ĠOB
1 Fl-art taʼ Uż kien hemm raġel jismu Ġob.* Dan kien raġel sew u leali.* Hu kien jirrispetta ħafna lil* Alla u jevita dak li hu ħażin. 2 Ġob kellu sebaʼ subien u tlett ibniet. 3 Hu kellu 7,000 nagħġa, 3,000 ġemel, 1,000 baqra,* u 500 ħmara. Kellu wkoll ammont kbir taʼ qaddejja, tant li kien l-aqwa min-nies tal-Lvant.
4 Kull wieħed mit-tfal subien tiegħu kien jagħmel ikla kbira fid-dar tiegħu fil-ġurnata li kien imissu. Huma kienu jistiednu wkoll lit-tliet ħuthom bniet. 5 U meta kulħadd kien jagħmel l-ikla, Ġob kien jibgħat għalihom biex iqaddishom. Imbagħad l-għada kien iqum kmieni u joffri sagrifiċċji tal-ħruq għal kull wieħed minnhom. Għax Ġob kien jgħid: “Li ma jmurx it-tfal tiegħi dinbu u qalu xi ħaġa kontra Alla f’qalbhom.” Hu għalhekk li Ġob dejjem kien jagħmel dan.
6 Waslet il-ġurnata meta l-anġli* marru quddiem Ġeħova l-Alla l-veru, u Satana mar ukoll.
7 Imbagħad Ġeħova qal lil Satana: “Minn fejn ġej?” Satana wieġeb lil Ġeħova: “Kont qed indur ’l hemm u ’l hawn fid-dinja u nara x’hemm fiha.” 8 U Ġeħova qallu: “Rajtu l-qaddej tiegħi Ġob? M’hemm ħadd bħalu fid-dinja. Hu raġel sew u leali,* jirrispettani ħafna,* u ma jagħmilx dak li hu ħażin.” 9 Satana wieġeb lil Ġeħova: “Taħseb li għalxejn li Ġob jirrispettak?* 10 Int għamilt bħal ħajt taʼ protezzjoni madwaru u madwar daru u kulma għandu. Berikt dak kollu li għamel, u l-annimali tiegħu komplew jiżdiedu. 11 Imma din id-darba uża l-qawwa tiegħek biex tiħodlu kulma għandu u tara kif jgħajrek f’wiċċek.” 12 U Ġeħova qallu: “Kulma għandu hu f’idejk. Imma lilu tagħmillu xejn!” Għalhekk, Satana telaq minn quddiem Ġeħova.
13 Meta t-tfal taʼ Ġob kienu qed jieklu u jixorbu l-inbid fid-dar taʼ ħuhom il-kbir, 14 mar qaddej għand Ġob u qallu: “Waqt li l-baqar kienu qed jaħartu u l-ħmir kienu qed jirgħaw maġenbhom, 15 is-Sabegħanin attakkawna u ħaduhom, u qatlu l-qaddejja tiegħek bix-xabla. Jien biss irnexxieli naħrab biex niġi ngħidlek.”
16 Waqt li kien għadu qed jitkellem, mar qaddej ieħor u qallu: “Alla bagħat nar* mis-sema u ħaraq in-nagħaġ u l-qaddejja! Jien biss irnexxieli naħrab biex niġi ngħidlek.”
17 Waqt li kien għadu qed jitkellem, mar ieħor u qallu: “Il-Kaldin ġew fi tliet gruppi u serqu l-iġmla u qatlu l-qaddejja bis-sejf! Jien biss irnexxieli naħrab biex niġi ngħidlek.”
18 Waqt li kien għadu qed jitkellem, terġaʼ mar ieħor u qallu: “It-tfal tiegħek kienu qed jieklu u jixorbu l-inbid fid-dar taʼ ħuhom il-kbir. 19 U f’daqqa waħda ġie riħ qawwi mid-deżert u waqqaʼ l-erbaʼ ħitan tad-dar fuq it-tfal tiegħek, u b’hekk mietu. Jien biss irnexxieli naħrab biex niġi ngħidlek.”
20 Meta semaʼ dan, Ġob ċarrat ħwejġu u qataʼ xagħru. Imbagħad inxteħet mal-art, miel, 21 u qal:
“Meta twilidt ma kelli xejn,
U mhu se nieħu xejn miegħi meta mmut.*
Ġeħova tani, u Ġeħova ħadli.
Ħa jibqaʼ jiġi mfaħħar isem Ġeħova.”
22 Minkejja dak li ġralu, Ġob ma dinibx u ma qalx li Alla għamel xi ħaġa ħażina.
2 U waslet il-ġurnata li l-anġli* reġgħu marru quddiem Ġeħova l-Alla l-veru, u Satana wkoll mar quddiem Ġeħova.
2 Imbagħad Ġeħova qal lil Satana: “Minn fejn ġej?” Satana wieġeb lil Ġeħova: “Kont qed indur ’l hemm u ’l hawn fid-dinja u nara x’hemm fiha.” 3 U Ġeħova qal lil Satana: “Rajtu l-qaddej tiegħi Ġob? M’hemm ħadd bħalu fid-dinja. Hu raġel sew u leali,* jirrispettani ħafna,* u ma jagħmilx dak li hu ħażin. Hu baqaʼ leali avolja qed tipprova tikkonvinċini biex neqirdu għalxejn b’xejn.” 4 Imma Satana wieġeb lil Ġeħova: “Wieħed żgur li jkun lest li jagħti kollox jekk ikun hemm ħajtu fin-nofs. 5 Għalhekk, uża l-qawwa tiegħek biex teffettwa s-saħħa tiegħu, u tara kif jgħajrek f’wiċċek.”
6 Imbagħad Ġeħova qallu: “Ħa nħallih f’idejk. Agħmillu li trid, imma toqtlux!” 7 Għalhekk, Satana telaq minn quddiem Ġeħova u mela lil Ġob bi msiemer kbar* minn rasu sa saqajh. 8 U Ġob qabad biċċa fuħħar biex iħokk biha, u qagħad bilqiegħda qalb l-irmied.
9 Fl-aħħar, il-mara tiegħu qaltlu: “Beħsiebek tibqaʼ leali? Isħet lil Alla u mut!” 10 Imma qalilha: “Qed tgħid affarijiet bla sens. Għandna aħna naċċettaw biss dak li hu tajjeb mingħand Alla?” Minkejja dak kollu li ġralu, Ġob ma qal xejn ħażin.*
11 U kien hemm tlett iħbieb taʼ Ġob li semgħu dwar dak kollu li għadda minnu, u ddeċidew li jiltaqgħu u jmorru biex juruh li jinteressahom minnu u jgħinuh iħossu aħjar. Dawn kienu Elifaż it-Temani, Bildad is-Suħi, u Sofar in-Nagħmati. 12 Meta rawh mill-bogħod, m’għarfuhx. Huma bdew jibku b’leħen għoli u jċarrtu ħwejjiġhom, u tefgħu t-trab fl-arja u fuq rashom. 13 Imbagħad huma għamlu ġimgħa bilqiegħda ħdejh, u ħadd ma qallu xejn għax raw li kien muġugħ ħafna.
3 Kien wara dan li Ġob beda jitkellem u jisħet il-ġurnata taʼ meta twieled. 2 Hu qal:
3 “Nixtieq li l-ġurnata taʼ meta twilidt qatt ma waslet,
U lanqas il-lejl meta xi ħadd qal, ‘Twieled tifel!’
4 Ħa tinbidel fi dlam dik il-ġurnata.
Ħa jinsieha Alla;
U ma jkunx hemm dawl fiha.
5 Ħalli d-dlam ċappa* jieħu lura dik il-ġurnata.
Ħalli s-sħab tax-xita jgħattiha.
Ħalli taqaʼ dalma tal-biżaʼ fuq dik il-ġurnata.
6 Ħa jkun hemm dlam ċappa dak il-lejl;
Ħa ma jkunx hemm ferħ dakinhar;
Ħa ma jkunx jeżisti dak il-jum fost il-ġranet tax-xahar.
7 Kien ikun aħjar li ħadd ma twieled dak il-lejl;
Ħa ma jkunx hemm ferħ dakinhar.
9 Ħa jiddallmu l-istilel taʼ dak il-lejl;
Ħa ma jisbaħx filgħodu
U ma jkunx hemm raġġi taʼ tlugħ ix-xemx.
10 Għax ommi wellditni dakinhar;
U jien qed niffaċċja l-inkwiet.
11 Għala ma mittx f’żaqq ommi?
Għala ma mittx jien u nitwieled?
12 Ommi għalfejn refgħetni
U għala tatni nixrob?
13 Għax kieku mitt kont inkun mimdud għall-kwiet;
Kieku qiegħed rieqed u mistrieħ
14 Mar-rejiet tad-dinja u dawk li jagħtuhom il-pariri,
Li bnew għalihom postijiet li issa huma meqruda,
15 Jew mal-prinċpijiet* li kellhom id-deheb,
Li d-djar tagħhom kienu mimlijin bil-fidda.
16 Għala ommi ma korrietx meta kienet tqila bija,
U kont inkun bħat-tfal li qatt ma raw id-dawl?
17 Fil-qabar anki l-ħżiena ma jibqgħux jinkwetaw,
U l-għajjenin jistrieħu.
18 Hemmhekk il-ħabsin jistrieħu flimkien;
U ħadd ma jisforzahom biex jaħdmu.
19 Hemmhekk is-sinjuri u l-foqra huma l-istess,
U l-ilsir hu meħlus minn sidu.
21 Għala dawk li jixtiequ jmutu ma jmutux?
Huma jfittxu l-mewt iktar milli jfittxu għal teżori moħbija.
22 Huma jifirħu meta jmorru fil-qabar,
Iva, jifirħu ħafna.
23 Għala Alla jagħti d-dawl lil xi ħadd li ntilef,
Biex imbagħad ma jħallilux minn fejn jgħaddi?
24 Il-qrid tiegħi sar bħal ikel għalija,
Il-biki tiegħi hu bħal xmara.
25 Għax qed ngħaddi minn dak li jkexkixni,
U qed nesperjenza dak li jbeżżagħni.
26 Ma kellix paċi, kwiet, jew mistrieħ,
Imma problemi biss.”
4 Elifaż it-Temani mbagħad wieġbu:
2 “Jekk xi ħadd jipprova jkellmek, se tkun lest li tisimgħu?
Għax kif tistaʼ ma titkellimx?
3 Veru, int għallimt lil ħafna,
U kont issaħħaħ lil min kien dgħajjef.
4 Kliemek kien jgħin lil dawk li jitfixklu,
U kont issaħħaħ lil dawk li kellhom bżonn l-għajnuna.
5 Imma issa int ġejt fl-inkwiet, u ma tiflaħx għalih;
Qed tgħaddi minnu u qed tħossok skuraġġit.
6 Jekk għandek rispett lejn Alla, kif ma tafdax fih?
U jekk int leali lejh, kif m’għandekx tama?
7 Taf lil xi ħadd innoċenti li miet qabel iż-żmien?
Jew lil xi ħadd sewwa li nqered?
8 Li naf hu li min iħawwel dak li hu taʼ ħsara
U min jiżraʼ l-inkwiet mhux se jaħsad xi ħaġa tajba.
9 Huma jmutu meta Alla jibgħat riħ qawwi fuqhom,
U jeqridhom bir-rabja tiegħu.
10 L-iljun jistaʼ jgħajjat kemm jiflaħ,
Imma anki s-snien taʼ ljuni b’saħħithom jinkisru.
11 Iljun imut jekk ma jaqbadx x’jiekol,
U l-frieħ tiegħu ma jibqgħux flimkien.
12 Ġie xi ħadd ikellimni bil-moħbi,
U qalli xi ħaġa f’widnejja.
13 Billejl meta n-nies jorqdu fil-fond,
Jien kelli viżjonijiet li inkwetawni.
14 Qabditni rogħda kbira,
U mtlejt bil-biżaʼ.
15 Għadda spirtu minn quddiemi
U ġismi qam xewk xewk.
16 Imbagħad waqaf,
Imma jien m’għaraftux.
Kien hemm xi ħaġa quddiem għajnejja;
Imbagħad waqgħet kalma, u smajt:
17 ‘Jistaʼ bniedem ikun iktar ġust minn Alla?
Jistaʼ bniedem ikun aħjar minn Dak li Ħalqu?’
18 Hu lanqas biss jafda l-qaddejja tiegħu.
Hu jsib xi jgħid anki fl-anġli* tiegħu.
19 Aħseb u ara kemm se jafda lil dawk li jgħixu fi djar tat-tafal,
Li huma mibnijin fuq it-trab,
Li jitfarrku faċilment bħal farfett!
20 Filli jkunu ħajjin u filli jmutu;
Jinqerdu għal dejjem u ħadd ma jinduna.
21 Dawn in-nies huma bħal tinda li jitneħħielha l-ħabel.
Imutu mingħajr ma jkollhom għarfien.
5 “Jekk tgħajjat għall-għajnuna, hemm xi ħadd iwieġbek?
Lejn liema anġlu se ddur għall-għajnuna?
2 Għax ir-rabja se toqtol lill-iblah,
U l-għira toqtol lil min jemmen kollox.
3 Jien rajt l-iblah jirnexxi,
Imma f’daqqa waħda d-dar tiegħu tiġi misħuta.
4 It-tfal tiegħu qegħdin fil-periklu.
Huma jiġu umiljati f’bieb il-belt, u ħadd ma jsalvahom.
5 Dak li jaħsad hu, jikolhulu min hu bil-ġuħ,
Anki dak li jikber qalb ix-xewk.
Kulma għandhom jittiħdilhom.
6 L-affarijiet taʼ ħsara ma jinbtux bħall-ħaxix ħażin,
U l-inkwiet ma joħroġx mill-ħamrija.
7 Bħalma hu żgur li n-nar jaħraq,
Il-ħajja taʼ bniedem hi mimlija inkwiet.
8 Imma kieku minnek, indur lejn Alla
U nippreżenta l-każ tiegħi quddiemu,
9 Quddiem il-Wieħed li għamel affarijiet kbar u li ħadd ma jistaʼ jifhimhom,
Affarijiet mill-isbaħ li ħadd ma jistaʼ jgħoddhom.
10 Hu jibgħat ix-xita fuq l-art
U jibgħat l-ilma fl-għelieqi.
11 Hu jtellaʼ fl-għoli lil dawk umiljati,
U jsalva lill-iskuraġġiti.
12 Hu jfixkel il-pjanijiet tal-makakki,
Biex ma jirnexxilhomx jagħmlu dak li jridu.
13 Hu jwaqqaʼ lill-għorrief fin-nases tagħhom stess,
Biex b’hekk il-pjanijiet tagħhom jitħarbtu.
14 Huma mdawrin bid-dlam matul il-ġurnata,
U fl-aqwa tax-xemx isiru bħal nies li qed ifittxu affarijiet fid-dlam.
15 Hu jsalva lin-nies minn dawk li lsienhom jaqtaʼ bħal xabla,
U lill-foqra minn dawk li jaħqruhom.
16 B’hekk, ikun hemm tama għal dawk batuti,
Imma dawk li mhumiex ġusti jkollhom jagħlqu ħalqhom.
17 Ferħan hu l-bniedem li Alla jikkoreġih;
Għalhekk, tirrifjutax id-dixxiplina taʼ Dak li Jistaʼ Kollox!
18 Għax hu jweġġaʼ lin-nies, imma jinfaxxa l-ġrieħi;
Hu jkisser, imma hu stess ifejjaq.
19 Hu jeħilsek mill-inkwiet għal darba wara l-oħra,
Anki jekk tgħaddi mill-inkwiet sitta jew sebaʼ darbiet.
20 Hu jsalvak mill-mewt meta jkun hemm il-ġuħ,
U jeħilsek mill-qawwa tax-xabla matul il-gwerra.
21 Alla jipproteġik minn kliem li jweġġaʼ,
U int mhux se tibżaʼ meta tiġi l-qerda.
22 M’intix se tinkwieta minħabba l-qerda u l-ġuħ,
U mhux se jkollok għalfejn tibżaʼ mill-annimali slavaġ.
24 Int se tkun fil-paċi fit-tinda tiegħek.
Meta tmur tiċċekkja l-merħla tiegħek, se tara li m’hemm xejn nieqes.
25 Int se jkollok ħafna tfal,
Se jkollok ħafna li jiġu minnek, daqs il-ħaxix tal-art.
26 Int se tmut meta tkun għadek b’saħħtek,
Bħall-qatet tal-qamħ li jinġabru fi żmienhom.
27 Aħna ċċekkjajna dan u hekk hu.
Aħseb dwaru u aċċettah.”
6 Imbagħad Ġob wieġeb:
2 “Mank l-uġigħ tiegħi jintiżen għalkollox,
U jitpoġġa fuq il-miżien mal-inkwiet tiegħi!
3 Għax issa hu itqal mir-ramel tal-baħar.
Huwa għalhekk li tkellimt bla ħsieb.
4 Għax il-vleġeġ taʼ Dak li Jistaʼ Kollox nifduni,
U jien qed nixrob il-velenu tagħhom;
Alla qed jattakkani u jien qed nibżaʼ ħafna.
5 Ħmar salvaġġ mhux se jgħajjat bil-ġuħ jekk ikollu l-ħaxix,
U l-barri mhux se jgħajjat għall-ikel jekk ikollu l-għalf quddiemu.
6 Jistaʼ xi ħadd jiekol xi ħaġa bla togħma mingħajr ma jżid il-melħ?
Jew se jieħu gost jiekol xi ħaġa bla togħma taʼ xejn?
7 Jien* ma rridx immiss ikel bħal dan.
Għax hu bħal ikel ikkontaminat għalija.
8 Mank titwieġeb it-talba tiegħi
U Alla jagħtini dak li nixtieq!
9 Mhux li kien Alla jgħaffiġni,
U joqtolni b’idu stess!
10 Kieku anki hekk inħossni aħjar;
U naqbeż bil-ferħ avolja l-ħin kollu muġugħ,
Għax jien qatt ma rrifjutajt dak li jgħid il-Qaddis.
