawk li jiġu minn Benjamin.

9 L-Iżraelin kollha kienu rreġistrati skont il-linja ġenealoġika, u isimhom hu miktub fil-Ktieb tar-Rejiet t’Iżrael. U n-nies taʼ Ġuda ttieħdu fl-eżilju f’Babilonja minħabba n-nuqqas taʼ lealtà tagħhom. 2 L-ewwel nies li marru lura f’arthom u fil-bliet tagħhom kienu xi Iżraelin, il-qassisin, il-Leviti, u l-qaddejja tat-tempju.* 3 U xi wħud minn dawk li jiġu minn Ġuda, Benjamin, Efrajm, u Manasse li ssetiljaw f’Ġerusalemm kienu: 4 Minn dawk li jiġu minn Pereż bin Ġuda, Utaj bin Għammiħud, bin Għomri, bin Imri, bin Bani. 5 U minn dawk li jiġu minn Selaħ, Għasaja l-ewwel imwieled u t-tfal tiegħu. 6 U minn dawk li jiġu minn* Żeraħ, Ġegħuwel. Magħhom ġew lura 690 minn ħuthom.

7 U minn dawk li jiġu minn Benjamin, Sallu bin Mesullam, bin Ħodawija, bin Ħassenugħa, 8 Ibneja bin Ġeroħam, Elah bin Użżi, bin Mikri, u Mesullam bin Sefatija, bin Regħwel, bin Ibnija. 9 U ħuthom skont id-dixxendenza tagħhom kienu 956. Dawn kollha kienu kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier.*

10 U mill-qassisin kien hemm Ġedaja, Ġeħojarib, Ġakin, 11 u Għażarija bin Ħilkija, bin Mesullam, bin Sadok, bin Merajot, bin Aħitub, li kien mexxej tad-dar* tal-Alla l-veru. 12 Kien hemm ukoll Għadaja bin Ġeroħam, bin Pasħur, bin Malkija, Magħsaj bin Għadijel, bin Ġaħżera, bin Mesullam, bin Mesillemit, bin Immer, 13 u ħuthom, kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier, 1,760 raġel kuraġġuż u kapaċi fis-servizz tad-dar tal-Alla l-veru.

14 U mil-Leviti kien hemm Semajja bin Ħassub, bin Għażrikam, bin Ħasabija minn dawk li jiġu minn Merari; 15 u Bakbakkar, Ħeres, Galal, u Mattanija bin Mika, bin Żikri, bin Asaf, 16 Għobadija bin Semajja, bin Galal, bin Ġedutun, u Berekija bin Asa, bin Elkana, li kien qed jgħix fl-irħula tan-Netofatin.

17 L-għassiesa tal-bibien kienu Sallum, Għakkub, Talmon, u Aħiman. Ħuhom Sallum kien il-kap 18 u sa dak iż-żmien hu kien f’bieb ir-re lejn il-Lvant. Dawn kienu l-għassiesa tal-bibien tal-kampijiet tal-Leviti. 19 U Sallum bin Kore, bin Ebjasaf, bin Koraħ, u ħutu minn dar missieru, jiġifieri l-Koraħin, kienu jieħdu ħsieb ix-xogħol tas-servizz bħala l-għassiesa tal-bibien tat-tinda. U missirijiethom kienu jieħdu ħsieb il-kamp taʼ Ġeħova bħala l-għassiesa tad-daħla. 20 Fil-passat, Fineħas bin Elegħażar kien il-mexxej tagħhom u Ġeħova kien miegħu. 21 Żakkarija bin Meselemija kien l-għassies tal-bieb tad-daħla tat-tinda tal-laqgħa.

22 Dawk kollha li ntgħażlu bħala għassiesa mal-bibien kienu 212. Dawn kienu fl-irħula tagħhom skont ir-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika tagħhom. Lil dawn, David u Samwel il-profeta* fdawhom b’dan ix-xogħol. 23 Huma u t-tfal tagħhom kienu jieħdu ħsieb is-servizz tal-għassa tal-bibien tad-dar taʼ Ġeħova, jiġifieri t-tinda. 24 L-għassiesa tal-bibien kienu lejn l-erbaʼ naħat—il-Lvant, il-Punent, it-Tramuntana, u n-Nofsinhar. 25 Minn żmien għal żmien, ħuthom kellhom jiġu mill-irħula tagħhom biex jaqdu magħhom għal sebat ijiem. 26 Erbaʼ kapijiet* tal-għassiesa tal-bibien, li kienu Leviti, ġew fdati biex jieħdu ħsieb il-kmamar tal-ikel u l-post fejn iżommu t-teżori fid-dar tal-Alla l-veru. 27 Huma kienu jqattgħu l-lejl fl-għases tagħhom madwar id-dar tal-Alla l-veru, għax kienu jieħdu ħsieb is-servizz tal-għassa u kellhom jiftħu l-bibien kull filgħodu.

28 Xi wħud minnhom kienu jieħdu ħsieb l-għodod tas-servizz. Kienu jgħodduhom meta jdaħħluhom u meta joħorġuhom. 29 Xi wħud minnhom kienu inkarigati biex jieħdu ħsieb l-għodod, l-għodod qaddisin kollha, id-dqiq fin, l-inbid, iż-żejt, l-inċens abjad, u ż-żejt tal-balzmu. 30 Xi wħud mit-tfal tal-qassisin kienu jagħmlu t-taħlita tal-ingwent miż-żejt tal-balzmu. 31 U Mattitija mil-Leviti, li kien l-ewwel imwieled taʼ Sallum il-Koraħi, kien fdat jieħu ħsieb l-affarijiet li jissajru fil-forn. 32 Xi wħud minn ħuthom il-Keħatin kellhom ir-responsabbiltà li jippreparaw il-ħobż tal-preżenza* kull sabat.

33 Dawn kienu l-kantanti, il-kapijiet min-naħa tal-missier tal-Leviti li kienu fil-kmamar tal-ikel. Huma kienu meħlusin minn xogħol ieħor, għax kellhom ir-responsabbiltà li jkunu xogħol billejl u binhar. 34 Dawn kienu l-kapijiet min-naħa tal-missier tal-Leviti skont id-dixxendenza tagħhom. Dawn il-kapijiet kienu jgħixu Ġerusalemm.

35 Missier Gibegħon, Ġegħijel, kien jgħix f’Gibegħon. Martu kienet Magħka. 36 U l-ewwel imwieled tiegħu kien Għabdon, u mbagħad kellu lil Żur, Kis, Bagħal, Ner, Nadab, 37 Gedor, Aħjo, Żakkarija, u Miklot. 38 Miklot kellu lil Simegħam. U lkoll kienu jgħixu viċin ħuthom f’Ġerusalemm, flimkien maʼ ħuthom l-oħrajn. 39 Ner kellu lil Kis, Kis kellu lil Sawl, u Sawl kellu lil Ġonatan, Malki-sugħa, Abinadab, u Esbagħal. 40 U bin Ġonatan kien Merib-bagħal. Merib-bagħal kellu lil Mikea. 41 U t-tfal taʼ Mikea kienu Piton, Melek, Taregħa, u Aħaż. 42 Aħaż kellu lil Ġagħra, u Ġagħra kellu lil Għalemet, Għażmawet, u Żimri. Żimri kellu lil Mosa. 43 Mosa kellu lil Binegħa, Binegħa kellu lil Refaja, Refaja kellu lil Elegħasa, u Elegħasa kellu lil Asel. 44 Asel kellu sitt subien: Għażrikam, Bokeru, Ismagħel, Segħarija, Għobadija, u Ħanan. Dawn kienu t-tfal taʼ Asel.

10 Il-Filistin kienu qed jiġġieldu kontra Iżrael. U l-irġiel t’Iżrael ħarbu minn quddiemhom u ħafna nqatlu fuq il-Muntanja Gilbogħa. 2 Il-Filistin iffokaw fuq Sawl u t-tfal tiegħu, u qatlu lil Ġonatan, lil Abinadab, u lil Malki-sugħa, it-tfal taʼ Sawl. 3 Il-ġlied ħrax kontra Sawl, u l-arċiera sabuh u weġġgħuh serjament. 4 Imbagħad Sawl qal lil dak li jġorrlu l-armi: “Aqbad ix-xabla tiegħek u infidni biha, biex ma jiġux dawn l-irġiel mhux ċirkonċiżi u jaħqruni.” Imma dak li jġorrlu l-armi ma riedx, għaliex beżaʼ ħafna. Għalhekk, Sawl qabad ix-xabla u nxteħet fuqha. 5 Meta dak li jġorrlu l-armi ra li Sawl kien miet, hu wkoll inxteħet fuq ix-xabla tiegħu u miet. 6 B’hekk, Sawl, it-tlett itfal tiegħu, u dawk kollha taʼ daru li kienu miegħu mietu flimkien. 7 Meta n-nies kollha t’Iżrael li kienu fil-wied* raw li s-suldati kienu ħarbu u li Sawl u t-tfal tiegħu kienu mietu, bdew jitilqu mill-bliet tagħhom u jaħarbu. Imbagħad il-Filistin marru jgħixu fihom.

8 L-għada, meta l-Filistin ġew ineżżgħu l-maqtulin, sabu l-ġisem taʼ Sawl u tat-tfal tiegħu fuq il-Muntanja Gilbogħa. 9 Għalhekk, neżżgħuh, qatgħulu rasu, ħadu l-armatura tiegħu, u bagħtu messaġġ fl-art tal-Filistin biex ixerrdu l-aħbar fid-djar tal-idoli tagħhom u man-nies. 10 Imbagħad poġġew l-armatura tiegħu fit-tempju tal-alla tagħhom, u rasu dendluha mat-tempju taʼ Dagon.

11 Meta dawk kollha taʼ Ġabes f’Gilegħad semgħu b’kulma l-Filistin kienu għamlu lil Sawl, 12 il-gwerriera kollha marru u ġarrew il-katavru taʼ Sawl u tat-tfal tiegħu. Huma ħaduhom Ġabes u difnu l-għadam tagħhom taħt is-siġra l-kbira f’Ġabes, u samu għal sebat ijiem.

13 B’hekk, Sawl miet minħabba n-nuqqas taʼ lealtà li kien wera kontra Ġeħova għax m’obdiex dak li qal Ġeħova u ħa parir mingħand medjum tal-ispirti 14 minflok ma staqsa lil Ġeħova. Għalhekk, Alla qatlu u ta s-saltna lil David bin Ġesse.

11 Maż-żmien, l-Iżraelin kollha nġabru għand David f’Ħebron u qalulu: “Aħna niġu minnek.* 2 Fil-passat, meta Sawl kien re, int kont il-wieħed li tmexxi lil Iżrael għall-battalji.* U Ġeħova l-Alla tiegħek qallek: ‘Int tirgħa lill-poplu tiegħi Iżrael, u int issir mexxej fuq il-poplu tiegħi Iżrael.’” 3 Għalhekk, l-anzjani* kollha t’Iżrael marru għand ir-Re David f’Ħebron, u hu għamel patt magħhom hemm quddiem Ġeħova. Imbagħad dilku* lil David bħala re fuq Iżrael, bħalma kien qal Ġeħova permezz taʼ Samwel.

4 Iktar tard, David u Iżrael kollu marru Ġerusalemm, jiġifieri Ġebus, fejn kienu joqogħdu l-Ġebusin. 5 In-nies taʼ Ġebus sfidaw lil David u qalu: “Int qatt ma tidħol hawn!” Iżda David xorta ħa taħt idejh il-fortizza taʼ Sijon, li issa hi l-Belt taʼ David. 6 Għalhekk David qal: “L-ewwel wieħed li jattakka lill-Ġebusin isir il-kap tal-armati.” U telaʼ l-ewwel Ġowab bin Seruja, u hu sar il-kap. 7 Imbagħad David beda jgħix fil-fortizza. Huwa għalhekk li semmewha l-Belt taʼ David. 8 Hu beda jibni l-belt dawramejt, mill-Għolja* sal-inħawi taʼ madwarha, u Ġowab irranġa l-bqija tal-belt. 9 B’hekk, David kellu iktar u iktar qawwa, u Ġeħova tal-armati kien miegħu.

10 Issa dawn huma l-kapijiet tal-gwerriera b’saħħithom taʼ David, li flimkien m’Iżrael kollu appoġġaw ħafna t-tmexxija tiegħu u għenuh isir re, bħalma qal Ġeħova dwar Iżrael. 11 Dawn li ġejjin huma l-gwerriera b’saħħithom taʼ David. Ġasobegħam bin wieħed Ħakmoni kien il-kap tat-tlieta. Hu qatel 300 bil-lanza tiegħu f’darba. 12 Warajh kien hemm Elegħażar bin Dodo l-Aħoħi. Hu kien fost it-tliet gwerriera b’saħħithom. 13 Hu kien maʼ David f’Pas-dammim, fejn il-Filistin kienu nġabru għall-gwerra. Issa kien hemm għalqa mimlija xgħir,* u n-nies kienu ħarbu minħabba l-Filistin. 14 Imma hu qagħad f’nofs l-għalqa, ipproteġieha, u baqaʼ joqtol lill-Filistin, u b’hekk Ġeħova ġab rebħa* kbira.

15 Darba, tlieta mit-30 kap niżlu lejn il-blata, ħdejn David fl-għar t’Għadullam, waqt li l-armata tal-Filistin kienet ikkampjata fil-Wied* taʼ Refajm. 16 Dik il-ħabta, David kien fil-fortizza, u f’Betlem kien hemm grupp taʼ suldati Filistin. 17 Imbagħad David esprima x-xewqa li kellu: “Kemm nixtieq nixrob l-ilma mill-ġiebja li hemm ħdejn il-bieb taʼ Betlem!” 18 Għal dan, it-tlieta daħlu fejn kien hemm il-kampijiet tal-Filistin, iġġieldu magħhom, tellgħu l-ilma mill-ġiebja taʼ ħdejn il-bieb taʼ Betlem, u ħaduh lil David. Imma hu ma riedx jixorbu u ferrgħu quddiem Ġeħova. 19 Hu qal: “Meta nqis is-sitwazzjoni mill-ħarsa tal-Alla tiegħi, ma jgħaddilix minn moħħi li nagħmel dan! Għandi jien nixrob id-demm taʼ dawn l-irġiel li ssograw ħajjithom? Għax huma ssograw ħajjithom biex iġibuh.” Għalhekk ma riedx jixorbu. Dawn huma l-affarijiet li għamlu t-tliet gwerriera b’saħħithom tiegħu.