11 Għandi jien is-saħħa biex nibqaʼ nistenna?
U hemm xi tama għalija biex nibqaʼ ħaj?*
12 Għandi jien saħħa bħall-blat?
Jew hu laħmi tar-ram?
13 Hemm xi mod kif nistaʼ ngħin lili nnifsi,
La m’hawn ħadd jappoġġani?
14 Kull min ma jurix imħabba u lealtà* maʼ sieħbu,
Mhux se jibqaʼ jirrispetta lil* Dak li Jistaʼ Kollox.
16 Minħabba li qed idubu s-silġ u l-borra,
L-ilma hu mdardar.
17 Imma fis-sajf, il-widien ma jibqgħux bl-ilma u jiġu fix-xejn;
Meta jkun hemm is-sħana, jinxfu.
18 L-ilmijiet tagħhom jibdlu r-rotta;
Jgħaddu mid-deżert u jiġu fix-xejn.
19 Grupp taʼ nies minn Tema qed ifittxuhom,
Dawk li qed jivvjaġġaw minn Xeba qed jistennewhom.
20 Huma jistħu għax kienu ċerti li se jsibu l-ilma;
Jaslu hemm u jkunu ddiżappuntati.
21 Intom hekk sirtu għalija;
Rajtu l-gwaj kbir li ġie fuqi, u bżajtu.
22 Tlabtkom jien xi ħaġa,
Jew għedtilkom biex tagħtuni rigal mill-ġid tagħkom?
24 Għallmuni, u noqgħod kwiet;
Għinuni nifhem x’għamilt ħażin.
25 Il-verità ma tweġġax!
Imma x’tiswa l-kritika tagħkom?
26 Jaqaw qed tiftiehmu bejnietkom biex tikkritikaw dak li ngħid jien,
Raġel iddisprat li l-kliem tiegħu jtir mar-riħ?
27 Intom lesti li titfgħu x-xorti fuq orfni biex taraw taʼ min se jkun ilsir,
U lesti li tbigħu l-ħabib tagħkom stess!
28 Mela issa duru u ħarsu lejja,
Għax jien mhux se nigdbilkom.
29 Jekk jogħġobkom, erġgħu aħsbuha u tiġġudikawnix b’mod ħażin;
Iva, erġgħu aħsbuha għax jien għadni raġel sew.
30 Taħsbu li qed nigdeb,
Jew li ma nistax ninduna li hemm xi ħaġa ħażina?
7 “Il-ħajja taʼ bniedem hi bħal xogħol taʼ bilfors,
U l-ġranet tiegħu huma bħal taʼ ħaddiem mikri.
2 Bħal ilsir, hu jixtieq li l-ġurnata tispiċċa,
U bħal ħaddiem mikri, hu jistenna ħlasu.
3 Bl-istess mod, għal ħafna xhur ħajti kienet għalxejn,
U qattajt ħafna ljieli mdejjaq.
4 Meta nimtedd ngħid, ‘Iġri jisbaħ!’
Għax mal-lejl nixbaʼ nitqalleb ’l hemm u ’l hawn sa filgħodu.
5 Il-ġilda tiegħi mtliet bid-dud u bit-trab;
Hi mimlija qoxra u materja.
6 Il-ġranet tiegħi qed jgħaddu malajr ħafna,
Ħajti qed tispiċċa u m’għandi ebda tama.
8 M’intix se tibqaʼ tarani;
Se tfittixni, imma mhux se nkun hawn.
10 Hu mhux se jerġaʼ lura d-dar tiegħu,
U n-nies mhux se jibqgħu jiftakruh.
11 Għalhekk, mhux se nżomm lura milli nitkellem.
Se nesprimi d-dwejjaq li għandi;
Se ngerger dwar il-problemi tiegħi!*
12 Mela jien bħall-baħar jew xi monstru tal-baħar,
Biex tagħmel għassa fuqi?
13 Meta ngħid li jekk nimtedd se nħossni aħjar,
U li s-sodda se tnaqqasli l-inkwiet,
14 Int twerwirni bil-ħolm,
U tbeżżagħni bil-viżjonijiet,
Nippreferi mmut milli ngħix b’dan il-mod.
16 Ħajti nobgħodha; xbajt ngħix.
Ħallini waħdi, għax il-ġranet tiegħi qed jgħaddu malajr bħal nifs.
17 X’inhu l-bniedem biex tagħti kasu,
U biex tiffoka daqshekk fuqu?
18 Għala teżaminah kull filgħodu,
U tittestjah il-ħin kollu?
19 Tistaʼ tieqaf tħares lejja
U tħallini bi kwieti mqar għal ftit?
20 Jekk jien dnibt, xi ħsara għamiltlek,
Int li tinnota kulma jagħmlu n-nies?
Għala moħħok fija, jaqaw sirt taʼ piż għalik?
21 Għala ma taħfirx id-dnub tiegħi
U tagħlaq għajnejk għall-iżball li għamilt?
Għax daqt immut u nsir trab,
U int tfittixni, imma ma ssibnix.”
8 Imbagħad Bildad is-Suħi wieġbu:
2 “Kemm se ddum titkellem hekk?
Kliemek hu biss kliem fil-vojt!
3 Sejjer Alla ma jagħmilx ġustizzja?
Jew sejjer Dak li Jistaʼ Kollox imur kontra dak li hu sewwa?
5 Imma jekk tfittex lil Alla
U titlob lil Dak li Jistaʼ Kollox biex jurik ħniena,
6 U jekk int veru ġust u sewwa,
Hu se jisimgħek*
U jerġaʼ jagħtik il-post li jixraqlek.
7 Għalkemm issa m’intix importanti,
Se jkollok futur mill-aqwa.
8 Jekk jogħġbok, staqsi lil dawk taʼ qabilna,
U agħti kas dak li saru jafu missirijiethom.
9 Aħna bla esperjenza u ma nafu xejn,
U ħajjitna hi bħal dell.
11 Tistaʼ pjanta tal-papiru tikber jekk ma tkunx f’għadira?
Tistaʼ qasba tikber mingħajr ilma?
12 Waqt li jkunu għadhom qed jarmu u ma jkunux ġew maqtugħin,
Huma jinxfu qabel kull pjanta oħra.
14 L-affarijiet li jafda fihom mhumiex taʼ min joqgħod fuqhom.
Huma fraġli bħal għanqbuta.
15 Hu se jistrieħ fuq l-għanqbuta, imma din iċċedi;
Hu jipprova jżomm magħha, imma titqaċċat.
16 Hu bħal pjanta li għandha l-ilma u x-xemx,
U l-friegħi tiegħu jinfirxu mal-ġnien kollu.
18 Imma meta jiġi maqlugħ minn postu,
Dan il-post ma jaċċettahx lura u jgħidlu, ‘Qatt ma rajtek.’
19 Għalhekk jisparixxi;
U pjanti oħra jiħdulu postu.
21 Hu se jġiegħlek terġaʼ tkun ferħan
U tgħajjat bil-ferħ.
22 Dawk li jobogħduk se jkollhom jistħu,
U t-tinda tal-ħżiena ma tibqax teżisti.”
9 Ġob wieġeb:
2 “Jien naf li dak li ntqal hu veru.
Imma kif jistaʼ bniedem ikollu raġun m’Alla?
4 Hu għaref* u b’saħħtu ħafna.
Min jistaʼ jiħodha kontrih u ma jweġġax?
6 Hu jheżżeż l-art minn postha,
B’hekk il-pedament tagħha jitriegħed.
7 Jikkmanda lix-xemx biex ma tiddix
U jissiġilla d-dawl tal-istilel;
8 Hu jifrex is-sema
U jirfes fuq il-mewġ għoli.
9 Hu għamel il-gruppi taʼ stilel As,* Kesil,* u Kima,*
U l-gruppi taʼ stilel li qegħdin fin-Nofsinhar;*
10 Hu jagħmel affarijiet kbar li ħadd ma jistaʼ jifhimhom,
Affarijiet mill-isbaħ li ħadd ma jistaʼ jgħoddhom.
11 Hu jgħaddi minn ħdejja u ma narahx,
Jibqaʼ għaddej u ma nagħrfux.
12 Min jistaʼ jwaqqfu meta jieħu xi ħaġa?
Min jistaʼ jgħidlu, ‘X’qed tagħmel?’
14 Mela, kif nistaʼ nwieġbu?
Irrid noqgħod attent ħafna x’ngħid!
15 Imma lanqas li kieku kelli raġun, m’iniex se nwieġbu.
Kulma nistaʼ nagħmel hu li nitlob lill-imħallef tiegħi* jħenn għalija.
16 Jekk ngħajjatlu, se jwiġibni?
Jien ma nemminx li se jagħti kasi.
17 Hu jkissirni bil-problemi li jiġu fuqi bħal maltempata
U jżidli t-tbatijiet tiegħi għalxejn b’xejn.
18 Lanqas nifs ma jagħtini,
U jkompli jżidli l-uġigħ.
19 Jekk hemm xi ħadd b’saħħtu, huwa hu.
Fejn tidħol il-ġustizzja, min jistaʼ jgħid li hu żbaljat?
20 Li kieku kelli raġun, nibżaʼ li nikkundanna lili nnifsi;
23 Jekk tagħmel ħafna xita u jegħrqu n-nies,
Hu jidħaq bl-istat ħażin li jkunu fih l-innoċenti.
24 L-art ingħatat lin-nies mill-agħar;
Hu jagħlaq għajnejn* l-imħallfin, ħalli ma jiġġudikawx b’ġustizzja.
Jekk mhux Hu, allura min qed jagħmlu dan?
25 Ħajti għaddiet malajr iktar minn wieħed li jiġri f’tellieqa;
Se tispiċċa mingħajr ma nkun gawdejt l-ebda ferħ.
26 Għaddiet malajr bħal dgħajjes tal-qasab,
Bħal ajkla li tinżel sparata biex taqbad x’tiekol.
27 Jekk ngħid li se ninsa n-niket tiegħi,
U mhux se nibqaʼ mdejjaq, imma se nkun ferħan,
28 Xorta nibżaʼ mill-uġigħ li għandi,
U naf li mhux se tqisni innoċenti.
29 Jien se ninstab ħati.
Allura għala għandi nitħabat għalxejn?
30 Jekk ninħasel fl-ilma tal-borra,
U naħsel idejja bis-sapun,
31 Int titfagħni f’ħofra bit-trab,
Biex b’hekk anki ħwejġi jitqażżuni.
32 Għax hu mhux bniedem bħali biex inkun nistaʼ nwieġbu,
U nkun nistaʼ ntellgħu l-qorti.
Mhux se nżomm lura milli ngerger.
Se nitkellem dwar il-problemi tiegħi!*
2 Jien ngħid lil Alla, ‘Tgħidx li jien ħati.
Għidli għala qed teħodha kontrija.
3 X’se tieħu billi taħqarni?
Għala ma tqisux taʼ valur dak li għamilt int,
Filwaqt li taqbel mal-pjanijiet tal-ħżiena?
4 Għandek int għajnejn bħal tal-bnedmin,
Tistaʼ tara bħalma naraw aħna?
5 Hija l-ħajja tiegħek qasira bħal tal-bnedmin,
Tgħix int għal ftit snin bħan-nies,
6 Biex ħa toqgħod tfittex l-iżball tiegħi
U tara jekk dnibtx?
7 Int taf li m’iniex ħati;
U li ħadd ma jistaʼ jeħlisni minnek.
8 Int stess għamiltni,
Imma issa se teqridni għalkollox.
9 Jekk jogħġbok, ftakar li int mit-tafal għamiltni,
Imma issa se tibgħatni lura fit-trab.
11 Int libbistni bil-ġilda u l-laħam,
U għaqqadtni flimkien bl-għadam u n-nervituri.
13 Imma kellek il-ħsieb li tagħmilli affarijiet ħżiena bil-moħbi.*
Naf li int għamilthom.
14 Jekk nidneb, żgur tarani,
U ma taħfirlix l-iżbalji tiegħi.
15 Ħażin għalija jekk jien ħati!
U anki jekk jien innoċenti, ma nażżardax ngħolli rasi,
Għax ġejt iddiżonorat bil-kbir u għandi ħafna problemi.
16 Jekk ngħolli rasi, int tikkaċċjani bħalma jagħmel iljun,
U terġaʼ tuża s-saħħa tiegħek kontrija.
18 Allura għala ħallejtni nitwieled?
Aħjar mitt qabel ma rani xi ħadd.
19 Kieku kont nittieħed direttament fil-qabar;
Kont inkun qisni qatt ma eżistejt.’
20 Mhux ftit fadalli ħaj? Ħa jħallini waħdi Alla;
Ħa ma jibqax iħares lejja, biex inkun nistaʼ nieħu r-ruħ.*
22 Dan il-post hu mdallam għalkollox.
Fih hemm biss dlam u diżordni
U anki d-dawl hu bħad-dlam.”
11 Sofar in-Nagħmati wieġbu:
2 “Taħseb li dak li għedt se jibqaʼ mingħajr tweġiba,
Jew taħseb li għandek raġun għax tkellimt ħafna?*
3 Taħseb li l-paroli fil-vojt se jsikket lin-nies?
Jew li ħadd mhu se jumiljak talli għedt kliem li jwaqqaʼ għaċ-ċajt?
4 Għax int tgħid, ‘Dak li ngħallem hu veru,
U Alla jaf li jien innoċenti.’
5 Kieku biss jitkellem Alla
U jwieġbek,
6 Hu jgħidlek is-sigrieti li jagħmluk għaref,
Għax hemm ħafna x’titgħallem mill-għerf veru.
Imbagħad se tinduna li Alla għażel li jinsa ftit mill-iżbalji tiegħek.
8 L-għerf hu ogħla mis-sema. X’tistaʼ tagħmel biex issir tafu?
Hu iktar fond mill-Qabar.* X’taf int dwaru?
9 Hu akbar mill-art
U iktar wiesaʼ mill-baħar.
10 Jistaʼ xi ħadd iżomm lil Alla milli jaqbad lil xi ħadd
U jtellgħu l-qorti?
11 Għax hu jaf meta n-nies ikunu qed iqarrqu.
Sejjer jara l-ħażin u ma jagħtix kas?
14 Jekk qed tagħmel xi ħaġa ħażina, tibqax tagħmilha,
U tħallix affarijiet ħżiena jkomplu jiġru fit-tined tiegħek.
15 Imbagħad tkun tistaʼ tgħolli rasek mingħajr ma tistħi;
Tkun tistaʼ żżomm sod mingħajr ma tibżaʼ.
16 Għax imbagħad se tinsa l-inkwiet tiegħek;
Bħalma tinsa l-mewġ li għadda minn ħdejk.
17 Ħajtek se tkun tiddi iktar mix-xemx f’nofsinhar;
Anki meta jkollok perjodi taʼ dlam, se jkunu bħal filgħodu.
18 Se tkun fiduċjuż għax ikollok it-tama;
Se tħares madwarek u torqod b’moħħok mistrieħ.
19 Se tistrieħ u ma jkun hemm ħadd li jbeżżgħek.
U ħafna nies se jfittxu l-approvazzjoni tiegħek.
20 Imma l-ħżiena mhux se jibqgħu jaraw;
U mhux se jkollhom fejn jaħarbu,
L-unika tama tagħhom hi l-mewt.”
12 Imbagħad Ġob wieġeb:
2 “Żgur li intom għorrief ħafna!
Meta tmutu ma jibqaʼ ħadd iktar għaref!
3 Imma anki jien għandi ħafna għarfien.*
M’għandi xejn inqas minnkom.
Min ma jafhomx dawn l-affarijiet li għedtu?
4 Sħabi jgħaddu ż-żmien bija,
Għax nitlob lil Alla u nistenna tweġiba mingħandu.
Huma jgħaddu ż-żmien b’xi ħadd tajjeb u bla ħtija bħali.
5 Min m’għandux inkwiet jaħseb li mhu se jiġrilu xejn.
Hu jaħseb li affarijiet ħżiena jiġru biss lil dawk li diġà għandhom il-problemi.*
6 Il-ħallelin jgħixu fil-paċi fid-djar tagħhom,
U dawk li jirrabjaw lil Alla huma moħħhom mistrieħ
Bħal dawk li jġorru l-allat tagħhom f’idejhom.
7 Issa jekk jogħġbok, staqsi lill-annimali, u jgħallmuk;
Staqsi lill-għasafar, u jgħidulek.
9 Min fost dawn kollha ma jafx
Li ġie maħluq minn Ġeħova?
11 Il-widna teżamina l-kliem
Bħalma l-ilsien itiegħem l-ikel.
12 Dawk li huma kbar fl-età huma għorrief,
U dawk li għexu ħajja twila kapaċi jifhmu.
13 Alla hu għaref u b’saħħtu;
Hu kapaċi jifhem u se jagħmel dak li jrid hu.
14 Meta jwaqqaʼ xi ħaġa, ma tistax terġaʼ tinbena;
Dak li jagħlaq hu, ħadd ma jistaʼ jiftħu.
15 Meta jwaqqaf ix-xita, kollox jinxef;
Meta jħalliha tinżel, tgħerreq kulm’hemm.
16 Hu b’saħħtu u għaref;
Għandu awtorità fuq min jiġi mqarraq u fuq min iqarraq;
U jwaqqaʼ għaċ-ċajt lill-imħallfin.
18 Lir-rejiet jiħdilhom l-awtorità,
U jlibbishom ħwejjeġ taʼ lsiera.
19 Hu jumilja lill-qassisin,
U lil dawk fl-awtorità jneħħihom mill-pożizzjoni tagħhom.
22 Hu jikxef l-affarijiet moħbijin fid-dlam,
U jitfaʼ d-dawl fuq postijiet mudlama.
23 Ikabbar il-popli biex imbagħad jeqridhom;
Iħallihom isiru b’saħħithom biex b’hekk jagħmilhom ilsiera.