20 Abisaj ħu Ġowab sar kap taʼ tlieta oħra. Hu qatel 300 bil-lanza tiegħu, u kellu reputazzjoni bħal dawn it-tlieta. 21 Mit-tlieta l-oħra, hu kien l-aħjar u kien il-kap tagħhom, imma ma laħaqx il-grad tal-ewwel tlieta.

22 Benaja bin Ġeħojada kien raġel kuraġġuż* li għamel ħafna affarijiet kbar f’Kabsil. Hu qatel liż-żewġt itfal t’Arjel taʼ Mowab, u niżel f’ħofra f’ġurnata bil-borra u qatel iljun. 23 Hu qatel ukoll raġel Eġizzjan li kien taʼ kobor straordinarju, twil ħames kubiti.* Għalkemm l-Eġizzjan kellu lanza li kienet tqila bħall-injama taʼ min jinseġ bin-newl, hu mar għalih b’bastun, ħataflu l-lanza, u qatlu biha stess. 24 Dawn kienu l-affarijiet li għamel Benaja bin Ġeħojada. Hu kellu reputazzjoni bħat-tliet gwerriera b’saħħithom. 25 Għalkemm kien saħansitra aħjar mit-30, ma laħaqx il-grad tat-tlieta. Madankollu, David inkarigah fuq il-gwardja persunali tiegħu.

26 Il-gwerriera b’saħħithom tal-qawwiet militari kienu Għasael ħu Ġowab, Elħanan bin Dodo minn Betlem, 27 Sammot il-Ħarori, Ħeleż il-Peloni, 28 Ira bin Ikkes it-Tekogħi, Abi-għeżer l-Għanatoti, 29 Sibbekaj il-Ħusati, Ilaj l-Aħoħi, 30 Maħaraj in-Netofati, Ħeled bin Bagħnah in-Netofati, 31 Itaj bin Ribaj minn Gibegħa tal-Benjamini, Benaja l-Piratoni, 32 Ħuraj mill-widien taʼ Gagħas, Abijel l-Għarbati, 33 Għażmawet il-Baħarumi, Eljaħba s-Sagħlboni, 34 it-tfal taʼ Ħasem il-Giżoni, Ġonatan bin Sagi l-Ħagħrari, 35 Aħijam bin Sakar il-Ħagħrari, Elifal bin Ur, 36 Ħefer il-Mekerati, Aħija l-Peloni, 37 Ħesro l-Karmeli, Nagħraj bin Eżbaj, 38 Ġoel ħu Natan, Mibħar bin Ħagri, 39 Selek l-Għammoni, Naħaraj il-Biroti, dak li kien iġorr l-armi taʼ Ġowab bin Seruja, 40 Ira l-Itri, Gareb l-Itri, 41 Urija l-Ħitti, Żabad bin Aħlaj, 42 Għadina bin Siża r-Rubeni, kap tar-Rubenin, u 30 miegħu, 43 Ħanan bin Magħka, Ġosafat il-Mitni, 44 Użżja l-Għastaroti, Sama u Ġegħijel it-tfal taʼ Ħotam l-Għarogħeri, 45 Ġedjagħel bin Simri, u ħuh Ġoħa t-Tisi, 46 Eligħel il-Maħawi, Ġeribaj u Ġosawija t-tfal taʼ Elngħam, Itma l-Mowabi, 47 Eligħel, Għobed, u Ġagħsijel il-Mesobi.

12 Dawn kienu l-irġiel li ġew għand David f’Siklag waqt li hu ma setax imur fejn irid minħabba Sawl bin Kis. Dawn kienu fost il-gwerriera b’saħħithom li għenuh fil-battalja. 2 Huma kienu armati bil-qaws, u kienu kapaċi jużaw idhom il-leminija u x-xellugija biex iwaddbu l-ġebel bl-iżbandola jew il-vleġeġ bil-qaws. Dawn kienu minn ħut Sawl, minn Benjamin. 3 Kien hemm il-kap Aħigħeżer flimkien maʼ Ġowas (iż-żewġt itfal taʼ Semgħa l-Gibegħati), Ġeżigħel u Pelet it-tfal t’Għażmawet, Beraka, Ġeħu l-Għanatoti, 4 Ismaja l-Gibegħoni (gwerrier b’saħħtu fost it-30 kap u fuq it-30 kap), Ġeremija, Ġaħażijel, Ġoħanan, Ġożabad il-Gederati, 5 Elgħużaj, Ġerimot, Begħalija, Semarija, Sefatija l-Ħarifi, 6 u l-Koraħin Elkana, Issija, Għażarel, Ġogħeżer, u Ġasobegħam. 7 Kif ukoll Ġogħela u Żebadija t-tfal taʼ Ġeroħam minn Gedor.

8 Ftit mill-Gadin marru man-naħa taʼ David fil-post taʼ protezzjoni fid-deżert. Dawn kienu gwerriera b’saħħithom, suldati ttrennjati għall-gwerra, u ppreparati bit-tarka l-kbira u l-lanza. Wiċċhom kien bħal tal-iljuni u kienu ħfief bħall-għażżiela* fuq il-muntanji. 9 Għeżer kien il-kap, Għobadija t-tieni, Eljab it-tielet, 10 Mismanna r-rabaʼ, Ġeremija l-ħames, 11 Għattaj is-sitta, Eligħel is-sebaʼ, 12 Ġoħanan it-tmienja, Elżabad id-disaʼ, 13 Ġeremija l-għaxra, u Makbannaj il-ħdax. 14 Dawn kienu kapijiet tal-armata mill-Gadin. L-inqas wieħed kien jiswa daqs 100, u l-akbar daqs 1,000. 15 Dawn huma l-irġiel li qasmu l-Ġordan fl-ewwel xahar meta kienet qed tfur mix-xtut kollha tagħha, u keċċew lil dawk kollha li kienu fil-pjanuri l-baxxi, lejn il-Lvant u l-Punent.

16 Xi rġiel minn Benjamin u Ġuda wkoll marru għand David fil-post taʼ protezzjoni. 17 Imbagħad David ħareġ quddiemhom u qalilhom: “Jekk ġejtu għandi fil-paċi biex tgħinuni, issiru l-ħbieb tiegħi. Imma jekk ġejtu biex tittraduni u tagħtuni f’idejn dawk taʼ kontrija meta m’għamilt xejn ħażin, ħa jarah dan l-Alla taʼ missirijietna u jiġġudika hu.” 18 Imbagħad l-ispirtu t’Alla ġie fuq Għamasaj il-kap tat-30 u qal:

“Aħna tiegħek David, u aħna miegħek bin Ġesse.

Ħa jkollok il-paċi int u min jgħinek,

Għax l-Alla tiegħek qiegħed jgħinek.”

Għalhekk, David laqagħhom u inkarigahom fost il-kapijiet tas-suldati.

19 Xi wħud minn Manasse wkoll appoġġaw lil David meta mar mal-Filistin għall-battalja kontra Sawl. Imma hu m’għenx lill-Filistin, għax wara li ftiehmu bejniethom, il-mexxejja tal-Filistin bagħtuh lura, għax qalu: “Hu jingħaqad maʼ sidu Sawl u nirriskjaw ħajjitna.” 20 Dawn kienu l-uħud minn Manasse li appoġġawh meta mar Siklag: Għadnah, Ġożabad, Ġedjagħel, Mikiel, Ġożabad, Eliħu, u Silletaj, kapijiet tal-eluf taʼ Manasse. 21 Huma għenu lil David kontra l-grupp taʼ ħallelin, għaliex ilkoll kemm huma kienu rġiel b’saħħithom u kuraġġużi, u saru kapijiet fl-armata. 22 Jum wara jum in-nies baqgħu jmorru għand David biex jgħinuh, sakemm saru armata kbira, bħall-armata t’Alla.

23 Dan hu l-ammont tal-kapijiet taʼ dawk li kienu armati għall-gwerra u li marru għand David f’Ħebron biex jagħtuh it-tmexxija li kellu Sawl, bħalma kkmanda Ġeħova. 24 Minn Ġuda kien hemm 6,800 raġel li jġorru t-tarka l-kbira u l-lanza u li kienu armati għall-gwerra. 25 Mis-Simegħonin kien hemm 7,100 raġel b’saħħtu u kuraġġuż tal-armata.

26 Mil-Leviti 4,600. 27 Ġeħojada kien il-mexxej tat-tfal t’Aron, u miegħu kien hemm 3,700, 28 kif ukoll Sadok, żagħżugħ b’saħħtu u kuraġġuż, flimkien maʼ 22 kap mill-familja min-naħa tal-missier.

29 Mill-Benjamini, ħut Sawl, kien hemm 3,000. Qabel, il-biċċa l-kbira minnhom kienu jappoġġaw lealment lil dar Sawl. 30 Mill-Efrajmin kien hemm 20,800. Dawn kienu rġiel b’saħħithom, kuraġġużi, u magħrufin fost il-familja min-naħa tal-missier.

31 Minn nofs it-tribù taʼ Manasse kien hemm 18,000 li kienu ġew magħżulin b’isimhom biex imorru jagħmlu lil David re. 32 Mit-tribù taʼ Issakar kien hemm 200 kap li kellhom l-abbiltà li jkunu jafu x’għandu jagħmel Iżrael skont iċ-ċirkustanzi taż-żmien li kienu fih. Ħuthom kollha kienu taħt il-kmand tagħhom. 33 Minn Żebulun kien hemm 50,000. Dawn kienu lesti għall-battalja u kellhom kull tip t’arma. Huma ngħaqdu maʼ David b’lealtà sħiħa. 34 Minn Naftali kien hemm 1,000 kap, u magħhom kellhom 37,000 suldat bit-tarka l-kbira u bil-lanza. 35 Mid-Danin kien hemm 28,600 lesti għall-battalja. 36 U minn Aser kien hemm 40,000 lesti għall-battalja.

37 Min-naħa l-oħra tal-Ġordan kien hemm 120,000 suldat mir-Rubenin, mill-Gadin, u minn nofs it-tribù taʼ Manasse. Dawn kellhom kull tip t’arma tal-gwerra. 38 Dawn kollha kienu suldati lesti għall-battalja. Huma marru Ħebron determinati li jagħmlu lil David re fuq Iżrael kollu. Anki l-bqija tan-nies t’Iżrael kienu jaqblu* li jagħmlu lil David re. 39 Huma baqgħu hemmhekk maʼ David tlett ijiem, jieklu u jixorbu, għax ħuthom kienu lestewlhom kollox. 40 Ukoll, dawk li kienu qribhom, u dawk li kienu mill-artijiet taʼ Issakar, Żebulun, u Naftali, bdew jieħdu dqiq, ċapep taʼ tin pressat, ċapep taʼ żbib, inbid, u żejt fuq il-ħmir, l-iġmla, il-bgħula, u l-baqar. Huma ħadu wkoll ħafna baqar u nagħaġ, għax kien hemm ferħ kbir f’Iżrael.

13 David ħa parir mingħand il-kapijiet tal-eluf u tal-mijiet u kull mexxej. 2 Imbagħad David qal lill-kongregazzjoni kollha t’Iżrael: “Jekk hu tajjeb għalikom u hu aċċettabbli għal Ġeħova l-Alla tagħna, ħa nibagħtu ngħidu lil ħutna li baqaʼ fl-artijiet kollha t’Iżrael u lill-qassisin u l-Leviti fil-bliet tagħhom* biex jingħaqdu magħna. 3 U ħa nġibu lura l-Arka tal-Alla tagħna.” Għax ma kinux ħadu ħsiebha fi żmien Sawl. 4 Il-kongregazzjoni kollha qablet li tagħmel hekk, għax dan kien tajjeb għaliha. 5 Għalhekk David laqqaʼ lil Iżrael kollu, mix-xmara* tal-Eġittu sa Lebo-ħamat,* biex jieħdu l-Arka tal-Alla l-veru minn Kirjat-ġegħarim.

6 David u Iżrael kollu telgħu Bagħala, lejn Kirjat-ġegħarim li hi taʼ Ġuda, biex itellgħu minn hemmhekk l-Arka tal-Alla l-veru, Ġeħova, li qiegħed bilqiegħda fuq it-tron fuq* il-kerubini, li ħdejha n-nies jgħajtu ismu. 7 Madankollu, l-Arka tal-Alla l-veru għabbewha fuq karru ġdid mid-dar t’Abinadab. Użżah u Aħjo kienu qed imexxu l-karru. 8 David u Iżrael kollu kienu qed jiċċelebraw kemm jifilħu quddiem l-Alla l-veru, ikantaw u jdoqqu l-arpi, strumenti tal-korda oħra, tanburlini, ċimbali, u trumbetti. 9 Imma meta waslu ħdejn Kidon, il-post fejn jiġu sseparati ċ-ċereali,* Użżah żamm l-Arka għax il-barrin kienu kważi qelbuha. 10 Għalhekk, Ġeħova rrabja ħafna maʼ Użżah, u qatlu għaliex kien mess l-Arka. Hu miet hemmhekk quddiem Alla. 11 Imma David irrabja* minħabba li Ġeħova kien iġġudika malajr lil Użżah. Minn dakinhar dan il-post issemma Pereż-użżah.*

12 Għalhekk David beżaʼ mill-Alla l-veru dakinhar u qal: “Kif nistaʼ nġib għandi l-Arka tal-Alla l-veru?” 13 David ma ħax l-Arka fejn kien joqgħod hu fil-Belt taʼ David, imma kkmanda biex jiħduha d-dar t’Għobed-edom il-Gitti. 14 L-Arka tal-Alla l-veru baqgħet għand in-nies taʼ dar Għobed-edom għal tliet xhur, u Ġeħova baqaʼ jbierek lin-nies taʼ dar Għobed-edom u kulma kellu.

14 Ir-Re Ħiram taʼ Tir bagħat messaġġiera għand David, kif ukoll injam taċ-ċedru, bennejja, u mastrudaxxi biex jibnulu palazz. 2 David kien jaf li Ġeħova kien saħħu bħala re fuq Iżrael u li kien saħħaħ it-tmexxija tiegħu minħabba l-poplu Tiegħu Iżrael.

3 David ħa iktar nisa f’Ġerusalemm, u kellu iktar subien u bniet. 4 Dawn huma l-ismijiet tas-subien li kellu f’Ġerusalemm: Sammugħa, Sobab, Natan, Salamun, 5 Ibħar, Elisugħa, Elfelet, 6 Noga, Nefeg, Ġafigħa, 7 Elisama, Begħljada, u Elifelet.

8 Meta l-Filistin semgħu li David ġie inkarigat* bħala re fuq Iżrael kollu, telgħu kollha jfittxuh. Meta David semaʼ b’dan, ħareġ kontrihom. 9 Imbagħad il-Filistin marru u bdew jattakkaw lin-nies fil-Wied* taʼ Refajm. 10 David staqsa lil Alla: “Nitlaʼ kontra l-Filistin? Tagħtihomli f’idejja?” U Ġeħova wieġbu: “Itlaʼ għax jien żgur li nagħtihomlok f’idejk.” 11 Għalhekk, David telaʼ Bagħal-perasim u qatilhom hemmhekk. Hu qal: “L-Alla l-veru ħarbat l-għedewwa permezz tiegħi, bħal ilma li joħroġ bis-saħħa u jħarbat dak li jkun hemm quddiemu.” Huwa għalhekk li dan il-post semmewh Bagħal-perasim.* 12 Il-Filistin ħallew l-allat tagħhom hemmhekk, u bil-kmand taʼ David dawn l-allat ġew maħruqin.

13 Iktar tard il-Filistin reġgħu għamlu attakk fil-wied.* 14 David reġaʼ staqsa lil Alla x’għandu jagħmel, u wieġbu: “Titlax direttament. Minflok, dur minn warajhom u attakkahom quddiem is-siġar tal-baka. 15 U xħin tismaʼ l-ħoss bħal taʼ nies jimxu fuq il-quċċata tas-siġar tal-baka, attakka, għaliex l-Alla l-veru jkun ħareġ qablek biex jeqred l-armata tal-Filistin.” 16 Għalhekk, David għamel bħalma kien ikkmandah l-Alla l-veru, u qered l-armata tal-Filistin minn Gibegħon sa Geżer. 17 U David sar magħruf fl-artijiet kollha, u Ġeħova ġiegħel lill-popli kollha jibżgħu minnu.

15 Hu kompla jibni d-djar għalih stess fil-Belt taʼ David, u pprepara post għall-Arka tal-Alla l-veru u rama tinda għaliha. 2 Dakinhar David qal: “Ħadd m’għandu jġorr l-Arka tal-Alla l-veru ħlief il-Leviti, għax Ġeħova lilhom għażel biex iġorru l-Arka taʼ Ġeħova u biex jaqduh għal dejjem.” 3 Imbagħad David laqqaʼ lil Iżrael kollu f’Ġerusalemm biex itellgħu l-Arka taʼ Ġeħova fil-post li kien ipprepara għaliha.

4 David ġabar lil dawk li jiġu minn Aron u lil-Leviti: 5 mill-Keħatin, il-kap Urijel u 120 mill-familja tiegħu, 6 mill-Merarin, il-kap Għasaja u 220 mill-familja tiegħu 7 mill-Gersomin, il-kap Ġoel u 130 mill-familja tiegħu, 8 minn dawk li jiġu minn Elisafan, il-kap Semajja u 200 mill-familja tiegħu, 9 minn dawk li jiġu minn Ħebron, il-kap Eligħel u 80 mill-familja tiegħu, 10 u minn dawk li jiġu minn Użżijel, il-kap Għamminadab u 112 mill-familja tiegħu. 11 Barra minn hekk, David għajjat lill-qassisin Sadok u Abjatar u lil-Leviti Urijel, Għasaja, Ġoel, Semajja, Eligħel, u Għamminadab. 12 Hu qalilhom: “Intom il-kapijiet tal-familji tal-Leviti. Tqaddsu intom u ħutkom, u tellgħu l-Arka taʼ Ġeħova l-Alla t’Iżrael lejn il-post li jien ippreparajt għaliha. 13 Peress li l-ewwel darba ma ġarrejtuhiex intom, Ġeħova l-Alla tagħna rrabja ħafna magħna, għax ma ċċekkjajniex kif suppost għamilna dan.” 14 Għalhekk, il-qassisin u l-Leviti tqaddsu biex itellgħu l-Arka taʼ Ġeħova, l-Alla t’Iżrael.

15 Imbagħad il-Leviti ġarrew l-Arka tal-Alla l-veru bil-lasti fuq spallejhom, bħalma Ġeħova kien ikkmanda permezz taʼ Mosè. 16 Imbagħad David qal lill-kapijiet tal-Leviti biex iqabbdu lil ħuthom il-kantanti jkantaw bil-ferħ waqt li jindaqqu l-istrumenti tal-korda, l-arpi, u ċ-ċimbali.

17 Għalhekk, mit-tribù tagħhom, il-Leviti qabbdu lil Ħeman bin Ġoel, Asaf bin Berekija, u Etan bin Kusaja mill-familja taʼ Merari. 18 Magħhom kien hemm grupp li jiġi minnhom. Dawn kienu Żakkarija, Ben, Ġagħżijel, Semiramot, Ġeħijel, Unni, Eljab, Benaja, Magħseja, Mattitija, Elifeleħu, Mikneja, u l-għassiesa tal-bibien Għobed-edom u Ġegħijel. 19 Il-kantanti Ħeman, Asaf, u Etan kienu mqabbdin idoqqu ċ-ċimbali tar-ram. 20 Żakkarija, Għażijel, Semiramot, Ġeħijel, Unni, Eljab, Magħseja, u Benaja daqqew strumenti tal-korda fuq noti għoljin,* 21 u Mattitija, Elifeleħu, Mikneja, Għobed-edom, Ġegħijel, u Għażażija daqqew arpi fuq noti baxxi* bħala diretturi. 22 Kenanija l-kap tal-Leviti ta l-istruzzjonijiet biex tinġarr l-Arka, għax kien espert. 23 Berekija u Elkana kienu l-għassiesa tal-Arka. 24 Il-qassisin Sebanija, Ġosafat, Netanel, Għamasaj, Żakkarija, Benaja, u Eligħeżer daqqew it-trumbetti b’entużjażmu quddiem l-Arka tal-Alla l-veru. Għobed-edom u Ġeħija wkoll qdew bħala għassiesa tal-Arka.

25 U David u l-anzjani* t’Iżrael u l-kapijiet tal-eluf kienu dawk li mxew mal-arka tal-patt taʼ Ġeħova biex itellgħuha mid-dar t’Għobed-edom bil-ferħ. 26 Peress li l-Alla l-veru għen lil-Leviti li kienu qed iġorru l-arka tal-patt taʼ Ġeħova, huma offrew bħala sagrifiċċju sebaʼ barrin żgħar* u sebaʼ mtaten. 27 David kien liebes libsa bla kmiem taʼ drapp fin. Il-Leviti kollha li kienu qed iġorru l-Arka, il-kantanti, u Kenanija l-kap li ta l-istruzzjonijiet biex tinġarr l-Arka u l-kap tal-kantanti wkoll kienu lebsin b’dan il-mod. David kien liebes ukoll efod* tal-għażel. 28 L-Iżraelin kollha kienu qed itellgħu l-arka tal-patt taʼ Ġeħova waqt li jgħajtu bil-ferħ u jdoqqu l-qarn, it-trumbetti, u ċ-ċimbali, u jdoqqu b’entużjażmu l-istrumenti tal-korda u l-arpi.

29 Imma meta l-Arka taʼ Ġeħova waslet fil-Belt taʼ David, Mikal bint Sawl ħarset ’l isfel mit-tieqa u rat lir-Re David jaqbeż u jiċċelebra; u bdiet tmaqdru f’qalbha.

16 B’hekk, daħħlu l-Arka tal-Alla l-veru u poġġewha ġot-tinda li David kien rama għaliha. U ppreżentaw offerti tal-ħruq u sagrifiċċji tal-paċi quddiem l-Alla l-veru. 2 Wara li David offra l-offerti tal-ħruq u s-sagrifiċċji tal-paċi, hu bierek lin-nies f’isem Ġeħova. 3 Barra minn hekk, hu ta ħobża, ċappa tamal, u ċappa żbib lil kull raġel u mara mill-Iżraelin. 4 Imbagħad, hu inkariga lil xi Leviti biex jaqdu quddiem l-Arka taʼ Ġeħova, biex jonoraw,* jirringrazzjaw, u jfaħħru lil Ġeħova l-Alla t’Iżrael. 5 Asaf kien il-kap, u t-tieni warajh kien Żakkarija. Ġegħijel, Semiramot, Ġeħijel, Mattitija, Eljab, Benaja, Għobed-edom, u Ġegħijel kienu jdoqqu l-istrumenti tal-korda u l-arpi. Asaf kien idoqq iċ-ċimbali, 6 u l-qassisin Benaja u Ġaħażijel kienu jdoqqu t-trumbetti regolarment quddiem l-arka tal-patt tal-Alla l-veru.

7 Dakinhar, David kiteb għall-ewwel darba għanja taʼ ringrazzjament lil Ġeħova u ta struzzjoni lil Asaf u lil Leviti oħra biex ikantawha. Din kienet l-għanja:

8 “Irringrazzjaw lil Ġeħova, użaw ismu meta titolbu,

Għidu lill-popli b’dak li għamel!

9 Kantawlu, faħħruh bil-kant,*

Aħsbu* dwar l-affarijiet tal-għaġeb li għamel.

10 Ftaħru b’ismu l-qaddis.

Ħa tifraħ qalb dawk li qed ifittxu lil Ġeħova.

11 Fittxu lil Ġeħova u afdaw fis-saħħa tiegħu.

Fittxu l-għajnuna tiegħu* l-ħin kollu.

12 Ftakru fl-affarijiet tal-għaġeb li għamel,

Fil-mirakli u fil-ġudizzji tiegħu.

13 Iva, ftakru dan intom li tiġu minn Iżrael il-qaddej tiegħu,

Tfal taʼ Ġakobb, il-magħżulin tiegħu.

14 Hu Ġeħova l-Alla tagħna.

Hu jiġġudika l-art kollha.

15 Ftakru fil-patt tiegħu għal dejjem,

Il-wegħda li għamel* għal elf ġenerazzjoni,

16 Il-patt li għamel m’Abraham,

U l-ħalfa li għamel lil Iżakk.

17 Hu għamel din il-ħalfa lil Ġakobb bħala garanzija,

U bħala patt għal żmien twil għal Iżrael,

18 Billi qal, ‘Se nagħtik l-art taʼ Kangħan bħala wirt.’

19 Dan sar meta kienu vera ftit,

U kienu barranin fl-art.

20 Marru ’l hemm u ’l hawn minn poplu għal poplu,

Minn saltna għal saltna.

21 Ma ħalla lil ħadd jaħqarhom,

U minħabba fihom wissa lir-rejiet,

22 Billi qal, ‘Tmissux lill-magħżulin* tiegħi,

U tagħmlux ħsara lill-profeti tiegħi.’

23 Kantaw lil Ġeħova, nies tal-art kollha!

Għidu lil kulħadd dwar is-salvazzjoni tiegħu jum wara jum!

24 Faħħruh mal-popli,

Għidu lill-popli dwar l-affarijiet tal-għaġeb li għamel.

25 Għax Ġeħova hu kbir u jistħoqqlu kull tifħir,

Hu taʼ min jibżaʼ minnu u jirrispettah iktar mill-allat l-oħrajn kollha.

26 L-allat kollha tal-popli ma jiswew għal xejn.

Imma Ġeħova hu dak li għamel is-sema.

27 Fejn hemm hu hemm glorja u ġmiel,*

Saħħa u ferħ hemm fil-post fejn jgħix.

28 Onoraw lil Ġeħova, familji tal-popli,

Onoraw lil Ġeħova għall-glorja u s-saħħa tiegħu.

29 Agħtu lil Ġeħova l-glorja li tixraq lil ismu.

Ġibu rigal u idħlu quddiemu.

Milu quddiem* Ġeħova bi lbies qaddis.*

30 Triegħdu quddiemu, nies kollha tal-art!

L-art hi stabbilita fis-sod u ħadd ma jistaʼ jċaqlaqha.

31 Ħa jifirħu s-sema u l-art,

Iddikjaraw fost il-popli: ‘Ġeħova sar Re!’

32 Ħa jgħajjat il-baħar u kulma fih.

Ħa jifirħu l-għelieqi u kulma fihom.

33 Fl-istess ħin ħa jgħajtu bil-ferħ is-siġar tal-foresta quddiem Ġeħova,

Għax hu ġej* biex jiġġudika l-art.

34 Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb.

L-imħabba u l-lealtà* tiegħu jibqgħu għal dejjem.

35 U għidu, ‘Salvana, l-Alla tas-salvazzjoni tagħna,

Iġborna flimkien u eħlisna mill-popli,

Biex nirringrazzjaw lil ismek qaddis

U nfaħħruk bil-ferħ.

36 Jalla jkun imfaħħar Ġeħova l-Alla t’Iżrael għal dejjem.’”

U n-nies kollha qalu, “Ammen!”* u faħħru lil Ġeħova.

37 Imbagħad David ħalla lil Asaf u lil Leviti oħra hemmhekk quddiem l-arka tal-patt taʼ Ġeħova biex jaqdu quddiem l-Arka l-ħin kollu, skont ir-rutina taʼ kull ġurnata. 38 Hu ħalla wkoll lil Għobed-edom u 68 Levita ieħor. Hu inkariga lil Għobed-edom bin Ġedutun u Ħosa bħala għassiesa. 39 Sadok il-qassis u qassisin oħrajn ġew inkarigati quddiem it-tabernaklu taʼ Ġeħova fil-post għall-qima f’Gibegħon. 40 Huma kellhom joffru offerti tal-ħruq lil Ġeħova fuq l-artal tal-offerta tal-ħruq regolarment, filgħodu u filgħaxija, u jagħmlu kulma hu miktub fil-Liġi taʼ Ġeħova li kkmanda lil Iżrael. 41 Magħhom kien hemm Ħeman, Ġedutun, u l-bqija tal-irġiel magħżulin speċifikament biex jirringrazzjaw lil Ġeħova, għaliex “l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.” 42 Ħeman u Ġedutun kellhom idoqqu t-trumbetti, iċ-ċimbali, u l-istrumenti li jintużaw biex ifaħħru lill-Alla* l-veru. It-tfal taʼ Ġedutun kienu mal-bieb. 43 Imbagħad in-nies kollha marru lejn darhom, u David mar ibierek lil daru stess.