25 Huma jduru u jagħqdu qishom qed ifittxu xi ħaġa fid-dlam;
Hu jġegħelhom iduru ’l hemm u ’l hawn qishom fis-sakra.
13 “Jien rajt dan kollu
U smajtu u fhimtu.
2 Dak li tafu intom nafu jien ukoll;
M’għandi xejn inqas minnkom.
3 Nippreferi nitkellem maʼ Dak li Jistaʼ Kollox.
Nixtieq niddefendi lili nnifsi quddiem Alla.
4 Imma intom qed tħassru r-reputazzjoni tiegħi bil-gideb;
Intom bħal tobba li ma tiswew għal xejn.
5 Kieku tibqgħu b’ħalqkom magħluq,
Turu li intom għorrief.
6 Jekk jogħġobkom, isimgħu r-raġunar tiegħi.
U oqogħdu attenti waqt li niddefendi lili nnifsi.
7 Se takkużawni intom b’mod inġust f’isem Alla?
U se titkellmu f’ismu bil-qerq?
8 Se żżommu miegħu?
Se tiddefendu l-każ tal-Alla l-veru?
9 Jekk Alla jeżaminakom, se jieħu pjaċir bikom?
Se tqarrqu bih bħalma tqarrqu bi bniedem?
10 Hu żgur li se jikkoreġikom
Jekk tipprovaw turu preferenzi bil-moħbi.
11 Ma taħsbux li l-glorja tiegħu se twerwirkom
U li se titkexkxu minnu?
12 Il-kliem taʼ għerf* tagħkom ma jiswa xejn bħall-irmied;
L-argumenti tagħkom huma fraġli bħal tarki tat-tafal.
13 Oqogħdu kwieti ħalli nitkellem jien.
Imbagħad jiġri li jrid!
14 Għala npoġġi ħajti fil-periklu
U nirriskja li mmut?
15 Għalkemm Alla jistaʼ joqtolni, xorta se nafda fih.
Se niddefendi ruħi quddiemu.
17 Ismaʼ sew dak li se ngħid;
Oqgħod attent għal kliemi.
18 Ippreparajt il-każ legali tiegħi;
Naf li għandi raġun.
19 Min se jargumenta miegħi?
Jekk ma ngħid xejn immut!*
21 Iġġegħelnix inbati iktar,
U tkomplix tbeżżagħni.
22 Kellimni u jien inwieġbek,
Jew ħallini nitkellem, u wiġibni int.
23 X’inhuma l-iżbalji u d-dnubiet li għamilt?
Urini fejn inqast u dnibt.
24 Għala qed tevitani
U tqisni bħala l-għadu tiegħek?
25 Jien bħal tibna u bħal werqa li ttir mar-riħ.
Għala tbeżżagħni u tiġri warajja?
26 Għax int tibqaʼ tikteb l-akkużi li tagħmel kontrija,
U ġġegħelni nbati l-konsegwenzi tad-dnubiet taʼ meta kont żgħir.
Toqgħod għassa għal kull fejn immur
U għal kull pass li nagħmel.
14 “Il-ħajja taʼ bniedem hi qasira
U kollha inkwiet.
4 Tistaʼ persuna midinba* twelled lil xi ħadd mingħajr dnub?
Żgur li le!
5 Il-ġranet tal-bniedem huma deċiżi.
U l-ammont tax-xhur tiegħu huwa f’idejk.
Int għamilt limitu għal kemm jgħix u ma jistax jaqbżu.
6 Ieqaf ħares lejh ħalli jistrieħ,
Sakemm jispiċċa l-ġurnata tax-xogħol tiegħu bħal ħaddiem mikri.
7 Għax anki siġra għandha tama.
Jekk iqaċċtuha terġaʼ titlaʼ,
U l-friegħi tagħha jkomplu jikbru.
8 Jekk l-għeruq tagħha jkollhom iż-żmien
U z-zokk tagħha jinxef,
9 Malli tmiss mal-ilma, terġaʼ ttellaʼ
U jkollha l-friegħi bħal pjanta ġdida.
10 Imma meta bniedem imut, ma jistaʼ jagħmel xejn.
Meta jieħu l-aħħar nifs, x’jiġri minnu?
11 Il-baħar jisparixxi,
U x-xmara tevapora u tinxef.
12 Bl-istess mod, bniedem jimtedd u ma jqumx.
Sakemm is-sema tibqaʼ teżisti, hu ma jqumx,
U lanqas mhu se jiġi mqajjem minn xi bniedem.
13 Mhux li kien taħbini fil-Qabar,*
Taħbini sakemm ma tibqax irrabjat,
U tagħtini żmien biex tiftakar fija!
14 Jekk bniedem imut, jistaʼ jerġaʼ jgħix?
Se nistenna matul iż-żmien li nkun ilsir
Sakemm niġi meħlus.
15 Int tgħajjatli, u jien inwieġbek.
Int se tkun tixtieq ħafna li terġaʼ tara l-bniedem li għamilt.
16 Imma issa qed toqgħod għassa għal kull pass li nagħmel;
Qed tara biss id-dnub tiegħi.
17 Int erfajt l-iżbalji tiegħi ġo basket magħluq sew,
U tissiġilla l-iżbalji tiegħi bil-kolla.
18 Bħalma muntanja taqaʼ u tiġi fix-xejn,
U blata tinqalaʼ minn postha,
19 Bħalma l-ilma jmermer il-ġebel,
U bħalma x-xita b’saħħitha tkaxkar il-ħamrija,
Int qridt it-tama tal-bniedem.
20 Int tibqaʼ tkissru sakemm imut;
Tbiddel il-mod kif jidher, u tibagħtu fil-qabar.
21 It-tfal tiegħu jistgħu jiġu onorati, imma hu ma jkunx jaf b’dan;
Jistgħu jiġu umiljati, imma ma jindunax b’dan.
22 Meta jkun għadu ħaj biss
Iħossu muġugħ u mdejjaq.”
15 Elifaż it-Temani wieġeb:
2 “Sejjer xi ħadd għaref iwieġeb bi kliem vojt?
Jew se jimla lilu nnifsu bi ħsibijiet ħżiena?*
3 Ikun għalxejn li jikkoreġi bi kliem vojt,
M’hemm ebda benefiċċju jekk jgħid kliem bla sens.
6 Int stess tikkundanna lilek innifsek, u mhux jien;
Kliemek stess jagħti xhieda kontrik.
7 Jaqaw int l-ewwel bniedem li twieled?
Jew twilidt int qabel ma kien hawn l-għoljiet?
8 Tismaʼ int is-sigrieti t’Alla?
Mela int l-uniku bniedem għaref?
9 X’taf li ma nafux aħna?
X’tifhem li ma nifhmux aħna?
10 Aħna għandna x-xagħar abjad u mdaħħlin fiż-żmien,
Anki missierek hu ħafna iżgħar minna.
11 Mhux biżżejjed il-faraġ mingħand Alla,
Jew il-kliem li ntqallek b’qalb tajba?
12 Għala tħalli l-emozzjonijiet jiġru bik,
U għala tħares lejna b’rabja?
13 Int teħodha kontra Alla stess,
U għalhekk li qed titkellem b’dan il-mod.
14 Jistaʼ xi ħadd ikun nadif f’għajnejn Alla?
Kif jistaʼ xi ħadd li twieled minn mara jkun ġust?
16 Mela kemm iktar mhux se jafda bniedem mill-agħar,
Li jagħmel biss dak li hu ħażin!
Bniedem li jixxennaq għall-ħażen
Bħalma xi ħadd bil-għatx jixxennaq għall-ilma!
17 Ismaʼ dak li se ngħidlek.
Se nirrakkontalek dak li rajt,
18 Dak li rrakkontaw u ma ħbewx l-irġiel għorrief,
Affarijiet li semgħuhom minn missirijiethom.
19 L-art ingħatat lilhom biss,
U ebda barrani m’għadda minn hemm.
20 Bniedem ħażin u kattiv isofri ħajtu kollha,
Ikollu l-inkwiet is-snin kollha taʼ ħajtu.
21 Hu jismaʼ ħsejjes tal-biżaʼ;
Fiż-żmien taʼ paċi jattakkawh il-ħallelin.
22 Ma jemminx li se jaħrab mid-dlam,
Hu se jinqatel bix-xabla.
23 Hu jdur u jagħqad ifittex l-ikel* u jsaqsi: “Fejn hu?”
Hu jaf sew li daqt se jmut.
24 L-uġigħ kbir u d-dwejjaq jibqgħu jwerwruh;
Se jwerwruh bħal re b’saħħtu li lest biex jattakka.
25 Hu jisfida lil Alla nnifsu,
U jipprova jirbaħ lil Dak li Jistaʼ Kollox;
26 B’ras iebsa, hu jiġri għal kontrih,
Bit-tarka ħoxna u b’saħħitha tiegħu;
27 Hu għandu wiċċu mfaqqaʼ,
U żaqqu kbira;*
28 Hu jgħix fi bliet li se jinqerdu,
Fi djar li ħadd ma jrid jgħix fihom,
Li se jsiru gozz ġebel.
29 Mhux se jsir sinjur, u l-ġid tiegħu ma jiżdiedx.
Kulma għandu se jisparixxi minn fuq l-art.
30 Hu mhux se jaħrab mid-dlam;
Se jkun bħal siġra li l-friegħi tagħha jinxfu bin-nar;*
Hu se jinqatel minn Alla.*
31 Hu m’għandux iqarraq bih innifsu u jafda f’affarijiet li ma jiswew xejn,
Għax mhu se jieħu xejn lura.
32 Dan se jiġrilu daqt.
Hu se jkun bħal siġra li l-friegħi tagħha ma jarmu qatt.
33 Se jkun bħal dielja li twaqqaʼ l-għeneb mhux misjur,
U bħal siġra taż-żebbuġ li l-fjuri tagħha jtiru bir-riħ.
34 Għax il-ħżiena* ma jirnexxux f’dak li qed jagħmlu,
U n-nar se jaħraq it-tined taʼ dawk li jaċċettaw it-tixħim.
35 Huma jaħsbu affarijiet ħżiena
U dejjem jagħmlu affarijiet li jweġġgħu lil oħrajn.
F’qalbhom dejjem jaraw kif se jqarrqu.”
16 Ġob wieġeb:
2 “Diġà smajt ħafna affarijiet bħal dawn.
Minflok tfarrġuni qed iġġegħluni nbati iktar!
3 Se tieqfu tparlaw fil-vojt?
X’ġiegħlek twieġeb b’dan il-mod Elifaż?
4 Anki jien nistaʼ nitkellem bħalkom.
Li kieku kontu fis-sitwazzjoni tiegħi,*
Stajt ngħid ħafna affarijiet kontrikom,
U nħares lejkom u nxengel rasi.
5 Imma minflok, kont ninkuraġġikom bi kliemi,
U l-kliem taʼ faraġ li ngħid iġibilkom serħan.
6 Jekk nitkellem, l-uġigħ tiegħi ma jonqosx,
U jekk ma nitkellimx, xorta nibqaʼ muġugħ.
8 Hu qed iġegħelni nbati, u n-nies jistgħu jarawh dan.
Tant jien irqiq li n-nies jaħsbu li jien ħati.
9 Hu jobgħodni u fir-rabja tiegħu qattagħni biċċiet.
Hu jheżżeż snienu għalija.
L-għadu tiegħi jħares lejja b’rabja bil-ħsieb li jweġġagħni.
10 Huma fetħu ħalqhom beraħ biex jibilgħuni,
Tawni daqqa taʼ ħarta biex iwaqqgħuni għaċ-ċajt;
Inġabru ħafna f’daqqa kontrija.
11 Alla jħallini niġi attakkat minn grupp subien,
U jagħtini f’idejn il-ħżiena.
12 Jien ma kelli problemi taʼ xejn, imma f’daqqa waħda rrovinali ħajti;
Hu qabadni minn għonqi u farrakni,
Imbagħad spara l-vleġeġ tiegħu lejja.
13 L-arċiera tiegħu jduruni;
Hu jinfidli l-kliewi u ma jitħassarnix;
Hu jitfaʼ mal-art il-likwidu morr li għandi fil-fwied.
14 Hu jagħmilli ferita fuq oħra;
Jiġri lejja bħal gwerrier.
15 Jien ħitt id-drapp tal-ixkora flimkien biex ngħatti l-ġilda tiegħi,
Tant tlift id-dinjità* li qiegħed bilqiegħda fit-trab.
16 Wiċċi aħmar bil-biki,
U taħt għajnejja iswed,*
17 Avolja jien qatt ma weġġajt lil ħadd,
U nitlob b’mod sinċier.
18 Jalla l-art ma tgħattix id-demm tiegħi!
Biex b’hekk ikun jistaʼ jgħajjat f’ismi.
19 Dak li jistaʼ jixhed li m’iniex ħati qiegħed fis-sema;
Il-wieħed li qiegħed fis-sema jistaʼ jaqbeż għalija.
21 Ħa jkun hemm xi ħadd li jirranġa l-affarijiet bejni u bejn Alla,
Bħalma wieħed jagħmel bejn tnejn min-nies.
22 Għax ftit snin fadalli ħaj,
Imbagħad immur u ma nerġax niġi.
17 “M’għandix iktar saħħa u daqt immut;
Hemm il-qabar qed jistennieni.
3 Jekk jogħġbok Alla tiegħi, wegħedni li se tappoġġani.
Inkella min iktar jistaʼ jgħinni?
4 Għax int ma ħallejthomx jifhmu.
Hu għalhekk li ma tonorahomx.
5 Huma jgħidu lil sħabhom li se jaqsmu ġidhom magħhom,
Waqt li t-tfal tagħhom ma jistgħux jaraw bil-ġuħ li għandhom.
6 Alla ġegħelni niġi mwaqqaʼ għaċ-ċajt min-nies,
U b’hekk jobżquli f’wiċċi.
7 Lanqas għadni nara sew bl-inkwiet li għandi.
Idejja u saqajja saru nexfin għuda.
9 Xi ħadd sewwa jibqaʼ jagħmel dak li hu tajjeb,
U l-innoċenti jistinka biex jagħmel dak li hu sew.
10 Imma intom tistgħu tkomplu targumentaw miegħi,
Għax s’issa ħadd minnkom ma qal xi ħaġa bis-sens.
11 Ma tantx fadalli ħaj;
Il-pjanijiet tiegħi tħassru u x-xewqat taʼ qalbi spiċċaw.
12 Dawn l-irġiel jibqgħu jdawru l-verità f’gideb,*
U jgħidu, ‘Daqt ġej id-dawl għax bħalissa d-dlam.’
13 Se nistenna naqr’oħra, u l-Qabar* isir id-dar tiegħi;
Hemm se nipprepara post biex norqod fid-dlam.
14 Lill-ħofra* se nsejħilha, ‘Missieri!’
U lid-dud se nsejħilhom, ‘Ommi u oħti!’
15 M’għad hemm ebda tama għalija.
Min jistaʼ jgħidli li għandi tama?
18 Bildad is-Suħi wieġeb:
2 “Kemm se ddum titkellem b’dan il-mod?
Kieku tirraġuna bis-sens, inkunu nistgħu nitkellmu.
4 Anki jekk tqattaʼ lilek innifsek* biċċiet f’mument taʼ rabja,
L-art mhux se tiġi abbandunata minħabba fik,
U l-blat mhux se jiċċaqlaq għalik.
5 Id-dawl tal-ħażin se jintefa,
U n-nar tiegħu mhux se jibqaʼ jaqbad.
6 Id-dawl fit-tinda tiegħu se jbatti,
U l-lampa mdendla fit-tinda tintefa.
7 Hu ma jifdallux saħħa biex jimxi.
Il-pjanijiet kollha tiegħu jfallu.
8 Għax hu se jibqaʼ miexi għal ġox-xibka,
U saqajh jitħabblu fiha.
9 Nasba se taqbdu minn siequ;
Hu se jinqabad ġo nassa.
10 Hemm ħabel moħbi fl-art għalih,
U tpoġġiet nasba minn fejn se jgħaddi.
11 Hu jibżaʼ minn kull ħaġa li hemm madwaru,
U l-biżaʼ tibqaʼ tiġri warajh.
12 Is-saħħa tiegħu tonqos,
U diżastru se jġiegħlu jzappap.
16 Bħal siġra, l-għeruq tiegħu jinxfu
U l-friegħi tiegħu jmutu.
18 Se jittieħed mid-dawl għal ġod-dlam,
U jitkeċċa mid-dinja.
19 Mhux se jkollu tfal u wħud li jiġu minnu fost in-nies,
U ħadd mhu se jgħix fejn jgħix hu.
20 In-nies tal-Punent se jibqgħu xxokkjati b’dak li se jiġrilu,
U n-nies tal-Lvant se jitwerwru.
19 Ġob wieġeb:
3 Din l-għaxar darba li għajjartuni.
Ma tistħux tittrattawni bl-aħrax?
4 Jekk vera żbaljajt,
Lest li nbati l-konsegwenzi.
5 Jekk se tibqgħu tittrattawni b’arroganza,
U tgħidu li ħaqqni niġi umiljat minħabba l-problemi li għandi,
6 Kunu afu li Alla ttrattani b’mod inġust,
U qabadni fix-xibka tiegħu.
7 Jien nibqaʼ ngħajjat minħabba t-tbatija tiegħi, imma ħadd ma jwiġibni;
Nibqaʼ ngħajjat għall-għajnuna, imma ħadd ma jaqbeż għalija.
8 Hu għalaqli t-triq b’ħajt tal-ġebel, u ma nistax ngħaddi;
Dallam it-toroq tiegħi.
9 Hu neħħieli l-glorja tiegħi,
U neżżagħli l-kuruna.
10 Hu jkissirni minn kull naħa sakemm iġibni fix-xejn;
Jiħodli t-tama, qisni siġra maqlugħa mill-għeruq.
11 Hu jirrabja ħafna miegħi,
U jqisni bħala l-għadu tiegħu.