17 Malli David kien issetilja fil-palazz tiegħu, hu qal lill-profeta Natan: “Jien qed ngħix f’palazz tal-injam taċ-ċedru waqt li l-arka tal-patt taʼ Ġeħova qiegħda taħt id-drapp tat-tined.” 2 Natan wieġbu: “Agħmel kulma tixtieq qalbek, għax l-Alla l-veru qiegħed miegħek.”

3 Dak il-lejl stess, Alla qal lil Natan: 4 “Mur u għid lill-qaddej tiegħi David, ‘Hekk jgħid Ġeħova: “Mhux int se tibnili d-dar biex ngħix fiha. 5 Għax jien ilni ma ngħix f’dar minn dakinhar li ħriġt lil Iżrael, imma mort minn tinda għal tinda u minn tabernaklu għal ieħor. 6 Matul iż-żmien kollu li kont mal-Iżraelin, qatt għedt ‘Għala ma bnejtulix dar tal-injam taċ-ċedru?’ Qatt staqsejt mistoqsija bħal din lil xi mħallef t’Iżrael li jien għażilt biex jirgħa lill-poplu tiegħi?”’

7 “Issa hekk għidlu lill-qaddej tiegħi David, ‘Hekk jgħid Ġeħova tal-armati: “Jien ħadtek minn fejn kont tirgħa l-merħla biex issir mexxej fuq il-poplu tiegħi Iżrael. 8 U jien inkun miegħek kull fejn tmur, u neqred l-għedewwa kollha tiegħek minn quddiemek; u nagħmel ismek magħruf sew, bħal tal-kbarat fuq l-art. 9 Jien nagħti post lill-poplu tiegħi Iżrael u ngħinhom jissetiljaw fih, u huma jgħixu hemm u ma jdejjaqhom ħadd. In-nies mill-agħar ma jerġgħux jaħqruhom* bħal qabel, 10 minn meta inkarigajt lill-imħallfin biex imexxu lill-poplu tiegħi Iżrael. Jien se negħleb lill-għedewwa kollha tiegħek. Iktar minn hekk ngħidlek, ‘Jien, Ġeħova, se nagħmel lil dawk li jiġu minnek rejiet warajk.’*

11 “‘“Meta tmut u tkun maʼ missirijietek, jien nagħmel lid-dixxendent tiegħek, wieħed mit-tfal tiegħek, re warajk u nsaħħaħ is-saltna tiegħu. 12 Hu jkun dak li jibnili dar, u jien insaħħaħ it-tron tiegħu għal dejjem. 13 Jien insir missieru, u hu jsir ibni. Mhux se nieqaf nurih imħabba u lealtà* u mhux se nitilqu bħalma tlaqt lil taʼ qablek. 14 Jien ninkarigah f’dari u f’saltnati għal dejjem, u t-tron tiegħu jibqaʼ għal dejjem.”’”

15 Natan qal lil David dan il-kliem kollu u din il-viżjoni kollha.

16 Imbagħad ir-Re David daħal u qagħad bilqiegħda quddiem Ġeħova u qal: “Alla Ġeħova, jien min jien? U min hi l-familja* tiegħi biex diġà għamilt dan kollu miegħi? 17 U bħallikieku dan ma kienx biżżejjed, int għedt ukoll li d-dar tiegħi se ddum għal żmien twil, u int qistni bħal raġel li għandu jiġi onorat iktar,* Alla Ġeħova. 18 X’nistaʼ ngħidlek iktar jien, il-qaddej tiegħek David, dwar l-unur li tajtni meta int tafni tant tajjeb? 19 Ġeħova, minħabba fija u fi qbil ma’ dak li trid int, int għamilt dawn l-affarijiet kbar kollha u wrejt il-kobor tiegħek. 20 Ġeħova, m’hemm ħadd bħalek, u m’hemmx Alla ħliefek. Dak kollu li smajna b’widnejna jikkonferma dan. 21 U liema poplu ieħor fuq l-art hu bħall-poplu tiegħek Iżrael? L-Alla l-veru, int fdejtu* biex ikun il-poplu tiegħek. Għamilt ismek magħruf billi għamilt affarijiet kbar u tal-għaġeb u keċċejt popli minn quddiem il-poplu tiegħek, li int fdejt mill-Eġittu. 22 Lill-poplu tiegħek Iżrael għamiltu l-poplu tiegħek stess għal dejjem. Int, Ġeħova, sirt l-Alla tagħhom. 23 Ġeħova, jalla żżomm il-wegħda li għamilt dwari, il-qaddej tiegħek, u dwar dari għal dejjem, u jalla tagħmel bħalma wegħedt. 24 Jalla ismek jibqaʼ u jkun onorat għal dejjem, ħalli n-nies jgħidu, ‘Ġeħova tal-armati, l-Alla t’Iżrael, hu Alla għal Iżrael,’ u jalla d-dar tiegħi tissaħħaħ. 25 Għax int, Alla tiegħi, urejtni l-iskop tiegħek biex tibnili dar.* Huwa għalhekk li jien, il-qaddej tiegħek, qed noffrilek din it-talba. 26 Ġeħova, int l-Alla l-veru, u int wegħedt dawn l-affarijiet dwari, il-qaddej tiegħek. 27 Għalhekk, jalla tkun tixtieq tbierek id-dar tiegħi u jalla tibqaʼ quddiemek għal dejjem. Għax int Ġeħova beriktha u hi mbierka għal dejjem.”

18 Wara xi żmien, David iġġieled mal-Filistin, rebħilhom, u ħa mingħandhom Gat u l-bliet li jiddependu minnha.* 2 Hu rebaħ lil Mowab, u l-Mowabin saru l-qaddejja taʼ David u kienu jagħtuh it-taxxa.

3 Viċin Ħamat, David rebaħ lir-Re Ħadadgħeżer taʼ Soba hekk kif kien sejjer fi triqtu biex jieħu l-kontroll tat-territorju ħdejn ix-Xmara Ewfrat. 4 David ħataf mingħandu 1,000 karru, 7,000 rikkieb taż-żwiemel, u 20,000 suldat. Imbagħad David qataʼ l-għerq taʼ saqajn iż-żwiemel tal-karrijiet kollha ħlief taʼ 100 minnhom. 5 Meta s-Sirjani taʼ Damasku marru jgħinu lir-Re Ħadadgħeżer taʼ Soba, David qatel 22,000 Sirjan. 6 Imbagħad, David qiegħed gruppi taʼ suldati fis-Sirja taʼ Damasku, u s-Sirjani saru l-qaddejja tiegħu u kienu jagħtuh it-taxxa. Ġeħova rebbaħ* lil David kull fejn mar. 7 Iktar minn hekk, David ħa t-tarki tondi tad-deheb mingħand il-qaddejja taʼ Ħadadgħeżer u ħadhom Ġerusalemm. 8 Ir-Re David ħa kwantità kbira taʼ ram minn Tibħat u Kun, bliet taʼ Ħadadgħeżer. Bih, Salamun għamel il-Baħar tar-ram, il-kolonni, u l-għodod tar-ram.

9 Meta r-Re Togħu taʼ Ħamat semaʼ li David kien rebaħ lill-armata kollha tar-Re Ħadadgħeżer taʼ Soba, 10 hu minnufih bagħat lil ibnu Ħadoram għand ir-Re David biex jistaqsih kif inhu u jifraħlu talli ġġieled kontra Ħadadgħeżer u rebaħlu (għax Ħadadgħeżer kien spiss jiggwerra kontra Togħu). Hu tah kull tip t’oġġetti tad-deheb, tal-fidda, u tar-ram. 11 Ir-Re David qaddishom lil Ġeħova, flimkien mal-fidda u d-deheb li kien ġarr mill-popli kollha: minn Edom u Mowab, mill-Għammonin, il-Filistin, u l-Għamalekin.

12 Abisaj bin Seruja qatel 18,000 Edomi f’Wied il-Melħ. 13 Hu qiegħed gruppi taʼ suldati f’Edom, u l-Edomin kollha saru qaddejja taʼ David. Ġeħova rebbaħ* lil David kull fejn mar. 14 David baqaʼ jmexxi fuq Iżrael kollu u għamel ċert li l-poplu kollu tiegħu jesperjenza l-ġustizzja u s-sewwa. 15 Ġowab bin Seruja kien fuq l-armata, Ġeħosafat bin Aħilud kien reġistratur, 16 Sadok bin Aħitub u Aħimelek bin Abjatar kienu qassisin, u Sawsa kien segretarju. 17 Benaja bin Ġeħojada kien fuq il-Keretin u l-Peletin. U t-tfal taʼ David kienu kapijiet taʼ pożizzjoni għolja ħdejn ir-re.

19 Iktar tard, Naħas ir-re tal-Għammonin miet, u ibnu sar re minfloku. 2 U David qal: “Jien se nuri mħabba u lealtà* maʼ Ħanun bin Naħas, għax missieru wera mħabba u lealtà miegħi.” Għalhekk, David bagħat il-qaddejja tiegħu biex jgħinuh iħossu aħjar minħabba li miet missieru. Imma meta l-qaddejja taʼ David daħlu fl-art tal-Għammonin, 3 il-kapijiet tal-Għammonin qalu lil Ħanun: “Taħseb li David bagħatlek lil dawn l-irġiel biex jonora lil missierek? Hu bagħathom biex jara sew x’fiha l-belt, jitkixxef dwar l-art, u jegħlbek.” 4 Għalhekk, Ħanun qabad il-qaddejja taʼ David, qaxxrilhom nofs id-daqna, qattgħalhom il-ħwejjeġ minn qaddhom ’l isfel, u bagħathom. 5 Meta David semaʼ xi ġralhom dawn l-irġiel, minnufih bagħat xi rġiel biex jiltaqgħu magħhom, għaliex ġew umiljati ħafna. Ir-re qalilhom: “Oqogħdu f’Ġeriko sakemm tikbrilkom id-daqna, imbagħad erġgħu lura.”

6 Maż-żmien, l-Għammonin raw li David kien sar jobgħodhom, għalhekk Ħanun u l-Għammonin bagħtu 1,000 talent* fidda biex jikru karrijiet u rikkieba taż-żwiemel mill-Mesopotamja,* minn Aram-magħka, u minn Soba. 7 B’hekk, krew 32,000 karru. Krew ukoll lir-re taʼ Magħka u lill-poplu tiegħu. Imbagħad marru u kkampjaw quddiem Medeba. L-Għammonin inġabru flimkien mill-bliet tagħhom u ħarġu għall-battalja.

8 Meta David semaʼ b’dan, bagħat lil Ġowab u l-armata kollha, inkluż l-aqwa gwerriera tiegħu. 9 U l-Għammonin ħarġu u tqassmu għall-battalja fid-daħla taʼ bieb il-belt, waqt li r-rejiet li marru kienu għalihom waħedhom fil-kampanja.

10 Meta Ġowab ra li l-għedewwa kienu se jattakkawh minn quddiem u minn wara, hu għażel xi wħud mill-aqwa suldati t’Iżrael u qassamhom għall-battalja biex jiltaqgħu mas-Sirjani. 11 Il-bqija tas-suldati ħalliehom f’idejn ħuh Abisaj, sabiex iqassamhom għall-battalja u jiltaqgħu mal-Għammonin. 12 Imbagħad qallu: “Jekk is-Sirjani jkunu b’saħħithom wisq għalija, int trid tiġi tgħinni. Imma jekk l-Għammonin ikunu b’saħħithom wisq għalik, niġi jien ngħinek. 13 Ejja nkunu sodi u kuraġġużi għall-poplu tagħna u għall-bliet tal-Alla tagħna, u Ġeħova jagħmel dak li hu tajjeb f’għajnejh.”

14 Imbagħad Ġowab u l-irġiel tiegħu resqu lejn is-Sirjani għall-battalja, u dawn ħarbu minn quddiemhom. 15 Meta l-Għammonin raw li s-Sirjani kienu ħarbu, huma wkoll ħarbu minn ħuh Abisaj u daħlu fil-belt. Wara dan, Ġowab wasal Ġerusalemm.

16 Meta s-Sirjani raw li Iżrael kien rebħilhom, huma bagħtu xi messaġġiera biex jiġbru s-Sirjani fir-reġjun tax-Xmara,* u Sofak il-kap tal-armata taʼ Ħadadgħeżer kien qed imexxihom.

17 Meta lil David waslitlu l-aħbar, hu minnufih ġabar lil Iżrael kollu, qasam il-Ġordan, mar ħdejhom, u tqassam għall-battalja kontrihom. David ħareġ jiġġieled mas-Sirjani u huma ġġieldu kontrih. 18 Imma s-Sirjani ħarbu mill-Iżraelin. Mis-Sirjani, David qatel 7,000 sewwieq tal-karrijiet u 40,000 suldat, u qatel lil Sofak il-kap tal-armata. 19 Meta l-qaddejja taʼ Ħadadgħeżer raw li ġew megħlubin minn Iżrael, huma mill-ewwel għamlu paċi maʼ David u bdew jagħmlu dak li jgħidilhom. Is-Sirja ma riditx tgħin iktar lill-Għammonin.

20 Fil-bidu tas-sena,* fiż-żmien li r-rejiet joħorġu għall-gwerra, Ġowab mexxa l-armata u qered l-art tal-Għammonin. Hu assedja lil Rabba, waqt li David kien Ġerusalemm. Ġowab attakka lil Rabba u waqqagħha. 2 Imbagħad David ħa l-kuruna minn fuq ras Malkam.* Din kienet tiżen talent* deheb u kellha ħaġar prezzjuż, u tqiegħdet fuq ras David. Hu ħa wkoll ammont kbir t’affarijiet mill-belt. 3 Hu ħareġ lin-nies li kienu fiha u qabbadhom jaqtgħu l-ġebel u jaħdmu b’għodod jaqtgħu tal-ħadid u bl-imnanar. Hekk għamlilhom lill-bliet kollha tal-Għammonin. Fl-aħħar, David u s-suldati kollha reġgħu lura lejn Ġerusalemm.

4 Wara dan, faqqgħet gwerra f’Geżer mal-Filistin. F’dak iż-żmien, Sibbekaj il-Ħusati qatel lil Sippaj, li kien jiġi mir-Refajin, u b’hekk il-Filistin ġew megħlubin.

5 U reġaʼ kien hemm gwerra mal-Filistin, u Elħanan bin Ġajir qatel lil Laħmi ħu Gulija l-Gitti, li l-manku tal-lanza tiegħu kien kbir bħall-injama taʼ min jinseġ bin-newl.

6 Għal darb’oħra, kien hemm gwerra f’Gat, fejn kien hemm raġel taʼ kobor straordinarju, li kellu sitt iswabaʼ fuq kull id u sieq, 24 b’kollox. Hu wkoll kien jiġi mir-Refajin. 7 Hu baqaʼ jisfida lil Iżrael. Għalhekk, Ġonatan bin Simgħi, ħu David, qatlu.

8 Dawn kienu dawk li jiġu mir-Refajin f’Gat, u nqatlu minn David u l-qaddejja tiegħu.

21 Imbagħad Satana* ddeċieda li jattakka lil Iżrael u xewwex lil David biex jgħodd lill-Iżraelin. 2 Għalhekk, David qal lil Ġowab u lill-kapijiet tal-poplu: “Morru, għoddu lill-Iżraelin minn Bir-xeba sa Dan, imbagħad ejjew għiduli kemm huma.” 3 Imma Ġowab qallu: “Jalla Ġeħova jagħmel il-poplu 100 darba iktar milli hu! Sidi r-re, mhux diġà huma qaddejja tiegħek kollha? Għala tixtieq tagħmel dan? Għala għandek iġġiegħel lil Iżrael jidneb?”

4 Imma r-re baqaʼ jinsisti, għalhekk Ġowab telaq u dar Iżrael kollu, u mbagħad wasal Ġerusalemm. 5 Ġowab ta lil David l-ammont taʼ nies irreġistrati. Iżrael kienu 1,100,000 raġel armat bix-xabla, u Ġuda kienu 470,000 raġel armat bix-xabla. 6 Imma t-tribujiet taʼ Levi u Benjamin ma ġewx irreġistrati magħhom, għaliex dak li qal ir-re m’għoġbu xejn lil Ġowab.

7 Issa l-Alla l-veru xejn ma ħa pjaċir b’dan, u għalhekk ikkastiga lil Iżrael. 8 Imbagħad David qal lill-Alla l-veru: “Jien dnibt bil-kbir b’dak li għamilt. Jekk jogħġbok aħfer l-iżball tiegħi, il-qaddej tiegħek, għax jien aġixxejt t’iblah.” 9 Imbagħad Ġeħova kellem lil Gad, il-viżjonarju taʼ David, u qallu: 10 “Mur u għid lil David, ‘Hekk jgħid Ġeħova: “Agħżel waħda minn dawn it-tliet affarijiet li tridni nagħmillek.”’” 11 Għalhekk, Gad mar għand David u qallu: “Hekk jgħid Ġeħova, ‘Agħżel 12 bejn tliet snin taʼ ġuħ, bejn li tiġi megħlub għal tliet xhur mill-għedewwa tiegħek u tilħqek ix-xabla tagħhom, u bejn tlett ijiem taʼ kastig bix-xabla taʼ Ġeħova, li matulhom ikun hemm il-pesta u l-anġlu taʼ Ġeħova jġib ħerba fit-territorju kollu t’Iżrael.’ Issa kkunsidra x’għandi nwieġeb lil Dak li bagħatni.” 13 Għalhekk, David qal lil Gad: “Dan diffiċli ħafna għalija. Jekk jogħġbok, tħallinix niġi kkastigat min-nies. Ħa jikkastigani Ġeħova, għax hu ħanin ħafna.”

14 Imbagħad Ġeħova bagħat pesta f’Iżrael, u b’hekk mietu 70,000. 15 Barra minn hekk, l-Alla l-veru bagħat anġlu Ġerusalemm biex jeqridha, imma kif Ġeħova rah se jagħmel hekk, iddispjaċieh* minħabba l-gwaj. B’hekk hu qal lill-anġlu li kien qed iġib qerda fost il-poplu: “Biżżejjed! Issa niżżel idek.” L-anġlu taʼ Ġeħova kien qiegħed qrib il-post t’Ornan il-Ġebusi, fejn jiġu sseparati ċ-ċereali.*

16 David ra l-anġlu taʼ Ġeħova wieqaf bejn l-art u s-sema bix-xabla f’idu lejn Ġerusalemm. Minnufih David u l-anzjani,* lebsin ħwejjeġ tal-ixkora, inxteħtu wiċċhom fl-art. 17 David qal lill-Alla l-veru: “Kont jien li għedt biex jgħoddu l-poplu. U kont jien li dnibt u żbaljajt. Imma dawn in-nagħaġ x’għamlu? Jekk jogħġbok Ġeħova Alla tiegħi, ikkastiga lili u lil dar missieri biss, imma tikkastigax lill-poplu tiegħek.”

18 Imbagħad, l-anġlu taʼ Ġeħova qal lil Gad biex jgħid lil David ħalli jitlaʼ u jagħmel artal lil Ġeħova fuq il-post t’Ornan il-Ġebusi, fejn jiġu sseparati ċ-ċereali. 19 Għalhekk, David telaʼ bħalma qallu Ġeħova permezz taʼ Gad. 20 Ornan kien qed jidres il-qamħ meta dar u ra l-anġlu. U l-erbat itfal tiegħu nħbew. 21 Meta David wasal ħdejh, Ornan rah u minnufih ħareġ mill-post fejn jiġu sseparati ċ-ċereali u miel wiċċu sal-art quddiemu. 22 David qal lil Ornan: “Begħli* l-post fejn jiġu sseparati ċ-ċereali biex nibni fih artal lil Ġeħova. Agħtihuli b’kemm jiswa, sabiex il-kastig jieqaf minn fuq il-poplu.” 23 Imma Ornan qal lil David: “Sidi, ħudu daqslikieku tiegħek u agħmel dak li jidher li hu tajjeb f’għajnejk. Hawn għandek il-baqar għall-offerta tal-ħruq, is-slitta tad-dris għall-injam, u l-qamħ bħala offerta taċ-ċereali.* Kollox nagħtik.”

24 Madankollu, ir-Re David qal lil Ornan: “Le, jien irrid nixtrih b’kemm jiswa, għaliex m’iniex se nieħu dak li hu tiegħek u nagħtih lil Ġeħova jew noffri sagrifiċċji tal-ħruq mingħajr ma nħallas xejn.” 25 Għalhekk, David ta lil Ornan 600 xekel* deheb għall-post. 26 U David bena artal lil Ġeħova hemm, offra sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji tal-paċi, u għajjat lil Ġeħova. Hu wieġbu billi bagħat nar mis-sema biex jaħraq l-offerti taʼ fuq l-artal. 27 Imbagħad Ġeħova kkmanda lill-anġlu biex idaħħal ix-xabla tiegħu postha. 28 Meta David ra li Ġeħova kien wieġbu fil-post t’Ornan il-Ġebusi, fejn jiġu sseparati ċ-ċereali, baqaʼ joffri s-sagrifiċċji hemmhekk. 29 Madankollu, dak iż-żmien, it-tabernaklu taʼ Ġeħova li Mosè kien għamel fid-deżert u l-artal tal-offerta tal-ħruq kienu fil-post għall-qima f’Gibegħon. 30 Imma David ma marx hemm biex jistaqsi għall-parir t’Alla, għax kien imwerwer minħabba x-xabla tal-anġlu taʼ Ġeħova.

22 Imbagħad David qal: “Din hi d-dar taʼ Ġeħova l-Alla l-veru, u dan hu l-artal għall-offerta tal-ħruq għal Iżrael.”

2 David imbagħad ikkmanda biex jiġbru flimkien lir-residenti barranin li kienu fl-art t’Iżrael, u qabbadhom jaqtgħu l-ġebel u jifformawh għall-bini tad-dar tal-Alla l-veru. 3 David ipprepara wkoll kwantità kbira taʼ ħadid biex isiru msiemer għall-bibien u għall-irbit, kwantità kbira taʼ ram li ma setax jintiżen, 4 u kwantità kbira taʼ njam taċ-ċedru li kienu tawh is-Sidonin u t-Tirin. 5 U David qal: “Ibni Salamun hu żagħżugħ u bla esperjenza,* u d-dar li trid tinbena lil Ġeħova għandha tkun impressjonanti ħalli tkun magħrufa għas-sbuħija tagħha fil-pajjiżi kollha. Għalhekk, ħa nippreparalu kollox.” U qabel ma miet, David ipprepara kwantità kbira taʼ materjal.

6 Barra minn hekk, hu għajjat lil ibnu Salamun u qallu biex jibni dar lil Ġeħova l-Alla t’Iżrael. 7 David qal lil ibnu Salamun: “Jien xtaqt minn qalbi li nibni dar għal isem Ġeħova l-Alla tiegħi. 8 Imma Ġeħova qalli, ‘Int xerridt kwantità kbira taʼ demm, u ġġilidt gwerer kbar. Mhux int se tibni dar għal ismi, għax xerridt ammont kbir taʼ demm fuq l-art quddiemi. 9 Int se jkollok tifel li se jgħix fil-paċi,* u jien se nipproteġih mill-għedewwa kollha taʼ madwaru, għax ismu jkun Salamun,* u nagħti paċi u kwiet lil Iżrael fi żmienu. 10 Ikun hu li jibni dar għal ismi. Hu jsir it-tifel tiegħi u jien insir missieru. Jien insaħħaħ it-tron taʼ saltnatu fuq Iżrael għal dejjem.’

11 “Issa, ibni, jalla Ġeħova jkun miegħek, u jalla tirnexxi u tibni d-dar taʼ Ġeħova l-Alla tiegħek, bħalma qal dwarek. 12 Jalla Ġeħova jagħtik l-għaqal u l-abbiltà li tifhem meta jagħtik l-awtorità fuq Iżrael. B’hekk tkun tistaʼ tobdi l-liġi taʼ Ġeħova l-Alla tiegħek. 13 Jekk tobdi bir-reqqa r-regoli u d-deċiżjonijiet ġudizzjali li Ġeħova kkmanda lil Mosè biex jagħti lil Iżrael, int tirnexxi. Kun kuraġġuż u sod. Tibżax u titwerwirx. 14 Jien għamilt sforz kbir biex nipprepara dawn l-affarijiet għad-dar taʼ Ġeħova: 100,000 talent* deheb, 1,000,000 talent fidda, kwantità kbira taʼ ram u ħadid li ma jistgħux jintiżnu, u njam u ġebel. Imma int se żżid magħhom. 15 Għandek ukoll ħafna ħaddiema miegħek: dawk li jaqtgħu l-ġebel, bennejja, mastrudaxxi, u kull tip taʼ ħaddiem tas-sengħa. 16 Tant hemm deheb, fidda, ram, u ħadid li ma jistgħux jintiżnu. Mela ibda x-xogħol u jalla Ġeħova jkun miegħek.”

17 Imbagħad David ikkmanda l-kapijiet kollha t’Iżrael biex jgħinu lil ibnu Salamun billi qalilhom: 18 “Ġeħova l-Alla tagħkom hu magħkom, u takom il-mistrieħ mill-għedewwa kollha taʼ madwarkom. Għax hu tani f’idejja n-nies tal-pajjiż, u l-pajjiż ġie fil-kontroll taʼ Ġeħova u l-poplu tiegħu. 19 Mela kunu determinati b’qalbkom u ruħkom* kollha biex tfittxu lil Ġeħova l-Alla tagħkom. Ibdew ibnu s-santwarju taʼ Ġeħova l-Alla l-veru, ħalli ġġibu l-arka tal-patt taʼ Ġeħova u l-għodod qaddisin tal-Alla l-veru fid-dar mibnija għal isem Ġeħova.”

23 Meta David xjaħ u wasal biex imut,* hu għamel lil ibnu Salamun re fuq Iżrael. 2 Imbagħad ġabar il-kapijiet kollha t’Iżrael, il-qassisin, u l-Leviti. 3 L-ammont taʼ Leviti li kellhom minn 30 sena ’l fuq kienu 38,000. 4 Minn dawn kien hemm 24,000 li kienu jieħdu ħsieb ix-xogħol tad-dar taʼ Ġeħova, 6,000 uffiċjal u mħallef, 5 4,000 għassies tal-bibien, u 4,000 ifaħħru lil Ġeħova bl-istrumenti li dwarhom David qal, “Jien għamilthom biex ifaħħru lil Alla bihom.”

6 Imbagħad David organizzahom* f’taqsimiet skont it-tfal taʼ Levi: Gerson, Keħat, u Merari. 7 It-tfal taʼ Gerson kienu Lagħdan u Simgħi. 8 Lagħdan kellu tliet dixxendenti: Ġeħijel il-kap, Żetam, u Ġoel. 9 Simgħi* kellu tlett itfal: Selomot, Ħażijel, u Ħaran. Dawn kienu l-kapijiet tal-familji taʼ Lagħdan min-naħa tal-missier. 10 U t-tfal taʼ Simgħi* kienu Ġaħat, Żina, Ġegħus, u Berija. Dawn l-erbgħa kienu t-tfal taʼ Simgħi. 11 Ġaħat kien il-kap u Żiżah it-tieni. Imma peress li Ġegħus u Berija ma kellhomx ħafna tfal, huma ngħaddu bħala dar waħda min-naħa tal-missier li kellha l-istess responsabbiltà.

12 Keħat kellu erbat itfal: Għamram, Isħar, Ħebron, u Użżijel. 13 It-tfal t’Għamram kienu Aron u Mosè. Aron u t-tfal tiegħu kienu magħżulin b’mod permanenti biex iqaddsu l-Iktar Qaddis, biex joffru sagrifiċċji quddiem Ġeħova, biex jaqduh, u biex dejjem ibierku lin-nies f’ismu. 14 U t-tfal taʼ Mosè, il-qaddej tal-Alla l-veru, kienu jingħaddu mat-tribù tal-Leviti. 15 It-tfal taʼ Mosè kienu Gersom u Eligħeżer. 16 Minn dawk li jiġu minn* Gersom, Sebugħel kien il-kap. 17 Minn dawk li jiġu minn Eligħeżer, Reħabija kien il-kap. Eligħeżer ma kellux iktar tfal, imma Reħabija kellu ħafna. 18 Minn dawk li jiġu minn Isħar, Selomit kien il-kap. 19 It-tfal taʼ Ħebron kienu Ġerija l-kap, Amarija t-tieni, Ġaħażijel it-tielet, u Ġekamegħam ir-rabaʼ. 20 It-tfal taʼ Użżijel kienu Mikea l-kap u Issija t-tieni.