12 Is-suldati tiegħu jinġabru u jippreparaw biex jattakkawni
Huma jikkampjaw madwar it-tinda tiegħi.
13 Lil dawk li jiġu minni keċċiehom ’il bogħod minni,
U dawk li jafuni, evitawni.
15 Il-mistidnin u l-qaddejja tiegħi jqisuni bħala stranġier;
F’għajnejhom sirt barrani.
16 Ngħajjat lill-qaddej tiegħi, imma ma jwiġibx
Avolja nitolbu biex iħenn għalija.
18 Anki tfal żgħar jobogħduni;
Meta nqum jgħadduni biż-żmien.
19 Il-ħbieb tal-qalb kollha tiegħi ma jaħmlunix,
U dawk li kont inħobb daru kontrija.
20 Jien sirt għadma u ġilda,
U naħrab il-mewt bi żbrixx.
23 Mank inkiteb kliemi!
Mhux li kien tniżżel fi ktieb!
24 Kemm nixtieq li ġie mnaqqax għal dejjem fuq il-blat,
B’xafra tal-ħadid u biċ-ċomb!
26 U wara li l-marda teqridli l-ġilda,
U waqt li nkun għadni ħaj, jien se nara lil Alla.
27 Lilu jien se narah personalment.
Jien se narah, u mhux ħaddieħor.
Imma minn ġewwa nħossni mkisser għalkollox.
28 Għax intom tgħidu, ‘Mela aħna qed nippersegwitawh?’
Bħallikieku kollox hu tort tiegħi.
29 Messkom tibżgħu mix-xabla,
Għax jekk tiżbaljaw, se tiġu kkastigati biha;
Għandkom tkunu tafu li hemm imħallef.”
20 Sofar in-Nagħmati wieġeb:
2 “Qed inħossni inkwetat u m’għandix paċenzja,
Għalhekk se nitkellem.
6 Għalkemm il-kburija tiegħu titlaʼ sas-sema
U rasu tmiss is-sħab,
7 Hu se jisparixxi għal dejjem bħal ħmieġu;
Dawk li kienu jarawh jgħidu, ‘Fejn qiegħed?’
8 Hu malajr se jintesa, bħalma ninsew ħolma;
Hu se jitlaq bħal viżjoni billejl.
9 Dawk li rawh mhux se jarawh iktar,
U lanqas fid-dar tiegħu mhu se jerġgħu jarawh.
10 It-tfal tiegħu se jitolbu l-għajnuna tal-foqra,
U dak li ħa mingħand oħrajn se jagħtihulhom lura.
11 Hu kien mimli enerġija bħal meta kien żagħżugħ,
Imma se jmut biha b’kollox.
12 Għalih li jagħmel il-ħażin hu bħallikieku qed jiekol xi ħaġa tajba,
Hu jħalliha tinħall taħt ilsienu,
13 Iżommha f’ħalqu
Biex itegħemha u jgawdiha,
14 Imma wara li jiblagħha ssir morra;
Issir bħall-velenu tal-kobra.
15 Hu jkun qisu belaʼ l-ġid u rremettieh;
Alla se jneħħihulu minn żaqqu.
16 Hu jixrob il-velenu tal-kobri;
Is-serp velenuż se jigdmu u joqtlu.
17 Hu qatt mhu se jgawdi l-ħalib u l-għasel
Li huma abbundanti bħal ilma ġieri.
18 Hu se jagħti lura l-affarijiet mingħajr ma jużahom;
Mhux se jgawdi l-ġid tan-negozju tiegħu.
19 Għax hu ħaqar lill-foqra u m’għenhomx;
Ħa dar li ma beniex hu.
20 Imma hu mhux se jkollu paċi miegħu nnifsu;
Il-ġid tiegħu mhux se jsalvah.
21 Ma fadal xejn iktar x’jieħu;
Huwa għalhekk li mhux se jibqaʼ jkollu l-ġid.
22 Waqt li l-abbundanza tiegħu tkun fl-aqwa tagħha;
Hu jħossu ansjuż ħafna u jesperjenza kull tip taʼ ħsara.
23 Waqt li jkun qed jiekol,
Alla se jirrabja ħafna miegħu,
U l-affarijiet ħżiena jinżlu fuqu bħal xita.
24 Waqt li jaħrab mill-armi tal-ħadid,
Jinfduh vleġeġ minn qaws tar-ram.
26 L-affarijiet prezzjużi tiegħu se jintilfu fi dlam ċappa;
Hu se jkun qisu nħaraq b’nar li ħadd ma qabbdu u rewwaħlu;
Dawk li jibqgħu fit-tinda tiegħu jaħbtilhom ħażin.
27 Is-sema se tikxef l-iżbalji tiegħu;
L-art se tqum kontrih.
28 Dulluvju se jkaxkarlu d-dar;
Se jkun hemm xita qawwija dakinhar li Alla jirrabja.
29 Hekk se jieħu raġel ħażin mingħand Alla,
Il-wirt li Alla lesta għalih.”
21 Ġob wieġeb:
2 Isimgħu sew dak li se ngħidilkom;
Għall-inqas farrġuni b’dan il-mod.
3 Ħudu paċenzja bija sakemm nitkellem;
Wara tistgħu twaqqgħuni għaċ-ċajt.
4 Jien mhux qed ingerger maʼ xi bniedem.
Għax kieku diġà tlift il-paċenzja.
5 Ħarsu lejja u stagħġbu;
U ibqgħu b’ħalqkom magħluq.
6 Meta naħseb minn xiex għaddejt, inħossni mħawwad
U taqbadni rogħda maʼ ġismi kollu.
8 It-tfal tagħhom dejjem ikunu magħhom,
U huma jaraw lil dawk li se jiġu minnhom.
9 Huma protetti fi djarhom u m’għandhomx għalfejn jibżgħu.
U Alla ma jikkastigahomx.
10 Il-barrin tagħhom ikollhom ħafna frieħ
Għax il-baqar ma jkorrux.
11 Is-subien tagħhom jiġru barra bħal merħla nagħaġ,
U t-tfal tagħhom jaqbżu u jilagħbu ferħanin.
12 Huma jkantaw waqt li jdoqqu t-tanburlin u l-arpa
U jifirħu xħin jisimgħu l-flawt.
14 Imma lill-Alla l-veru jgħidulu, ‘Ħallina bi kwietna!
Ma nixtiqux insiru nafu dak li tgħallem.
15 Min hu Dak li Jistaʼ Kollox biex aħna naqduh?
X’se nieħdu billi nsiru nafuh?’
16 Imma jien naf li huma m’għandhomx kontroll fuq dak li se jiġri.
Jien bl-ebda mod mhu se naħseb* bħall-ħżiena.
17 Kemm-il darba tintefa l-lampa tal-ħżiena?
Kemm-il darba jiġi diżastru fuqhom?
Kemm-il darba jeqridhom Alla f’mument taʼ rabja?
18 Qatt se jkunu bħal tibna li ttir mar-riħ
U qoxra taʼ żerriegħa li jtajjarha riefnu?
19 Alla se jikkastiga lit-tfal minħabba l-iżball taʼ missierhom.
Imma jalla jikkastiga lilu wkoll ħalli jkun jaf li għamel il-ħażin.
23 Bniedem imut meta jkun għadu b’saħħtu
Meta jkun fil-paċi u ma jkollux inkwiet,
24 Meta koxxtejh ikunu kbar
U l-għadam tiegħu b’saħħtu.*
25 Imma bniedem ieħor imut waqt li jkollu ħafna inkwiet,*
Mingħajr ma jkun esperjenza affarijiet sbieħ.
26 Imma t-tnejn li huma se jmorru lura lejn it-trab,
U jittieklu mid-dud.
28 Għax intom tgħidu, ‘Fejn hi d-dar tar-raġel importanti,
U fejn hi t-tinda li kien joqgħod fiha l-wieħed ħażin?’
29 Ma staqsejtuhomx lil dawk li jivvjaġġaw?
Ma temmnux dak li jgħidu,*
30 Li l-bniedem mill-agħar ma jbatix meta jkun hemm diżastru
U jkun salvat meta Alla jirrabja?
31 Min se jgħidlu f’wiċċu li qabad triq ħażina?
U min se jikkastigah għal dak li għamel?
32 Hu se jindifen f’ċimiterju,
U se jkun hemm l-għassa fuq il-qabar tiegħu.
33 Hu qed jistrieħ fil-paċi fl-art tal-wied.*
U n-nies tad-dinja huma kollha għal warajh*
Bħalma ġara lil ħafna u ħafna nies taʼ qablu.
34 Għalhekk, m’intomx tfarrġuni bi kliemkom,
M’għedtu xejn ħlief gideb.”
22 Elifaż it-Temani wieġeb:
2 “Jistaʼ bniedem ikun utli għal Alla?
Jistaʼ xi ħadd għaref ikun taʼ benefiċċju għalih?
3 Taħseb li Dak li Jistaʼ Kollox jimpurtah* jekk int raġel sewwa?
Jew se jiggwadanja xi ħaġa jekk int tkun bla ħtija?*
4 Sejjer hu jikkastigak
U jtellgħek il-qorti għax tirrispettah?
5 Hu se jagħmel dan minħabba l-ħażen kbir tiegħek,
U għax l-iżbalji tiegħek qatt ma jispiċċaw.
6 Għax int tieħu xi ħaġa bħala depożitu mingħand sħabek għalxejn b’xejn,
U tieħu l-ħwejjeġ tan-nies u tħallihom għarwenin.*
7 Int ma tagħtix ilma lill-għajjien,
U ikel lil min hu bil-ġuħ.
8 Int kont raġel b’saħħtek u l-art kienet tiegħek,
U kont onorat għax preferut.
10 Huwa għalhekk li int imdawwar bin-nases,*
U f’daqqa waħda qed tibżaʼ;
11 Hu għalhekk li ma tistax tifhem, għax qisek qiegħed fid-dlam
U dulluvju jgħattik.
12 Alla mhux fl-iktar parti għolja tas-sema qiegħed?
Ara kemm huma fl-għoli l-istilel.
13 Imma int għedt: ‘X’jaf Alla?
Jistaʼ hu jara minn ġos-sħab oħxon biex jiġġudika?
15 Se tagħmel bħalma għamlu l-ħżiena
Minn żmien twil ilu s’issa?
16 Dawn kienu nies li mietu f’daqqa waqt li kienu għadhom żgħar,
U tkaxkru bħal binja li jkaxkarha dulluvju.*
17 Lill-Alla l-veru kienu qed jgħidulu: ‘Ħallina bi kwietna!’
U ‘X’jistaʼ jagħmlilna Dak li Jistaʼ Kollox?’
18 Imma jien ma nitkellimx bħal dawn in-nies ħżiena.
Għalkemm jitkellmu b’dan il-mod,
Hu Alla li tahom l-affarijiet tajbin li għandhom fi djarhom.
19 In-nies sewwa se jifirħu meta jarawhom jinqerdu,
U l-innoċenti jwaqqgħuhom għaċ-ċajt u jgħidu:
20 ‘Dawk taʼ kontrina nqerdu,
U dak li ħallew warajhom se jinħaraq.’
21 Sir af lil Alla u tkun fil-paċi;
Imbagħad tiġi mbierek b’affarijiet tajbin.
22 Aċċetta l-liġi tiegħu,
U żomm dak li jgħid f’qalbek.
23 Jekk terġaʼ lura lejn Dak li Jistaʼ Kollox, terġaʼ tieħu r-ruħ;
Jekk tneħħi dak li mhux sewwa mit-tinda tiegħek,
24 Jekk tarmi d-deheb tiegħek mal-art
U d-deheb fin* qalb il-ġebel tal-widien,
25 Imbagħad Dak li Jistaʼ Kollox se jsir bħal deheb għalik,
U bħall-aqwa fidda.
26 Għax imbagħad se tieħu pjaċir b’Dak li Jistaʼ Kollox,
U int se tersaq qrib Alla mingħajr biżaʼ.
27 Int titolbu, u hu jisimgħek;
U tagħmel dak li twiegħed.
28 Se tirnexxi f’kulma tiddeċiedi li tagħmel,
U fejn timxi se jkun hemm id-dawl.
29 Int se tiġi umiljat meta tkun arroganti;
Imma min hu umli se jiġi salvat.
30 Hu se jeħles lil dawk innoċenti,
Għalhekk jekk m’għamilt xejn ħażin, int żgur li se tiġi salvat.”
23 Ġob wieġeb:
3 Kemm nixtieq kont naf fejn insib lil Alla!
Kieku mmur fejn joqgħod.
4 Kieku ngħidlu għala jien innoċenti
U nurih il-fatti kollha biex niddefendi lili nnifsi;
5 Kieku nismaʼ t-tweġiba tiegħu,
U noqgħod attent għal dak li jgħidli.
6 Kien hu se jiħodha kontrija billi juża l-qawwa kbira tiegħu?
Le, żgur li kien se jagħti kasi.
7 Imbagħad il-ġust se jkun jistaʼ jirranġa m’Alla,
U l-Imħallef tiegħi jeħlisni darba għal dejjem.
8 Imma jekk immur lejn il-Lvant, hu ma jkunx hemm;
U jekk immur lejn il-Punent, ma nsibux.
9 Meta jkun qed jaħdem lejn it-Tramuntana, ma narahx;
Imbagħad idur lejn in-Nofsinhar, imma xorta ma narahx.
10 Imma hu jaf x’għamilt.
U wara li jittestjani, jien se nsir bħad-deheb pur.
11 Jien imitajtu kemm stajt f’dak li jagħmel;
U bqajt nobdih.
12 Jien ma tlaqtx il-kmandamenti li tani.
Jien ħabbejt it-tagħlim tiegħu iktar milli kien mistenni minni.
13 Min jistaʼ jwaqqfu jekk jiddeċiedi li jagħmel xi ħaġa?
Dak li jixtieq* jagħmel, se jagħmlu.
14 Hu se jagħmel dak li kellu f’moħħu għalija,
U għandu ħafna affarijiet f’moħħu għalija.
15 Huwa għalhekk li jien ansjuż minħabba fih;
Meta naħseb dwaru, jien nibżaʼ ħafna.
16 Alla qatagħli qalbi,
U Dak li Jistaʼ Kollox ġegħelni nibżaʼ.
17 Imma lanqas id-dlam ċappa ma sikkitni,
Avolja qed jgħattili wiċċi.
24 “Dak li Jistaʼ Kollox għala m’għażilx il-jum taʼ ġudizzju?
Dawk li jafuh għala mhumiex jaraw il-ġurnata tiegħu?
2 In-nies imexxu l-marka tal-fruntiera għal ġol-art taʼ ħaddieħor;
Huma jieħdu l-imrieħel taʼ ħaddieħor biex iżidu maʼ dak li għandhom.
4 Ikeċċu lill-foqra mit-toroq;
Iġegħluhom jaħarbu bil-biżaʼ.
5 Il-foqra joħorġu jfittxu l-ikel bħal ħmir slavaġ fix-xagħri.
Huma jfittxu l-ikel fid-deżert għat-tfal tagħhom.
6 Huma jkollhom jaħdmu fl-għelieqi taʼ ħaddieħor* biex jieklu,
U jlaqqtu mill-għelieqi tad-dwieli tan-nies ħżiena.
7 Huma jqattgħu l-lejl mingħajr ħwejjeġ,
M’għandhomx biex jitgħattew fil-kesħa.
8 Huma mxarrbin għasra bix-xita li nieżla fuq il-muntanja,
Joqogħdu viċin tal-blat għax m’għandhomx fejn jistkennu.
9 It-tfal bla missier jittieħdu minn maʼ sider ommhom;
Il-ħżiena jieħdu l-ħwejjeġ tal-foqra bħala garanzija taʼ self.
11 Fl-eqqel tax-xemx, huma jaħdmu bejn il-ħitan tal-għelieqi fuq l-għoljiet;*
Huma jagħsru l-għeneb, imma xorta jkunu bil-għatx.
12 Dawk li qed imutu, jibqgħu jibku ġol-belt,
U dawk* imweġġgħin serjament jgħajtu għall-għajnuna,
Imma Alla ma jimpurtahx minn dan.*
15 Min jagħmel adulterju jistenna sa ma jidlam,
U jgħid, ‘Min se jarani?’
U jgħatti wiċċu.
Huma jevitaw id-dawl.
17 Huma jibżgħu minn filgħodu daqskemm in-nies jibżgħu minn filgħaxija,
Imma huma mdorrijin b’dak li jbeżżaʼ lin-nies filgħaxija.
18 Minkejja dan, huma jinġarru malajr mill-ilmijiet.*
L-art li għandhom se tkun misħuta.
Mhumiex se jerġgħu lura lejn l-għelieqi tad-dwieli tagħhom.
19 Bħalma l-borra tinħall u tisparixxi meta tkun ħafna sħana,
Hekk se jisparixxi fil-Qabar* dak li jidneb!
Dak li mhuwiex ġust se jitqaċċat bħalma titqaċċat siġra.
21 Il-mara li ma jistax ikollha tfal issir il-vittma tiegħu,
U lill-armla jittrattaha ħażin.
22 Alla se juża s-saħħa tiegħu biex jeqred lil dawk b’saħħithom;
Għalkemm jistaʼ jkollhom pożizzjoni għolja, m’għandhomx garanzija li se jgħixu.
23 Alla jħallihom isiru fiduċjużi u ċerti minn dak li qegħdin jagħmlu,
Imma hu jżomm għajnejh fuq kulma qed jagħmlu.*
24 Huma jkunu importanti għal ftit, imma ma jibqgħux,
Huma bħall-parti taʼ fuq tal-qamħ li tinqataʼ u tinġabar,
Jitqiesu bħal nies komuni u jmutu bħal ħaddieħor.
25 Issa min jistaʼ joħroġni taʼ giddieb
Jew ma jaqbilx maʼ dak li għedt?”
25 Bildad is-Suħi wieġeb:
3 Jistaʼ xi ħadd jgħodd l-armata* tiegħu?
Fuq min ma jiddix id-dawl tiegħu?