21 It-tfal taʼ Merari kienu Maħli u Musi. It-tfal taʼ Maħli kienu Elegħażar u Kis. 22 Elegħażar miet imma ma kellux tfal subien, bniet biss. Għalhekk iżżewġuhom it-tfal taʼ Kis, li jiġu l-kuġini tagħhom.* 23 Musi kellu tlett itfal: Maħli, Għeder, u Ġeremot.

24 Dawn kienu t-tfal taʼ Levi li ġew irreġistrati skont il-familji taʼ missirijiethom, jiġifieri l-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier. Il-Leviti minn 20 sena ’l fuq ingħaddu u ġew miktubin skont isimhom għas-servizz tad-dar taʼ Ġeħova. 25 Għax David kien qal: “Ġeħova l-Alla t’Iżrael ipproteġa l-poplu tiegħu, u se jgħix f’Ġerusalemm għal dejjem. 26 U l-Leviti ma jkollhomx għalfejn iġorru t-tabernaklu jew xi waħda mill-għodod tiegħu għas-servizz tiegħu.” 27 Skont l-aħħar istruzzjonijiet taʼ David, ingħaddu l-Leviti minn 20 sena ’l fuq. 28 Ix-xogħol tagħhom kien li jgħinu lit-tfal t’Aron fis-servizz tad-dar taʼ Ġeħova, li jieħdu ħsieb il-btieħi, il-kmamar tal-ikel, li jnaddfu b’mod ċerimonjali kull ħaġa qaddisa, u li jagħmlu kull xogħol li jkun hemm bżonn fis-servizz tad-dar tal-Alla l-veru. 29 Kienu jgħinu f’li jippreparaw il-ħobż tal-preżenza,* id-dqiq fin għall-offerta taċ-ċereali,* il-galletti bla ħmira, il-ħobż taʼ fuq il-pjanċa, u l-għaġina mħallta, u kienu jiżnu u jkejlu l-affarijiet. 30 Kellhom ikunu preżenti kull filgħodu u filgħaxija biex jirringrazzjaw u jfaħħru lil Ġeħova. 31 Kienu jgħinu kull meta kienu jiġu offruti s-sagrifiċċji tal-ħruq lil Ġeħova f’kull Sabat, f’kull qamar ġdid, u matul l-istaġuni tal-festi bħalma hemm miktub fil-liġi. Dan kienu jagħmluh regolarment quddiem Ġeħova. 32 Għas-servizz tad-dar taʼ Ġeħova, huma kienu jieħdu ħsieb ukoll ir-responsabbiltajiet li għandhom x’jaqsmu mat-tinda tal-laqgħa, il-post qaddis, u ħuthom it-tfal t’Aron.

24 Dan hu kif David qassam lil dawk li jiġu minn Aron fi gruppi: It-tfal t’Aron kienu Nadab, Abiħu, Elegħażar, u Itamar. 2 Madankollu, Nadab u Abiħu mietu qabel missierhom u ma kellhomx tfal. Imma Elegħażar u Itamar baqgħu jaqdu bħala qassisin. 3 David, Sadok minn dawk li jiġu minn* Elegħażar, u Aħimelek minn dawk li jiġu minn Itamar qassmu lil dawk li jiġu minn Aron skont il-kariga tas-servizz tagħhom. 4 Peress li dawk li jiġu minn Elegħażar kellhom iktar kapijiet minn dawk li jiġu minn Itamar, qassmuhom skont kemm kienu: Dawk li jiġu minn Elegħażar kellhom 16-il kap tal-familji min-naħa tal-missier, u dawk li jiġu minn Itamar kellhom tmien kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier.

5 Iktar minn hekk, huma qassmu t-tfal t’Elegħażar u t-tfal taʼ Itamar bix-xorti, għax il-kapijiet għall-post qaddis u l-kapijiet li jaqdu lill-Alla l-veru kienu miż-żewġ gruppi. 6 Imbagħad Semajja bin Netanel is-segretarju tal-Leviti kiteb isimhom quddiem ir-re, il-kapijiet tal-poplu, Sadok il-qassis, Aħimelek bin Abjatar, u l-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier tal-qassisin u l-Leviti. Ġiet magħżula dar minn dawk li jiġu minn Elegħażar u dar minn dawk li jiġu minn Itamar.

7 L-ewwel li telaʼ bix-xorti kien Ġeħojarib, it-tieni Ġedaja, 8 it-tielet Ħarim, ir-rabaʼ Segħorim, 9 il-ħames Malkija, is-sitta Mijamin, 10 is-sebaʼ Ħakkos, it-tmienja Abija, 11 id-disaʼ Ġeswa, l-għaxra Sekanija, 12 il-11 Eljasib, it-12 Ġakim, 13 it-13 Ħuffa, l-14 Ġesebegħab, 14 il-15 Bilga, is-16 Immer, 15 is-17 Ħeżir, it-18 Ħaffisses, 16 id-19 Petaħija, l-20 Ġeħeżkel, 17 il-21 Ġakin, it-22 Gamul, 18 it-23 Delaja, u l-24 Magħżija.

19 Dawn kienu l-karigi tas-servizz tagħhom meta kienu jidħlu fid-dar taʼ Ġeħova skont il-proċedura li għamel l-antenat tagħhom Aron, bħalma kien ikkmandah Ġeħova l-Alla t’Iżrael.

20 U mil-Leviti li kien fadal kien hemm Subagħel li jiġi minn Għamram, Ġeħdeja li jiġi minn Subagħel, 21 il-kap Issija li jiġi minn Reħabija, 22 Selomot li jiġi minn Isħar, u Ġaħat li jiġi minn Selomot. 23 U minn dawk li jiġu minn Ħebron: Ġerija l-kap, Amarija t-tieni, Ġaħażijel it-tielet, u Ġekamegħam ir-rabaʼ. 24 Minn dawk li jiġu minn Użżijel, Mikea. U minn dawk li jiġu minn Mikea, Samir. 25 Ħu Mikea kien Issija. Minn dawk li jiġu minn Issija, Żakkarija.

26 Dawk li jiġu minn Merari kienu Maħli u Musi. Minn dawk li jiġu minn Ġagħżija, Beno. 27 Minn dawk li jiġu minn Merari: Beno, Soħam, Żakkur, u Ibri minn Ġagħżija. 28 Minn Maħli, Elegħażar, li ma kellux tfal. 29 Minn dawk li jiġu minn Kis, Ġeraħmel. 30 U dawk li jiġu minn Musi kienu Maħli, Għeder, u Ġerimot.

Dawn kienu t-tfal taʼ Levi skont dar missirijiethom. 31 U dawn ukoll tefgħu x-xorti bħalma għamlu ħuthom it-tfal t’Aron quddiem ir-Re David, Sadok, Aħimelek, u l-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier tal-qassisin u l-Leviti. Il-familja tat-tifel il-kbir kienet ittrattata bħal taż-żgħir.

25 Iktar minn hekk, David u l-kapijiet tal-gruppi għas-servizz għażlu lil xi wħud mit-tfal t’Asaf, Ħeman, u Ġedutun biex ifaħħru lil Alla u jipprofetizzaw bl-arpi, bl-istrumenti tal-korda, u biċ-ċimbali. Din li ġejja kienet il-lista tal-irġiel inkarigati għal dan is-servizz. 2 Mit-tfal t’Asaf: Żakkur, Ġużeppi, Netanija, u Asarela. Huma kienu taħt id-direzzjoni taʼ missierhom Asaf, li kien jipprofetizza taħt id-direzzjoni tar-re. 3 Mit-tfal taʼ Ġedutun kien hemm sitta: Gedalija, Seri, Ġesagħija, Simgħi, Ħasabija, u Mattitija taħt id-direzzjoni taʼ missierhom Ġedutun, li kien jipprofetizza bl-arpa u jirringrazzja u jfaħħar lil Ġeħova. 4 Mit-tfal taʼ Ħeman: Bukkija, Mattanija, Użżijel, Sebugħel, Ġerimot, Ħananija, Ħanani, Eljata, Giddalti, Romamti-għeżer, Ġosbekasa, Malloti, Ħotir, u Maħażijot. 5 Dawn kollha kienu t-tfal taʼ Ħeman, li kien iwassal lir-re viżjonijiet li jkun fihom messaġġi tal-Alla l-veru għall-glorja t’Alla.* B’hekk, l-Alla l-veru ta lil Ħeman 14-il tifel u tlett ibniet. 6 Dawn kollha kienu taħt id-direzzjoni taʼ missierhom biex ikantaw fid-dar taʼ Ġeħova biċ-ċimbali, bl-istrumenti tal-korda, u bl-arpi għas-servizz tad-dar tal-Alla l-veru.

Asaf, Ġedutun, u Ħeman kienu taħt id-direzzjoni tar-re.

7 B’kollox, huma u ħuthom kienu 288. Huma kienu kantanti esperti u ttrennjati biex ikantaw lil Ġeħova. 8 Għalhekk, iż-żgħir u l-kbir, u l-espert u dak li qed jitgħallem tefgħu x-xorti għall-karigi li kellhom jagħmlu.

9 L-ewwel li telaʼ bix-xorti kien Ġużeppi t-tifel t’Asaf, it-tieni Gedalija, ħutu, u t-tfal tiegħu, b’kollox 12; 10 it-tielet Żakkur, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 11 ir-rabaʼ Isri, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 12 il-ħames Netanija, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 13 is-sitta Bukkija, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 14 is-sebaʼ Ġesarela, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 15 it-tmienja Ġesagħija, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 16 id-disaʼ Mattanija, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 17 l-għaxra Simgħi, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 18 il-11 Għażarel, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 19 it-12 Ħasabija, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 20 it-13 Subagħel, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 21 l-14 Mattitija, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 22 il-15 Ġeremot, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 23 is-16 Ħananija, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 24 is-17 Ġosbekasa, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 25 it-18 Ħanani, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 26 id-19 Malloti, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 27 l-20 Eljata, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 28 il-21 Ħotir, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 29 it-22 Giddalti, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 30 it-23 Maħażijot, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12; 31 u l-24 Romamti-għeżer, it-tfal tiegħu, u ħutu, b’kollox 12.

26 It-taqsimiet tal-għassiesa tal-bibien kienu hekk: Mill-Koraħin, Meselemija bin Kore, li jiġi minn Asaf. 2 U Meselemija kellu lil Żakkarija l-ewwel imwieled, Ġedjagħel it-tieni, Żebadija t-tielet, Ġatnijel ir-rabaʼ, 3 Għelam il-ħames, Ġeħoħanan is-sitta, u Eligħeħo-għenaj is-sebaʼ. 4 U Għobed-edom kellu lil Semajja l-ewwel imwieled, Ġeħożabad it-tieni, Ġowaħ it-tielet, Sakar ir-rabaʼ, Netanel il-ħames, 5 Għammijel is-sitta, Issakar is-sebaʼ, u Pegħulletaj it-tmienja, għax Alla kien bierku.

6 U ibnu Semajja kellu tfal kapaċi u b’saħħithom li saru kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier. 7 It-tfal taʼ Semajja kienu Għotni, Refael, Għobed, u Elżabad. Eliħu u Semakija, il-qraba t’Elżabad, ukoll kienu rġiel kapaċi. 8 Dawn kollha kienu mit-tfal t’Għobed-edom. Huma, it-tfal tagħhom, u ħuthom kienu rġiel kapaċi li jikkwalifikaw għas-servizz. Dawn kienu 62 membru tal-familja t’Għobed-edom. 9 U Meselemija kellu tfal u aħwa, 18-il raġel kapaċi. 10 U Ħosa mit-tfal taʼ Merari kellu t-tfal. Għalkemm Simri ma kienx l-ewwel imwieled, hu kien il-kap għax għamlu missieru. 11 Ħilkija kien it-tieni, Tebalija t-tielet, u Żakkarija r-rabaʼ. It-tfal u l-aħwa kollha taʼ Ħosa kienu 13.

12 Minn dawn it-taqsimiet tal-għassiesa tal-bibien, kemm il-kapijiet u kemm ħuthom kellhom ix-xogħol tagħhom biex jaqdu fid-dar taʼ Ġeħova. 13 Għalhekk, tefgħu x-xorti għaż-żgħir l-istess bħalma għamlu għall-kbir skont il-familji tagħhom min-naħa tal-missier biex jaraw liema bieb se jkollhom. 14 Imbagħad ix-xorti għan-naħa tal-Lvant telgħet għal Selemija. U x-xorti għan-naħa tat-Tramuntana telgħet għal ibnu Żakkarija, li kien għaqli f’li jagħti l-pariri. 15 Għobed-edom kellu n-naħa tan-Nofsinhar, u t-tfal tiegħu kellhom jieħdu ħsieb l-imħażen. 16 Suffim u Ħosa kellhom in-naħa tal-Punent ħdejn Bieb Salleket fit-triq prinċipali għat-telgħa, grupp t’għassiesa ħdejn grupp t’għassiesa. 17 Kull ġurnata kien hemm sitt Leviti fin-naħa tal-Lvant, erbgħa fin-naħa tat-Tramuntana, u erbgħa fin-naħa tan-Nofsinhar. Fl-imħażen kienu jkunu tnejn tnejn 18 u fid-dar tal-kolonni fin-naħa tal-Punent kien hemm erbgħa fit-triq prinċipali u tnejn fid-dar tal-kolonni. 19 Dawn kienu t-taqsimiet tal-għassiesa tal-bibien taʼ dawk li jiġu minn Koraħ u Merari.

20 Inkwantu għal-Leviti, Aħija kien jieħu ħsieb il-post fejn iżommu t-teżori tad-dar tal-Alla l-veru u l-post fejn iżommu l-affarijiet li tqaddsu.* 21 Minn dawk li jiġu minn* Lagħdan, jiġifieri mit-tfal tal-Gersonin minn Lagħdan kien hemm Ġeħijeli, li kien wieħed mill-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier, 22 u t-tfal tiegħu Żetam u Ġoel. Dawn kienu jieħdu ħsieb il-postijiet kollha fejn iżommu t-teżori fid-dar taʼ Ġeħova. 23 Mill-Għamramin, l-Isħarin, il-Ħebronin, u l-Użżijelin 24 kien hemm Sebugħel bin Gersom bin Mosè. Hu kien mexxej li jieħu ħsieb l-imħażen. 25 Ħutu, li kienu jiġu minn Eligħeżer, kienu Reħabija, Ġesagħija, Ġoram, Żikri, u Selomot. 26 Selomot u ħutu kienu jieħdu ħsieb il-postijiet kollha fejn iżommu l-affarijiet li tqaddsu. Dawn kienu qaddsuhom ir-Re David, il-kapijiet taʼ dar il-missirijiet, il-kapijiet tal-eluf u tal-mijiet, u l-kapijiet tal-armata. 27 Huma qabdu ftit mill-affarijiet li kienu ħadu mill-gwerer u qaddsuhom biex jintużaw għall-manutenzjoni tad-dar taʼ Ġeħova. 28 Kienu jieħdu ħsieb ukoll kulma kienu qaddsu Samwel il-profeta,* Sawl bin Kis, Abner bin Ner, u Ġowab bin Seruja. Kulma kien jitqaddes kienu jieħdu ħsiebu Selomit u ħutu.

29 Mill-Isħarin kien hemm Kenanija u t-tfal tiegħu li kellhom inkarigi ’l barra mid-dar t’Alla bħala uffiċjali u bħala mħallfin fuq Iżrael.

30 Mill-Ħebronin kien hemm Ħasabija u ħutu, 1,700 raġel kapaċi. Dawn kienu fuq l-amministrazzjoni t’Iżrael fir-reġjun fil-Punent tal-Ġordan għax-xogħol kollu taʼ Ġeħova u għas-servizz tar-re. 31 Minn fost dawk li jiġu mill-familja taʼ Ħebron, Ġerijah kien il-kap. Fl-40 sena tat-tmexxija taʼ David, saret tfittxija u fosthom sabu rġiel b’saħħithom u kapaċi f’Ġagħżer taʼ Gilegħad. 32 U ħutu kienu 2,700 raġel kapaċi, kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier. Għalhekk, ir-Re David inkarigahom fuq ir-Rubenin, il-Gadin, u nofs it-tribù taʼ Manasse biex jieħdu ħsieb kulma kellu x’jaqsam mal-Alla l-veru u r-re.

27 Fost l-Iżraelin li kienu fl-armata kien hemm il-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier, il-kapijiet tal-eluf u tal-mijiet, u l-uffiċjali li kienu jieħdu ħsieb dawn il-gruppi għar-re. Dawn kien imisshom xahar kull wieħed fis-sena u kien hemm 24,000 f’kull grupp.

2 Fuq l-ewwel grupp tal-ewwel xahar kien hemm Ġasobegħam bin Żabdijel, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000. 3 Hu kien jiġi minn Pereż. Hu kien il-kap tal-kapijiet kollha tal-gruppi li kienu inkarigati jaqdu matul l-ewwel xahar. 4 Fuq il-grupp tat-tieni xahar kien hemm Dodaj l-Aħoħi, u Miklot kien il-mexxej, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000. 5 Il-kap tat-tielet grupp inkarigat jaqdi matul it-tielet xahar kien Benaja bin Ġeħojada l-qassis il-kbir, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000. 6 Benaja kien gwerrier b’saħħtu fost it-30, u kien ukoll kap fuqhom. Ibnu Għammiżabad kien jieħu ħsieb il-grupp. 7 Ir-rabaʼ wieħed għar-rabaʼ xahar kien Għasael ħu Ġowab, u warajh kien hemm ibnu Żebadija, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000. 8 Il-ħames kap għall-ħames xahar kien Samħut l-Iżraħi, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000. 9 Is-sitt wieħed għas-sitt xahar kien Ira bin Ikkes it-Tekogħi, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000. 10 Is-sebaʼ wieħed għas-sebaʼ xahar kien Ħeleż il-Peloni mill-Efrajmin, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000. 11 It-tmien wieħed għat-tmien xahar kien Sibbekaj il-Ħusati miż-Żeraħin, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000. 12 Id-disaʼ wieħed għad-disaʼ xahar kien Abi-għeżer l-Għanatoti mill-Benjamini, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000. 13 L-għaxar wieħed għall-għaxar xahar kien Maħaraj in-Netofati miż-Żeraħin, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000. 14 Il-11-il wieħed għall-11-il xahar kien Benaja l-Piratoni li jiġi minn Efrajm, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000. 15 It-12-il wieħed għat-12-il xahar kien Ħeldaj in-Netofati, li jiġi minn Għotnijel, u fil-grupp tiegħu kien hemm 24,000.

16 Dawn kienu l-mexxejja tat-tribujiet t’Iżrael: Eligħeżer bin Żikri minn Ruben; Sefatija bin Magħka minn Simegħon; 17 Ħasabija bin Kemwel minn Levi; Sadok minn Aron; 18 Eliħu, wieħed minn ħut David, minn Ġuda; Għomri bin Mikiel minn Issakar; 19 Ismaja bin Għobadija minn Żebulun; Ġerimot bin Għażrijel minn Naftali; 20 Ħosegħa bin Għażażija minn Efrajm; Ġoel bin Pedaja minn nofs it-tribù taʼ Manasse; 21 Iddo bin Żakkarija minn nofs it-tribù taʼ Manasse f’Gilegħad; Ġagħsijel bin Abner minn Benjamin; 22 u Għażarel bin Ġeroħam minn Dan. Dawn kienu l-kapijiet tat-tribujiet t’Iżrael.

23 David m’għaddhomx lil dawk li kellhom minn 20 sena ’l isfel, għaliex Ġeħova kien wiegħed li jagħmel lill-Iżraelin daqs l-istilel tas-sema. 24 Ġowab bin Seruja kien beda jgħoddhom, imma ma kompliex. Alla rrabja ħafna m’Iżrael* għax kienu għoddew lill-poplu, u l-għadd tagħhom ma tniżżilx fir-rakkont tal-istorja taʼ żmien ir-Re David.

25 Fuq il-post fejn iżommu t-teżori tar-re kien hemm Għażmawet bin Għadijel. Fuq l-imħażen* li kien hemm fl-għelieqi, fil-bliet, fl-irħula, u fit-torrijiet kien hemm Ġonatan bin Użżija. 26 Fuq dawk li kienu jaħdmu fl-għelieqi kien hemm Għeżri bin Kelub. 27 Simgħi r-Ramati kien fuq l-għelieqi tad-dwieli u Żabdi s-Sifmi kien fuq l-imħażen tal-inbid. 28 Fuq is-siġar taż-żebbuġ u s-siġar tal-ġummajż* li kienu fis-Sefela kien hemm Bagħal-ħanan il-Gederi u fuq l-imħażen taż-żejt kien hemm Ġogħas. 29 Fuq l-imrieħel tal-baqar li kienu jirgħaw fis-Saron kien hemm Sitraj is-Saroni u fuq l-imrieħel tal-baqar fil-pjanuri tal-widien* kien hemm Safat bin Għadlaj. 30 Fuq l-iġmla kien hemm Obil l-Ismagħeli u fuq il-ħmir nisa kien hemm Ġeħdeja l-Meronoti. 31 U fuq l-imrieħel tan-nagħaġ kien hemm Ġażiż il-Ħagri. Dawn kollha kienu l-kapijiet fuq il-ġid tar-Re David.

32 Ġonatan in-neputi taʼ David kien jagħti l-pariri, kapaċi jifhem, u kien segretarju. Ġeħijel bin Ħakmoni kien jieħu ħsieb it-tfal tar-re. 33 Aħitofel kien jagħti l-pariri lir-re u Ħusaj l-Arki kien il-ħabib tar-re.* 34 Wara Aħitofel kien hemm Ġeħojada bin Benaja u Abjatar. U Ġowab kien il-kap tal-armata tar-re.

28 Imbagħad, David ġabar f’Ġerusalemm il-kapijiet kollha t’Iżrael: il-kapijiet tat-tribujiet, il-kapijiet tal-gruppi li jaqdu lir-re, il-kapijiet tal-eluf u l-kapijiet tal-mijiet, il-kapijiet taʼ fuq il-ġid u l-annimali kollha tar-re u tat-tfal tiegħu, l-uffiċjali tal-palazz, u kull raġel b’saħħtu u kapaċi. 2 Imbagħad ir-Re David qam bilwieqfa u qal:

“Isimgħuni, ħuti u poplu tiegħi. Jien xtaqt minn qalbi li nibni dar bħala post taʼ mistrieħ għall-arka tal-patt taʼ Ġeħova u bħala banketta għal saqajn l-Alla tagħna, u bdejt nipprepara għall-bini. 3 Imma l-Alla l-veru qalli: ‘Mhux int se tibni dar għal ismi, għax int raġel tal-gwerer u xerridt id-demm.’ 4 Madankollu, Ġeħova l-Alla t’Iżrael għażilni mid-dar kollha taʼ missieri biex inkun re fuq Iżrael għal dejjem. Għax hu għażel lil Ġuda bħala l-mexxej, u mid-dar taʼ Ġuda għażel id-dar taʼ missieri, u mit-tfal taʼ missieri approva lili biex jagħmilni re fuq Iżrael kollu. 5 Ġeħova berikni b’ħafna tfal, u minnhom, hu għażel lil Salamun biex joqgħod fuq it-tron tas-saltna taʼ Ġeħova fuq Iżrael.

6 “Hu qalli, ‘Ibnek Salamun ikun dak li jibni d-dar tiegħi u l-btieħi tiegħi, għax jien għażiltu bħala ibni u jien insir missieru. 7 Jien insaħħaħ is-saltna tiegħu għal dejjem jekk ikun determinat li jobdi l-kmandamenti u d-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħi, bħalma qed jagħmel.’ 8 Għalhekk, quddiem il-poplu kollu taʼ Ġeħova ngħid: Obdu bir-reqqa u fittxu l-kmandamenti kollha taʼ Ġeħova l-Alla tagħkom, sabiex tirtu l-art tajba u tgħadduha bħala wirt permanenti lit-tfal tagħkom.

9 “U int, ibni Salamun, sir af lill-Alla tiegħi u aqdih b’qalb sħiħa* u b’attitudni pożittiva,* għax Ġeħova jfittex fil-qlub kollha u jaf kull ħsieb u intenzjoni. Jekk tfittxu, iħallik issibu, imma jekk titilqu, iwarrbek għal dejjem. 10 Issa li Ġeħova għażlek biex tibni dar bħala santwarju, kun kuraġġuż u ibda x-xogħol.”

11 Imbagħad David ta lil ibnu Salamun il-pjanta tal-intrata u tal-kmamar, inkluż l-imħażen, il-kmamar taʼ fuq, il-kmamar taʼ ġewwa tagħha, u l-kamra fejn Alla jaħfer id-dnubiet.* 12 Hu tah il-pjanta taʼ kull ħaġa li wrieh l-ispirtu t’Alla. Din kienet għall-btieħi tad-dar taʼ Ġeħova, għall-kmamar tal-ikel kollha taʼ madwarha, għall-postijiet fejn iżommu t-teżori fid-dar tal-Alla l-veru, u għall-postijiet fejn iżommu l-affarijiet li tqaddsu.* 13 U tah istruzzjonijiet dwar kif għandhom jitqassmu l-qassisin u l-Leviti, dwar ix-xogħol kollu tas-servizz fid-dar taʼ Ġeħova, u dwar l-għodod kollha tas-servizz tad-dar taʼ Ġeħova. 14 Qallu wkoll kemm kellu jiżen id-deheb għall-għodod kollha għas-servizzi differenti, kemm kellha tiżen il-fidda għall-għodod kollha għas-servizzi differenti, 15 kemm kellhom jiżnu l-gandlieri kollha tad-deheb u l-lampi tagħhom, kemm kellhom jiżnu l-gandlieri kollha tal-fidda u l-lampi tagħhom, 16 kemm kellu jiżen id-deheb għal kull mejda tal-ħobż tal-preżenza, kemm kellha tiżen il-fidda għall-imwejjed tal-fidda, 17 kemm kellu jiżen id-deheb pur għall-frieket, l-iskutelli, u l-buqari, u kemm kellha tiżen kull skutella żgħira tad-deheb u tal-fidda. 18 Hu qallu wkoll kemm kellu jiżen id-deheb irfinut għall-artal tal-inċens u għar-rappreżentazzjoni tal-karru, jiġifieri l-kerubini tad-deheb li għandhom ġwinħajhom miftuħin u jgħattu l-arka tal-patt taʼ Ġeħova. 19 David qal: “Id Ġeħova kienet fuqi u hu fehemni ħalli nniżżel bil-miktub id-dettalji kollha tal-pjanta.”

20 Imbagħad David qal lil ibnu Salamun: “Kun kuraġġuż u sod u ibda x-xogħol. Tibżax u titwerwirx, għax Alla Ġeħova, l-Alla tiegħi, qiegħed miegħek. Mhux se jabbandunak jew jitilqek, imma se jkun miegħek sakemm jitlesta x-xogħol kollu tas-servizz tad-dar taʼ Ġeħova. 21 U dawn huma l-gruppi tal-qassisin u tal-Leviti għas-servizz kollu tad-dar tal-Alla l-veru. Int għandek ħaddiema tas-sengħa li lesti jagħmlu kull tip taʼ xogħol, u l-kapijiet u n-nies kollha se jagħmlu kulma tgħidilhom.”