4 Allura kif jistaʼ bniedem ikun ġust quddiem Alla,
Jew xi ħadd li twieled minn mara jkun innoċenti?*
5 F’għajnejh, lanqas il-qamar ma jiddi
U l-istilel mhumiex nodfa għalih.
6 Aħseb u ara l-bniedem, li qisu dudu,
U bin il-bniedem, li qisu ħanex!”
26 Ġob wieġeb:
2 “Għaxxaqtni b’kemm għent lid-dgħajjef!
U b’kemm salvajt lil dak bla saħħa!
3 X’parir tajjeb tajtu lil dak li m’għandux għerf!
Kemm kont ħafif biex turi s-sens komun* tiegħek!
4 Maʼ min qed tipprova titkellem?
U min ispirak biex tgħid dawn l-affarijiet?*
5 Il-mejtin, li ma jistgħu jagħmlu xejn, jirtogħdu quddiem Alla;
Huma qegħdin ħafna iktar ’l isfel mill-ilmijiet u dak li hemm fihom.
7 Hu firex is-sema* fuq il-vojt,
Dendel id-dinja fuq ix-xejn;
8 Hu jgeżwer l-ilmijiet fis-sħab tiegħu
B’tali mod li s-sħab ma jinfaqax bit-toqol.
9 Hu jgħatti t-tron tiegħu
Billi jpoġġi s-sħaba tiegħu quddiemu.
11 Il-kolonni tas-sema jitheżżu
U jirtogħdu meta jgħolli leħnu.
13 Bin-nifs* tiegħu jneħħi s-sħab mis-sema.
Hu joqtol is-serp li diffiċli biex taqbad.*
14 Dawn huma biss ftit mill-affarijiet li għamel,
Tikka żgħira smajna dwaru!
Allura min jistaʼ jifhem kif jagħmel ir-ragħad qawwi?”
27 Ġob kompla jgħid:
2 “Naħlef bl-Alla l-ħaj, li ttrattani b’inġustizzja,
U b’Dak li Jistaʼ Kollox, li għamilli ħajti* miżerja,
3 Li sakemm nibqaʼ nieħu n-nifs,
U jkolli fija n-nifs mingħand Alla,
4 M’iniex se nigdeb
U lanqas inqarraq bi kliemi!
5 Lanqas jgħaddili minn moħħi li ngħid li intom nies sewwa!
Jien se nibqaʼ leali lejn Alla* sakemm immut!
7 Jalla l-għedewwa tiegħi jispiċċaw bħall-ħżiena,
U dawk li jattakkawni jsiru bħan-nies mhux ġusti.
9 Se jisimgħu Alla meta jgħajjat għall-għajnuna
Għax ikun qed ibati?
10 Bniedem bħal dan se jieħu pjaċir b’Dak li Jistaʼ Kollox?
Se jitlob l-għajnuna t’Alla kull darba?
11 Jien se ngħallimkom dwar is-saħħa li għandu* Alla;
Mhu se naħbi xejn minnkom dwar Dak li Jistaʼ Kollox.
12 Jekk ilkoll kemm intom rajtu viżjonijiet,
Għala dak li qed tgħidu ma jagħmilx sens?
13 Il-konsegwenzi tal-ħżiena,
Il-wirt li se jagħtihom Dak li Jistaʼ Kollox hu dan:
14 Jekk ikollu ħafna tfal, dawn se jmutu bix-xabla,
U dawk li se jiġu minnu mhux se jkollhom ikel biżżejjed.
15 Min jibqaʼ ħaj minnhom se jmut b’marda kiefra,
U n-nisa tagħhom mhux se jibkuhom.
16 Hu għandu mnejn jiġbor il-fidda bħallikieku trab,
U jkollu ħwejjeġ taʼ kwalità daqs munzell tafal.
17 Għalkemm ikun ġabarhom hu,
Ir-raġel ġust se jilbes dawn il-ħwejjeġ,
U l-innoċenti se jaqsmu l-fidda bejniethom.
18 Id-dar li jibni hi fraġli bħal dik taʼ insett,
Bħal tinda li għassies jagħmel biex jistkenn.
19 Hu se jorqod sinjur, imma ma jiġbor xejn fil-ħsad;
Meta jqum ma jsib xejn.
20 Il-biżaʼ tiġi fuqu bħal dulluvju;
Maltempata taħtfu billejl.
21 Riħ mil-Lvant ikaxkru, u ma jeżistix iktar;
Dan jikinsu minn fejn joqgħod.
22 Ir-riħ jiġi għal fuqu bis-saħħa u bla ħniena
Hekk kif hu jagħmel minn kollox biex jaħrab minnu.
28 “Hemm post fejn iħaffru għall-fidda
U post fejn jirfinaw id-deheb;
2 Il-ħadid jiħduh mit-trab
U r-ram mill-blat.
3 Il-bniedem jieħu d-dawl fejn hemm id-dlam;
Hu jmur f’post fejn hemm dlam ċappa
Biex isib metall taʼ valur bħal dan.*
4 Hu jħaffer mina ’l bogħod minn fejn jgħixu n-nies,
F’postijiet imwarrbin li n-nies ma jimxux fihom;
Xi nies jinżlu jaħdmu fiha mdendlin b’ħabel.
6 Hemm isfel, fil-ġebel, hemm iż-żaffir,
U fit-trab hemm id-deheb.
7 Ebda għasfur tal-priża ma jaf kif jasal hemm;
L-astun iswed qatt ma ra dan il-post.
8 L-ebda annimal feroċi ma mexa hemm;
L-iljun b’saħħtu m’għaddiex minn hemm.
9 Raġel ikisser il-ġebel taż-żnied;
Hu jaqleb il-muntanji għax iħaffer taħthom.
10 Hu jħaffer fil-blat biex jgħaddi l-ilma,
U jara kull ħaġa prezzjuża.
11 Hu jagħmel ilqugħ biex iżomm l-ilma tax-xmajjar,
U joħroġ fid-dawl affarijiet prezzjużi.
12 Imma l-għerf fejn tistaʼ ssibu?
Minn fejn ġejja l-abbiltà li tifhem?
13 Ebda bniedem ma jaf kemm jiswa verament l-għerf,
U ma jistaʼ jinstab imkien fid-dinja.
14 Dan mhuwiex fl-ilmijiet fondi,
U lanqas fil-baħar.
15 Ma jistax jinxtara bid-deheb pur,
U lanqas ma jistaʼ jitpartat maʼ ħafna fidda.
17 Id-deheb u l-ħġieġ ma jistgħux jitqabblu miegħu,
Lanqas skutella tad-deheb fin* ma tistaʼ titpartat miegħu.
18 Il-korall u l-kristall ma jibdewx miegħu,
Għax l-għerf jiswa iktar minn basket mimli perli.
19 It-topazju taʼ Kus ma jistax jitqabbel miegħu;
Lanqas bid-deheb pur ma jistaʼ jinxtara.
20 Imma minn fejn ġej l-għerf?
Minn fejn ġejja l-abbiltà li tifhem?
21 L-għerf ġie moħbi minn kull ħaġa ħajja,
U hu moħbi mill-għasafar.
22 Il-qerda u l-mewt jgħidu,
‘Smajna biss għajdut dwar l-għerf.’
23 Imma Alla jaf fejn isibu;
Hu biss jaf fejn qiegħed,
24 Għax hu jara sa truf l-art,
U jara kull ħaġa mis-sema ’l isfel.
25 Meta ta l-qawwa lir-riħ
U kejjel l-ilmijiet,
26 Meta għamel l-istaġuni tax-xita
U passaġġ għall-maltempata bis-sħab u s-sajjetti tagħha,
27 Hu ra l-għerf f’xogħlu u spjegah;
Hu ħalaq l-għerf u ttestjah.
28 U qal lill-bnedmin,
‘L-għerf ifisser li jkollok rispett kbir lejn* Ġeħova,
U li tkun kapaċi tifhem ifisser li titbiegħed mill-ħażin.’”
29 Ġob kompla jgħid:
2 “Kemm nixtieq immur lura fix-xhur taʼ qabel,
Meta Alla kien jipproteġini,
3 Meta xegħel lampa fuqi
Waqt li mxejt fid-dlam,
4 Meta kont iżgħar u iktar b’saħħti,
Meta Alla kien ħabib kbir tiegħi u kien fit-tinda miegħi,
5 Meta Dak li Jistaʼ Kollox kien għadu miegħi,
U t-tfal* tiegħi kienu madwari,
6 Meta l-imrieħel tiegħi kienu jipproduċu ħafna ħalib,
U kelli abbundanza taʼ żejt taż-żebbuġa.
7 Fiż-żmien meta kont immur ħdejn bieb il-belt,
U npoġġi fil-pjazza,
8 Iż-żgħażagħ kienu jarawni u jersquli b’rispett,*
U l-irġiel akbar fl-età kienu jqumu u joqogħdu bilwieqfa.
9 Il-kapijiet kienu jieqfu milli jitkellmu,
U jgħattu ħalqhom.
10 L-irġiel importanti ma kienu jgħidu xejn,
Lanqas kelma ma kienet toħroġ minn ħalqhom.
11 Kull min kien jismagħni tkellem tajjeb dwari,
U dawk li kienu jarawni qabżu għalija.
12 Għax jien kont insalva lill-fqir li kien jgħajjat għall-għajnuna,
Lill-orfni,* u lil kull min ma kellux min jgħinu.
13 Min kien wasal biex imut, kien iberikni,
U bl-għajnuna li kont nagħti, ferraħt lir-romol.
14 Dejjem kont naġixxi bil-ġustizzja;
Id-deċiżjonijiet tiegħi dejjem ħadthom b’mod ġust.
15 Jien sirt bħal għajnejn għal min ma jarax
U saqajn għal min izappap.
16 Jien kont bħal missier għall-foqra;
Kont ninvestiga l-każ taʼ nies li ma nafhomx biex ngħinhom.
17 Jien kont inwaqqaf lill-ħażin, li hu bħal annimal salvaġġ,
U nsalva l-vittmi tiegħu.
19 Se nkun bħal siġra li l-għeruq tagħha jinżlu sal-ilma,
U li jkollha n-nida fuq il-friegħi tagħha l-lejl kollu.
21 In-nies kienu jistennew biex jaraw x’se ngħid,
Jistennew bil-kwiet biex jisimgħu l-pariri tiegħi.
22 Wara li kont nitkellem jien, ma kienx ikollhom xi jżidu.
Huma kienu jieħdu pjaċir b’dak li ngħid.
23 Huma kienu jistennewni bħalma jistennew ix-xita,
U jħarsu ’l quddiem biex jisimgħu x’kont se ngħid
Bħalma jistennew ix-xita tar-rebbiegħa.
25 Kont niggwidahom bħala l-kap tagħhom;
Kont qisni re li jgħix fost is-suldati tiegħu,
U kont infarraġ lil min imutlu xi ħadd.
30 “Imma issa rġiel iżgħar minni jidħqu bija,
Irġiel li missirijiethom lanqas għal mal-klieb li jgħassuli l-merħla
Ma kont narahom tajbin.
2 Dawn iż-żgħażagħ m’użawx is-saħħa tagħhom biex jgħinuni.
L-enerġija tagħhom ġiet fix-xejn.
3 Huma spiċċaw bla saħħa minħabba l-ġuħ kbir li għandhom.
Jomogħdu dak li jsibu f’art niexfa,
Li diġà kienet saret ħerba u nqerdet.
4 Dawn jiġbru weraq mielaħ minn ġos-siġar
U għeruq morri biex jikluhom.
5 Huma jitkeċċew mill-bliet;
In-nies jgħajtu magħhom bħalma jgħajtu maʼ ħalliel.
7 Jgħajtu minn qalb is-siġar
U jinġabru flimkien qalb il-ħurrieq.
9 Imma issa jwaqqgħuni għaċ-ċajt anki fil-kant tagħhom;
Huma jidħqu bija.
10 Huma jobogħduni u jżommu ’l bogħod minni;
Ma jiddejqux jobżquli f’wiċċi.
12 Huma jqumu kontrija biex jattakkawni mil-lemin;
Iġegħluni naħrab u jagħlquli t-triq biex jeqirduni.
14 Huma jiġu bħallikieku minn ġo fetħa wiesgħa f’ħajt;
Jiġu waqt li nkun f’sitwazzjoni gravi.
15 Taqbadni biżaʼ kbira;
Id-dinjità tiegħi tittajjar mar-riħ bħat-trab,
U t-tama tiegħi għall-għajnuna tisparixxi bħal sħaba.
19 Alla tefagħni fil-ħama;
Sirt trab u rmied.
20 Alla tiegħi, jien nitolbok għall-għajnuna, imma ma twiġibnix;
Jien noqgħod quddiemek, imma int tibqaʼ tħares lejja.
21 Int ħadtha kontrija bi ħdura;
Int tattakkani bil-qawwa kollha tiegħek.
23 Għax jien naf li int se ġġegħelni mmut,
U mmur fil-post fejn se jmur kulħadd.
24 Imma ħadd ma jeqred għalkollox lil raġel li ma jistaʼ jagħmel xejn
Hekk kif jgħajjat għall-għajnuna fi żmien taʼ niket.
25 Ma bkejtx jien għal min kien għaddej minn żmien diffiċli?*
Ma ddispjaċinix jien* għal min hu fqir?
26 Jien xtaqt inkun ferħan, imma batejt ħafna;
Stennejt li se nara d-dawl, imma esperjenzajt id-dlam.
27 Jien inbati kuljum;
Jien ansjuż u inkwetat ħafna.
28 Nimxi ’l hemm u ’l hawn b’qalbi sewda; inħossni ddisprat.
Inqum fil-folla u ngħajjat għall-għajnuna.
31 L-arpa tiegħi tintuża biss għaż-żmien taʼ dwejjaq,
U l-flawt tiegħi jintuża biss mal-ħoss tal-biki.
31 “Jien għamilt wegħda miegħi nnifsi*
Li bl-ebda mod ma nħares lejn mara oħra bi ħsieb ħażin.
2 Kif jittrattani Alla kieku kelli nagħmel hekk?
U x’se nirċievi mingħand Dak li Jistaʼ Kollox?
3 Dak li jagħmel il-ħażin hemm diżastru jistennieh,
U dawk li jagħmlu l-ħsara se jbatu.
4 Alla jara dak kollu li nagħmel,
U jgħodd il-passi kollha tiegħi.
Ġieli qarraqt b’xi ħadd?
6 Ħa jeżaminani b’mod ġust Alla;
Imbagħad jinduna li jien leali.
7 Jekk ma bqajtx miexi fit-triq it-tajba,
Jew qalbi tħajret għal dak li rajt b’għajnejja,
Jew għamilt xi ħaġa ħażina b’idejja,
8 Mela ħalli dak li niżraʼ jieklu xi ħadd ieħor,
U dak li nħawwel jitqaċċat mill-għeruq.*
9 Jekk qalbi nġibdet lejn mara oħra,
U qgħadt nistenna għal opportunità mal-mara taʼ ħaddieħor,
10 Mela ħalli l-mara tiegħi titħan iċ-ċereali* għal raġel ieħor,
U ħalli rġiel oħrajn ikollhom relazzjonijiet sesswali magħha.*
11 Għax jien inkun għamilt xi ħaġa tal-mistħija,
U jkun ħaqqni niġi kkastigat mill-imħallfin għall-iżball tiegħi.
13 Jekk irrifjutajt li nimxi bil-ġustizzja mal-ilsiera tiegħi
Meta kellhom għal xiex igergru* kontrija,
Kif nistaʼ nwieġbu meta jitlob kont minni?
15 Dak li għamel lili f’żaqq ommi m’għamilx lilhom ukoll?
Mhux l-istess Wieħed ifformana qabel ma twilidna?*
16 Irrifjutajt jien li nagħti lill-fqir dak li xtaq?
Jew waqqaft jien lill-armla milli tieħu dak li ttamat għalih?*
17 Kilt jien l-ikel tiegħi waħdi,
Mingħajr ma tajt lill-orfni?
19 Qatt rajt lil xi ħadd imut bil-kesħa għax m’għandux x’jilbes,
Jew lill-fqir li m’għandux biex jitgħatta u m’għentux?
23 Imma jien m’għamilt xejn minn dan,
Għax bżajt li Alla jeqridni
U ma stajtx noqgħod quddiem il-glorja tiegħu.
24 Qatt fdajt fid-deheb,
Jew qist id-deheb fin bħala l-protezzjoni tiegħi?
25 Qatt ftaħart bil-ġid kollu li kelli,
U bil-ħafna affarijiet li akkwistajt?
Jew il-qamar bis-sbuħija tiegħu,
27 U qalbi ħajritni biex nagħtihom qima billi nbus idejja?*
28 Kieku jkun ħaqqni niġi kkastigat mill-imħallfin,
Għax inkun irrifjutajt lill-Alla tas-sema.
29 Qatt fraħt meta l-għadu tiegħi nqered,
Jew għax kien qed ibati?
30 Jien qatt ma sħitt lill-għadu tiegħi biex imut;
Le, m’għamiltx dnub bħal dan.
31 L-irġiel tad-dar tiegħi qalu,
‘Kull min jiġi għand Ġob jistaʼ jiekol sa ma jixbaʼ.’
33 Qatt ipprovajt naħbi l-iżbalji tiegħi bħalma jagħmlu rġiel oħrajn
Billi ħbejthom ġol-but tiegħi?
34 Bżajt jien minn kif se taġixxi l-folla,
Jew twerwirt jien għax il-familji l-oħra kienu se jmaqdruni?
Bżajt jien niftaħ ħalqi jew noħroġ barra?
35 Mank semagħni xi ħadd!
Kieku kont niffirma biex nuri li qed ngħid il-verità.*
Ħa jwiġibni Dak li Jistaʼ Kollox!
Mank dak li akkużani kiteb l-akkużi f’dokument!
36 Kieku d-dokument kont inġorru fuq spallti,
U nqiegħdu fuq rasi bħala kuruna.
37 Kieku lil Alla kont nagħtih kont taʼ kull pass li nagħmel;
Nersaq lejh bla biżaʼ qisni prinċep.
38 Qatt ħadt xi għalqa mingħand oħrajn u gergru kontrija?
Jew dawk li jaħdmu l-art qatt bkew flimkien minħabba fija?
39 Qatt kilt il-prodott tagħhom mingħajr ma ħallast,
Jew ġegħelt lis-sidien* tal-għelieqi jiddispraw?
40 Jekk għamilt hekk, ħa jitlaʼ x-xewk minflok il-qamħ fl-għalqa tiegħi,
U ħaxix ħażin li jinten minflok ix-xgħir.”*
Ġob jieqaf jitkellem hawn.
32 Għalhekk, dawn it-tlett irġiel ma baqgħux jipprovaw iwieġbu lil Ġob, għax hu kien konvint li m’għamel xejn ħażin.* 2 Imma Eliħu t-tifel taʼ Barakel il-Bużi mill-familja taʼ Ram irrabja ħafna. Hu kien irrabjat ħafna maʼ Ġob għax ipprova juri kemm kien ġust hu u mhux Alla. 3 Hu kien irrabjat ħafna wkoll mat-tlett iħbieb taʼ Ġob talli ma wiġbuhx kif suppost imma qalu li Alla kien ħażin. 4 Eliħu stenna biex iwieġeb lil Ġob għax l-oħrajn kienu akbar minnu. 5 Meta Eliħu ra li t-tlett irġiel ma kellhom xejn iktar x’jgħidu, hu tgħidx kemm irrabja. 6 Għalhekk Eliħu bin Barakel il-Bużi beda jgħid:
“Jien għadni żgħir
U intom imdaħħlin fiż-żmien.
Għalhekk, b’rispett żammejt lura milli nitkellem
U m’ażżardajtx ngħidilkom dak li naf.
7 Jien ħsibt, ‘Ħalli dawk li għandhom iż-żmien jitkellmu,
U dawk li għandhom ħafna snin juru x’jafu.’
8 Imma hu l-ispirtu t’Alla,
In-nifs taʼ Dak li Jistaʼ Kollox li jgħin in-nies jifhmu.
9 Iż-żmien biss ma jagħmilx wieħed għaref,
U mhux l-irġiel kbar fl-età biss jifhmu x’inhu tajjeb.
U anki jien se ngħid dak li naf.
11 Jien stennejtkom tispiċċaw titkellmu;
Bqajt nismaʼ r-raġunar tagħkom
Hekk kif qgħadtu taħsbu x’se tgħidu.
12 Qgħadt attent ħafna għal dak li kontu qed tgħidu,
Imma ħadd minnkom ma ta prova li Ġob kien żbaljat*
Jew wieġeb l-argumenti tiegħu.
13 Għalhekk tgħidux, ‘Aħna għorrief;
Hu Alla li qed jikkoreġih, u mhux il-bniedem.’
14 Dak li qal ma kienx kontrija,
Għalhekk m’iniex se nwieġbu bl-argumenti tagħkom.
15 Huma mbellhin, m’għandhomx iktar tweġibiet;
Huma m’għandhomx iktar x’jgħidu.
16 Jien stennejt, imma ma komplewx jitkellmu;
Qegħdin hemm jiċċassaw u ma jgħidu xejn.
17 Għalhekk, anki jien se nwieġeb;
Anki jien se ngħid dak li naf,
18 Għax għandi ħafna affarijiet x’ngħid;
L-ispirtu taʼ ġo fija qed iħeġġiġni biex nitkellem.
19 Minn ġewwa qisni nbid li m’għandux arja,
Bħal fliexken tal-ġilda ġodda li tant fihom inbid li se jinfaqgħu.
20 Ħa nitkellem, ħalli nistrieħ!
Jien se nitkellem u nagħti tweġiba.
21 Jien mhu se nuri preferenzi maʼ ħadd;
U lanqas mhu se nfaħħar iżżejjed* lil xi bniedem,
22 Għax jien ma nafx kif infaħħar iżżejjed lil xi ħadd;
Jekk nagħmel hekk, Dak li Għamilni malajr jeqridni.
33 “Imma issa, jekk jogħġbok Ġob, ismaʼ kliemi,
Ismaʼ dak kollu li se ngħid.
2 Se jkolli niftaħ ħalqi;
Ilsieni se jitkellem.
3 Dak li se ngħid ġej mill-onestà taʼ qalbi,
U b’xofftejja se ngħid b’mod sinċier dak li naf.
4 Alla għamilni permezz tal-ispirtu tiegħu,
Dak li Jistaʼ Kollox tani l-ħajja bin-nifs tiegħu.
6 Jien bħalek f’għajnejn l-Alla l-veru;
Anki jien mit-tafal magħmul.
7 Għalhekk, m’għandekx għalfejn titwerwer minni,
M’iniex se nkissrek bi kliemi.
8 Imma jien smajtek titkellem,
U int għedt dan iktar minn darba:
9 ‘Jien mhux ħati, m’għamilt xejn ħażin;
Jien nadif, ma żbaljajtx.
10 Imma Alla jsib għal xiex jiħodha kontrija;
Hu jqisni bħala għadu tiegħu.
Joqgħod għassa għal kull fejn immur.’
12 Imma int m’għandekx raġun tgħid hekk, allura se nwieġbek:
Alla hu ħafna iktar għaref mill-bniedem.
13 Għala qed tgerger kontrih?
Għax ma takx tweġiba għal dak kollu li għedt?
14 Alla jitkellem għal darba wara l-oħra,
Imma ħadd ma jagħti kas.
15 Hu jagħmel dan f’ħolma, f’viżjoni billejl,
Meta n-nies jorqdu fil-fond,
Waqt li jkunu reqdin fis-sodda tagħhom.
16 Hu jkellimhom f’widnejhom
U jgħidilhom x’għandhom jagħmlu.
17 B’hekk iwaqqaf bniedem milli jagħmel il-ħażin
U jipproteġih mill-kburija.
19 Bniedem jistaʼ jitgħallem xi ħaġa anki meta jkun muġugħ fis-sodda
U meta l-għadam tiegħu juġgħu l-ħin kollu.
20 Tant ikun muġugħ li anki l-ħobż jitqażżeż,
U lanqas l-aqwa ikel ma jkun irid jiekol.
23 Imma jekk imur anġlu* għandu,
Wieħed minn elf li jaqbeż għalih,
Biex jgħidlu x’inhu tajjeb,
24 Imbagħad Alla jurih ħniena u jgħid,
‘Tħallihx jinżel fil-ħofra!*
Sibt fidwa* biex neħilsu!
25 Ħa jsir* b’saħħtu iktar minn meta kien żagħżugħ;
Ħa jerġaʼ jkollu l-enerġija bħal meta kien żagħżugħ.’
26 Hu jitlob bil-ħniena lil Alla u dan jaċċettah.
Se jgħajjat bil-ferħ meta jara wiċċ Alla,
U Alla jerġaʼ jqisu raġel tajjeb.
31 Ġob, oqgħod attent u ismagħni!
Ibqaʼ kwiet, u jien inkompli nitkellem.
32 Imma jekk għandek xi ħaġa x’tgħid, wiġibni.
Tkellem, għax nixtieq nuri li int innoċenti.
33 Imma jekk m’għandekx x’tgħid, ismaʼ lili;
Ibqaʼ kwiet, u jien ngħallmek l-għerf.”
34 Għalhekk Eliħu kompla jgħid:
2 “Isimgħu kliemi intom l-għorrief;
Isimgħuni intom li tafu ħafna.
3 Għax il-widna tiżen il-kliem,
Bħalma l-ħalq itiegħem l-ikel.
4 Ejja nagħżlu aħna x’inhu sewwa;
Ejja niddeċiedu bejnietna x’inhu tajjeb.
5 Għax Ġob qal, ‘Jien għandi raġun,
Imma Alla ma mexiex b’mod ġust miegħi.
6 Se nigdeb jien dwar il-ġudizzju li ħaqqni?
Il-ferita tiegħi ma tfiqx, avolja ma dnibtx.’
7 Min hu bħal Ġob,
Li jaċċetta t-tgħajjir bħallikieku qed jixrob l-ilma?
8 Daqt jibda jagħmilha maʼ dawk li jagħmlu l-ħażen
U jqattaʼ l-ħin maʼ nies mill-agħar.
9 Għax hu qal, ‘Bniedem ma jiggwadanja xejn
Milli jipprova jogħġob lil Alla.’
10 Għalhekk, isimgħuni intom li kapaċi tifhmu:
Ma jistax ikun li l-Alla l-veru jaġixxi bil-ħażen,
U li Dak li Jistaʼ Kollox jagħmel il-ħażin!
11 Għax hu jippremja l-bniedem skont dak li jagħmel
U jagħtih dak li ħaqqu.
12 Alla żgur li ma jaġixxix bil-ħażen;
Dak li Jistaʼ Kollox dejjem jagħmel dak li hu tajjeb.
13 Min tah kontroll fuq l-art,
U min inkarigah fuq id-dinja kollha?
14 Jekk jiħodha kontra l-bnedmin
U jneħħilhom l-ispirtu u n-nifs tagħhom,
15 In-nies kollha jmutu flimkien
U jerġgħu jsiru trab.
17 Jistaʼ jkun li xi ħadd li jobgħod il-ġustizzja jkun mexxej?
Se tikkundanna int lil xi ħadd ġust li għandu l-qawwa?
18 Se tgħid lil re, ‘Int m’int tajjeb għal xejn’?
Se tgħid lill-mexxejja, ‘Intom ħżiena’?
19 Hemm Wieħed li ma jurix preferenzi mal-uffiċjali għoljin
U ma jqisx lis-sinjuri aħjar mill-foqra,*
Għax kollha hu għamilhom.
20 Huma għandhom mnejn imutu f’daqqa, f’nofs taʼ lejl;
Huma jirtogħdu ħafna u jmutu.
Anki l-mexxejja jitneħħew imma mhux mill-bniedem.
21 Għax Alla joqgħod attent għal dak li bniedem jagħmel
U jara kull pass li jagħmel.
22 M’hemmx dlam jew swidija
Fejn dawk li jagħmlu l-ħażin jistgħu jistaħbew.
23 Alla ma jagħtix ħin speċifiku lil xi bniedem
Biex jieħdu quddiemu u jiġġudikah.
24 Hu jeqred lill-mexxejja mingħajr ma jkollu għalfejn jinvestiga
U jpoġġi oħrajn minflokhom.
25 Għax hu jaf x’qed jagħmlu;
Hu jegħlibhom matul il-lejl, u huma jinqerdu.
26 Hu jattakkahom minħabba l-ħażen tagħhom
Quddiem kulħadd,
27 Għax huma ma baqgħux jimxu warajh
U ma tawx kas dak li għamel.
28 Huma ġiegħlu lill-foqra jgħajtulu għall-għajnuna,
Biex b’hekk hu jismaʼ l-għajta taʼ dawk li ma jistgħu jagħmlu xejn.
29 Imma min jistaʼ jikkundannah jekk ma jagħmel xejn biex jgħinhom?
Min jistaʼ jarah meta jaħbi wiċċu?
Kemm jekk jaħbih minn poplu jew bniedem, ir-riżultat ikun l-istess.
31 Int qed tgħid lil Alla,
‘Jien qed inbati avolja m’għamilt xejn ħażin;
32 Urini dak li ma nistax nara jien;
Jekk għamilt xi ħaġa ħażina, mhux se nerġaʼ nagħmilha.ʼ
33 Għandu hu jippremjak skont ir-raġunar tiegħek għax ma taqbilx miegħu?
Int trid tiddeċiedi jekk taqbilx jew le.
Għalhekk għidli dak li taf.
34 Nies li għandhom l-għerf u kapaċi jifhmu
Se jisimgħuni u jgħiduli:
35 ‘Ġob jitkellem mingħajr ma jaf il-fatti kollha.
Hu jitkellem mingħajr ma jifhem.ʼ
36 Ħa jiġi ttestjat* għalkollox bid-diffikultajiet tiegħu,
Għax it-tweġibiet tiegħu huma bħal taʼ nies ħżiena!
37 Apparti li jidneb, hu ribelluż;
Hu jċapċap quddiemna b’diżrispett
U jkompli jitkellem kontra l-Alla l-veru!”
35 Eliħu kompla jgħid:
2 “Tant int konvint li għandek raġun li lest li tgħid,
‘Jien iktar ġust minn Alla.’
3 Għax int tgħid, ‘X’differenza tagħmillek?*
Ħadt xi ħaġa billi ma dnibtx?’
4 Jien se nwieġeb lilek
U lil sħabek ukoll.
5 Ħares lejn is-sema,
Innota s-sħab, li hu ħafna ’l fuq minnek.
6 Se tweġġgħu lil Alla jekk tidneb?
Jekk tkompli tagħmel l-iżbalji, se teffettwah?
7 Taħseb li se tagħtih xi ħaġa billi tkun ġust?
X’se jieħu mingħandek?
8 Kemm jekk tagħmel il-ħażin u kemm jekk tagħmel it-tajjeb
Se teffettwa biss nies bħalek.
9 In-nies jgħajtu għall-għajnuna meta jiġu maħqurin ħafna;
Huma jitolbu biex jinħelsu minn taħt* il-kbarat.
10 Imma ħadd ma jgħid, ‘Fejn hu Alla, il-Ħallieq Grandjuż tiegħi,
Il-wieħed li jġegħelna nkantaw filgħaxija?’
11 Hu jgħallimna iktar milli jgħallem lill-annimali,
Hu jagħmilna iktar għorrief mill-għasafar.
12 In-nies jgħajtu għall-għajnuna imma ma jwiġibhomx,
Għax hu jara l-kburija tal-ħżiena.
13 Bla dubju Alla ma jismax lil dawk li jgħajtu għalxejn;*
Dak li Jistaʼ Kollox ma jagħtix kas l-għajjat tagħhom.
14 Aħseb u ara meta tgerger li mhu jagħmel xejn!
Il-każ tiegħek qiegħed quddiemu, għalhekk stenna l-ġudizzju tiegħu.
15 Għax hu ma talbekx b’rabja biex tagħtih kont;
Hu għalaq għajnejh meta kont arroganti.
16 Għalhekk Ġob jitkellem fil-vojt;
Hu jkompli jitkellem mingħajr m’għandu għarfien eżatt.”
36 Eliħu kompla jgħid:
2 “Ħu paċenzja bija ftit ieħor, sakemm nispjega,
Għax għandi iktar x’ngħid f’isem Alla.
3 Se ngħid dak li naf bid-dettall,
U se ngħid li l-ġustizzja hi taʼ Dak li Għamilni.
4 Bla dubju mhux qed nigdeb;
Dan il-kliem ġej mingħand dak li għandu għarfien perfett.
5 Bla dubju Alla hu b’saħħtu u ma jabbanduna lil ħadd;
Hu għandu abbiltà kbira li jifhem.
6 Hu mhux se jipproteġi lill-ħżiena,
Imma se jiġġudika b’mod ġust lil dawk li qed ibatu.
8 Jekk huma jibdew ibatu
Għax jidinbu u jiġu marbutin bil-ktajjen,
9 Alla jurihom x’għamlu,
L-iżbalji li għamlu minħabba l-kburija tagħhom.
10 Hu jgħinhom jisimgħu meta jiġu kkoreġuti,
U jgħidilhom biex ma jibqgħux jagħmlu l-ħażin.
11 Jekk jobduh u jaqduh,
Huma se jgawdu l-ġid matul il-bqija taʼ ħajjithom,
U ħajjithom se tkun pjaċevoli.
Lanqas meta jorbothom ma jgħajtu għall-għajnuna.
16 Hu jbiegħdek mit-tbatija;
Jieħdok f’post protett fejn m’hemmx tbatija
U jgħinek tħossok aħjar bl-aqwa ikel.
17 Imbagħad se tkun sodisfatt bil-ġudizzju tal-ħżiena
Meta ssir ġustizzja.
18 Imma oqgħod attent li r-rabja ma ġġegħlekx tivvendika ruħek,*
U tħallix it-tixħim iwasslek biex tagħmel il-ħażin.
19 Kieku jkun għalxejn li tgħajjat għall-għajnuna,
U l-isforzi kollha li tagħmel ma jbegħdukx mill-inkwiet.
20 Tixxennaqx għal-lejl
Meta n-nies jisparixxu minn posthom.
21 Oqgħod attent li ma tagħżilx li tagħmel il-ħażin
Bil-ħsieb li tevita li tbati.
22 Alla qed jiġi onorat minħabba l-qawwa tiegħu;
Hemm xi ħadd li jaf jgħallem daqsu?
24 Tinsiex tfaħħar dak li għamel,
Dak li ħafna nies kantaw dwaru.
25 Il-bnedmin kollha raw x’għamel,
Huma jaraw dan mill-bogħod.
26 Ma nistgħux insiru nafu kemm hi kbira l-qawwa t’Alla
U kemm-il sena ilu jeżisti.
27 Hu jtellaʼ l-qtar tal-ilma;
Imbagħad dan isir xita u nida.
28 Wara, dawn jinżlu mis-sħab
U jagħtu l-ilma lil kulħadd.
32 Hu jgħatti s-sajjetti b’idejh,
U dawn imorru fejn jikkmandahom hu.
37 “Qalbi tħabbat,
U qed inħossha se toħroġ minn postha.
2 Oqogħdu attenti għal-leħen sod t’Alla,
Isimgħu leħnu li qisu ragħad.
3 Dan jinstemaʼ taħt is-sema kollha,
Hu jibgħat is-sajjetti sa truf l-art.
4 Wara dan ikun hemm ħoss jirbombja;
Hu jriegħed b’leħen tal-għaġeb,
U jibqaʼ jibgħat is-sajjetti waqt li jitkellem.
5 Leħen Alla jriegħed b’mod mill-isbaħ;
Hu jagħmel affarijiet tal-għaġeb li ma nistgħux nifhmuhom.
6 Għax hu jikkmanda lill-borra biex tinżel fuq l-art,
U jgħid lix-xita biex tinżel bis-saħħa.
8 L-annimali slavaġ imorru f’posthom
U jibqgħu mistoħbijin hemm.
9 Ir-riħ tal-maltempata jiġi u jonfoħ,
U r-riħ mit-Tramuntana jġib il-kesħa.
10 Bin-nifs t’Alla jsir is-silġ
U l-ilmijiet kollha jiffriżaw.
11 Hu jtaqqal is-sħab bil-qtar tal-ilma
U jibgħat is-sajjetti tiegħu minn ġos-sħab;
12 Dawn imorru ’l hemm u ’l hawn skont fejn jibgħathom;
Huma jagħmlu kulma jikkmandahom fuq wiċċ l-art.*
13 Hu juża s-sħab biex jikkastiga n-nies, biex jibgħat ix-xita fuq l-art,
Jew biex juri l-imħabba u l-lealtà* tiegħu.
14 Ġob, ismaʼ dan li se ngħidlek;
Ieqaf u kkunsidra sew l-affarijiet tal-għaġeb li għamel Alla.
16 Taf kif iżomm is-sħab fl-arja?
Dawn l-affarijiet tal-għaġeb għamilhom il-Wieħed li għandu għarfien perfett.
17 Il-ħwejjeġ tiegħek għala jsiru jaħarqu
Meta r-riħ isfel isikket l-art?
Tistaʼ int tagħmel l-istess?
19 Għidilna x’għandna ngħidulu;
Ma nistgħux inwiġbuh, għax hemm ħafna affarijiet li ma nistgħux nifhmu.
20 Nistaʼ ngħid lil Alla li rrid inkellmu?
Jew kien hawn xi ħadd li qal xi ħaġa tant importanti li għandu jismagħha?
21 In-nies ma jistgħux jaraw id-dawl* meta jkun imsaħħab,
Sakemm ir-riħ ineħħi s-sħab u jkun hemm dawl qawwi.
22 Mit-Tramuntana joħroġ dawl li jleqq bħad-deheb;
Il-glorja t’Alla hi tal-għaġeb.
23 Aħna ma nistgħux nifhmu lil Dak li Jistaʼ Kollox;
Hu għandu qawwa kbira,
U qatt ma jiġġudika b’mod li jmur kontra l-ġustizzja kbira tiegħu.
24 Għalhekk, in-nies għandhom juruh rispett kbir.*
Għax hu ma jiħux pjaċir b’dawk li jaħsbu li huma għorrief.”*
38 Imbagħad Ġeħova wieġeb lil Ġob mir-riefnu:
2 “Min hu dan li qed iqajjem id-dubji fuq il-pariri tiegħi
U qed jitkellem mingħajr għarfien?
3 Jekk jogħġbok, ipprepara ruħek bħal raġel b’saħħtu.
Jien se nistaqsik, u int wiġibni.
4 Fejn kont int meta jien għamilt id-dinja?
Għidli, jekk taħseb li tifhem.
5 Taf min iddeċieda kemm għandha tkun kbira d-dinja?
Jew min uża l-ħabel tal-kejl biex ikejjilha?
6 Fuqiex qed iserrħu l-pilastri tagħha,
Jew min poġġa l-ewwel ġebla tagħha,
7 Waqt li l-istilel taʼ filgħodu kienu qed jgħajtu bil-ferħ,
U t-tfal t’Alla* kollha bdew iċapċpu?
8 U min żamm il-baħar bil-bibien?
10 Fejn kont int meta għamiltlu limitu
U poġġejtlu staneg u bibien?
11 Fejn kont int meta għedtlu, ‘S’hawnhekk se tasal, u mhux iżjed;
Il-mewġ kbir tiegħek hawn se jieqaf’?
12 Ġieli kkmandajt lill-filgħodu
Jew għedt lix-xemx minn fejn għandha titlaʼ?
13 Jaqaw int kont li għedt lid-dawl taʼ filgħodu biex imur f’tarf id-dinja
U jkeċċi lil dawk ħżiena minnha?
14 Id-dinja tinbidel bħat-tafal taħt siġill,
U d-disinn tagħha jispikka bħal dak taʼ libsa sabiħa.
15 Imma d-dawl li jgawdu l-ħżiena se jittiħdilhom,
U ma jkunux jistgħu jibqgħu jweġġgħu lin-nies.
16 Inżilt int biex tara minn fejn ġej il-baħar,
Jew esplorajt l-oċeani fondi?
18 Qatt fhimt kemm hi kbira d-dinja?
Għidli, jekk taf dan kollu.
19 Fejn joqgħod id-dawl?
U fejn hu post id-dlam?
20 Tistaʼ tiħodhom f’posthom?
Tafha t-triq għad-dar tagħhom?
21 Jaqaw taf dan għax twilidt qabilhom,
U għax ilek tgħix ħafna?
22 Dħalt int fejn tinżamm il-borra,
Jew rajt int il-post fejn jinżamm is-silġ?
23 Dawn żammejthom għaż-żmien taʼ inkwiet kbir,
Għall-ġurnata tal-battalja u l-gwerra.
25 Min għamel kanal għall-ilma tad-dulluvju
U triq għas-sħaba tal-maltempata bir-ragħad?
26 Min bagħat ix-xita fejn m’hemmx nies,
Fid-deżert fejn m’hemm ebda bniedem?
27 Min xebbaʼ bl-ilma d-deżert meqrud
Biex jikber il-ħaxix?
28 Għandha missier ix-xita,
Jew min hu missier il-qtar tan-nida?
29 Min welled il-borra tas-sema,
U minn żaqq min ħareġ is-silġ?
30 Min webbes wiċċ l-ilma daqs il-ġebel,
U ffriża wiċċ l-ilmijiet fondi?
31 Tistaʼ int torbot il-ħbula tal-grupp taʼ stilel Kima,*
Jew tħoll il-ħbula tal-grupp taʼ stilel Kesil?*
32 Tistaʼ toħroġ grupp taʼ stilel* fi żmienhom?
Jew tmexxi l-grupp taʼ stilel As* flimkien mat-tfal tagħhom?
34 Tistaʼ tikkmanda s-sħab
Biex tagħmel ħafna xita fuqek?
35 Tistaʼ int tibgħat is-sajjetti?
Se jiġu huma u jgħidulek, ‘Aħna qegħdin hawn!’?
37 Min hu tant għaref li jistaʼ jgħodd is-sħab?
Jew min jistaʼ jferraʼ l-ilma tagħhom mis-sema,
38 Biex b’hekk it-trab isir tajn
U l-ħamrija tagħqad flimkien?
39 Tistaʼ int tikkaċċja l-ikel għall-iljun?
Jew tistaʼ xxebbaʼ l-iljuni b’saħħithom
40 Meta jitbaxxew biex ma jidhrux,
Jew joqogħdu għassa fil-moħba tagħhom biex jattakkaw?
41 Min hu li jlesti l-ikel għaċ-ċawlun
Meta l-frieħ tiegħu jgħajtu lil Alla għall-għajnuna,
U jduru ’l hemm u ’l hawn għax ma jkollhomx x’jieklu?
39 “Taf meta jwelldu l-mogħoż tal-muntanji?
Ġieli rajt iċ-ċriev iwelldu?
2 Taf kemm-il xahar idumu tqal?
Taf meta jwelldu?
3 Huma jitbaxxew meta jkunu se jwelldu liż-żgħar tagħhom,
U ma jibqax ikollhom l-uġigħ tal-ħlas.
4 Iż-żgħar tagħhom isiru b’saħħithom u jikbru fis-salvaġġ;
Huma jitilqu u ma jerġgħux lura għandhom.
5 Min ħeles lill-ħmar salvaġġ,
U min ħall il-ħbula tiegħu?
6 Jien tajtu d-deżert bħala d-dar tiegħu
U l-art li fiha l-melħ bħala l-post fejn joqgħod.
7 Hu jevita l-istorbju tal-belt;
U ma jismax il-leħen taʼ dak li jikkmandah biex jaħdem.
8 Idur fl-għoljiet biex jirgħa
U jfittex kull tip taʼ ħaxix.
9 Il-barri salvaġġ se jħallik taħdem bih?
Se jqattaʼ l-lejl fl-istalla* tiegħek?
10 Tistaʼ torbot barri salvaġġ biex taħrat bih,
Jew se jiġi warajk fil-wied biex jaħrat?
11 Se tafda fis-saħħa kbira tiegħu
U tħallih jagħmel xogħol iebes għalik?
12 Se tistrieħ fuqu biex iġiblek il-ħsad* tiegħek id-dar?
U se jiġbru hu fil-post fejn jiġu sseparati ċ-ċereali?*
14 Hi tħalli l-bajd tagħha mal-art
U żżommhom sħan fit-trab.
15 Hi tinsa li xi ħadd jistaʼ jgħaffiġhom,
Jew li jistaʼ jgħaddi minn fuqhom xi annimal salvaġġ.
16 Hi tittratta ħażin lill-frieħ tagħha, bħallikieku mhumiex tagħha;
Ma jimpurtahiex jekk tkun biedet għalxejn.
18 Imma meta tqum u tħabbat ġwinħajha biex taħrab,
Hi tidħaq biż-żiemel u b’dak li jkun riekeb fuqu.
19 Jaqaw int tagħti s-saħħa liż-żiemel,
Jew tlibbislu għonqu b’xagħar twil?
20 Tistaʼ ġġiegħlu jaqbeż bħal ġurat?
L-infiħ qawwi tiegħu hu tat-twerwir.
22 Ma jiddejjaqx mill-periklu u ma jibżaʼ minn xejn.
U lanqas idur lura minħabba x-xabla.
23 Il-barżakka tal-vleġeġ iċċekċek xħin tħabbat miegħu,
U l-lanza tleqq meta jiġi d-dawl fuqha.
24 Hu jitriegħed bl-eċitament u jiġri ’l quddiem,*
M’għandux paċenzja joqgħod wieqaf mal-ħoss tal-qarn.*
25 Meta jindaqq il-qarn hu jiżher.
Ixomm il-battalja mill-bogħod,
U jismaʼ l-għajjat tal-kmandanti u l-ħoss tal-battalja.
26 Jaqaw int għallimtu l-falkun itir
U jiftaħ il-ġwienaħ lejn in-Nofsinhar?
27 Jew hu bil-kmand tiegħek li l-ajkla ttir ’il fuq
U tagħmel il-bejta fl-għoli?
29 Minn hemm hi tfittex l-ikel;
Għajnejha jħarsu fil-bogħod.
30 Il-frieħ tagħha jixorbu d-demm;
U fejn ikun hemm xi ħaġa maqtula, hemm tkun hi.”
40 Ġeħova kompla jwieġeb lil Ġob:
2 “Għandu xi ħadd jaħseb li jien, Dak li Jistaʼ Kollox, għandi żball u jħaqqaqha miegħi?
Ħa jwieġeb dak li jrid jikkoreġini.”
3 Ġob wieġeb lil Ġeħova:
4 “Jien ma niswa għal xejn.
X’nistaʼ ngħid biex inwieġbek?
Ħa ngħatti ħalqi b’idi.
5 Jien tkellimt għal darba darbtejn
Imma mhux se nwieġeb iktar, mhu se nżid xejn.”
6 Imbagħad Ġeħova wieġbu mir-riefnu:
7 “Jekk jogħġbok ipprepara ruħek bħal raġel b’saħħtu;
Jien se nistaqsik u int wiġibni.
8 Se tiddubita l-ġustizzja tiegħi?
Jaqaw se tikkundannani biex tidher tajjeb int?
9 Għandek int saħħa daqsi, l-Alla l-veru?
Għandek int leħen bħal tiegħi li hu qawwi bħar-ragħad?
10 Jekk jogħġbok uri l-glorja u l-qawwa tiegħek;
Uri l-unur u s-sbuħija tiegħek.
11 Sfoga r-rabja kollha li għandek;
Ħares lejn kull min hu mkabbar u baxxih.
12 Innota lil kull min hu mkabbar u umiljah,
Għaffeġ lill-ħżiena mill-ewwel.
Jien għamilt kemm lilu u kemm lilek.
Hu jiekol il-ħaxix bħal barri.
16 Hu għandu saqajh b’saħħithom
U muskoli sodi f’żaqqu.
17 Hu jwebbes denbu bħall-injam taċ-ċedru;
In-nervituri taʼ koxxtejh huma mmaljati flimkien.
18 L-għadam tiegħu hu bħal kanen tar-ram;
Saqajh huma bħal vireg tal-ħadid.
19 Hu l-aqwa* fost il-ħolqien tiegħi kollu.
Jien biss, Dak li Għamiltu, nistaʼ nersaq lejh bix-xabla.
20 Hu jsib l-ikel fuq il-muntanji,
Fejn l-annimali slavaġ jilagħbu.
21 Hu jimtedd taħt is-siġar tal-lotus,
Qalb il-qasab fl-għadajjar.
22 Is-siġar tal-lotus jagħmlulu d-dell,
U s-siġar tal-luq tal-wied qegħdin madwaru.
23 Dan ma jippanikjax meta jkun hemm kurrenti qawwijin fix-xmara.
Hu moħħu mistrieħ avolja x-Xmara Ġordan tħabbat bis-saħħa miegħu.
3 Se jitolbok biex tħenn għalih?
Se joqgħod ikellmek bil-ħlewwa?
4 Sejjer hu jagħmel patt miegħek
Biex tagħmlu lsir tiegħek għal dejjem?
5 Se tilgħab miegħu bħalma tilgħab m’għasfur?
Se torbtu b’ċinga biex jilagħbu miegħu l-bniet tiegħek?
6 Se jbigħuh is-sajjieda?
Se jaqsmuh bejniethom in-negozjanti?
7 Se ttaqqablu l-ġilda tiegħu b’ħafna vleġeġ,
Jew rasu b’lanza tas-sajd?
8 Poġġi jdejk fuqu u żgur tiftakarha l-ġlieda!
Qatt ma terġaʼ tagħmel hekk!
9 Jekk se tipprova trażżnu mhux se jirnexxilek.
Anki jekk tarah biss, se titwerwer u taqaʼ mal-art.
10 Ħadd ma jażżarda jqajmu.
Allura min jistaʼ jiħodha kontrija?
11 Min tani xi ħaġa biex ikolli nagħtih xi ħaġa lura?
Kulma hemm taħt is-sema hu tiegħi.
12 Se nkompli nitkellem dwar saqajh,
Dwar il-qawwa tiegħu, u dwar id-disinn impressjonanti taʼ ġismu.
13 Min se jirnexxilu jaqlaʼ l-ġilda ħoxna tiegħu?
Min se jersaq viċin ħalqu?
14 Min jistaʼ jiftaħlu x-xedaq kbir tiegħu?
Is-snien tiegħu huma tal-biżaʼ.
16 Tant huma viċin xulxin
Li lanqas l-arja ma tgħaddi minn bejniethom.
17 Huma mwaħħlin flimkien;
Imqabbdin waħda m’oħra u ma jistgħux jiġu sseparati.
18 Meta jagħtas qisu joħroġ id-dawl,
U għajnejh qishom ir-raġġi taʼ meta jibda jisbaħ.
19 Minn ħalqu joħroġ id-dawl tas-sajjetti
U xrar tan-nar.
20 Minn imnieħru joħroġ id-duħħan,
Bħad-duħħan taʼ forn li jitfgħulu l-ħaxix biex iqabbduh.
21 In-nifs tiegħu jqabbad il-faħam,
U minn ħalqu toħroġ fjamma.
22 Hu għandu saħħa kbira f’għonqu,
U kull min jiltaqaʼ miegħu jibżaʼ ħafna.
23 Is-saffi tal-ġilda taʼ taħt żaqqu huma sodi;
Huma bħal ħadid li ma jistax jitneħħa.
25 Meta jqum, anki dawk b’saħħithom jitwerwru;
Meta jgħum jgħaġġel ibeżżagħhom.
26 La x-xabla, la l-lanza, la l-vleġġa
U lanqas xi arma oħra ma tistaʼ tweġġgħu.
27 Għalih, il-ħadid qisu tiben,
Ir-ram qisu njam immermer.
28 Hu mhux se jaħrab jekk jara vleġġa;
Il-ġebel tal-iżbandola jsir qisu tiben meta jaħbat miegħu.
29 Lasta ħoxna tal-injam iqisha bħal tiben,
U hu jidħaq b’min ixejjirlu l-lanza.
30 Żaqqu qisha biċċiet tal-fuħħar jaqtaʼ;
Minn fejn jgħaddi jħalli marki fit-tajn bħas-slitta tad-dris.
31 Meta jidħol fil-baħar, l-ilma jtellaʼ r-ragħwa;
Ikun bħal borma b’żejt jagħli.
32 Minn fejn jgħaddi jħalli l-ilma jleqq,
U l-ilma fond jiġi qisu għandu xagħar abjad.
33 M’hemmx bħalu fuq l-art,
Ġie maħluq biex ma jibżaʼ minn xejn.
34 Hu jħares bla biżaʼ taʼ xejn lejn l-annimali kburin.
Hu r-re fuq l-annimali slavaġ b’saħħithom.”
42 Imbagħad Ġob wieġeb lil Ġeħova:
2 “Issa naf li int kapaċi tagħmel kollox,
M’hemm xejn li hu impossibbli għalik.
3 Int għedt, ‘Min hu dan li qed iqajjem id-dubji fuq il-pariri tiegħi
Mingħajr m’għandu għarfien biżżejjed?’
Għalkemm ma kontx nifhem,
Jien tkellimt dwar affarijiet tal-għaġeb wisq għalija, li ma nafx dwarhom.
4 Int għedt, ‘Jekk jogħġbok ismaʼ, u jien nitkellem.
Jien se nistaqsik, u int wiġibni.’
5 Jien kont smajt dwarek,
Imma issa qed narak b’għajnejja.
6 Jiddispjaċini għal dak li għedt,*
U għalhekk li se nindem billi noqgħod bilqiegħda fit-trab u l-irmied.”
7 Wara li Ġeħova kien qal dan il-kliem lil Ġob, Ġeħova qal lil Elifaż it-Temani:
“Jien irrabjat ħafna għalik u għaż-żewġt iħbieb tiegħek, għax intom m’għedtux il-verità dwari bħalma għamel il-qaddej tiegħi Ġob. 8 Għalhekk, aqbdu sebaʼ barrin u sebaʼ mtaten u morru għand Ġob, u offru sagrifiċċju tal-ħruq għalikom. U l-qaddej tiegħi Ġob jitlob għalikom. Jien żgur li se naċċetta t-talba tiegħu biex ma nikkastigakomx talli għedtu affarijiet bla sens, għax intom m’għedtux il-verità dwari bħalma għamel il-qaddej tiegħi Ġob.”
9 Għalhekk, Elifaż it-Temani, Bildad is-Suħi, u Sofar in-Nagħmati, marru u għamlu bħalma kien qalilhom Ġeħova. U Ġeħova aċċetta t-talba taʼ Ġob.
10 Wara li Ġob talab għal sħabu, Ġeħova neħħielu t-tbatija kbira li kien għaddej minnha. Ġeħova tah id-doppju taʼ kulma kellu qabel. 11 Ħutu kollha u l-ħbieb kollha li kellu marru għandu u kielu miegħu. Huma ddispjaċiehom għal dak li ġralu u farrġuh minħabba t-tbatija kollha li Ġeħova ħallieh jgħaddi minnha. Kull wieħed minnhom tah xi flus u ċurkett tad-deheb.
12 Għalhekk, Ġeħova bierek lil Ġob iktar minn qabel. Ġob kellu 14,000 nagħġa, 6,000 ġemel, 2,000 baqra,* u 1,000 ħmara. 13 Hu kellu sebaʼ subien u tlett ibniet oħra. 14 U l-ewwel tifla semmieha Ġemima, it-tieni Kesigħa, u t-tielet Keren-ħappuk. 15 Ma kienx hemm nisa sbieħ daqshom fil-pajjiż kollu, u missierhom tahom wirt flimkien maʼ ħuthom is-subien.
16 Wara dan, Ġob għex 140 sena. Hu ra lit-tfal tiegħu u lil dawk li ġew minnhom, sar-raba’ ġenerazzjoni. 17 Ġob għex ħajja twila u sodisfaċenti, u mbagħad miet.*
Jistaʼ jkun ifisser “Vittma tal-Mibegħda.”
Jew “bla ħtija u taʼ integrità.”
Letteralment “jibżaʼ minn.”
Letteralment “500 par baqar.”
Letteralment “it-tfal t’Alla.”
Jew “bla ħtija u taʼ integrità.”
Letteralment “jibżaʼ minni.”
Letteralment “jibżaʼ minnek.”
Jew forsi “sajjetti.”
Letteralment “Għarwien ħriġt minn żaqq ommi, u għarwien se mmur lura.”
Letteralment “it-tfal t’Alla.”
Jew “bla ħtija u taʼ integrità.”
Letteralment “jibżaʼ minni.”
Jew “infafet taʼ wġigħ.”
Jew “ma dinibx b’dak li qal.”
Jew “id-dlam u d-dell tal-mewt.”
Mifhum li jirreferi għall-kukkudrill jew annimal ieħor tal-ilma kbir u b’saħħtu.
Jew “mal-uffiċjali ta’ pożizzjoni għolja.”
Jew “ruħhom kollha mrar.”
Jew “fil-messaġġiera.”
Jew “Int ikollok patt (ftehim) mal-ġebel tal-għalqa tiegħek.”
Jew “Ruħi.”
Jew “intawwal ħajti (ruħi).”
Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “jibżaʼ minn.”
Letteralment “Ħuti.”
Letteralment “tifduni.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Milli jidher hawn Ġob qed jitkellem m’Alla.
Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “taʼ ruħi.”
Jew “ruħi tippreferi tifga.”
Letteralment “irħiehom f’id ir-rewwixta tagħhom.”
Jew “se jagħmel xi ħaġa għalik.”
Letteralment “joħorġu l-kliem minn qalbhom.”
Letteralment “Hekk huma t-triqat taʼ.”
Jew “min ikun apostat.”
Jew “iħares lejn dar tal-ġebel.”
Jew “leali lejh.”
Letteralment “jaqbad l-id taʼ.”
Jew “itellgħu l-qorti.”
Letteralment “għaref f’qalbu.”
Jew “ineħħi.”
Jistaʼ jirreferi għall-kostellazzjoni l-Ors il-Kbir (Ursa Major).
Jistaʼ jirreferi għall-kostellazzjoni Orjun.
Jistaʼ jirreferi għall-istilel Pleadi fil-kostellazzjoni Tawru.
Letteralment “U l-kmamar taʼ ġewwa tan-Nofsinhar.”
Jistaʼ jirreferi għal monstru kbir tal-baħar.
Jew forsi “lil dak li hu kontrija fil-liġi.”
Jew “leali lejn Alla.”
Letteralment “korrott.”
Jew “leali lejn Alla.”
Jew “ma rridx.”
Jew “lil-leali.”
Letteralment “jgħatti wiċċ.”
Letteralment “li jqiegħed idu fuqna t-tnejn.”
Jew “Li hu medjatur.”
Letteralment “Jekk ineħħi l-bastun tiegħu minn fuqi.”
Jew “Ruħi tobgħod.”
Jew “bl-imrar taʼ ruħi!”
Letteralment “Mhux bħall-ħalib ferrajtni u bħall-ġobon għaqqadtni?”
Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “Ipproteġejt u ħadt ħsieb l-ispirtu tiegħi; ħajti; in-nifs tiegħi.”
Letteralment “U dawn l-affarijiet int ħbejthom fʼqalbek.”
Jew “nifraħ ftit.”
Jew “id-dlam u d-dell tal-mewt.”
Jew “qgħadt tiftaħar?”
Jew “il-limitu taʼ.”
Jew “minn Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “meta ħmar salvaġġ jitwieled bniedem.”
Letteralment “tiftaħ idejk lejn.”
Letteralment “qalb.”
Letteralment “dawk li saqajhom mhumiex sodi.”
Jew forsi “Kellem.”
Jew “Ir-ruħ tal-ħajjin kollha.”
Letteralment “l-ispirtu.”
Jew “Hu jiħdilhom kull ħaġa li għandhom.”
Jew “tal-anzjani.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “iħoll iċ-ċinturin taʼ dawk b’saħħithom.”
Letteralment “qalbhom.”
Jew “Il-qwiel.”
Jew “l-ebda apostat.”
Jew forsi “Jekk xi ħadd jistaʼ jargumenta miegħi, nibqaʼ ma ngħid xejn u mmut.”
Letteralment “Żewġ affarijiet biss tagħmillix.”
Letteralment “qegħedtli saqajja fil-qjud.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “hu,” jistaʼ jirreferi għal Ġob.
Jew forsi “u jinqataʼ.”
Letteralment “ittellagħni.”
Jew “li tagħmel id-dnub.”
Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “jimla żaqqu b’riħ mil-Lvant.” Dan jirreferi għal riħ jaħraq mid-deżert.
Letteralment “tibżaʼ minn.”
Jew “L-iżbalji tiegħek jittrennjaw lil ħalqek.”
Letteralment “fil-qaddisin.”
Letteralment “il-ħobż.”
Hawnhekk il-ħxuna tirreferi għall-ġid, ħajja bla rażan, u arroganza.
Jiġifieri bla tama li jirkupra.
Jew “bin-nifs t’Alla.”
Jew “l-apostati.”
Jew “kieku ruħkom kienet flok ruħi.”
Jew “dawk li jinġabru miegħi.”
Jew “saħħa.”
Jew “għandi d-dell tal-mewt.”
Jew forsi “b’għajnejja għajjenin.”
Jew “U għajnejja jibqgħu fuq.”
Jew “apostat.”
Letteralment “Huma jbiddlu l-lejl mal-jum.”
Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “Lill-qabar.”
Letteralment “fl-istaneg taʼ Xeol.” Xeol hu l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew forsi “mhux nodfa.”
Jew “ruħek.”
Letteralment “L-ewwel imwieled tal-mewt se jikollu l-organi tiegħu.”
Letteralment “għand re li jwerwer.”
Letteralment “tgħix xi ħaġa li mhux tiegħu.”
Jew “bil-kubrit.”
Letteralment “Hu mhu se jkollu ebda isem fit-triq.”
Letteralment “lit-tinda taʼ.”
Letteralment “lill-post taʼ.”
Jew “iddejquli ruħi.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “Dawk li jiġu minni.”
Letteralment “It-tfal tal-ġuf tiegħi,” jiġifieri l-ġuf li kont fih (ġuf ommi).
Letteralment “Għax id Alla messitni.”
Letteralment “U ma tixbgħux b’laħmi?”
Jew “jifdini.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “fuq l-art.”
Letteralment “Imma l-ispirtu tal-abbiltà li nifhem iġegħelni nwieġeb.”
Jew “Adam.”
Jew “tal-apostat.”
Jew “b’saħħithom.”
Jew “jinżlu fil-Qabar” jew “f’Xeol.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “f’mument,” jiġifieri jmutu malajr u mingħajr uġigħ.
Jew “nippjana.”
Letteralment “jixrob.”
Jew “Jekk ix-xhur tiegħu jinqatgħu min-nofs?”
Jew “jgħallem l-għerf lil Alla?”
Letteralment “il-mudullun tal-għadam tiegħu hu tari.”
Jew “ruħu mimlija mrar.”
Jew forsi “biex taġixxu bil-vjolenza kontrija.”
Letteralment “Ma tagħrfux is-sinjali tagħhom.”
Letteralment “Il-biċċiet tal-ħamrija tal-wied se jkunu pjaċevoli għalih.”
Letteralment “U jkaxkar lin-nies kollha warajh. ”
Jew “jieħu pjaċir.”
Jew “leali.”
Letteralment “tieħu l-ħwejjeġ tal-għarwenin.”
Letteralment “lit-tfal bla missier.”
Letteralment “bin-nases tal-għasafar.”
Jew “mad-dawra.”
Letteralment “tkaxkarha xmara.”
Jew “id-deheb taʼ Ofir.”
Jew “it-tgergir tiegħi hu ribelluż.”
Jew “ruħu tixtieq.”
Letteralment “tat-tfal bla missier.”
Jew forsi “jaħsdu l-ħaxix fl-għalqa.”
Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.
Jew forsi “jagħsru ż-żebbuġ bejn il-ħitan imtarrġin.”
Jew “Ir-ruħ taʼ dawk.”
Jew forsi “Alla ma jakkuża lil ħadd bil-ħażen.”
Letteralment “iħaffru.”
Letteralment “Hu ħafif fuq wiċċ l-ilmijiet.”
Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “Il-ġuf.”
Letteralment “fuq triqathom.”
Letteralment “fl-għoli tiegħu.”
Tistaʼ tirreferi għall-anġli, ix-xemx, il-qamar, u l-istilel.
Jew “nadif.”
Jew “l-għerf prattiku.”
Letteralment “U taʼ min hu n-nifs (l-ispirtu) li ħareġ minnek?”
Jew “F’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “f’Abaddon.”
Letteralment “it-Tramuntana.”
Jew “immarka l-orizzont.” Letteralment “ċirku.”
Letteralment “lil Raħab.”
Jew “Bir-riħ.”
Jew “li jitkaxkar ħelu ħelu.”
Letteralment “ruħi.”
Jew “Jien ma nwarrabx minni l-integrità tiegħi.”
Jew “Qalbi mhux se tikkundannani.”
Jew “l-apostat.”
Jew “ruħu.”
Jew forsi “ngħallimkom b’id.”
Jew forsi “In-nies iċapċpulu u jsaffrulu minn fejn ikunu.”
Letteralment “il-ħaġar.”
Milli jidher qed jirreferi għax-xogħol fil-minjiera.
Jew “bid-deheb taʼ Ofir.”
Jew “irfinut.”
Letteralment “li tibżaʼ minn.”
Jew “il-qaddejja.”
Letteralment “jinħbew.”
Letteralment “Lit-tifel bla missier.”
Letteralment “fil-bejta tiegħi.”
Jew “dejjem se nibqaʼ nispara bil-qaws.”
Jew forsi “Huma ma neħħewlix il-ferħ minn fuq wiċċi.”
Jew “fil-widien.”
Jew “tkeċċew bis-swat.”
Letteralment “ħall il-korda tal-qaws tiegħi.”
Jew forsi “U ħadd ma jgħinhom.”
Jew “ruħi.”
Letteralment “l-għadam tiegħi jittaqqab minn naħa s’oħra.”
Dan jistaʼ jirreferi għall-ġilda.
Jew forsi “It-tbatija tiegħi tant hi gravi li tisfigurani.”
Jew forsi “ġġibni fix-xejn b’tisbita.”
Jew “min ikollu ġurnata iebsa?”
Jew “ruħi.”
Jiġifieri ostriches.
Jew forsi “bid-deni.”
Letteralment “għamilt patt m’għajnejja.”
Jew forsi “Qatt għamiltha maʼ nies li jigdbu?”
Jew “U d-dixxendenti tiegħi jinqerdu.”
Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.
Letteralment “U ħa jmilu fuqha rġiel oħrajn.”
Jew “Li jaqlaʼ mill-għeruq.”
Jew “xi każ.”
Letteralment “iqum.”
Letteralment “fil-ġuf?”
Letteralment “Jew ġegħelt għajnejn l-armla jiddgħajfu?”
Letteralment “hu.”
Letteralment “minn ġuf ommi.”
Letteralment “taʼ gwida għaliha.”
Letteralment “Ġenbejh ma berkunix.”
Jew forsi “Meta rajt li kelli l-appoġġ.”
Jew “l-għadma taʼ spallti minn postha.”
Jew “minn mal-ġog; mill-għadma taʼ fuq.”
Letteralment “id-dawl.”
Milli jidher din kienet drawwa tal-qima falza.
Jew “resident barrani.”
Jew “Hawn hi l-firma tiegħi.”
Jew “ruħ is-sidien.”
Jiġifieri barley.
Jew “għax kien ġust fʼgħajnejh stess.”
Letteralment “ismagħni.”
Jew “ma kkoreġa lil Ġob.”
Jew “nagħti titlu t’unur.”
Letteralment “iqegħedli saqajja fil-qjud.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “ruħu.”
Jew “mill-qabar.”
Jew “b’arma.”
Jew “għadmu jinkixef.”
Letteralment “Ruħu.”
Jew “il-qabar.”
Letteralment “messaġġier.”
Jew “fil-qabar.”
Jew “Ħa jsir laħmu.”
Letteralment “ikanta.”
Jew forsi “U ma ggwadanjajtx minnu.”
Jew “fil-qabar.”
Jew “mill-qabar.”
Jew “lin-nobbli aħjar mill-batuti.”
Jew “apostat.”
Jew forsi “Missier, ħalli lil Ġob jiġi ttestjat.”
Jew forsi “Xʼdifferenza tagħmillu lil Alla?”
Letteralment “id.”
Jew “li jigdbu.”
Jew forsi “Hu jagħmel rejiet.”
Jew “b’arma.”
Jew “L-apostati.”
Jew forsi “jtemmu.”
Letteralment “Hu.”
Letteralment “iċċapċap” bħala twaqqigħ għaċ-ċajt jew nuqqas taʼ rispett.
Jew forsi “kkritika triqtu; talbu jagħti kont taʼ triqtu.”
Jew “mit-tinda tiegħu.”
Letteralment “id-dawl.”
Letteralment “l-għeruq tal-baħar.”
Jew forsi “jiddefendi l-kawża taʼ.”
Jew forsi “x’ġej.”
Letteralment “iqiegħed siġill fuq id kull bniedem.”
Jew “fuq l-art produttiva tad-dinja.”
Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “jikkmanda.”
Letteralment “iebsa bħal mera magħmula minn metall imdewweb.”
Jiġifieri tax-xemx.
Letteralment “jibżgħu minnu.”
Letteralment “b’dawk li huma għorrief f’qalbhom.”
Idjoma bl-Ebrajk li tirreferi għall-anġli.
Jew “meta ħareġ mill-ġuf.”
Jew “id-dell tal-mewt.”
Jew forsi “s-sajjetti.”
Jistaʼ jirreferi għall-istilel Pleadi fil-kostellazzjoni Tawru.
Jistaʼ jirreferi għall-kostellazzjoni Orjun.
Letteralment “Mazzarot.” Fit-2Slt 23:5 t-terminu fil-plural jirreferi għall-gruppi taʼ stilel taż-żodjaku.
Jistaʼ jirreferi għall-kostellazzjoni l-Ors il-Kbir (Ursa Major).
Jew forsi “l-liġijiet t’Alla.”
Jew forsi “fil-bniedem.”
Jew forsi “lill-moħħ.”
Jew “fil-maxtura.”
Letteralment “iż-żerriegħa.”
Jew “fil-qiegħa tad-dris.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jiġifieri ostrich.
Letteralment “nessieha.”
Letteralment “joħroġ jiltaqaʼ mal-armi.”
Letteralment “u jiblaʼ l-art (id-dinja).”
Jew forsi “Ma jistax jemmen il-ħoss tal-qarn.”
Letteralment “fuq is-sinna taʼ blata.”
Letteralment “Orbtilhom wiċċhom.”
Jew “infaħħrek.”
Bl-Ebrajk “Beħemot.”
Letteralment “il-bidu.”
Letteralment “b’nassa.”
Jistaʼ jkun kukkudrill.
Dan jirreferi għal ħabel magħmul minn ħaxix niexef.
Letteralment “b’xewka.”
Jew forsi “Ir-ringieli taʼ tarki huma l-kburija tiegħu.”
Letteralment “iebsa.”
Jew “Nirtira dak li għedt.”
Letteralment “1,000 par baqar.”
Letteralment “Ġob miet xiħ u mimli bl-għomor.”