29 Ir-Re David qal lill-kongregazzjoni kollha: “Ibni Salamun, il-wieħed li Alla għażel, hu żagħżugħ u bla esperjenza,* imma x-xogħol hu kbir, għax dan mhux tempju* għal xi bniedem imma għal Alla Ġeħova. 2 U jien għamilt kull sforz biex nipprepara għad-dar tal-Alla tiegħi deheb, fidda, ram, ħadid, injam, ħaġar tal-oniċi, ġebel li jitqiegħed mat-tajn, ċagħaq tal-mużajk, kull ħaġra prezzjuża, u kwantità kbira taʼ ħaġar tal-alabastru. 3 Iktar minn hekk, peress li nħobb id-dar tal-Alla tiegħi, se nagħti deheb u fidda mit-teżori tiegħi għad-dar tal-Alla tiegħi minbarra dak kollu li diġà ppreparajt għad-dar qaddisa. 4 Dan jinkludi 3,000 talent* deheb minn Ofir u 7,000 talent fidda rfinuta għall-kisi tal-ħitan tad-djar, 5 għax-xogħol tad-deheb, għax-xogħol tal-fidda, u għax-xogħol kollu li jrid isir min-nies tas-sengħa. Issa min hu lest li jġib rigal lil Ġeħova llum?”

6 U l-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier, il-kapijiet tat-tribujiet t’Iżrael, il-kapijiet tal-eluf u tal-mijiet, u l-kapijiet tax-xogħol tar-re kienu lesti li jagħmlu dan. 7 Għas-servizz tad-dar tal-Alla l-veru huma taw: 5,000 talent deheb, 10,000 darik,* 10,000 talent fidda, 18,000 talent ram, u 100,000 talent ħadid. 8 Kull min kellu ħaġar prezzjuż tah biex jitpoġġa fil-post fejn iżommu t-teżori fid-dar taʼ Ġeħova, li kien jieħu ħsiebu Ġeħijel il-Gersoni. 9 In-nies ferħu meta taw dawn l-offerti b’mod volontarju, għax tawhom lil Ġeħova b’qalb sħiħa. Anki David ir-re feraħ ħafna.

10 Imbagħad David faħħar lil Ġeħova quddiem il-kongregazzjoni kollha. Hu qal: “Jalla tkun imfaħħar għal dejjem, Ġeħova l-Alla t’Iżrael missierna. 11 Ġeħova, int kbir, b’saħħtek, glorjuż, tal-għaġeb, u jistħoqqlok rispett,* għax kulma hemm fis-sema u fl-art hu tiegħek. Tiegħek hi s-saltna Ġeħova. Int Kap fuq kulħadd. 12 Il-ġid u l-glorja ġejjin mingħandek u int tmexxi fuq kollox. F’idek għandek il-qawwa u s-saħħa, u tistaʼ tkabbar u tagħti s-saħħa lil kulħadd. 13 U issa, Alla tagħna, aħna nirringrazzjawk u nfaħħru l-isem sabiħ tiegħek.

14 “Madankollu, jien min jien u min hu l-poplu tiegħi biex nagħmlu offerti volontarji bħal dawn? Għax kollox ġej mingħandek, u aħna tajniek dak li jiġi minn idek stess. 15 Għax aħna residenti barranin quddiemek u immigranti bħal missirijietna kollha. Ħajjitna fuq l-art hi bħal dell u m’hemm ebda tama mingħajrek. 16 Ġeħova Alla tagħna, dan il-ġid kollu li ppreparajna biex nibnu dar għall-isem qaddis tiegħek hu mingħandek stess, kollu tiegħek. 17 Alla tiegħi, jien naf tajjeb li int teżamina l-qalb u tieħu pjaċir bl-onestà.* Dawn l-affarijiet kollha jien offrejthom b’mod volontarju u b’qalb sinċiera. Jien ferħan ħafna li qed nara n-nies tiegħek hawnhekk jagħmlulek offerti b’mod volontarju. 18 Ġeħova, l-Alla taʼ missirijietna Abraham, Iżakk, u Iżrael, għin lin-nies tiegħek biex jibqaʼ jkollhom dawn il-ħsibijiet u l-intenzjonijiet u jaqduk b’qalb sħiħa. 19 Agħti qalb sħiħa* lil ibni Salamun biex jobdi l-kmandamenti, it-tfakkiriet, u r-regoli tiegħek, u biex jagħmel dawn l-affarijiet kollha u jibni t-tempju* li jien għamilt preparamenti għalih.”

20 Imbagħad David qal lill-kongregazzjoni kollha: “Issa faħħru lil Ġeħova l-Alla tagħkom.” U dawk kollha fil-kongregazzjoni faħħru lil Ġeħova l-Alla taʼ missirijiethom u mielu u nxteħtu fl-art quddiem Ġeħova u r-re. 21 U l-għada komplew joffru sagrifiċċji lil Ġeħova u l-offerti tal-ħruq lil Ġeħova, 1,000 barri żgħir,* 1,000 muntun, 1,000 ħaruf, u l-offerti tax-xorb li joffru magħhom. Huma offrew kwantità kbira taʼ sagrifiċċji għal Iżrael kollu. 22 Dakinhar komplew jieklu u jixorbu quddiem Ġeħova b’ferħ kbir, u reġgħu għamlu re lil Salamun bin David u dilkuh* quddiem Ġeħova bħala mexxej. Dilku wkoll lil Sadok bħala qassis. 23 Salamun qagħad fuq it-tron taʼ Ġeħova bħala re minflok missieru David u rnexxa bħala re. L-Iżraelin kollha kienu ubbidjenti lejh. 24 Il-kapijiet kollha, il-gwerriera b’saħħithom, u kif ukoll it-tfal kollha tar-Re David issottomettew ruħhom lejn Salamun ir-re. 25 U Ġeħova għamel lil Salamun importanti ħafna f’għajnejn Iżrael kollu u tah glorja li ebda re qablu fuq Iżrael ma kellu bħalha.

26 B’hekk, David bin Ġesse mexxa fuq Iżrael kollu, 27 u dam imexxi fuq Iżrael 40 sena. F’Ħebron mexxa sebaʼ snin, u f’Ġerusalemm 33 sena. 28 Hu miet meta kien xjaħ sew, kuntent bil-ħajja twila tiegħu, bil-ġid, u bil-glorja. U ibnu Salamun sar re minfloku. 29 L-istorja kollha tar-Re David qiegħda fil-kitbiet taʼ Samwel il-profeta,* taʼ Natan il-profeta, u taʼ Gad il-viżjonarju. 30 Dawn il-kitbiet isemmu s-saltna tiegħu, il-qawwa tiegħu, u dak li ġara fi żmienu, fi żmien Iżrael, u fi żmien is-saltniet kollha taʼ madwaru.

Letteralment “setgħan.”

Dawn li ġejjin huma t-tfal taʼ Aram. Ara Ġen 10:23.

Ifisser “Diviżjoni.”

Jew “il-popolazzjoni tal-art.”

Letteralment “It-tfal.”

Letteralment “it-tfal t’Iżrael.”

Letteralment “fl-għalqa.”

Letteralment “Ix-xejikki.” Xejikk kien kap taʼ tribù.

Letteralment “It-tfal.”

Ifisser “Iġib Diżastru; Iġiegħel lil Ħaddieħor Jiġi Mwarrab.” Jissejjaħ ukoll Għakan f’Ġoż 7:1.

Jew “inkwiet.”

Letteralment “It-tfal.”

Jissejjaħ ukoll Kaleb fil-versi 18, 19, u 42.

Jissejjaħ ukoll Kelubaj fil-vers 9.

Jew “taʼ madwarha.”

Letteralment “It-tfal.”

Letteralment “it-tfal.”

Letteralment “it-tfal.”

Jissejjaħ ukoll Kelubaj fil-vers 9.

Letteralment “It-tfal.”

Letteralment “it-tfal.”

Letteralment “it-tfal.”

Letteralment “it-tfal.”

Xi ismijiet f’dan il-kapitlu jistgħu jirreferu għal postijiet minflok għan-nies. F’każi bħal dawn “missier” tistaʼ tfisser “fundatur.”

L-isem Ġabes jistaʼ jkun ġej minn kelma Ebrajka li tfisser “uġigħ.”

Letteralment “it-tfal.”

Ifisser “Wied tan-Nies tas-Sengħa.”

Letteralment “it-tfal.”

Letteralment “Hi.” Jistaʼ jkun tirreferi għal Bitja taʼ vers 18.

Bl-Ebrajk din tistaʼ tfisser “iben,” “neputi,” jew “dixxendent.”

Letteralment “it-tfal.”

Letteralment “kasbar is-sodda.”

Jew “taʼ madwaru.”

Jiġifieri Ġerobogħam II.

Jissejjaħ ukoll Gerson f’vers 1.

Letteralment “dawk li ngħataw għas-servizz.”

Jew “il-kampijiet imdawrin bil-ħitan.”

Jew forsi “l-belt” fi qbil maʼ Ġoż 21:13.

Jew forsi “l-belt” fi qbil maʼ Ġoż 21:21.

Letteralment “it-tfal taʼ.”

Fit-test Ebrajk hemm isem nieqes.

Bl-Ebrajk din tistaʼ tfisser “iben,” “neputi,” jew “dixxendent.”

Letteralment “it-tfal taʼ.”

Letteralment “it-tfal.”

Ifisser “Bi Gwaj.”

Jew “Ġeħosugħa,” li jfisser “Ġeħova Hu Salvazzjoni.”

Jew “taʼ madwarha.”

Jew forsi “Gaża,” imma mhux Gaża tal-Filistja.

Jissejjaħ ukoll Somer f’vers 32.

Aktarx l-istess bħal “Ħotam” f’vers 32.

Jew forsi “wara li keċċa n-nisa tiegħu Ħusim u Bagħra.”

Jew “taʼ madwarha.”

Jgħidulu wkoll Is-boset.

Jgħidulu wkoll Mefiboset.

Jew “in-Netinin.” Letteralment “dawk li ngħataw,” jiġifieri biex jaqdu lil Alla.

Letteralment “mit-tfal taʼ.”

Letteralment “kapijiet tal-missirijiet għad-dar taʼ missirijiethom.”

Jew “tat-tempju.”

Letteralment “il-veġġent.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “setgħanin.”

Letteralment “ħobż impoġġi f’ordni.”

Jew “fil-pjanura l-baxxa.”

Letteralment “Aħna għadmek u laħmek.”

Letteralment “li toħroġ u ddaħħal lil Iżrael.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Millo.” Terminu Ebrajk li jfisser “timla.”

Jiġifieri barley.

Jew “salvazzjoni.”

Jew “fil-Pjanura l-Baxxa.”

Letteralment “bin raġel qalbieni.”

Hu kien twil madwar 2.23 metri. Ara App. B14.

Tip taʼ ċerva.

Letteralment “kienu qalb waħda.”

Letteralment “fil-bliet bl-art taʼ madwarhom għall-annimali.”

Jew “mis-Siħor.”

Jew “sad-daħla taʼ Ħamat.”

Jew forsi “bejn.”

Jew “il-qiegħa tad-dris.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “tnikket.”

Ifisser “Kastig Kontra Użżah.”

Letteralment “midluk.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “fil-Pjanura l-Baxxa.”

Ifisser “Sid tat-Tħarbit.”

Jew “fil-pjanura l-baxxa.”

Letteralment “fuq Alamot.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “fuq Seminit.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “għoġġiela.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “jiftakru.”

Jew “doqqulu l-mużika.”

Jew forsi “Tkellmu.”

Letteralment “wiċċu.” Jew “il-preżenza tiegħu.”

Letteralment “Il-kelma li kkmanda.”

Letteralment “lill-midlukin.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “dinjità.”

Jew “Qimu lil.”

Jew forsi “minħabba l-ġmiel tal-qdusija tiegħu.”

Jew “ġie.”

Jew “L-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Hekk ikun!”

Jew “l-istrumenti tal-għanja tal-Alla.”

Letteralment “jifilġuhom.”

Letteralment “Ġeħova jibni dar għalik.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “id-dar.”

Jew “raġel taʼ pożizzjoni għolja.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jiġifieri linja taʼ rejiet.

Jew “taʼ madwarha.”

Jew “salva.”

Jew “salva.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Talent kien daqs 34.2 kilogrammi. Ara App. B14.

Letteralment “minn Aram-naħarajm.”

Jiġifieri l-Ewfrat.

Jiġifieri fir-rebbiegħa.

Idolu tal-alla tal-Għammonin.

Madwar 34.2 kilogrammi. Ara App. B14.

Jew forsi “wieħed li jopponi.”

Jew “tnikket.”

Jew “fil-qiegħa tad-dris.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “Agħtini.”

Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.

Xekel kien daqs 11.4 grammi. Ara App. B14.

Jew “delikat.”

Letteralment “bniedem taʼ serħan.”

Minn kelma Ebrajka li tfisser “Paċi.”

Talent kien daqs 34.2 kilogrammi. Ara App. B14.

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “kien xiħ u mimli bl-għomor.”

Jew “qassamhom.”

Milli jidher dan hu Simgħi ieħor.

Milli jidher dan hu Simgħi li jissemma f’vers 7.

Letteralment “Mit-tfal taʼ.” Bl-Ebrajk “tfal” tista’ tfisser “tfal,” “neputijiet,” jew “dixxendenti.”

Letteralment “ħuthom.”

Letteralment “il-ħobż impoġġi f’ordni.”

Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.

Letteralment “mit-tfal taʼ.” Bl-Ebrajk “tfal” tista’ tfisser “tfal,” “neputijiet,” jew “dixxendenti.”

Letteralment “biex jgħolli l-qarn tiegħu.”

Jew “l-affarijiet iddedikati.”

Letteralment “Mit-tfal taʼ.” Bl-Ebrajk “tfal” tista’ tfisser “tfal,” “neputijiet,” jew “dixxendenti.”

Letteralment “il-veġġent.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “U r-rabja kienet fuq Iżrael.”

Jew “il-postijiet fejn iżommu t-teżori.”

Tip taʼ siġar tat-tin.

Jew “fil-pjanuri l-baxxi.”

Jew “il-ħabib li kien jiftaħ qalbu miegħu r-re.”

Jew “devota għalkollox.”

Jew “bl-għaxqa taʼ ruħek.”

Jew “il-kamra fejn ipoġġu l-għatu.” Dan jirreferi għall-għatu tal-arka.

Jew “l-affarijiet iddedikati.”

Jew “delikat.”

Jew “ċittadella; palazz.”

Talent kien daqs 34.2 kilogrammi. Ara App. B14.

Darik kienet munita tad-deheb Persjana. Ara App. B14.

Jew “dinjità.”

Jew “bis-sewwa; bl-integrità.”

Jew “devota għalkollox.”

Jew “iċ-ċittadella; il-palazz.”

Jew “għoġol.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “il-veġġent.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja