LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • nwt Salm 1:1-150:6
  • Salmi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Salmi
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Salmi

SALMI

L-EWWEL KTIEB

(Salmi 1-41)

1 Ferħan ikun min ma jimxix fuq il-parir tal-ħżiena,

Li ma joqgħodx mal-midinbin,*

U li ma joqgħodx bilqiegħda maʼ dawk li jmaqdru kulma hu tajjeb.

 2 Imma jħobb ħafna l-liġi taʼ Ġeħova,

U jaqraha u jimmedita fuqha* lejl u nhar.

 3 Hu jkun bħal siġra mħawla ħdejn l-ilma,

Siġra li tagħti l-frott fl-istaġun tagħha

U li l-weraq tagħha ma jinxifx.

Hu jirnexxi f’kulma jagħmel.

 4 Imma l-ħżiena mhumiex hekk.

Huma bħal qoxra taʼ żerriegħa li ttir mar-riħ.

 5 Huwa għalhekk li l-ħżiena se jiġu kkundannati fil-ġudizzju,

U l-midinbin mhux se jibqgħu fost it-tajbin.

 6 Għax Ġeħova japprezza dak li jagħmlu t-tajbin,

Imma hu se jeqred lill-ħżiena u dak li jagħmlu.

2 Il-popli għala huma mifxulin

U n-nies għala qed igergru fil-vojt?*

 2 Ir-rejiet tal-art se jieħdu l-waqfa tagħhom

U l-mexxejja se jinġabru flimkien*

Kontra Ġeħova u l-magħżul* tiegħu.

 3 Huma jgħidu: “Ejja nkissru l-ktajjen li rabtuna bihom

U narmu l-ħbula tagħhom!”

 4 Il-Wieħed li qiegħed bilqiegħda fuq it-tron fis-sema se jidħaq bihom;

Ġeħova se jiħodhom biċ-ċajt.

 5 Dak iż-żmien hu se jkellimhom b’rabja

U jwerwirhom bir-rabja kbira tiegħu

 6 Billi jgħidilhom: “Jien stess inkarigajt ir-re tiegħi

Fuq Sijon, il-muntanja qaddisa tiegħi.”

 7 Ħa nxandar dak li qal Ġeħova.

Hu qalli: “Int ibni;

Illum jien sirt missierek.

 8 Itlobni, u jien nagħtik il-popli bħala wirt,

U nagħtik id-dinja kollha.

 9 Meta tmexxi, int se teqridhom*

U tfarrakhom bħal vażun tal-fuħħar.”

10 Għalhekk kunu għaqlin,* rejiet;

Imħallfin tal-art, aċċettaw li tiġu kkoreġuti.

11 Aqdu lil Ġeħova b’rispett kbir*

U ifirħu hekk kif tirrispettawh.

12 Onoraw* lill-iben, inkella Alla* jirrabja ħafna

U intom tisparixxu,*

Għax hu jirrabja malajr.

Dawk li jduru lejh għall-protezzjoni se jkunu ferħanin.

Għanja taʼ David meta kien qed jaħrab minn ibnu Absalom.

3 Ġeħova, għala l-għedewwa tiegħi żdiedu daqshekk?

Għala hemm ħafna li qed jiħduha kontrija?

 2 Ħafna qed jgħidu dwari:*

“Alla mhux se jsalvah.” (Sela)*

 3 Imma int bħal tarka madwari, Ġeħova.

Int tonorani u tagħtini kuraġġ.

 4 Jien se ngħajjat lil Ġeħova għall-għajnuna,

U hu jwiġibni mill-muntanja qaddisa tiegħu. (Sela)

 5 Jien nimtedd u norqod;

Inqum u nħossni fis-sigurtà,

Għax Ġeħova jkompli jappoġġani.

 6 Jien ma nibżax mill-għaxriet t’eluf

Li ġejjin kontrija minn kull naħa.

 7 Aġixxi, Ġeħova! Salvani, Alla tiegħi!

Agħtihom daqqa ġo ħalqhom lill-għedewwa kollha tiegħi;

Kisser snien il-ħżiena.

 8 Ġeħova, int il-wieħed li ssalva.

Il-barka tiegħek qiegħda fuq il-poplu tiegħek. (Sela)

Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda. Għanja taʼ David.

4 Alla ġust tiegħi, wiġibni meta ngħajjatlek.

Għinni noħroġ minn* żmien diffiċli.

Ħenn għalija u ismaʼ t-talba tiegħi.

 2 Intom il-bnedmin, kemm se ddumu tumiljawni minflok ma tonorawni?

Kemm se ddumu tigdbu u tħobbu dak li ma jiswa xejn? (Sela)

 3 Kunu afu li Ġeħova jittrattah b’mod speċjali lil-leali tiegħu;*

Ġeħova se jismagħni meta ngħajjatlu.

 4 Jekk tirrabjaw, tidinbux.

Imteddu fis-sodda tagħkom għall-kwiet u mmeditaw f’qalbkom. (Sela)

 5 Kull sagrifiċċju li toffru lil Alla, offruh b’intenzjoni tajba,

U afdaw f’Ġeħova.

 6 Ħafna qed jgħidu: “Min se jagħtina żmien aħjar?”

Jalla turina qalb tajba, Ġeħova!

 7 Int tferraħli qalbi

Iktar minn dawk li għandhom ammont kbir taʼ ċereali* u nbid ġdid.

 8 Jien se nimtedd u norqod b’moħħi mistrieħ,

Għax int biss tagħtini protezzjoni, Ġeħova.

Lid-direttur għal Neħilot.* Għanja taʼ David.

5 Ismaʼ kliemi, Ġeħova;

Agħti kas id-dwejjaq tiegħi.

 2 Re u Alla tiegħi, ismagħni meta ngħajjatlek għall-għajnuna,

Għax jien lilek nitlob.

 3 Ġeħova, jien naf li tismaʼ t-talba tiegħi filgħodu;

Filgħodu se niftaħ qalbi miegħek u mbagħad nistenniek tweġibni.

 4 Għax int m’intix Alla li tieħu pjaċir bil-ħażen;

Ħadd li hu ħażin ma jistaʼ jkun il-mistieden tiegħek.

 5 L-ebda persuna arroganti ma tistaʼ toqgħod quddiemek.

Int tobgħod lil kull min jaġixxi ħażin;

 6 Int se teqred lil dawk li jigdbu.

Ġeħova, int tobgħod nies vjolenti u li jqarrqu.*

 7 Imma jien se nidħol fid-dar tiegħek grazzi għall-imħabba u l-lealtà* kbira tiegħek,

Jien se mmil lejn it-tempju* qaddis tiegħek biex nurik rispett kbir.

 8 Ġeħova, int ġust.

Mexxini għax jien imdawwar bl-għedewwa;

Għinni nimxi fi triqtek mingħajr ma nitfixkel.

 9 Ma nistaʼ nafda xejn milli jgħidu;

Moħħhom biss biex jagħmlu l-ħsara.

Ħalqhom hu bħal qabar miftuħ;

Huma jfaħħru biex jingħoġbu.*

10 Imma int, Alla, se tikkundannahom;

Il-pjanijiet tagħhom stess se jwassluhom għall-qerda.

Jekk jogħġbok, keċċihom ’l hemm minħabba l-ħafna dnubiet li għamlu,

Għax huma rribellaw kontrik.

11 Imma dawk kollha li jduru lejk għall-protezzjoni se jkunu ferħanin;

Huma dejjem se jkantaw bil-ferħ.

Int mhux se tħalli l-ħżiena jersqu lejhom,

U dawk li jħobbu lil ismek se jifirħu.

12 Għax int, Ġeħova, se tbierek lin-nies sewwa;

L-approvazzjoni tiegħek se tkun bħal tarka kbira li tipproteġihom.

Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda fuq noti baxxi.* Għanja taʼ David.

6 Ġeħova, twiddibnix meta tkun irrabjat,

U tikkoreġinix fir-rabja tiegħek.

 2 Ġeħova, ħenn għalija għax qed niddgħajjef.

Ġeħova, saħħaħni għax għadmi qed jitriegħed bil-biżaʼ.

 3 Jien inħossni* veru mifxul;

Kemm se ddum, Ġeħova?

 4 Ejja u eħlisni,* Ġeħova;

Salvani għax int tħobbni.*

 5 Għax il-mejtin ma jsemmukx;*

Min jistaʼ jfaħħrek fil-Qabar?*

 6 Għejejt tant kemm qed nibki;

Is-sodda tiġi għasra bil-biki li nibki l-lejl kollu;

Is-saqqu mlejtu bid-dmugħ.

 7 Jien għandi stress kbir minħabba t-tbatija li għaddej minnha,

Il-vista tiegħi marret lura* minħabba dawk li jittrattawni ħażin.

 8 Itilqu ’l hemm, intom li tagħmlu l-ħażen,

Għax Ġeħova se jismagħni nibki.

 9 Ġeħova se jismagħni meta nitolbu bil-ħniena;

Ġeħova se jaċċetta t-talba tiegħi.

10 L-għedewwa kollha tiegħi se jkollhom jistħu u jaqtgħu qalbhom;

F’daqqa waħda se jaħarbu umiljati.

Għanja taʼ swied il-qalb li David kanta lil Ġeħova minħabba dak li qal Kus il-Benjamini.

7 Ġeħova Alla tiegħi, jien dort lejk għall-protezzjoni.

Salvani minn dawk kollha li jippersegwitawni u eħlisni.

 2 Inkella jqattgħuni* biċċiet bħalma jagħmel iljun,

Ikaxkruni u ma jkun hemm ħadd li jeħlisni.

 3 Ġeħova Alla tiegħi, jekk għandi tort,

Jekk aġixxejt b’mod inġust,

 4 Jekk pattejt bil-ħażin lil min għenni,

Jew jekk sraqt lill-għadu tiegħi għalxejn b’xejn,*

 5 Ħalli lill-għadu tiegħi jiġri warajja u jilħaqni;*

Ħallih jgħaffiġni mal-art sakemm joqtolni,

U nitħalla umiljat fit-trab. (Sela)

 6 Jekk jogħġbok Ġeħova, aġixxi u uri r-rabja tiegħek;

Ħudha kontra l-għedewwa tiegħi li huma rrabjati ħafna,

Għinni u ara li ssir ġustizzja.

 7 Ħa jinġabru madwarek il-popli,

U int taġixxi kontrihom mill-għoli.

 8 Ġeħova se jiġġudika lill-popli.

Iġġudikani, Ġeħova, u ftakar li jien tajjeb u bla ħtija.

 9 Jekk jogħġbok, waqqaf l-affarijiet ħżiena li qed jagħmlu dawk mill-agħar,

Imma ddefendi lit-tajbin,

Għax int l-Alla l-ġust li jeżamina x’hemm fil-qalb u s-sentimenti.*

10 Alla hu t-tarka tiegħi, Dak li Jsalva lil min hu onest f’qalbu.

11 Alla hu Mħallef ġust

U jikkundanna lill-ħżiena kuljum.

12 Jekk xi ħadd ikompli jagħmel il-ħażin, Alla se jsinn ix-xabla tiegħu;

Hu jilwi l-qaws tiegħu u jlestih biex jispara.

13 Hu jaqbad l-armi qerrieda tiegħu;

Iqabbad il-vleġeġ tiegħu bin-nar.

14 Hemm wieħed li qed jippjana affarijiet taʼ ħsara;

Hu jara kif ħa jaqlaʼ l-problemi u jigdeb.

15 Hu jħaffer ħofra fonda;

Imma jaqaʼ fiha hu stess.

16 Il-problemi li jaqlaʼ jiġu fuqu stess;

Il-vjolenza tiegħu se tkun taʼ ħsara għalih stess.

17 Se nfaħħar lil Ġeħova għall-ġustizzja tiegħu;

Se nfaħħar bil-kant* isem Ġeħova l-Iktar Għoli.

Lid-direttur; fuq il-Gittit.* Għanja taʼ David.

8 Mulej tagħna Ġeħova, ismek hu kbir mad-dinja kollha;

Il-glorja tiegħek hi iktar għolja mis-sema!*

 2 Minħabba l-għedewwa tiegħek, int urejt is-saħħa li għandek

Permezz tat-tifħir mingħand it-tfal u t-trabi.

Dan għamiltu biex issikket lil dawk li huma kattivi u jiħduha kontrik.

 3 Meta nara s-sema tiegħek li int ħlaqt,*

Il-qamar u l-istilel li int għamilt,

 4 Jien naħseb: ‘X’inhu l-bniedem biex int tiftakar fih,

U bin il-bniedem biex tieħu ħsiebu?’

 5 Int għamiltu ftit inqas mill-anġli,*

U żejjintu bil-glorja u s-sbuħija.

 6 Int tajtu awtorità fuq dak li ħlaqt;

U poġġejt kollox taħt il-kontroll tiegħu:

 7 In-nagħaġ, il-mogħoż, il-baqar kollha,

L-annimali slavaġ,

 8 L-għasafar, il-ħut,

U kulma jgħix fil-baħar.

 9 Mulej tagħna Ġeħova, ismek hu kbir mad-dinja kollha!

Lid-direttur; fuq Mut-labben.* Għanja taʼ David.

א [Alef]

9 Ġeħova, jien se nfaħħrek b’qalbi kollha;

Se nitkellem dwar l-affarijiet tal-għaġeb li għamilt.

 2 Se nifraħ u naqbeż bil-ferħ minħabba dak li int għamilt;

Se nfaħħar bil-kant lil* ismek l-Iktar Għoli.

ב [Bet]

 3 Meta l-għedewwa tiegħi jaħarbu,

Int se tfixkilhom u teqridhom.

 4 Għax int se tiddefendi l-kawża ġusta tiegħi;

Int tiġġudika bil-ġustizzja mit-tron tiegħek.

ג [Gimel]

 5 Int ikkundannajt il-popli u qridt il-ħżiena.

Ħadd mhu se jibqaʼ jiftakarhom iktar.

 6 L-għedewwa u l-bliet tagħhom inqerdu għal dejjem,

U huma se jiġu minsijin għalkollox.

ה [Ħe]

 7 Imma Ġeħova se jibqaʼ fuq it-tron għal dejjem,

Hu se jibqaʼ jmexxi u dejjem se jiġġudika b’mod ġust.

 8 Hu se jiġġudika lin-nies tad-dinja kollha* bil-ġustizzja;

Hu se jiġġudikahom skont dak li hu ġust.

ו [Waw]

 9 Ġeħova se jsir post taʼ protezzjoni* għal min hu ttrattat ħażin,

Post taʼ protezzjoni fi żminijiet diffiċli.

10 Dawk li jafu lil ismek se jafdaw fik,

Int qatt mhu se titlaq lil dawk li jfittxuk, Ġeħova.

ז [Żajin]

11 Faħħru bil-kant lil Ġeħova, li jgħix f’Sijon;

Tkellmu man-nies dwar dak li għamel.

12 Alla se jiftakar f’dawk li qed ibatu u se jikkastiga lil dawk li qatluhom;

Hu qatt mhu se jinsa l-għajta tagħhom għall-għajnuna.

ח [Ħet]

13 Ħenn għalija, Ġeħova; innota kemm qed inbati minħabba dawk li jobogħduni.

Int issalvani minn ħalq* il-mewt.

14 B’hekk inkun nistaʼ nitkellem fil-bibien tal-belt taʼ* Sijon dwar l-affarijiet li għamilt int u li huma taʼ min ifaħħarhom,

U nifraħ għax issalvani.

ט [Tet]

15 Il-popli waqgħu fil-ħofra li għamlu huma;

Sieqhom inqabdet fix-xibka li ħbew.

16 Ġeħova hu magħruf għall-ġudizzju tiegħu.

Il-ħżiena se jinqabdu f’nassa minħabba dak li jagħmlu.

Ħiggajon.* (Sela)

י [Jod]

17 Il-ħżiena se jmorru lejn il-Qabar,*

Il-popli kollha li jinsew lil Alla se jmorru hemm.

18 Imma Alla mhux se jinsa lill-foqra.

Dak li jittamaw għalih in-nies umli se jiġri.

כ [Kaf]

19 Agħmel xi ħaġa, Ġeħova! Tħallix bniedem jirbaħlek.

Jalla l-popli jiġu ġġudikati quddiemek.

20 Ġegħelhom jibżgħu, Ġeħova,

Ħalli jkunu jafu li huma sempliċi bnedmin. (Sela)

ל [Lamed]

10 Ġeħova, għala qiegħed tant ’il bogħod?

Għala qed tinħeba fi żminijiet diffiċli?

 2 Il-ħażin bi kburija se jiġri wara l-batut,

Imma hu stess se jinqabad f’wieħed mill-pjanijiet mill-agħar tiegħu.

 3 Għax il-ħażin jiftaħar bix-xewqat egoistiċi tiegħu

U jbierek lil min hu rgħib;*

נ [Nun]

Dan ma jirrispettahx lil Ġeħova.

 4 Minħabba l-kburija, il-ħażin ma jfittixx lil Alla;

Hu ċert li m’hemmx Alla.

 5 Hu jirnexxi f’dak li jagħmel

U qatt ma jistaʼ jifhem il-liġijiet tiegħek;

Hu jwaqqaʼ għaċ-ċajt l-għedewwa kollha tiegħu.

 6 Hu jgħid bejnu u bejn ruħu: “Qatt mhu se jiġrili xejn;*

Jien qatt mhu* se jkolli problemi.”

פ [Pe]

 7 Minn ħalqu joħorġu biss saħtiet, gideb, u theddid;

Hu juża lsienu biex jaqlaʼ l-problemi u l-inkwiet.

 8 Hu jistaħba biex jattakka ħdejn l-irħula;

Minn hemm joqtol lil xi ħadd innoċenti.

ע [Għajn]

Hu qiegħed għassa għal xi vittma.

 9 Hu jistaħba u jistenna bħal iljun fil-moħba tiegħu.

Joqgħod jistenna lill-batut

U mbagħad jaqbdu fix-xibka.

10 Il-vittma tiġi megħluba u ma tkun tistaʼ tagħmel xejn;

Id-dgħajfin jaqgħu taħt idejh.*

11 Bejnu u bejn ruħu, il-ħażin jgħid: “Alla nesa l-ħażen tiegħi.

Hu jdawwar wiċċu u qatt ma jagħti kas.”

ק [Kof]

12 Agħmel xi ħaġa, Ġeħova. Alla tiegħi, uri kemm int b’saħħtek.

Tinsiex lill-batuti.

13 Il-ħażin għala ma jirrispettax lil Alla?

Bejnu u bejn ruħu jgħid: “Alla mhux se jitlob kont minni.”

ר [Rex]

14 Int tinnota l-inkwiet u t-tbatija.

Int tara kollox u tagħmel xi ħaġa.

Il-vittma lilek tfittex;

Int tgħin lill-orfni.*

ש [Xin]

15 Ikser id ir-raġel ħażin u mill-agħar.

Ħalli meta tfittex il-ħażen tiegħu,

Ma ssibux iktar.

16 Ġeħova hu Re għal dejjem taʼ dejjem.

Il-popli ħżiena nqerdu u tneħħew mid-dinja.

ת [Taw]

17 Imma int, Ġeħova, tismaʼ t-talba tal-umli.

Int issaħħaħhom u tagħti kashom.

18 Se tara li ssir ġustizzja mal-orfni* u maʼ dawk li jiġu ttrattati ħażin,

Ħalli ma jibqgħux jibżgħu minn sempliċi bniedem.

Lid-direttur. Għanja taʼ David.

11 Jien dort lejn Ġeħova għall-protezzjoni.

Allura kif tistgħu tgħiduli:*

“Aħrab bħal għasfur lejn il-muntanja!

 2 Ara kif il-ħżiena jilwu l-qaws;

Huma jpoġġu l-vleġġa mal-qaws

Biex jisparaw lill-onesti minn post mudlam.

 3 M’hemmx ġustizzja u m’hemmx rispett lejn il-liġi.

X’jistaʼ jagħmel il-ġust?”

 4 Ġeħova qiegħed fit-tempju qaddis tiegħu.

It-tron taʼ Ġeħova qiegħed fis-sema.

Għajnejh stess jaraw u jeżaminaw lin-nies.

 5 Ġeħova jinnota kemm lit-tajjeb u kemm lill-ħażin;

Hu* jobgħod lil kull min iħobb il-vjolenza.

 6 Hu se jpoġġi n-nases* għall-ħżiena;

Se jibagħtilhom xita taʼ nar u kubrit,*

U se jikkastigahom b’riħ jaħraq.

 7 Għax Ġeħova hu ġust; hu jieħu pjaċir meta jsir dak li hu sew.

Il-ġusti se jiġu approvati minnu.*

Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda fuq noti baxxi.* Għanja taʼ David.

12 Salvani Ġeħova, għax ma baqaʼ ħadd li hu leali;

Dawk li huma ta’ min jafdahom sparixxew minn fost in-nies.

 2 In-nies jigdbu lil xulxin;

Bi kliemhom huma jfaħħru żżejjed lil oħrajn u jqarrqu bihom.*

 3 Ġeħova se jagħlaq ħalq dawk li jfaħħru lil oħrajn biex jingħoġbu,

Hu se jaqtaʼ lsien dawk li jħobbu jiftaħru

 4 U li jgħidu: “Bi kliemna se nieħdu dak li rridu.

Nistgħu ngħidu dak li jogħġobna.

Min hu sidna?”

 5 Ġeħova jgħid: “Peress li l-batuti huma maħqurin,

Peress li l-foqra qed jibku,

Jien se naġixxi u nsalvahom minn dawk li jmaqdruhom.”*

 6 Dak li jgħid Ġeħova hu perfett;

Kliemu hu bħal fidda rfinuta ġo forn tal-fuħħar,* li ġiet imnaddfa sebaʼ darbiet.

 7 Ġeħova, int se tipproteġi lil kull wieħed minnhom;

Se tipproteġihom minn dawn in-nies ħżiena.*

 8 Il-ħżiena jmorru fejn iridu,

Għax in-nies jinkuraġġixxu l-korruzzjoni.

Lid-direttur. Għanja taʼ David.

13 Ġeħova, kemm se ddum tinsieni? Għal dejjem?

Kemm se ddum taħbi wiċċek minni?

 2 Kemm se ndum* ansjuż

U b’qalbi sewda kuljum?

Kemm se jdum jirbaħli l-għadu tiegħi?

 3 Ġeħova Alla tiegħi, ħares lejja u wiġibni.

Agħtini saħħti lura* ħalli ma mmutx.

 4 B’hekk l-għadu tiegħi ma jgħidx: “Irbaħtlu!”

Tħallix lil dawk taʼ kontrija jifirħu bit-telfa tiegħi.

 5 Min-naħa tiegħi se nafda fl-imħabba u l-lealtà* tiegħek;

Qalbi se tifraħ meta ssalvani.

 6 Jien se nkanta lilek, Ġeħova, għax int tippremjani bil-kbir.

Lid-direttur. Għanja taʼ David.

14 Il-boloh* jgħidu f’qalbhom:

“Ġeħova ma jeżistix.”

Huma ħżiena u jagħmlu affarijiet mill-agħar.

M’hemm ħadd li qed jagħmel it-tajjeb.

 2 Imma Ġeħova jħares mis-sema lejn il-bnedmin

Biex jara jekk hemmx xi ħadd li hu għaqli,

U jekk hemmx xi ħadd li qed ifittex lil Ġeħova.

 3 Ħadd ma baqaʼ jagħmel dak li hu sew;

Kollha huma korrotti.

Ħadd mhu qed jagħmel it-tajjeb,

Lanqas wieħed li hu wieħed.

 4 Kif ħadd mill-ħżiena ma jifhem?

Huma jibilgħu lin-nies t’Alla bħallikieku qed jieklu l-ħobż.

Dawn ma jitolbux lil Ġeħova.

 5 Imma huma se jitwerwru,

Għax Ġeħova qiegħed man-naħa tat-tajbin.*

 6 Intom il-ħżiena tipprovaw tħarbtu l-pjanijiet tal-batuti,

Imma Ġeħova hu l-post taʼ protezzjoni tagħhom.

 7 Jalla s-salvazzjoni t’Iżrael tiġi minn Sijon!

Jalla Ġakobb u Iżrael jifirħu

Meta Ġeħova jiġbor lura n-nies tiegħu li huma lsiera.

Għanja taʼ David.

15 Ġeħova, min jistaʼ jkun mistieden fit-tinda tiegħek?

Min jistaʼ jgħix fuq il-muntanja qaddisa tiegħek?

 2 Dak li hu bla ħtija,*

Li jagħmel dak li hu tajjeb,

U jgħid il-verità f’qalbu.

 3 Hu ma jimmalafamax,

Ma jagħmilx ħsara lil ħaddieħor,

U ma jaqlax qlajjaʼ fuq sħabu.*

 4 Hu ma jagħmilhiex maʼ min hu kattiv,

Imma jonora lil dawk li jirrispettaw ħafna lil* Ġeħova.

Hu jżomm kelmtu* anki meta ma jkunx jaqbillu.

 5 Hu ma jsellifx flus bl-imgħax

U ma jaċċettax tixħim kontra l-innoċenti.

Bniedem bħal dan qatt mhu se jitfixkel.*

Miktam* taʼ David.

16 Ipproteġini Alla tiegħi, għax jien dort lejk għall-protezzjoni.

 2 Jien għedt lil Ġeħova: “Kull ħaġa tajba f’ħajti ġejja mingħandek, Ġeħova.

 3 Jien vera nieħu pjaċir bil-qaddisin fuq l-art

Li jistħoqqilhom ikunu onorati.”

 4 Dawk li huma ħerqanin biex jaqdu allat oħra jżidu l-inkwiet tagħhom.

Jien qatt mhu se nagħmel offerti tax-xorb li fihom id-demm lil allat oħrajn,

U lanqas biss se nsemmi isimhom.*

 5 Ġeħova, int is-sehem tiegħi u l-wieħed li tagħtini kulma għandi bżonn.

Int is-sehem tiegħi u l-wieħed li tberikni b’mod ġeneruż.*

Int tipproteġi l-wirt tiegħi.

 6 Il-postijiet li int kejjilt biex tagħtini bħala wirt huma sbieħ.

Jien kuntent b’dak li messni.

 7 Ġeħova, int tajtni l-pariri, u jien se nfaħħrek.

Anki matul il-lejl, il-ħsibijiet* tiegħi jikkoreġuni.

 8 Jien dejjem inżommok f’moħħi, Ġeħova.

Peress li int fuq il-lemin tiegħi, jien qatt mhu se nħossni ansjuż.*

 9 Għalhekk qalbi se tifraħ, jien* vera ferħan.

Ħajti hi protetta.

10 Għax int mhux se tħallini* fil-Qabar.*

Mhux se tħalli lil-leali tiegħek jara l-ħofra.*

11 Int turini liema hi t-triq tal-ħajja.

Li nkun miegħek iferraħni ħafna;

Li nkun fuq il-lemin tiegħek iġibli ferħ kbir għal dejjem.

Talba taʼ David.

17 Ġeħova, ismaʼ t-talba bil-ħniena tiegħi u ara li ssirli ġustizzja;

Agħti kas l-għajta tiegħi għall-għajnuna;

Ismaʼ t-talba sinċiera tiegħi.

 2 Jalla tieħu deċiżjoni ġusta għalija;

Jalla għajnejk stess jaraw dak li hu tajjeb.

 3 Int eżaminajtli qalbi anki billejl;

Int irfinajtni;

Se ssir taf li jien ma ppjanajt xejn ħażin

U li ma żbaljajtx b’dak li għedt.

 4 Ukoll, jien ma nimitax lill-ħallelin, bħalma jagħmel ħaddieħor,

Għax jien nismaʼ minnek.

 5 Jalla nibqaʼ nimxi kif tixtieqni int,

Li ma mmurx naqaʼ u ma nibqax nobdik.

 6 Alla tiegħi, jien ngħajjatlek għax naf li żgur se twiġibni.

Agħti kasi* u ismaʼ kliemi.

 7 Lil dawk li qed ifittxu protezzjoni fuq il-lemin tiegħek,

Int se ssalvahom minn dawk li qed jirribellaw kontrik.

Uri l-imħabba u l-lealtà* tiegħek billi tagħmel affarijiet mill-isbaħ.

 8 Ipproteġini bħall-mimmi t’għajnejk;

Aħbini fid-dell taʼ ġwinħajk.

 9 Ipproteġini mill-ħżiena li jattakkawni,

Mill-għedewwa tiegħi li jduruni.

10 Huma m’għadhomx iħossu għal ħaddieħor;*

Huma jitkellmu b’arroganza.

11 Issa daru lili u lil dawk li kienu miegħi

U qed ifittxu opportunità biex jagħmlulna l-ħsara.*

12 Kull wieħed minnhom hu bħal iljun imlebleb biex iqattaʼ l-annimal li qabad,

Bħal iljun b’saħħtu li jitbaxxa biex jattakka.

13 Aġixxi Ġeħova; iffaċċjahom u irbħilhom;

Salvani* mill-ħżiena bix-xabla tiegħek;

14 Ġeħova, uża s-saħħa tiegħek biex teħlisni

Min-nies ħżiena taʼ din id-dinja,* li din il-ħajja biss għandhom.

Dawn kuntenti bl-affarijiet tajbin li int tipprovdi

U jħallu wirt lill-ħafna tfal tagħhom.

15 Imma jien qed nagħmel dak li hu sewwa, u għalhekk li se tapprovani.*

Jien se nkun sodisfatt meta nqum u narak.

Lid-direttur. Mingħand David, il-qaddej taʼ Ġeħova, li ddedika din l-għanja lil Ġeħova dakinhar li Ġeħova ħelsu minn id l-għedewwa kollha tiegħu u minn id Sawl. Hu qal:

18 Ġeħova, int tagħtini s-saħħa u jien inħobbok.

 2 Ġeħova hu l-blata u l-fortizza tiegħi u Dak li jsalvani.

L-Alla tiegħi hu l-blata tiegħi, li fih nistkenn.

Hu t-tarka u l-qarn* tiegħi taʼ salvazzjoni,* u l-post taʼ protezzjoni tiegħi.*

 3 Jien ngħajjat lil Ġeħova għall-għajnuna, il-wieħed li jistħoqqlu tifħir,

U se niġi salvat mill-għedewwa tiegħi.

 4 Il-ħbula tal-mewt daru miegħi;

Dulluvju taʼ nies li mhuma tajbin għal xejn werwruni.

 5 Il-ħbula tal-Qabar* daru miegħi;

Ġejt wiċċ imb wiċċ man-nases tal-mewt.

 6 Meta kont imdejjaq għajjatt lil Ġeħova,

Lill-Alla tiegħi bqajt ngħajjatlu għall-għajnuna.

Mit-tempju tiegħu semaʼ leħni,

U l-għajta tiegħi għall-għajnuna waslet f’widnejh.

 7 Imbagħad l-art bdiet tiċċaqlaq u titriegħed;

Il-muntanji theżżu u ċċaqalqu ’l quddiem u lura għax kien irrabjat.

 8 Telaʼ duħħan minn imnieħru,

U nar li jeqred ħareġ minn ħalqu;

Ġamar jaqbad ħareġ minnu.

 9 Hu baxxa s-sema hekk kif niżel,

U kien hemm dalma kbira taħt saqajh.

10 Hu ġie jtir riekeb fuq kerubin,

U niżel sparat fuq il-ġwienaħ t’anġlu.*

11 Imbagħad tgħatta bid-dlam.

Madwaru kien hemm ilmijiet mudlama

U sħab oħxon bħala kenn.

12 Kien hemm dawl jixgħel quddiemu,

U mis-sħab niżel silġ u ġamar tan-nar.

13 Imbagħad Ġeħova beda jriegħed mis-sema;

Meta l-Iktar Għoli semmaʼ leħnu

Beda nieżel silġ u ġamar tan-nar.

14 Spara l-vleġeġ tiegħu u xerred l-għedewwa;

Faqqaʼ s-sajjetti, u tefagħhom f’konfużjoni.

15 Qiegħ l-ilmijiet* beda jidher;

Il-pedamenti tal-art inkixfu bit-theddida tiegħek

U bin-nifs qawwi minn imnieħrek, Ġeħova.

16 Tani jdejh mill-għoli;

Qabadni u tellagħni minn ilmijiet fondi.

17 Ħelisni mill-għadu b’saħħtu tiegħi,

Minn dawk li jobogħduni, li kienu iktar b’saħħithom minni.

18 Huma sfidawni f’jum l-inkwiet tiegħi,

Imma Ġeħova kien l-appoġġ tiegħi.

19 Hu ħadni f’post taʼ sigurtà;*

Ħelisni għax kien kuntent bija.

20 Ġeħova jippremjani għax aġixxejt b’ġustizzja;

Hu jippremjani skont l-innoċenza tiegħi.*

21 Għax jien nagħmel dak li trid int, Ġeħova,

Ma tlaqtx lill-Alla tiegħi, u allura m’aġixxejtx ħażin.

22 Il-ġudizzji kollha tiegħu qegħdin quddiemi;

M’iniex se ninjora l-liġijiet tiegħu.

23 Se nibqaʼ bla ħtija quddiemu,

U se nitbiegħed mill-iżball.

24 Jalla Ġeħova jippremjani għax aġixxejt b’ġustizzja,

Jippremjani skont l-innoċenza tiegħi quddiemu.

25 Maʼ xi ħadd leali, int taġixxi b’lealtà;

Maʼ min hu bla ħtija, timxi bla ħtija;

26 Maʼ min hu sinċier, int tkun sinċier,

Imma maʼ min iqarraq, int tuża l-għaqal.

27 Għax int issalva lill-umli;*

Imma lis-suppervi* se tbaxxihom.

28 Għax int tagħtini d-dawl,* Ġeħova;

Int l-Alla tiegħi li jdawwal id-dlam tiegħi.

29 Bl-għajnuna tiegħek nistaʼ niħodha kontra grupp taʼ ħallelin armati;

Bil-qawwa t’Alla nistaʼ nitlaʼ maʼ sur.

30 It-triq tal-Alla l-veru hi perfetta;

Dak li jgħid Ġeħova hu pur.*

Hu tarka għal dawk kollha li jistkennu fih.

31 Għax min hu Alla ħlief Ġeħova?

U min hu blata ħlief l-Alla tagħna?

32 L-Alla l-veru hu l-wieħed li jsaħħaħni,

Hu se jagħmel triqti perfetta.

33 Jagħmilli saqajja bħal taʼ ċerva;

Hu jqegħedni fuq postijiet għoljin.

34 Qed jittrennjani għall-gwerra;

Idejja jistgħu jgħawġu qaws tar-ram.

35 Int tagħtini t-tarka tiegħek taʼ salvazzjoni,

Idek il-leminija tappoġġani,

U l-umiltà tiegħek tigglorifikani.

36 Int twessaʼ l-passaġġ għal saqajja,

Sabiex ma naqax.

37 Jien se niġri wara l-għedewwa tiegħi u nilħaqhom;

Ma niġix lura qabel jinqerdu għalkollox.

38 Se ngħaffiġhom sabiex ma jqumux;

Se jaqgħu taħt saqajja.

39 Int se tagħtini s-saħħa għall-battalja;

Se tixħet taħti lill-għedewwa tiegħi.

40 Int se ġġiegħel lill-għedewwa tiegħi jaħarbu minni;*

U se neqred* lil dawk li jobogħduni.

41 Huma jgħajtu għall-għajnuna, imma m’hemmx min isalvahom;

Saħansitra jgħajtu lil Ġeħova, imma ma jwiġibhomx.

42 Jien se nitħanhom bħal trab fin li jtir mar-riħ;

Se narmihom bħal tajn fit-toroq.

43 Int se teħlisni min-nies li moħħhom biex isibu xi ħtija fija.

Int se tinkarigani bħala kap tal-popli.

Se jaqdini poplu li ma kontx nafu.

44 Malli jisimgħu bija, jobduni;

Il-barranin se jiġu għandi b’rashom baxxuta.

45 Il-barranin se jaqtgħu qalbhom;

Huma joħorġu jitriegħdu mill-fortizzi tagħhom.

46 Ġeħova hu ħaj! Ħa jkun imfaħħar il-Blata tiegħi!

Ħa jkun onorat l-Alla tiegħi li jsalvani.

47 L-Alla l-veru jagħmel vendetta għalija;

Hu jagħtini l-popli f’idejja.

48 Hu jeħlisni mill-għedewwa rrabjati tiegħi;

Int terfagħni fl-għoli ħalli dawk li jattakkawni ma jilħqunix;

Issalvani mir-raġel vjolenti.

49 Huwa għalhekk li se nigglorifikak fost il-popli, Ġeħova,

U lil ismek infaħħru bil-kant.*

50 Hu qed jeħles lir-re b’modi tal-għaġeb;*

Juri mħabba u lealtà* mal-magħżul* tiegħu,

Maʼ David u dawk li se jiġu minnu għal dejjem.

Lid-direttur. Għanja taʼ David.

19 Is-sema qed ixxandar il-glorja t’Alla

U titkellem dwar dak li għamel.

 2 Kuljum hi titkellem,

U kull lejl ixxandar l-għarfien dwaru.

 3 Hi ma tgħidx kelma;

Leħinha ma jinstemax.

 4 Imma hi tat xhieda* lill-art kollha,

U l-messaġġ tagħha wasal sa truf l-art.

Fis-sema hu rama tinda għax-xemx,

 5 Li qisha għarus ħiereġ mill-kamra tiegħu;

Hi tifraħ bħal raġel b’saħħtu li qed jiġri f’tellieqa.

 6 Hi toħroġ minn tarf wieħed tas-sema

U tagħmel dawra sħiħa sakemm tiġi fit-tarf l-ieħor;

U s-sħana tagħha tilħaq kullimkien.

 7 Il-liġi taʼ Ġeħova hi perfetta u terġaʼ tagħti s-saħħa.*

It-tfakkiriet taʼ Ġeħova huma taʼ min jafdahom,

Lil min hu bla esperjenza jagħmluh għaref.

 8 Ir-regoli taʼ Ġeħova huma ġusti u jferrħu l-qalb;

Il-kmandamenti taʼ Ġeħova huma nodfa u jgħinu persuna tifhem.*

 9 Ir-rispett kbir għal* Ġeħova hu taʼ benefiċċju u jibqaʼ għal dejjem.

Il-ġudizzji taʼ Ġeħova huma veri u ġusti.

10 Dawn huma mixtiqin iktar mid-deheb, iktar mid-deheb fin,*

U iktar ħelwin mill-għasel, saħansitra iktar mill-għasel pur.

11 Permezz tagħhom, int tgħallem lill-qaddej tiegħek jevita dak li hu ħażin;

Jekk jobdihom se jiġi ppremjat bil-kbir.

12 Min jistaʼ jinduna bl-iżball tiegħu stess?

Aħfirli d-dnubiet li għamilt bla ma naf.

13 Tħallinix inkun prużuntuż;

Tħallix il-prużunzjoni tikkontrollani.

B’hekk, inkun bla ħtija

U innoċenti minn dnubiet serji.*

14 Ġeħova, int il-Blata tiegħi u Dak li Jeħlisni,*

Jalla jogħġbok dak li ngħid u nimmedita fuqu.

Lid-direttur. Għanja taʼ David.

20 Jalla Ġeħova jwieġeb it-talba tiegħek f’jum it-tbatija.

Jalla isem l-Alla taʼ Ġakobb jipproteġik.

 2 Jalla jgħinek mill-post qaddis,

U jsaħħek minn Sijon.

 3 Jalla jiftakar l-offerti kollha li għamilt;

Jalla jaċċetta b’approvazzjoni* l-offerta tal-ħruq. (Sela)

 4 Jalla jagħtik dak li tixtieq qalbek

U jgħinek tirnexxi f’dak kollu li tippjana.

 5 Aħna se ngħajtu bil-ferħ għax int issalvana;

Se ngħollu l-bnadar tagħna biex infaħħru isem l-Alla tagħna.

Jalla Ġeħova jagħmel dak kollu li titolbu.

 6 Issa nafu li Ġeħova jsalva lill-magħżul* tiegħu.

Hu jwieġbu mis-sema qaddisa tiegħu

Billi bil-qawwa kbira li għandu* jġib salvazzjoni.*

 7 Xi wħud jafdaw fil-karrijiet u oħrajn fiż-żwiemel,

Imma aħna nafdaw f’isem Ġeħova l-Alla tagħna.

 8 Huma tfixklu u waqgħu,

Imma aħna qomna u rġajna waqafna dritti.

 9 Ġeħova, salva lir-re!

Hu se jwiġibna dakinhar li ngħajtulu għall-għajnuna.

Lid-direttur. Għanja taʼ David.

21 Ġeħova, ir-re jifraħ bis-saħħa li għandek;

Hu ferħan ħafna għax int issalvah!

 2 Int tajtu dak li tixtieq qalbu,

U ma ċaħħadtux minn dak li talbek. (Sela)

 3 Għax int tbierku ħafna,

U tpoġġilu kuruna tad-deheb fin* fuq rasu.

 4 Hu talbek ħajja twila,

U int tajtu ħajja twila, saħansitra għal dejjem.

 5 Il-glorja tiegħu hi kbira għax int salvajtu.

Int tajtu unur u sbuħija.

 6 Int tbierku għal dejjem;

Hu jħossu ferħan għax int miegħu.*

 7 Ir-re jafda f’Ġeħova,

Hu qatt mhu se jitfixkel,* għax l-Iktar Għoli jurih imħabba u lealtà.*

 8 Idek se taqbad lill-għedewwa kollha tiegħek;

Idek il-leminija se taqbad lil dawk li jobogħduk.

 9 Fiż-żmien li għażilt, int se teqridhom bħallikieku titfagħhom fin-nar.

Ġeħova, int se tikkastigahom meta tkun irrabjat, u n-nar se jeqridhom.

10 Lit-tfal* tagħhom se tneħħihom minn fuq l-art,

U lil dawk li jiġu minnhom se teqridhom għalkollox.

11 Għax huma kellhom il-ħsieb li jagħmlulek il-ħsara;

Il-pjanijiet ħżiena tagħhom mhux se jirnexxu.

12 Int se ġġegħelhom iduru lura u jaħarbu

Billi timmira l-qaws* tiegħek lejhom.*

13 Ġeħova, agħmel xi ħaġa u uri s-saħħa tiegħek.

Aħna se nfaħħruk bil-kant* għall-qawwa tiegħek.

Lid-direttur; fuq l-għanja taʼ* “Iċ-Ċerva taʼ Meta Jisbaħ.” Għanja taʼ David.

22 Alla tiegħi, Alla tiegħi, għala abbandunajtni?

Għala ma tiġix issalvani,

U ma tismagħnix nibki minħabba l-uġigħ?

 2 Alla tiegħi, jien nibqaʼ ngħajjatlek għall-għajnuna lejl u nhar,

U int ma twiġibnix.

 3 Imma int qaddis,

Imdawwar bit-tifħir* t’Iżrael.

 4 Missirijietna fdaw fik;

U peress li fdaw fik, int bqajt teħlishom.

 5 Huma għajtulek għall-għajnuna, u int salvajthom;

Fdaw fik, u ma kinux iddiżappuntati.*

 6 Imma jien spiċċajt imwaqqaʼ għaċ-ċajt u mmaqdar min-nies

Bħallikieku jien xi dudu, u mhux bniedem.

 7 Dawk kollha li jarawni jwaqqgħuni għaċ-ċajt;

Huma jiddieħqu bija, ixenglu rashom, u jgħidu:

 8 “Hu straħ fuq Ġeħova. Ħa jsalvah Hu!

Ħa jeħilsu Hu, la hu tant għażiż Għalih!”

 9 Int kont il-Wieħed li ħriġtni minn żaqq ommi,

Il-Wieħed li għentni nħossni protett f’idejn ommi.

10 Int ħadt ħsiebi minn mindu twilidt;

Ilek l-Alla tiegħi mindu kont f’żaqq ommi.

11 Toqgħodx ’il bogħod minni,

Għax ġej l-inkwiet u m’għandi lil ħadd ħliefek biex jgħinni.

12 Daruni ħafna għedewwa biex jattakkawni;

Qishom barrin b’saħħithom tal-art tal-Basan.

13 Huma jiftħu ħalqhom beraħ għalija,

Bħal iljun jgħajjat li jqattaʼ biċċiet il-priża tiegħu.

14 Ma baqagħlix saħħa, qisni ilma li ġie mferraʼ,

L-għadam kollu tiegħi nqalaʼ minn mal-ġogi.

Qalbi saret bħax-xemaʼ

U qed iddub ġo fija.

15 Saħħti nixfet bħal biċċa fuħħar;

Ilsieni jeħel mas-saqaf taʼ ħalqi;

Int ħadtni fil-ħofra biex immut.

16 L-għedewwa tiegħi daruni bħall-klieb;

Grupp taʼ nies ħżiena rassewni.

Qed jigdmuli jdejja u saqajja bħal iljun.

17 Nistaʼ ngħodd l-għadam tiegħi kollu.

Huma jħarsu lejja u jiċċassaw.

18 Huma qassmu ħwejġi bejniethom

U tellgħuhom bix-xorti.

19 Imma jekk jogħġbok Ġeħova, tibqax ’il bogħod minni.

Int is-saħħa tiegħi; fittex għinni.

20 Salvani* mix-xabla,

Eħlisli l-ħajja prezzjuża tiegħi* mill-klieb li qed jattakkawni;

21 Salvani minn ħalq l-iljun u mill-qrun tal-barrin slavaġ;

Wiġibni u salvani.

22 Se nxandar ismek lil ħuti;

Se nfaħħrek f’nofs il-kongregazzjoni.

23 Faħħru lil Ġeħova, intom li tirrispettawh ħafna!*

Igglorifikawh intom li tiġu minn Ġakobb!

Uruh rispett kbir intom li tiġu minn Iżrael!

24 Għax hu la għalaq għajnejh u lanqas injora l-uġigħ taʼ dak li qed ibati;

Hu ma ħebiex wiċċu minnu.

Meta għajjatlu għall-għajnuna semgħu.

25 Jien se nfaħħrek fil-kongregazzjoni l-kbira;

Se nagħmel dak li wegħedt quddiem dawk li jirrispettawk ħafna.*

26 L-umli se jieklu u jixbgħu;

Dawk li qed ifittxu lil Ġeħova se jfaħħruh.

Jalla tgawdu l-ħajja* għal dejjem.

27 In-nies kollha tal-art se jiftakru f’Ġeħova u jduru lejh.

Il-familji tal-popli kollha se jmilu quddiemu.

28 Għax Ġeħova hu r-Re;

Hu jmexxi fuq il-popli kollha.

29 Is-sinjuri* kollha tal-art se jieklu u jmilu quddiemu;

Dawk kollha li sejrin lejn it-trab se jinżlu għarkopptejhom quddiemu;

Ħadd minnhom ma jistaʼ jżomm lilu nnifsu ħaj.*

30 Dawk li se jiġu minnhom se jaqdu lilu;

Il-ġenerazzjoni taʼ warajhom se tismaʼ dwar Ġeħova.

31 Huma se jitkellmu dwar l-affarijiet ġusti tiegħu.

Huma se jgħidu lin-nies li għadhom ma twildux dwar dak li għamel.

Għanja taʼ David.

23 Ġeħova hu r-Ragħaj tiegħi.

Mhu se jonqosni xejn.

 2 Hu jiħodni f’art mimlija ħaxix biex nistrieħ.

Hu jiggwidani f’postijiet taʼ mistrieħ li fihom ħafna ilma.*

 3 Hu jsaħħaħni.*

Hu jiggwidani fit-triq it-tajba minħabba ismu.

 4 Għalkemm nimxi fil-wied li hu mudlam ħafna,

Ma nibżax li nweġġaʼ,

Għax int miegħi;

Il-bastun u l-ħatar tiegħek jgħinuni nħossni protett.*

 5 Int tlestili ikla kbira quddiem l-għedewwa tiegħi.

Tidlikli rasi biż-żejt, u jien nieħu r-ruħ;

Int timla sew it-tazza tiegħi.*

 6 Kemm indum ħaj, jien se nesperjenza l-qalb tajba u l-imħabba* tiegħek,

U se ngħix fid-dar taʼ Ġeħova għal ħajti kollha.

Għanja taʼ David.

24 Id-dinja u kulma hemm fiha huma taʼ Ġeħova,

L-art u kull min jgħix fiha huma tiegħu.

 2 Hu poġġieha fis-sod fl-ibħra

U bnieha fix-xmajjar.

 3 Min jistaʼ jitlaʼ fuq il-muntanja taʼ Ġeħova,

U min jistaʼ jkun fil-post qaddis tiegħu?

 4 Alla jgħid: “Kull min hu innoċenti u sinċier,

Min ma ħalifx b’mod falz Bija,*

U li ma ħalifx biex iqarraq b’xi ħadd.”

 5 Hu jiġi mbierek minn Ġeħova

U jiġi kkunsidrat ġust mill-Alla li jsalvah.

 6 Din hi l-ġenerazzjoni taʼ dawk li jfittxu lilek,

Taʼ dawk li jfittxu l-approvazzjoni tiegħek,* l-Alla taʼ Ġakobb. (Sela)

 7 Iftħu l-bibien ħalli jidħol ir-Re glorjuż,

Iftħu l-bibien antiki tal-belt!

 8 Min hu r-Re glorjuż?

Hu Ġeħova, li hu b’saħħtu ħafna,

Ġeħova, li ħadd ma jibda miegħu fil-gwerer.

 9 Iftħu l-bibien ħalli jidħol ir-Re glorjuż,

Iftħu l-bibien antiki tal-belt!

10 Min hu r-Re glorjuż?

Ġeħova tal-armati hu r-Re glorjuż! (Sela)

Għanja taʼ David.

א [Alef]

25 Jien lejk indur,* Ġeħova.

ב [Bet]

 2 Alla tiegħi, jien fik nafda;

Tħallinix niġi umiljat.

Tħallix l-għedewwa tiegħi jifirħu minħabba t-tbatija tiegħi.

ג [Gimel]

 3 Żgur li dawk li jafdaw fik mhux se jiġu umiljati.

Imma dawk li jqarrqu b’oħrajn għalxejn b’xejn se jiġu umiljati.

ד [Dalet]

 4 Ġeħova, għinni nifhem x’jogħġbok;

Għallimni kif għandi ngħix.

ה [Ħe]

 5 Għinni nimxi fit-triq it-tajba tiegħek u għallimni,

Għax int l-Alla li ssalvani.

ו [Waw]

Fik nittama l-ħin kollu.

ז [Żajin]

 6 Ġeħova, ftakar li int Alla li turi ħniena

U li dejjem urejt imħabba u lealtà* mal-poplu tiegħek.

ח [Ħet]

 7 Jekk jogħġbok, tiftakarx fid-dnubiet li għamilt meta kont żagħżugħ u fin-nuqqasijiet tiegħi.

Ġeħova, ftakar fija għax int tajjeb u turi mħabba u lealtà.

ט [Tet]

 8 Ġeħova hu tajjeb u ġust.

Hu għalhekk li jgħallem lill-midinbin kif għandhom jgħixu.

י [Jod]

 9 Hu se jiggwida lill-umli biex jagħmlu dak li hu tajjeb,*

U jgħallimhom dwar triqtu.

כ [Kaf]

10 Meta n-nies jagħmlu dak li Alla jgħidilhom u jżommu l-patt tiegħu,

Ġeħova dejjem se jurihom imħabba u lealtà.

ל [Lamed]

11 Ġeħova, aħfirli l-iżball tiegħi, għalkemm hu serju.

Agħmel dan minħabba ismek.

מ [Mem]

12 Jekk bniedem jirrispetta ħafna lil* Ġeħova,

Alla se jgħallmu dwar it-triq li għandu jagħżel.

נ [Nun]

13 Hu* se jesperjenza affarijiet tajbin,

U dawk li se jiġu minnu se jgħixu fuq l-art kollha.

ס [Samek]

14 Dawk li jirrispettaw ħafna lil* Ġeħova se jkollhom ħbiberija mill-qrib miegħu,

U hu jgħallimhom dwar il-patt tiegħu.

ע [Għajn]

15 Jien dejjem nistrieħ fuq Ġeħova għall-għajnuna,

Għax hu jeħlisli saqajja mix-xibka.

פ [Pe]

16 Jekk jogħġbok, agħti kasi u ħenn għalija,

Għax jien waħdi u ma nistaʼ nagħmel xejn.

צ [Sade]

17 Id-dwejjaq taʼ qalbi żdiedu ħafna;

Eħlisni mill-uġigħ kbir li għandi.

ר [Rex]

18 Ara t-tbatija u l-inkwiet li għandi,

U aħfer id-dnubiet kollha tiegħi.

19 Ara kemm għandi għedewwa

U kemm jobogħduni.

ש [Xin]

20 Ipproteġili ħajti* u salvani.

Tħallinix niġi umiljat, għax jien lejk dort għall-protezzjoni.

ת [Taw]

21 Jalla niġi protett,

Għax jien leali u nagħmel dak li hu tajjeb.

Jien fik nittama.

22 Alla tiegħi, eħles* lil Iżrael mit-tbatija kollha li għandu.

Għanja taʼ David.

26 Iġġudikani, Ġeħova, għax jien għext b’lealtà,*

Jien bqajt dejjem nafda fik, Ġeħova.

 2 Innotani sew, Ġeħova, u ara kif jien verament;

Irfinali ħsibijieti* u qalbi.

 3 Għax jien dejjem nimmedita fuq l-imħabba u l-lealtà* tiegħek,

U nimxi fit-triq it-tajba.

 4 Jien ma nagħmilhiex* maʼ nies qarrieqa;

U nevita lil dawk li jaħbu min huma.*

 5 Jien nobgħod noqgħod maʼ nies ħżiena,

U ma nagħmilhiex* maʼ dawk li huma mill-agħar.

 6 Ġeħova, se naħsel idejja biex nuri li jien innoċenti,

U se nimxi madwar l-artal tiegħek

 7 Biex nirringrazzjak b’leħen għoli,

U biex inxandar l-affarijiet tal-għaġeb li int għamilt.

 8 Ġeħova, id-dar fejn tgħix int, fejn hemm il-glorja tiegħek,

Hi prezzjuża għalija.

 9 Teqridnix* mal-midinbin,

U toqtolnix flimkien maʼ nies vjolenti,*

10 Li jagħmlu affarijiet taʼ mistħija,

U li jħobbu jaċċettaw it-tixħim.*

11 Imma min-naħa tiegħi, jien se ngħix b’lealtà.*

Eħlisni* u ħenn għalija.

12 Jien qiegħed wieqaf f’post sod;

Ġeħova, jien se nfaħħrek fil-kongregazzjoni l-kbira.*

Għanja taʼ David.

27 Ġeħova hu d-dawl tiegħi u l-wieħed li jsalvani.

Minn min se nibżaʼ?

Ġeħova hu bħal fortizza li tipproteġini.

Minn min se nitwerwer?

 2 Meta nies ħżiena, li huma għedewwa tiegħi, attakkawni biex jeqirduni,

Huma tfixklu u waqgħu.

 3 Anki jekk armata tikkampja biex tattakkani,

M’iniex se nibżaʼ.

Anki jekk tqum gwerra kontrija,

Se nibqaʼ nafda f’Alla.

 4 Ħaġa waħda tlabtu lil Ġeħova,

Din hi x-xewqa tiegħi:

Li ngħix fid-dar taʼ Ġeħova tul ħajti kollha,

Biex nara s-sbuħija taʼ Ġeħova

U biex inħares lejn it-tempju* tiegħu u napprezzah.*

 5 Għax f’jum it-tbatija hu se jaħbini fil-post taʼ kenn tiegħu;

Hu se jaħbini fil-post sigriet tat-tinda tiegħu;

Hu jqegħedni fuq blata fl-għoli.

 6 Issa qed nirbaħ lill-għedewwa tiegħi li jduruni;

Jien se noffri sagrifiċċji fit-tinda tiegħu u ngħajjat bil-ferħ;

Se nfaħħar bil-kant lil* Ġeħova.

 7 Ġeħova, ismagħni meta ngħajjatlek għall-għajnuna;

Ħenn għalija u wiġibni.

 8 Jien ftakart li int għedt:

“Fittxu li tkunu approvati minni.”*

Ġeħova, jien se nfittex li nkun approvat minnek.

 9 Taħbix wiċċek minni.

Tkeċċinix meta tkun irrabjat.

Int il-wieħed li tgħinni;

Alla tiegħi li ssalvani, tabbandunanix u titlaqnix.

10 Anki jekk missieri u ommi jabbandunawni,

Ġeħova se jilqagħni għandu.

11 Ġeħova, għallimni dwar it-triq tiegħek,

Iggwidani fit-triq it-tajba għax jien imdawwar bl-għedewwa.

12 Tagħtinix f’idejn l-għedewwa tiegħi,

Għax hemm min qed jagħti xhieda falza kontrija,

U huma jhedduni bi vjolenza.

13 Min jaf x’kien jiġri minni kieku ma kellix fidi*

Li se nesperjenza l-qalb tajba taʼ Ġeħova kemm indum ħaj!

14 Ittama f’Ġeħova;

Kun kuraġġuż u sod.

Iva, ittama f’Ġeħova.

Għanja taʼ David.

28 Ġeħova, int il-Blata tiegħi, lilek nibqaʼ ngħajjat għall-għajnuna;

Jekk jogħġbok tinjoranix.

Jekk tibqaʼ ma twiġibnix

Jien se nsir bħal dawk li neżlin fil-ħofra.*

 2 Ismagħni meta ngħajjatlek bil-ħniena għall-għajnuna,

Meta ngħolli jdejja lejn il-kamra taʼ ġewwa nett tas-santwarju tiegħek.

 3 Tkaxkarnix mal-ħżiena, maʼ dawk li jagħmlu l-ħsara.

Dawn jitkellmu bil-paċi maʼ sħabhom, imma għandhom intenzjonijiet ħżiena f’qalbhom.

 4 Ikkastigahom għal dak li jagħmlu,

Skont il-prattiki ħżiena tagħhom.

Iġġudikahom għal dak li jagħmlu b’idejhom,

Skont kif aġixxew.

 5 Għax huma ma jagħtux kas dak li jagħmel Ġeħova,

U lanqas xogħol idejh.

Hu se jwaqqagħhom u ma jqajjimhomx.

 6 Ħa jiġi mfaħħar Ġeħova,

Għax hu semagħni meta tlabtu bil-ħniena biex jgħinni.

 7 Ġeħova hu s-saħħa u t-tarka tiegħi;

Jien nafdah b’qalbi kollha.

Jien ferħan għax hu għenni.

Għalhekk, se nfaħħru bl-għanja tiegħi.

 8 Ġeħova jsaħħaħ lill-poplu tiegħu,

Hu bħal fortizza u jsalva lill-magħżul* tiegħu.

 9 Salva lill-poplu tiegħek, u bierek lill-wirt tiegħek.

Kun ir-ragħaj tagħhom u ġorrhom f’idejk għal dejjem.

Għanja taʼ David.

29 Agħtu lil Ġeħova dak li jixraqlu, intom* li għandkom il-qawwa.

Agħtu lil Ġeħova dak li jixraqlu għall-glorja u s-saħħa tiegħu.

 2 Agħtu lil Ġeħova l-glorja li tixraq lil ismu.

Milu quddiem* Ġeħova bi ħwejjeġ qaddisa.*

 3 Leħen Ġeħova jinstemaʼ minn fuq l-ilmijiet;

Il-leħen glorjuż t’Alla jinstemaʼ bħar-ragħad.

Ġeħova hu fuq ħafna ilmijiet.

 4 Leħen Ġeħova hu qawwi;

Leħen Ġeħova hu impressjonanti.

 5 Leħen Ġeħova qed ikisser is-siġar taċ-ċedri;

Iva, Ġeħova jkisser is-siġar taċ-ċedri tal-Libanu.

 6 Alla jġiegħel il-muntanji tal-Libanu jaqbżu bħal għoġol,

U l-Muntanja Sirjon bħal barri żgħir salvaġġ.

 7 Leħen Ġeħova joħroġ bi fjammi tan-nar;

 8 Leħen Ġeħova jriegħed id-deżert;

Ġeħova jriegħed id-deżert taʼ Kades.

 9 Leħen Ġeħova jġiegħel liċ-ċriev jirtogħdu u jwelldu,

U jwaqqaʼ l-weraq tas-siġar tal-foresti.*

Dawk kollha fit-tempju tiegħu jgħidu: “Faħħru lil Alla!”

10 It-tron taʼ Ġeħova hu fuq ħafna ilmijiet;*

Ġeħova hu Re u jmexxi għal dejjem.

11 Ġeħova se jsaħħaħ lill-poplu tiegħu.

Ġeħova se jbierek lill-poplu tiegħu billi jagħtihom il-paċi.

Għanja tal-inawgurazzjoni tad-dar. Għanja taʼ David.

30 Jien se nfaħħrek Ġeħova, għax int salvajtni;*

Int ma ħallejtx l-għedewwa tiegħi jifirħu minħabba t-telfa tiegħi.

 2 Ġeħova Alla tiegħi, jien għajjattlek għall-għajnuna, u int fejjaqtni.

 3 Ġeħova, int tellajtni* mill-Qabar;*

Int żammejtni ħaj; ma ħallejtnix ninżel fil-ħofra.*

 4 Faħħru bil-kant lil* Ġeħova, intom il-leali tiegħu,

Faħħru lil ismu l-qaddis;*

 5 Għax hu ma jdumx irrabjat maʼ xi ħadd,

Imma l-approvazzjoni t’Alla tibqaʼ għal ħajtu kollha.

Anki jekk filgħaxija jkun hemm il-biki, filgħodu jkun hemm il-ferħ.

 6 Meta kelli moħħi mistrieħ għedt:

“Qatt mhu se jiġrili xejn.”*

 7 Ġeħova, meta kont approvat minnek, għamiltni b’saħħti daqs muntanja.

Imma meta ħbejt wiċċek minni, jien twerwirt.

 8 Ġeħova, lilek komplejt ngħajjat għall-għajnuna;

U lilek, Ġeħova, komplejt nitlob biex turini ħniena.

 9 X’vantaġġ hemm jekk immut u ninżel fil-ħofra?*

Se jfaħħrek it-trab? Se jitkellem dwar il-lealtà tiegħek?

10 Ġeħova, ismagħni u ħenn għalija.

Għinni Ġeħova.

11 Int bdilt id-dwejjaq tiegħi fi żfin;

Int neħħejtli l-ħwejjeġ tal-ixkora, u għamiltni ferħan.*

12 Għalhekk mhux se noqgħod kwiet, imma* se nfaħħrek bil-kant.

Ġeħova Alla tiegħi, jien se nfaħħrek għal dejjem.

Lid-direttur. Għanja taʼ David.

31 Ġeħova, jien lejk dort għall-protezzjoni.

Jalla qatt ma niġi umiljat.

Eħlisni għax int ġust.

 2 Ismagħni* u eħlisni malajr.

Sir muntanja taʼ refuġju għalija,

Post iffortifikat biex issalvani.

 3 Għax int il-blata u l-fortizza tiegħi;

Minħabba ismek, int se tmexxini u tiggwidani.

 4 Int se teħlisni mix-xibka li ħbew biex jaqbduni,

Għax int il-fortizza tiegħi.

 5 Jien nafda ħajti* f’idejk.

Int fdejtni* Ġeħova, l-Alla tal-verità.*

 6 Jien nobgħodhom lil dawk li jqimu lill-idoli li ma jiswew għal xejn,

Imma jien nafda f’Ġeħova.

 7 Jien ferħan ħafna għax int turini mħabba u lealtà,*

Għax int rajt it-tbatija tiegħi;

Int konxju tad-dwejjaq kbar li għandi.*

 8 Int ma tajtnix f’idejn l-għadu,

Imma poġġejtni f’post taʼ protezzjoni.*

 9 Ġeħova, ħenn għalija għax jien imdejjaq.

Minħabba l-uġigħ kbir li għandi, il-vista tiegħi marret lura u ġismi* ddgħajjef.

10 Ħajti mimlija inkwiet u biki,

Saħħti marret lura minħabba l-iżball tiegħi;

Għadmi ddgħajjef.

11 L-għedewwa kollha tiegħi jmaqdruni,

Speċjalment il-ġirien tiegħi.

Dawk li jafuni jibżgħu minni.

Meta jarawni barra jaħarbu.

12 Jien minsi għalkollox, qisni wieħed mejjet;

Inħossni ma niswa għal xejn bħal ġarra mkissra;

13 Smajt ħafna qlajjaʼ koroh dwari;

Jien imbeżżaʼ għax qed jhedduni minn kull naħa.

Meta jinġabru flimkien kontrija,

Jippjanaw biex joqtluni.

14 Imma jien nafda fik, Ġeħova,

U ngħid li int l-Alla tiegħi.

15 Ħajti hi f’idejk.

Eħlisni minn id l-għedewwa u dawk li jippersegwitawni.

16 Urini li jien approvat minnek.

Urini mħabba u lealtà, u salvani.

17 Ġeħova, jalla ma niġix umiljat meta ngħajjatlek.

Jalla jiġu umiljati l-ħżiena;

Jalla jinżlu fil-Qabar* u jagħlqu ħalqhom.

18 Jalla jimmutaw dawk li jigdbu,

Dawk li jitkellmu b’arroganza kontra l-ġust u jmaqdruh.

19 Kemm hi kbira l-qalb tajba tiegħek!

Int lestejt ħafna affarijiet tajbin għal dawk li jirrispettawk ħafna,*

U wrejt qalb tajba quddiem kulħadd maʼ dawk li jduru lejk għall-protezzjoni.

20 Int se taħbihom fil-post sigriet tiegħek stess,

’Il bogħod minn dawk li qed jippjanaw kontrihom.

Int se taħbihom fil-post taʼ kenn tiegħek,

’Il bogħod minn dawk li jattakkawhom bi ħdura.

21 Jalla jiġi mfaħħar Ġeħova,

Għax meta kont f’belt assedjata mill-għedewwa,

Hu wrieni mħabba u lealtà b’mod tal-għaġeb.

22 Min-naħa tiegħi, jien ippanikjajt u għedt:

“Se mmut quddiemek.”

Imma meta tlabtek bil-ħniena biex tgħinni, int smajtni.

23 Ħobbu lil Ġeħova, intom il-leali kollha tiegħu.

Ġeħova jipproteġi lil dawk li juru lealtà,

Imma hu jikkastiga bl-aħrax lil kull min hu kburi.

24 Intom li qed tistennew lil Ġeħova biex jaġixxi,

Kunu kuraġġużi u sodi.

Għanja taʼ David. Maskil.*

32 Ferħan ikun dak li l-iżball tiegħu ġie maħfur,

Li d-dnub tiegħu ġie mħassar.*

 2 Ferħan ikun dak li Ġeħova ma jikkunsidrahx ħati,

Li m’hemmx qerq fih.*

 3 Meta m’għedt xejn dwar id-dnub tiegħi,

Għadmi ttiekel għax kont ansjuż il-ġurnata kollha.

 4 Għax idek* kienet tqila fuqi lejl u nhar.

Saħħti nixfet bħall-ilma li jinxef bis-sħana tas-sajf. (Sela)

 5 Fl-aħħar, ammettejt id-dnub tiegħi miegħek;

Ma ħbejtx l-iżball tiegħi.

Jien għedt: “Se nammetti n-nuqqasijiet tiegħi maʼ Ġeħova.”

U int ħfirt l-iżball u d-dnubiet tiegħi. (Sela)

 6 Għalhekk, kull min hu leali se jitlob lilek

Waqt li jkun għadu jistaʼ jersaq lejk.

Imbagħad lanqas il-problemi li huma bħal dulluvju ma jilħquh.

 7 Int post fejn nistaʼ ninħeba;

Int tipproteġini mill-inkwiet.

Se ddawwarni b’nies li jgħajtu bil-ferħ għax teħlisni. (Sela)

 8 Int għedt: “Se nagħtik l-abbiltà li tifhem u ngħallmek kif għandek tgħix.

Se nżomm għajnejja fuqek biex nipproteġik u nagħtik il-pariri.

 9 Issirx bħal żiemel jew bagħal, għax dawn ma jifhmux.

Dawn iridu jiġu kkontrollati bi lġiem jew b’ħabel maʼ ħalqhom.

B’hekk biss se jiġu ħdejk.”

10 Il-ħżiena se jbatu ħafna;

Imma min jafda f’Ġeħova jkun protett bl-imħabba u l-lealtà* tiegħu.

11 Ifirħu b’Ġeħova u kunu kuntenti, intom it-tajbin;

Għajtu bil-ferħ, intom taʼ qalb onesta.

33 Għajtu bil-ferħ minħabba Ġeħova, intom it-tajbin.

Hu xieraq li l-onesti jfaħħruh.

 2 Irringrazzjaw lil Ġeħova bl-arpa;

Faħħruh bil-kant waqt li ddoqqu* strument b’għaxar kordi.

 3 Kantawlu għanja ġdida;

Doqqu l-istrumenti bis-sengħa waqt li tgħajtu bil-ferħ.

 4 Għax dak li jgħid Ġeħova hu veru,

U tistaʼ tafdah f’kulma jagħmel.

 5 Hu jħobb dak li hu sewwa u ġust.

L-imħabba* taʼ Ġeħova tidher f’kull ħaġa li għamel fuq l-art.

 6 Bil-kmand taʼ Ġeħova nħolqot is-sema,

U bin-nifs* tiegħu kulma hemm fiha.*

 7 Hu jagħlaq l-ilma tal-baħar bħallikieku b’ħitan;

Hu jpoġġi l-baħar imqalleb fl-imħażen.

 8 Jalla d-dinja kollha tirrispetta ħafna lil* Ġeħova.

Jalla n-nies tal-art kollha juruh rispett kbir.

 9 Għax hu tkellem, u kollox beda jeżisti;

Hu ta kmand, u hekk sar.

10 Ġeħova fixkel il-pjanijiet* tal-ġnus;

Hu ħassar dak li l-popli kienu beħsiebhom jagħmlu.

11 Imma d-deċiżjonijiet taʼ Ġeħova se jibqgħu għal dejjem;

L-intenzjonijiet tiegħu ma jinbidlux minn ġenerazzjoni għal oħra.

12 Ferħan hu l-ġens li l-Alla tiegħu hu Ġeħova,

Il-poplu li hu għażel biex ikun tiegħu.

13 Ġeħova jħares mis-sema

U jara lin-nies kollha.

14 Minn fejn jgħix,

Hu jinnota lin-nies tal-art.

15 Hu l-wieħed li jagħmel il-qalb taʼ kulħadd;

Hu jeżamina dak kollu li jagħmlu.

16 Imbilli re jkollu armata kbira ma jfissirx li se jsalva;

Imbilli raġel ikun b’saħħtu ma jfissirx li se jsalva bis-saħħa tiegħu.

17 Tafdax fiż-żiemel biex tirbaħ gwerra, għax tiġi mqarraq;

Is-saħħa kbira tiegħu mhix garanzija li se taħrab.

18 Għajnejn Ġeħova huma fuq dawk li jirrispettawh ħafna*

U li qed jistennewh jurihom imħabba u lealtà.*

19 Dan jagħmlu biex jeħlishom* mill-mewt,

U jżommhom ħajjin meta jkun hemm il-ġuħ.

20 Aħna* qed nistennew lil Ġeħova jaġixxi.

Hu l-għajnuna u t-tarka tagħna.

21 Aħna nifirħu minħabba dak li jagħmel,

Għax nafdaw fl-isem qaddis tiegħu.

22 Ġeħova, jalla tibqaʼ turina mħabba u lealtà,

Waqt li aħna nibqgħu nistennew lilek biex taġixxi.

Għanja taʼ David, meta hu għamilha taʼ miġnun quddiem Abimelek, u dan keċċieh.

א [Alef]

34 Jien se nfaħħar lil Ġeħova l-ħin kollu;

Mhux se nieqaf infaħħru.

ב [Bet]

 2 Jien* se niftaħar b’Ġeħova;

L-umli se jisimgħu b’dan u jifirħu.

ג [Gimel]

 3 Agħtu glorja lil Ġeħova flimkien miegħi,

Ejja nfaħħru lil ismu flimkien.

ד [Dalet]

 4 Jien tlabt lil Ġeħova u hu wiġibni.

Hu ħelisni minn dak kollu li kien qed ibeżżagħni.

ה [Ħe]

 5 Ferħanin ikunu dawk li jafdaw fih,

Huma mhux se jkunu ddiżappuntati.

ז [Żajin]

 6 L-umli għajjatlu, u Ġeħova semgħu.

Hu salvah mit-tbatija kollha tiegħu.

ח [Ħet]

 7 L-anġlu taʼ Ġeħova jipproteġi lil dawk kollha li jirrispettaw ħafna lil* Alla,

U hu jeħlishom.

ט [Tet]

 8 Duqu u araw li Ġeħova hu tajjeb;

Ferħan ikun min idur lejh għall-protezzjoni.

י [Jod]

 9 Intom il-qaddisin tiegħu, irrispettaw ħafna lil* Ġeħova,

Għax dawk li jirrispettawh ma jkun jonqoshom xejn.

כ [Kaf]

10 Anki ljuni b’saħħithom ibatu l-ġuħ,

Imma dawk li jfittxu lil Ġeħova mhu se jonqoshom xejn.

ל [Lamed]

11 Tfal tiegħi, ejjew u isimgħuni;

Jien se ngħallimkom x’jiġifieri li tirrispettaw ħafna lil* Ġeħova.

מ [Mem]

12 Jekk tixtiequ tgawdu l-ħajja,

U tgħixu ħajja twila ferħana,

נ [Nun]

13 Oqogħdu attenti li ma tgħidux* dak li hu ħażin,

U lanqas titkellmu* bil-qerq.

ס [Samek]

14 Tbiegħdu minn dak li hu ħażin u agħmlu t-tajjeb;

Fittxu l-paċi u aħdmu għaliha.

ע [Għajn]

15 Ġeħova jżomm għajnejh fuq it-tajbin,

U hu jismagħhom meta jgħajtulu għall-għajnuna.

פ [Pe]

16 Imma Ġeħova jdawwar wiċċu minn dawk li qed jagħmlu l-ħażen,

Biex iħassar kull tifkira tagħhom minn fuq l-art.

צ [Sade]

17 It-tajbin għajtu lil Ġeħova għall-għajnuna, u hu semagħhom;

Hu ħelishom mit-tbatija kollha tagħhom.

ק [Kof]

18 Ġeħova hu qrib dawk li għandhom qalbhom maqsuma;

Hu jsalva lil dawk li huma mdejqin.*

ר [Rex]

19 It-tajjeb ikollu ħafna diffikultajiet,*

Imma Ġeħova jeħilsu minnhom kollha.

ש [Xin]

20 Hu jipproteġilu l-għadam kollu;

Lanqas waħda minnhom ma tinkiser.

ת [Taw]

21 Il-ħżiena se jiġi diżastru fuqhom u jmutu;

Dawk li jobogħdu lil min hu tajjeb se jiġu kkundannati.

22 Ġeħova qed isalva l-ħajja* tal-qaddejja tiegħu;

Kull min idur lejh għall-protezzjoni mhux se jiġi kkundannat.

Għanja taʼ David.

35 Ġeħova, iddefendi l-każ tiegħi kontra dawk li jopponuni;

Iġġieled kontra dawk li qed jiġġieldu kontrija.

 2 Aqbad it-tarka ż-żgħira* u l-kbira,

Aġixxi u pproteġini.

 3 Għolli l-lanza u l-mannara* tal-gwerra tiegħek kontra dawk li qed jiġru warajja.

Għidli:* “Jien se nsalvak.”

 4 Jalla jiġu umiljati u mġegħlin jistħu dawk li qed jipprovaw joqtluni.*

Jalla jaħarbu ddiżonorati dawk li qed jippjanaw biex jeqirduni.

 5 Jalla jsiru bħal qoxra taʼ żerriegħa fir-riħ;

Jalla l-anġlu taʼ Ġeħova jkeċċihom.

 6 Jalla minn fejn jgħaddu jkun mudlam u jiżloq,

Hekk kif l-anġlu taʼ Ġeħova jiġri warajhom.

 7 Għax għalxejn b’xejn ħbew xibka biex jaqbduni;

Għalxejn b’xejn ħaffru ħofra għalija.

 8 Jalla jiġi fuqhom diżastru għal għarrieda;

Jalla jinqabdu fix-xibka li ħbew għalija;

Jalla jaqgħu fiha u jinqerdu.

 9 Imma jien* se nifraħ minħabba dak li għamilt int, Ġeħova;

Jien se nkun kuntent peress li ssalvani.

10 B’qalbi kollha se ngħid:

“Min hu bħalek Ġeħova?

Int issalva lill-batut minn dak li hu iktar b’saħħtu minnu;

Teħles lill-batut u l-fqir minn dawk li jisirquhom.”

11 Irġiel mill-agħar ġew u taw xhieda kontrija;

Akkużawni b’affarijiet li ma nafx bihom.

12 Huma jpattuli t-tajjeb bil-ħażin.

Għalhekk, qed inħossni ddisprat.

13 Imma meta kienu ma jifilħux, jien ilbist ħwejjeġ tal-ixkora

U umiljajt ruħi bis-sawm.

Meta t-talb tiegħi ma ġiex imwieġeb,

14 Jien kont imdejjaq bħal xi ħadd li mietlu sieħbu jew ħuh;

B’qalbi sewda jien inżilt mal-art bħal xi ħadd li qed jibki lil ommu.

15 Imma meta kelli l-inkwiet jien, huma ferħu u nġabru flimkien;

Huma nġabru flimkien u nħbew biex jattakkawni;

Ma qagħdux kwieti meta attakkawni.

16 Dawk li m’għandhomx rispett lejn Alla jwaqqgħuni għaċ-ċajt bi ħdura,*

Huma jheżżu snienhom għalija.

17 Ġeħova, kemm se ddum tħares biss?

Salvani* mill-attakki tagħhom;

Eħles il-ħajja prezzjuża tiegħi* mill-iljuni b’saħħithom.

18 Imbagħad jien se nirringrazzjak fil-kongregazzjoni l-kbira;

Se nfaħħrek fost ħafna nies.

19 Tħallihomx jifirħu minħabba fija lil dawk li għalxejn b’xejn huma l-għedewwa tiegħi;

Tħallix lil dawk li jobogħduni għalxejn jiddieħqu bija.

20 Għax huma ma jitkellmux bil-paċi,

Imma jippjanaw bil-qerq kontra dawk li jgħixu fil-paċi.

21 Huma jiftħu ħalqhom beraħ biex jakkużawni,

Billi jgħidu: “Iva! Iva! Rajniek tagħmel dan.”

22 Int rajt x’għamlu, Ġeħova. Tibqax kwiet.

Ġeħova, toqgħodx ’il bogħod minni.

23 Jekk jogħġbok, agħti kasi u ddefendini,

Ġeħova Alla tiegħi, iddefendi l-każ tiegħi.

24 Ġeħova Alla tiegħi, iġġudikani skont il-livelli ġusti tiegħek;

Tħallix lill-għedewwa jifirħu minħabba t-tbatija tiegħi.

25 Jalla qatt ma jgħidu f’qalbhom: “Ħadna dak li ridna!”

Jalla qatt ma jgħidu: “Qridnieh.”

26 Jalla dawk li jifirħu minħabba l-inkwiet tiegħi

Jiġu ddiżonorati u mġegħlin jistħu.

Jalla dawk li jaħsbu li huma ħafna aħjar minni jistħu u jkunu umiljati.

27 Imma ħa jgħajtu bil-ferħ dawk li jixtiequ li niġi ddikjarat ġust;

Jalla jibqgħu jgħidu:

“Ħa jiġi mfaħħar bil-kbir Ġeħova, li jieħu pjaċir bil-paċi tal-qaddej tiegħu.”

28 Imbagħad jien se nitkellem* dwar il-ġustizzja tiegħek,

U nfaħħrek il-ġurnata kollha.

Lid-direttur. Għanja taʼ David, il-qaddej taʼ Ġeħova.

36 Il-bniedem ħażin iħalli qalbu tiġi ggwidata mid-dnub;

Hu ma jibżax minn Alla.

 2 Għax hu jiġi mqarraq bil-ħsibijiet tiegħu stess,

Tant li la jinduna bl-iżball tiegħu u lanqas jobogħdu.

 3 Kliemu jweġġaʼ u jqarraq;

Hu m’għadx għandu għaqal biex jagħmel dak li hu tajjeb.

 4 Hu jippjana kif jagħmel il-ħsara anki fuq is-sodda tiegħu.

Hu jaqbad triq li mhix tajba;

Ma jwarrabx dak li hu ħażin.

 5 Ġeħova, l-imħabba* tiegħek tasal sas-sema,

Il-lealtà tiegħek sas-sħab.

 6 Il-ġustizzja tiegħek hi bħall-muntanji li għamilt int;

Il-ġudizzji tiegħek huma bħal ilmijiet fondi ħafna.

Ġeħova, int issalva* lill-bniedem u l-annimal.

 7 Kemm huma prezzjużi l-imħabba u l-lealtà* tiegħek, Alla tiegħi!

In-nies jiġu għall-protezzjoni taħt id-dell taʼ ġwinħajk.

 8 Huma jieħdu sa ma jixbgħu mill-aqwa affarijiet* li għandek fid-dar tiegħek;

Int tagħtihom ħafna affarijiet tajbin, bħallikieku tagħtihom jixorbu minn xmara li fiha ħafna ilma.

 9 Int il-wieħed li tagħti l-ħajja;

Bid-dawl tiegħek, aħna nistgħu naraw id-dawl.

10 Kompli uri mħabba u lealtà maʼ dawk li jafuk,

U l-ġustizzja maʼ dawk taʼ qalb onesta.

11 Tħallix il-kburi jgħaffiġni b’saqajh,

Jew lil min hu ħażin ikeċċini.

12 Il-ħżiena ġew megħluba;

Huma ġew imwaqqgħin u ma jistgħux jerġgħu jqumu.

Għanja taʼ David.

א [Alef]

37 Titfixkilx* minħabba l-ħżiena

U tgħirx għal dawk li jagħmlu l-ħażin.

 2 Huma se jinxfu malajr bħall-ħaxix,

U se jisparixxu bħall-ħaxix li jkun għadu tielaʼ.

ב [Bet]

 3 Afda f’Ġeħova u agħmel dak li hu tajjeb;

Għix fil-paċi fuq l-art, u kun leali f’kulma tagħmel.

 4 Ħu pjaċir f’li taqdi lil Ġeħova,*

U hu jagħtik dak li tixtieq qalbek.

ג [Gimel]

 5 Ħalli lil Ġeħova jiggwidak,*

Strieħ fuqu, u hu se jgħinek.

 6 Hu se jagħmel is-sewwa tiegħek tiddi bħad-dawl,

U l-ġustizzja tiegħek bħax-xemx f’nofsinhar.

ד [Dalet]

 7 Stenna bil-paċenzja* lil Ġeħova biex jaġixxi.

Titfixkilx minħabba r-raġel ħażin li jirnexxi fil-pjanijiet tiegħu.

ה [Ħe]

 8 Tirrabjax u tinkorlax;

Titbaqbaqx, għax dan se jwasslek biex tagħmel il-ħażen.*

 9 Għax il-ħżiena se jinqerdu,

Imma dawk li jittamaw f’Ġeħova se jirtu l-art.

ו [Waw]

10 Ftit ieħor biss, u l-ħżiena jispiċċaw;

Int tħares fejn kienu, imma ma jkunux hemm.

11 Imma l-umli se jirtu l-art,

U se jħossuhom ferħanin ħafna bil-paċi kbira li se jkollhom.

ז [Żajin]

12 Il-ħażin jippjana kontra min hu tajjeb;

Hu jheżżeż snienu għalih.

13 Imma Ġeħova se jidħaq bih,

Għax jaf li se jasal il-jum li fih il-ħażin se jmut.

ח [Ħet]

14 Il-ħżiena joħorġu x-xabla tagħhom u jilwu l-qaws

Biex jeqirdu lill-batuti u lill-foqra,

U joqtlu lil dawk li jagħmlu s-sewwa.

15 Imma x-xabla tagħhom se tidħol f’qalbhom stess;

Il-qaws tagħhom se jinqasam.

ט [Tet]

16 Aħjar il-ftit li għandu l-ġust

Mill-ġid li għandhom ħafna ħżiena.

17 Għax il-ħżiena se tittiħdilhom il-qawwa tagħhom,

Imma Ġeħova se jappoġġa lil dawk li huma ġusti.

י [Jod]

18 Ġeħova jaf minn xiex jgħaddu dawk li huma bla ħtija,

U l-wirt tagħhom se jibqaʼ għal dejjem.

19 Huma mhux se jiġu umiljati fi żmien l-inkwiet,

U fi żmien il-ġuħ se jkollhom ħafna x’jieklu.

כ [Kaf]

20 Imma l-ħżiena se jinqerdu;

L-għedewwa taʼ Ġeħova se jispiċċaw fix-xejn bħalma jiġrilu l-ħaxix sabiħ;

Se jispiċċaw fix-xejn bħad-duħħan.

ל [Lamed]

21 Il-ħażin jissellef u ma jħallasx lura,

Imma l-ġust hu ġeneruż* u jħobb jagħti.

22 Dawk imberkin minn Alla se jirtu l-art,

Imma dawk misħutin minnu se jinqerdu.

מ [Mem]

23 Meta Ġeħova jieħu pjaċir b’dak li jagħmel xi ħadd,

Hu jurih kif għandu jgħix.*

24 Għalkemm forsi jitfixkel, mhux se jaqaʼ mal-art,

Għax Ġeħova qed iżommlu idu.

נ [Nun]

25 Jien kont żagħżugħ, u issa xjaħt,

Imma qatt ma rajt lil xi ħadd ġust jiġi abbandunat,

Jew lit-tfal tiegħu jittallbu għall-ħobż.*

26 Hu dejjem isellef minn qalbu,

U t-tfal tiegħu se jkunu mberkin minn Alla.

ס [Samek]

27 Tbiegħed mill-ħażin u agħmel dak li hu tajjeb

U se tibqaʼ tgħix għal dejjem.

28 Għax Ġeħova jħobb il-ġustizzja,

U mhux se jabbanduna lil-leali tiegħu.

ע [Għajn]

Hu dejjem se jipproteġihom;

Imma dawk li se jiġu mill-ħżiena se jeqridhom.

29 In-nies sewwa se jirtu l-art,

U jgħixu fiha għal dejjem.

פ [Pe]

30 Il-kliem taʼ min hu sewwa jgħin lil ħaddieħor ikun għaref,

U dak li jgħid hu ġust.

31 Hu se jżomm sod

Għax il-liġi tal-Alla tiegħu qiegħda f’qalbu.

צ [Sade]

32 Il-ħażin qiegħed għassa għal min hu sewwa.

Hu qed jipprova joqtlu,

33 Imma Ġeħova mhux se jħallih.

Meta min hu sewwa jiġi ġġudikat min-nies, Alla mhux se jsibu ħati.

ק [Kof]

34 Ittama f’Ġeħova u imxi fit-triq tiegħu,

U hu se jonorak u jħallik tieħu l-art.

Int se tara lill-ħżiena jinqerdu.

ר [Rex]

35 Jien rajt lil min hu ħażin u bla qalb

Jirnexxi bħalma siġra b’saħħitha tikber fil-ħamrija tagħha.

36 Imma f’daqqa waħda miet u ma deherx iktar;

Jien bqajt infittxu, imma ma sibtux.

ש [Xin]

37 Innota lil min hu bla ħtija*

U żomm quddiem għajnejk lil min hu onest,

Għax il-futur tiegħu se jkun mimli paċi.

38 Imma dawk kollha li jiksru l-liġi se jinqerdu;

In-nies ħżiena mhux se jkollhom futur.

ת [Taw]

39 Ġeħova se jsalva lil dawk li huma sewwa;

Hu l-fortizza tagħhom fi żmien l-inkwiet.

40 Ġeħova se jgħinhom u jeħlishom.

Hu se jeħlishom mill-ħżiena u jsalvahom,

Għax huma jduru lejh għall-protezzjoni.

Għanja taʼ David, bħala tfakkira.

38 Ġeħova, twiddibnix meta tkun irrabjat,

U tikkoreġinix fir-rabja tiegħek.

 2 Għax il-vleġeġ tiegħek nifduni,

U idek qed tagħfas fuqi.

 3 Għandi ġismi kollu juġagħni* minħabba r-rabja tiegħek.

Jien mhux qed inħossni sew* għax dnibt.

 4 Għax l-iżbalji tiegħi qed jagħfsu fuq rasi;

Huma bħal tagħbija tqila li ma niflaħx nerfagħha.

 5 Il-feriti tiegħi nitnu u ddennew

Minħabba l-bluha tiegħi.

 6 Jien inkwetat u għandi swied taʼ qalb kbir;

Inħossni mdejjaq il-ġurnata kollha.

 7 Qed inħossni ninħaraq bin-nar minn ġewwa;*

Ġismi kollu juġagħni.

 8 Inħossni bla saħħa u mfarrak għalkollox;

Qed nibki biki kbir għax qalbi muġugħa.

 9 Ġeħova, int taf dak kollu li nixtieq

U tismagħni meta nieħu nifs fil-fond.

10 Qalbi qed tħabbat ħafna, ma fadallix saħħa,

U l-vista tiegħi marret lura.

11 Il-ħbieb u dawk li jħobbuni jevitawni minħabba t-tbatija li għandi,

U dawk li jiġu minni jżommu ’l bogħod.

12 Dawk li qed jipprovaw joqtluni għamlu n-nases;

Dawk li qed jipprovaw iweġġgħuni jitkellmu dwar kif se jeqirduni;

Huma jippjanaw biex iqarrqu bija l-ġurnata kollha.

13 Imma jien ma kontx nismagħhom, bħal xi ħadd li ma jismax;

Ma kontx niftaħ ħalqi, bħal xi ħadd li ma jitkellimx.

14 Jien sirt bħal raġel b’nuqqas taʼ smigħ,

Li ma jistaʼ jgħid xejn biex jiddefendi ruħu.

15 Għax jien lilek stennejt biex tgħinni, Ġeħova;

U int għentni, Ġeħova Alla tiegħi.

16 Jien għedt: “Jalla ma jifirħux minħabba t-tbatija tiegħi.

Jalla ma jittrattawnix b’mod arroganti jekk nitfixkel u naqaʼ.”

17 Għax kont kważi waqajt,

U l-ħin kollu nħossni muġugħ.

18 Jien ammettejt l-iżball tiegħi;

Jien kont ansjuż minħabba d-dnub li għamilt.

19 Imma l-għedewwa tiegħi huma b’saħħithom u mimlijin enerġija;*

Dawk li jobogħduni għalxejn b’xejn żdiedu ħafna.

20 Huma pattewli t-tajjeb bil-ħażin;

Bdew jipprovaw iwaqqfuni milli nkompli nagħmel dak li hu tajjeb.

21 Ġeħova, titlaqnix.

Tibqax ’il bogħod minni, Alla tiegħi.

22 Fittex għinni, Ġeħova

Għax int il-wieħed li ssalvani.

Lid-direttur. Taʼ Ġedutun.* Għanja taʼ David.

39 Jien għedt: “Se noqgħod attent

Biex ma niżbaljax b’dak li ngħid.

Sakemm ikun hemm xi ħadd ħażin ħdejja

Mhu se ngħid xejn, qisni għamilt sarima maʼ ħalqi.”

 2 Jien ma ftaħtx ħalqi u qgħadt kwiet;

M’għedt xejn, lanqas dwar dak li hu tajjeb,

Imma l-uġigħ tiegħi baqaʼ jiżdied.

 3 Qalbi bdiet taqbad.*

Hekk kif qgħadt naħseb, in-nar baqaʼ jaqbad.

Imbagħad għedt:

 4 “Ġeħova, għinni nkun naf x’se jkun it-tmiem tiegħi,

U kemm se ndum ħaj,

Ħalli nkun naf kemm hi qasira ħajti.

 5 Int tajtni ħajja qasira;

Imqabblin miegħek, il-jiem taʼ ħajti huma vera ftit.

Bla dubju, għalkemm kull bniedem jidher li hu fis-sigurtà, hu bħal sempliċi nifs. (Sela)

 6 Il-bniedem jiġi u jmur bħal dell.

Hu jitħabat* għalxejn.

Hu jżid il-ġid bla ma jaf min se jgawdih.

 7 Allura, għal xiex għandi nittama, Ġeħova?

Int l-unika tama tiegħi.

 8 Eħlisni mid-dnubiet kollha tiegħi.

Tħallix lill-iblah iwaqqagħni għaċ-ċajt.

 9 Jien bqajt m’għedt xejn;

Ma stajtx niftaħ ħalqi,

Għax kont int li kkastigajtni.

10 Neħħi l-kastig tiegħek minn fuqi.

M’għadx għandi saħħa minħabba l-kastig tiegħek.

11 Int tikkoreġi lil xi ħadd billi tikkastigah għall-iżball tiegħu;

Int iġġib fix-xejn l-affarijiet li hu jgħożż bħalma l-kamla tiekol id-drapp.

Żgur li l-bniedem hu bħal sempliċi nifs. (Sela)

12 Ismaʼ t-talba tiegħi, Ġeħova,

Ismaʼ l-għajta tiegħi għall-għajnuna.

Tinjorax il-biki tiegħi.

Għax jien sempliċi mistieden għalik,

Resident temporanju* bħal missirijieti.

13 Tħarisx lejja meta tkun irrabjat,

Ħalli nerġaʼ nkun ferħan qabel immut.”

Lid-direttur. Għanja taʼ David.

40 Jien ittamajt għalkollox f’Ġeħova,*

U hu ta kasi* u semaʼ l-għajta tiegħi għall-għajnuna.

 2 Hu ħariġni minn ħofra b’ilmijiet iħabbtu,

Mit-tajn u l-ħama.

Hu qegħedni fuq blata;

Hu għenni nimxi fuq art soda.

 3 Imbagħad għallimni għanja ġdida,

Għanja li tfaħħar lill-Alla tagħna.

Ħafna se jibqgħu impressjonati meta jaraw dak li għamel Alla għalija

U se jafdaw f’Ġeħova.

 4 Ferħan ikun min jafda f’Ġeħova

U ma jingħaqadx mar-ribellużi jew maʼ dawk li jemmnu l-gideb.*

 5 Ġeħova Alla tiegħi, int tibqaʼ taħseb dwarna

U għamilt ħafna affarijiet tal-għaġeb għalina.

Ħadd ma jistaʼ jitqabbel miegħek.

Li kieku kelli nipprova nxandarhom u nitkellem dwarhom

Mhux se jirnexxili għax huma ħafna.

 6 Int ma xtaqtx sagrifiċċji u offerti,*

Imma għentni nismaʼ u nifhem il-kmandamenti tiegħek.

Int ma tlabtx offerti tal-ħruq u offerti għad-dnub.

 7 Imbagħad jien għedt: “Hawn jien, ġejt.

Fl-iskroll* hemm miktub dwari.

 8 Vera nieħu pjaċir* nagħmel dak li trid int, Alla tiegħi,

U l-liġi tiegħek qiegħda f’qalbi.

 9 Jien inxandar l-aħbar tajba tas-sewwa fil-kongregazzjoni l-kbira.

Ġeħova, bħalma taf sew,

Jien ma żammejtx lura milli nitkellem.

10 Dak li naf dwar is-sewwa tiegħek ma żammejtux għalija.

Jien inxandar li int Alla taʼ min jafdah u li ssalva.

Jien ma ħbejtx l-imħabba, il-lealtà,* u l-verità tiegħek mill-kongregazzjoni l-kbira.”

11 Iżżommx lura milli turini ħniena, Ġeħova.

Jalla jibqgħu jipproteġuni l-imħabba, il-lealtà, u l-verità tiegħek.

12 Id-diffikultajiet li għandi huma wisq biex ngħoddhom.

Tant għandi żbalji li ma nistax nara fejn sejjer;

Huma iktar mix-xagħar taʼ rasi,

U qtajt qalbi.

13 Jekk jogħġbok salvani, Ġeħova.

Fittex għinni, Ġeħova.

14 Jalla jiġu ddiżonorati u mġiegħla jistħu

Dawk li qed jipprovaw joqtluni.*

Jalla jaħarbu umiljati

Dawk li jieħdu gost bid-diffikultajiet tiegħi.

15 Ħa jibqgħu mbellhin bil-mistħija tagħhom

Dawk li qed iwaqqgħuni għaċ-ċajt u jgħiduli: “Ħaqqek!”

16 Ħa jifirħu u jaqbżu bil-ferħ

Dawk li qed ifittxu lilek.

Jalla dawk li jħobbu s-salvazzjoni li tiġi mingħandek

Dejjem jgħidu: “Ħa jkun imfaħħar bil-kbir Ġeħova.”

17 Jien batut u fqir;

Jalla tagħti kasi, Ġeħova.

Int l-għajnuna tiegħi u dak li jsalvani;

Iddumx biex tgħinni, Alla tiegħi.

Lid-direttur. Għanja taʼ David.

41 Ferħan ikun min jgħin lill-batut;

Ġeħova se jeħilsu f’jum it-tbatija.

 2 Ġeħova se jipproteġih u jżommu ħaj.

Oħrajn se jindunaw li hu ferħan;

Alla qatt mhu se jagħtih f’idejn l-għedewwa* tiegħu.

 3 Meta jkun marid fuq is-sodda, Ġeħova mhux se jabbandunah;

Hu se jieħu ħsiebu matul dan iż-żmien.

 4 Għax jien għedt: “Ġeħova, ħenn għalija.

Fejjaqni,* għax jien dnibt kontrik.”

 5 Bi ħdura l-għedewwa tiegħi jgħidu dwari:

“Iġri jmut ħalli ismu jintesa.”

 6 Jekk wieħed minnhom jiġi jarani, ma jkunx sinċier f’dak li jgħid.

Hu jiġbor informazzjoni li tweġġaʼ dwari,

Imbagħad joħroġ u jgħidha lil kulħadd.

 7 Dawk kollha li jobogħduni jitkellmu bejniethom minn taħt l-ilsien;

Huma qed jippjanaw li jweġġgħuni u jgħidu:

 8 “Ġiet fuqu xi ħaġa tal-biżaʼ;

Issa li qiegħed mixħut fis-sodda, mhux se jirkupra.”

 9 Anki l-ħabib tal-qalb tiegħi, li kont nafdah,

U li kien jiekol miegħi, dar kontrija.*

10 Imma int ħenn għalija u fejjaqni, Ġeħova,

Ħalli nkun nistaʼ nikkastigahom għal dak li għamlu.

11 Meta l-għadu tiegħi ma jkunx jistaʼ jirbaħli,

Inkun naf li int ferħan bija.

12 Int se tappoġġani għax jien leali lejk,

U se tkun kuntent bija għal dejjem.

13 Jalla Ġeħova l-Alla t’Iżrael jiġi mfaħħar

Għall-eternità kollha.

Ammen u Ammen.

IT-TIENI KTIEB

(Salmi 42-72)

Lid-direttur. Maskil* ta’ dawk li jiġu minn Koraħ.

42 Jien* nixtieq li naqdi lilek, Alla tiegħi,

Bħalma ċerva tixxennaq għall-ilma.

 2 Bħalma bniedem ikun bil-għatx għall-ilma, jien* għandi bżonn ħafna lill-Alla l-ħaj.

Meta nistaʼ mmur quddiem Alla?

 3 Il-ġurnata u l-lejl kollu nibki u ma nikolx;

In-nies il-ħin kollu jgħajruni u jgħiduli: “Fejn hu l-Alla tiegħek?”

 4 Jien jaqbduni dwejjaq kbar

Meta niftakar fiż-żmien li kont immur lejn id-dar t’Alla mal-folla;

Jien kont immexxihom

U matul it-triq aħna konna nifirħu;

Konna nkantaw bħal folla li tiċċelebra festa.

 5 Għala jien* iddisprat?

Għala jien inkwetat?

Jien se nistenna lil Alla biex jaġixxi.

Jien għad irrid infaħħru bħala s-Salvatur Grandjuż tiegħi.

 6 Alla tiegħi, jien* iddisprat.

Hu għalhekk li naħseb fik

Mill-art tax-Xmara Ġordan u mill-qċaċet tal-Ħermon,

Mill-Muntanja Misgħar.*

 7 Qed nismaʼ ħoss taʼ ilma ġej bis-saħħa;

Il-ħoss hu tan-nixxigħat tal-ilma tiegħek.

Il-mewġ qawwi tiegħek għadda minn fuqi.

 8 Matul il-ġurnata, Ġeħova se juri mħabba u lealtà* miegħi,

U billejl jien se nkanta dwaru;

Se nitlob lill-Alla li jagħtini l-ħajja.

 9 Jien se ngħid lil Alla, il-blata tiegħi:

“Għala nsejtni?

Għala għandi nkun imdejjaq minħabba li l-għadu jaħqarni?”

10 L-għedewwa tiegħi jgħajruni b’mibegħda kbira.*

Huma l-ħin kollu jgħajruni u jgħiduli: “Fejn hu l-Alla tiegħek?”

11 Għala jien* iddisprat?

Għala jien inkwetat?

Jien se nistenna lil Alla biex jaġixxi.

Jien għad irrid infaħħru bħala s-Salvatur Grandjuż tiegħi u l-Alla tiegħi.

43 Iġġudikani, Alla tiegħi,

Iddefendi l-każ tiegħi kontra poplu li mhux leali.

Eħlisni min-nies li jqarrqu u li jagħmlu dak li mhux sew.

 2 Għax int l-Alla tiegħi, il-fortizza tiegħi.

Għala warrabtni?

Għala għandi nkun imdejjaq minħabba li l-għedewwa jaħqruni?

 3 Ibgħat id-dawl u l-verità tiegħek.

Jalla jmexxuni;

Jalla jiggwidawni lejn il-muntanja qaddisa u t-tabernaklu kbir tiegħek.

 4 Imbagħad se nasal ħdejn l-artal tiegħek, Alla tiegħi;

Alla tiegħi, int il-wieħed li tferraħni.

Jien se nfaħħrek bl-arpa, Alla tiegħi.

 5 Għala jien* iddisprat?

Għala jien inkwetat?

Jien se nistenna lil Alla biex jaġixxi.

Jien għad irrid infaħħru bħala s-Salvatur Grandjuż tiegħi u l-Alla tiegħi.

Lid-direttur. Maskil* ta’ dawk li jiġu minn Koraħ.

44 Alla tagħna, aħna smajna;

Missirijietna rrakkontawlna

Dak li int għamilt fi żmienhom,

Żmien twil ilu.

 2 Bis-saħħa tiegħek, int keċċejt lill-popli

U tajt l-art tagħhom lil missirijietna.

Int irbaħt lill-ġnus u keċċejthom ’l hemm.

 3 Missirijietna ma ħadux l-art bis-saħħa tax-xabla tagħhom,

U ma kienx bis-saħħa taʼ jdejhom stess li rebħu.

Imma kien bis-saħħa t’idek il-leminija, il-qawwa tiegħek, u l-ħniena tiegħek,

Għax int ħabbejthom.

 4 Alla tiegħi, int ir-Re tiegħi.

Agħtih rebħa kbira* lil Ġakobb.

 5 Bis-saħħa tiegħek, aħna se nkeċċu lill-għedewwa tagħna;

F’ismek aħna se ngħaddu minn fuq dawk li jiħduha kontrina.

 6 Għax jien ma nafdax fil-qaws tiegħi,

U x-xabla tiegħi ma tistax issalvani.

 7 Int kont li salvajtna mill-għedewwa tagħna,

U li umiljajt lil dawk li jobogħduna.

 8 Alla tagħna, aħna se nfaħħruk il-ġurnata kollha,

U se nfaħħru lil ismek għal dejjem. (Sela)

 9 Imma issa warrabtna u umiljajtna,

U m’intix tmexxi l-armati tagħna.

10 Int tħalli lill-għedewwa tagħna jġegħluna naħarbu,

U lil dawk li jobogħduna jieħdu li jridu mingħandna.

11 Int tagħtina bħal nagħaġ għall-qatla;

Int ixxerridna fost il-popli.

12 Int tbigħ lill-poplu tiegħek kważi b’xejn,

U ma tagħmilx qligħ minnu.

13 Int iġġegħelna naqgħu għaċ-ċajt quddiem il-ġirien tagħna;

In-nies taʼ madwarna jgħajruna u jiddieħqu bina.

14 Int iġġegħelna niġu umiljati* fost il-popli;

Meta jħarsu lejna huma jxenglu rashom.

15 Jien inħossni umiljat il-ġurnata kollha,

U ma niflaħx ngħolli wiċċi bil-mistħija

16 Minħabba t-tgħajjir u t-twaqqigħ għaċ-ċajt,

Għax l-għadu tagħna qed jivvendika ruħu.

17 Għalkemm ġie dan kollu fuqna, aħna ma nsejniekx,

U ma ksirniex il-patt tiegħek.

18 Qalbna baqgħet leali lejk,

U bqajna fit-triq tiegħek.

19 Imma int ħallejtna nitilfu fil-post fejn jgħixu l-klieb slavaġ;

Int ġegħeltna ngħaddu minn tbatija kbira.

20 Alla tagħna, jekk insejna ismek

Jew tlabna lil xi alla ieħor,

21 Żgur li kont tinduna.

Int taf kulma għandna f’qalbna.

22 Peress li aħna l-poplu tiegħek, qed niġu maqtulin kuljum;

L-għedewwa tagħna jqisuna bħal nagħaġ għall-qatla.

23 Ġeħova, għala tibqaʼ bħallikieku rieqed?

Jekk jogħġbok, agħmel xi ħaġa.

Tibqax tabbandunana għal dejjem.

24 Għala taħbi wiċċek minna?

Għala tħallina nsofru u niġu maħqurin?

25 Aħna* ġejna umiljati sa ma sirna bħat-trab;

Aħna mixħutin mal-art u ma nistgħu nagħmlu xejn.

26 Aġixxi u għinna!

Salvana,* għax int turi mħabba u lealtà.*

Lid-direttur; fuq l-għanja taʼ* “Il-Ġilji.” Maskil* ta’ dawk li jiġu minn Koraħ. Għanja tal-imħabba.

45 Qalbi ġiet immotivata minn xi ħaġa tajba.

Jien ngħid: “L-għanja tiegħi hi* dwar re.”

Jalla kliemi jkun bħall-pinna taʼ wieħed li jikkopja* bis-sengħa.

 2 Re, int l-isbaħ wieħed mill-bnedmin.

Int titkellem bil-ħlewwa.

Hu għalhekk li Alla jbierkek għal dejjem.

 3 Orbot ix-xabla tiegħek maʼ qaddek, gwerrier kuraġġuż;

Int għandek dinjità u glorja.

 4 Uri kemm għandek glorja u oħroġ irbaħ;*

Irkeb fuq iż-żiemel tiegħek u ġġieled għal dawk umli, għall-verità, u għall-ġustizzja.

B’idek il-leminija se tagħmel* affarijiet tal-għaġeb.

 5 Re, il-vleġeġ li jaqtgħu tiegħek se jidħlu f’qalb l-għedewwa tiegħek;

Il-popli se jibqgħu jaqgħu taħtek.

 6 Alla jagħtik awtorità bħala re* għal dejjem;

Int għandek xettru taʼ re u se tmexxi bil-ġustizzja.

 7 Int tħobb il-ġustizzja u tobgħod il-ħażen.

Għalhekk, Alla inkarigak* u għamlek iktar ferħan minn sħabek ir-rejiet l-oħra.

 8 Il-ħwejjeġ kollha tiegħek għandhom riħa tfuħ taʼ mirra, sabbara, u kassja;

Il-ħoss tal-istrumenti tal-korda jferrħek mill-palazz kbir tal-avorju.

 9 Il-bniet tar-rejiet huma fost in-nisa li int tonora.

Ir-reġina qagħdet fuq il-lemin tiegħek imżejna bid-deheb fin.*

10 Binti, ismaʼ dan li se ngħidlek;

Insa n-nies tiegħek u l-familja taʼ missierek.

11 Ir-re se jkun jixtieq jarak minħabba s-sbuħija tiegħek,

Għax hu sidek.

Għalhekk mil quddiemu.

12 In-nies taʼ* Tir se jġibulek rigal;

L-iktar irġiel sinjuri se jfittxu li jiġu approvati minnek.

13 It-tifla tar-re hi sabiħa ħafna fil-palazz;*

Il-ħwejjeġ tagħha huma mżejnin* bid-deheb.

14 Hi se tittieħed għand ir-re bi ħwejjeġ fini minsuġin.

Sħabha l-verġni li mexjin warajha wkoll ittieħdu quddiemu.

15 Huma se jittieħdu għandu bil-ferħ;

Huma se jidħlu fil-palazz tar-re.

16 Re, it-tfal tiegħek se jieħdu post missirijietek.

Int tagħtihom pożizzjoni għolja* fl-art kollha.

17 Se ngħallem ismek lill-ġenerazzjonijiet kollha li ġejjin.

Għalhekk in-nies se jfaħħruk għal dejjem taʼ dejjem.

Lid-direttur. Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ. Fuq noti għoljin.*

46 Alla hu l-wieħed li jipproteġina u jsaħħaħna.

Hu dejjem jgħinna fi żmien taʼ inkwiet.

 2 Għalhekk m’aħniex se nibżgħu, avolja jsiru l-bidliet fid-dinja,

Il-muntanji jaqgħu fil-baħar fond,

 3 L-ilmijiet jitqallbu u jagħmlu l-istorbju,

U l-muntanji jitheżżu minħabba t-taqlib tal-baħar. (Sela)

 4 Hemm xmara li l-ilmijiet tagħha jferrħu l-belt t’Alla,

It-tabernaklu kbir u qaddis tal-Iktar Għoli.

 5 Alla qiegħed fil-belt; ma tistax titwaqqaʼ.

Alla se jmur jgħin lin-nies tagħha filgħodu kmieni.

 6 Il-popli qajmu storbju sħiħ, is-saltniet intrebħu;

Imma meta Alla tkellem, l-art theżżet.

 7 Ġeħova tal-armati qiegħed magħna;

L-Alla taʼ Ġakobb hu l-post taʼ protezzjoni* tagħna. (Sela)

 8 Ejjew araw x’għamel Ġeħova,

L-affarijiet tal-għaġeb li għamel fuq l-art.

 9 Hu qed iwaqqaf il-gwerer tad-dinja kollha.

Hu qed jaqsam il-qaws u l-lanza,

U jaħraq il-karrijiet tal-gwerra.*

10 “Ċedu, u kunu afu li jien Alla.

Jien se niġi onorat fost il-popli,

U onorat mad-dinja kollha.”

11 Ġeħova tal-armati qiegħed magħna;

L-Alla taʼ Ġakobb hu post taʼ protezzjoni għalina. (Sela)

Lid-direttur. Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ.

47 Ċapċpu popli kollha.

Faħħru lil Alla u għajtu bil-ferħ.

 2 Għax Ġeħova l-Iktar Għoli hu taʼ min jibżaʼ minnu u jirrispettah;

Hu Re kbir fuq l-art kollha.

 3 Hu jrażżan lill-popli taħt l-awtorità tagħna;

Hu jgħinna nirbħu l-ġnus.

 4 Hu se jagħżel il-wirt tagħna,

Li Ġakobb, li hu jħobb, hu kburi bih. (Sela)

 5 Alla telaʼ waqt li n-nies kienu qed jgħajtu bil-ferħ;

Ġeħova telaʼ waqt li n-nies kienu qed idoqqu l-qarn.*

 6 Faħħru bil-kant lil* Alla, faħħruh bil-kant.

Faħħru bil-kant lir-Re tagħna, faħħruh bil-kant.

 7 Għax Alla hu r-Re fuq l-art kollha;

Faħħruh bil-kant u kunu għaqlin.

 8 Alla sar Re fuq il-popli.

Alla joqgħod bilqiegħda fuq it-tron qaddis tiegħu.

 9 Il-mexxejja tal-popli nġabru flimkien

Mal-poplu tal-Alla t’Abraham.

Għax il-mexxejja* tal-art huma t’Alla.

Issa hu mexxej fuq kulħadd.

Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ.

48 Ġeħova hu kbir u jixraqlu kull tifħir

Ħa jiġi mfaħħar fil-belt tal-Alla tagħna, fil-muntanja qaddisa tiegħu.

 2 Il-Muntanja Sijon qiegħda l-iktar ’il bogħod fit-Tramuntana;

Hi sabiħa fil-pożizzjoni għolja tagħha u hi l-ferħ tad-dinja kollha;

Hi l-belt tar-Re Grandjuż.

 3 Fit-torrijiet iffortifikati tagħha,

Alla wera li hu post taʼ protezzjoni.*

 4 Ir-rejiet inġabru,*

U bdew resqin lejha flimkien.

 5 Meta rawha, baqgħu mistagħġbin.

Ippanikjaw u ħarbu mwerwrin.

 6 Hemmhekk, waqt li kienu qed jitriegħdu bil-biżaʼ,

Qabadhom uġigħ kbir bħal taʼ mara li tkun qed twelled.

 7 B’riħ mil-Lvant int tkisser il-vapuri taʼ Tarsis.

 8 Fil-belt taʼ Ġeħova tal-armati, fil-belt tal-Alla tagħna,

Aħna rajna dak li konna smajna dwaru.

Alla se jipproteġiha għal dejjem. (Sela)

 9 Fit-tempju tiegħek,

Aħna naħsbu dwar l-imħabba u l-lealtà* tiegħek, Alla tagħna.

10 Ismek u t-tifħir tiegħek

Se jaslu sat-truf tal-art, Alla tagħna.

Int dejjem tuża l-qawwa tiegħek biex tagħmel dak li hu tajjeb.

11 Jalla tifraħ il-Muntanja Sijon,

Jalla jifirħu l-bliet taʼ Ġuda, għax int għamilt ġustizzja.

12 Immarċjaw madwar Sijon, imxu madwarha,

Għoddu t-torrijiet tagħha.

13 Eżaminaw is-swar tagħha.

Innotaw it-torrijiet iffortifikati tagħha,

Sabiex tkunu tistgħu tgħidu dwarha lill-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

14 Għax l-Alla li għamel dan kollu,

Hu l-Alla tagħna għal dejjem taʼ dejjem.

Hu se jiggwidana għall-eternità.*

Lid-direttur. Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ.

49 Isimgħu dan, popli kollha.

Oqogħdu attenti, intom kollha li tgħixu fuq l-art,*

 2 Kemm intom is-sinjuri u anki intom il-foqra,

Nies taʼ kull xorta.

 3 Jien se nitkellem bl-għerf,

U dak li nimmedita fuqu se juri li kapaċi nifhem.

 4 Jien se noqgħod attent għal proverbju;

Se nispjega l-ħaġa moħġaġa tiegħi waqt li ndoqq l-arpa.

 5 Jien mhux se nibżaʼ fi żmien taʼ inkwiet,

Meta l-ħżiena jduruni u jipprovaw iweġġgħuni.

 6 Dawk li qed jafdaw fil-ħafna affarijiet li għandhom

U li jiftaħru bil-ġid kbir tagħhom,

 7 Ma jistgħu jeħilsu lil ħadd

U lanqas jagħtu fidwa* lil Alla għalih.

 8 (Il-prezz tal-fidwa għal ħajjithom* tant hu prezzjuż

Li qatt ma jistgħu jħallsuh.)

 9 Huma ma jistgħux jifdu lil ħaddieħor biex dan ikun jistaʼ jgħix għal dejjem u ma jmurx fil-qabar.

10 Huma jindunaw li anki nies għorrief imutu;

Il-boloh u n-nies bla raġuni jispiċċaw fix-xejn,

U jkollhom iħallu l-ġid tagħhom għal ħaddieħor.

11 Ix-xewqa tagħhom hi li djarhom jibqgħu għal dejjem,

U li t-tined tagħhom jibqgħu minn ġenerazzjoni għal oħra.

Huma semmew l-artijiet tagħhom għalihom.

12 Imma għalkemm bniedem ikun onorat, mhux se jibqaʼ ħaj;

Mhuwiex aħjar minn annimal li jmut.

13 Hekk jiġrilhom il-boloh,

U dawk li jagħmlu bħalhom, li jieħdu pjaċir bil-kliem vojt tagħhom. (Sela)

14 Huma jittieħdu fil-Qabar* bħal nagħaġ għall-qatla.

Il-mewt se tkun ir-ragħaj tagħhom;

Il-ġusti se jmexxu fuqhom filgħodu.

Mhux se jifdal traċċi tagħhom;

Minflok palazz, il-Qabar* se jkun id-dar tagħhom.

15 Imma Alla se jeħlisni* mill-Qabar,*

Għax hu se jilqagħni għandu. (Sela)

16 Tibżax jekk bniedem isir sinjur,

Jew jekk id-dar tiegħu ssir iktar lussuża,

17 Għax xejn mhu se jieħu miegħu meta jmut;

Il-lussu li jkollu mhux se jinżel miegħu fil-qabar.

18 Matul ħajtu hu jfaħħar lilu nnifsu.*

(In-nies ifaħħruk meta jkollok suċċess.)

19 Imma fl-aħħar hu se jmut bħal missirijietu.

Huma qatt mhu se jerġgħu jaraw id-dawl.

20 Bniedem li ma jifhimx dan, għalkemm ikun onorat,

Mhuwiex aħjar minn annimal li jmut.

Għanja t’Asaf.

50 Ġeħova, l-Alla tal-allat,* tkellem;

Hu jiġbor lin-nies kollha tal-art

Mil-Lvant sal-Punent.*

 2 Alla jibgħat id-dawl minn Sijon,

Li hi belt sabiħa b’mod perfett.

 3 L-Alla tagħna se jiġi u żgur se jaġixxi.

Quddiemu hemm nar li jeqred,

U madwaru hemm maltempata kbira.

 4 Hu jgħajjat lis-sema u l-art bħala xhieda

Biex jiġġudika lin-nies tiegħu. Hu jgħid:

 5 “Ġibu quddiemi lil dawk leali,

Dawk li qed jagħmlu patt miegħi permezz taʼ sagrifiċċju.”

 6 Is-sema xxandar li Alla hu ġust,

Għax Alla hu Mħallef. (Sela)

 7 Alla jgħid: “Poplu tiegħi, ismagħni għax se nitkellem;

Nies t’Iżrael, jien se nagħti xhieda kontrikom.

Jien Alla, l-Alla tagħkom.

 8 Mhux qed nikkoreġikom minħabba s-sagrifiċċji tagħkom,

U lanqas minħabba l-offerti sħaħ tal-ħruq li toffru kontinwament quddiemi.

 9 La għandi bżonn nieħu barri

U lanqas bodbod mill-maqjel tagħkom.

10 Għax kull annimal salvaġġ tal-foresta hu tiegħi,

Anki l-bhejjem tal-muntanji kollha.

11 Jien naf b’kull għasfur li hemm fil-muntanji;

L-ammont kbir t’annimali li hemm fil-kampanja huma tiegħi.

12 Li kieku kelli l-ġuħ, ma kontx ngħidilkom,

Għax l-art u kulma fiha huma tiegħi.

13 Se niekol jien il-laħam tal-barrin

U se nixrob id-demm tal-bdabad?

14 Uru l-apprezzament tagħkom lejja.

Ħa jkun dan is-sagrifiċċju li toffru.

Agħmlu bħalma wegħedtu lili, l-Iktar Għoli;

15 Għajtuli għall-għajnuna fi żmien taʼ inkwiet.

Jien se nsalvakom, u intom tfaħħruni.”

16 Imma Alla se jgħid lill-ħżiena:

“Xi dritt għandkom biex issemmu r-regoli tiegħi

U titkellmu dwar il-patt tiegħi?

17 Għax intom tobogħduha d-dixxiplina,*

U tkomplu tinjoraw kliemi.*

18 Intom tapprovaw dak li jagħmel ħalliel,*

U tkomplu tagħmluha maʼ dawk li jagħmlu adulterju.

19 Intom tkomplu titkellmu dwar dak li hu ħażin u tigdbu.

20 Intom tpoġġu m’oħrajn u titkellmu kontra ħukom stess;

Tikxfu l-iżbalji tat-tifel* t’ommkom stess.

21 Meta intom għamiltu dawn l-affarijiet, jien m’għamilt xejn.

Allura ħsibtu li jien bħalkom.

Imma issa se nikkoreġikom

U se nġib l-akkużi kontrikom.

22 Intom li tinsew lil Alla, aħsbu dwar dan jekk jogħġobkom,

Inkella neqridkom u ma jkun hemm ħadd min isalvakom.

23 Min joffrili apprezzament bħala s-sagrifiċċju, ikun qed ifaħħarni;

U dak li jkompli jagħmel it-tajjeb, se nsalvah.”

Lid-direttur. Għanja taʼ David, meta l-profeta Natan iffaċċjah wara li David kellu x’jaqsam maʼ Bat-seba.

51 Ħenn għalija, Alla tiegħi, għax int turi mħabba u lealtà.*

Ħassar id-dnubiet tiegħi għax int turi ħniena kbira.

 2 Aħsilni sew mill-iżball tiegħi,

U naddafni mid-dnub li għamilt.

 3 Għax jien naf sew li dnibt,

U d-dnub tiegħi qiegħed fuq moħħi* l-ħin kollu.

 4 L-ewwel nett, jien kontrik* dnibt;

Jien għamilt dak li hu ħażin f’għajnejk;

Għalhekk, għandek raġun tikkundannani,

U l-ġudizzju tiegħek hu ġust.

 5 Jien twilidt ħati tad-dnub,

U f’żaqq ommi kont diġà midneb.*

 6 Int tieħu pjaċir b’xi ħadd onest f’qalbu;

Urini kif nistaʼ nkun għaqli.*

 7 Naddafni mid-dnub tiegħi biż-żuf,* ħalli nkun nadif;

Aħsilni, ħalli nkun iktar abjad mis-silġ.

 8 Jalla tgħinni nerġaʼ nkun ferħan,

Minkejja li farraktli l-għadam.

 9 Tibqax tħares lejn id-dnubiet* tiegħi,

U ħassarli l-iżbalji kollha li għamilt.

10 Alla tiegħi, għinni biex ikolli xewqat tajbin,*

U ibdel il-mod taʼ kif naħseb, ħalli nkun leali lejk.

11 Tkeċċinix minn quddiemek;

U tneħħix minn fuqi l-ispirtu qaddis tiegħek.

12 Erġaʼ agħtini l-ferħ li ħassejt meta salvajtni;

Għinni nkun lest li nobdik.

13 Jien se ngħallem il-prinċipji tiegħek lil dawk li jidinbu,

Ħalli b’hekk jerġgħu lura għandek.

14 Alla tiegħi, int il-wieħed li ssalvani.

Aħfirli għax jien ħati taʼ qtil,

Ħalli b’hekk inxandar bil-ferħ il-ġustizzja tiegħek.

15 Ġeħova, agħtini s-saħħa biex nitkellem,

Ħalli nkun nistaʼ nfaħħrek.

16 Kieku int ridt sagrifiċċji, kont noffrihom;

Int ma tiħux pjaċir b’offerta sħiħa tal-ħruq.

17 Is-sagrifiċċji li int tieħu gost bihom huma l-attitudni taʼ ndiema;

Alla tiegħi, int ma tirrifjutax* qalb maqsuma u umli.

18 Agħmel dak li hu tajjeb għal Sijon;

Ibni s-swar taʼ Ġerusalemm.

19 Imbagħad int se tieħu pjaċir bis-sagrifiċċji tan-nies sewwa,

Bis-sagrifiċċji tal-ħruq u l-offerti sħaħ;

Imbagħad il-barrin se jiġu offruti fuq l-artal tiegħek.

Lid-direttur. Maskil* taʼ David. Meta Duweg l-Edomi mar jgħid lil Sawl li David kien mar fid-dar t’Aħimelek.

52 Għala tiftaħar bl-affarijiet ħżiena li tagħmel, ja raġel b’saħħtek?

Ma tafx li l-imħabba u l-lealtà* t’Alla jibqgħu għal dejjem?

 2 Ilsienek jaqtaʼ daqs xafra;

Int tippjana l-ħsara u titkellem bil-qerq.

 3 Int tħobb il-ħażin iktar mit-tajjeb,

U tigdeb minflok ma tgħid dak li hu sew. (Sela)

 4 Int tħobb kull kelma taʼ ħsara,

Ja qarrieq!

 5 Hu għalhekk li Alla se jeqirdek darba għal dejjem;

Hu jaħtfek u jkaxkrek ’il bogħod mit-tinda tiegħek;

Se jeħles minnek u ma tibqax fost in-nies ħajjin. (Sela)

 6 In-nies sewwa se jaraw dan u jibqgħu mistagħġbin;

Huma jidħqu bik u jgħidu:

 7 “Dan ir-raġel ma darx lejn Alla għall-protezzjoni,*

Imma hu fada fil-ġid kbir tiegħu,

U straħ fuq il-pjanijiet ħżiena tiegħu.”

 8 Imma jien se nkun bħal siġra taż-żebbuġ b’saħħitha fid-dar t’Alla;

Jien ċert li Alla se jħobbni u jkun leali* lejja għal dejjem taʼ dejjem.

 9 Alla tiegħi, jien se nfaħħrek għal dejjem għax int aġixxejt;

Quddiem il-leali tiegħek, jien se nuri li nafda fl-isem mill-isbaħ tiegħek.

Lid-direttur; fuq l-istil taʼ Maħalat.* Maskil* taʼ David.

53 Il-boloh* jgħidu f’qalbhom:

“Ġeħova ma jeżistix.”

Huma ħżiena u jagħmlu affarijiet mill-agħar.

M’hemm ħadd li qed jagħmel it-tajjeb.

 2 Imma Alla jħares mis-sema lejn il-bnedmin

Biex jara jekk hemmx xi ħadd li hu għaqli,

U jekk hemmx xi ħadd ifittex lil Ġeħova.

 3 Ħadd ma baqaʼ jagħmel dak li hu sew;

Kollha huma korrotti.

Ħadd mhu qed jagħmel it-tajjeb,

Lanqas wieħed li hu wieħed.

 4 Kif ħadd mill-ħżiena ma jifhem?

Huma jibilgħu lin-nies tiegħi bħallikieku qed jieklu l-ħobż.

Dawn ma jitolbux lil Ġeħova.

 5 Imma huma se jitwerwru,

B’mod li qatt ma esperjenzawh qabel,*

Għax Alla se jxerred l-għadam taʼ dawk li qed jattakkawkom.*

Intom se ġġegħluhom jistħu, għax Ġeħova telaqhom.

 6 Jalla s-salvazzjoni t’Iżrael tiġi minn Sijon!

Jalla Ġakobb u Iżrael jifirħu

Meta Ġeħova jiġbor lura n-nies tiegħu li huma lsiera.

Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda. Maskil* taʼ David. Meta ż-Żifin daħlu u qalu lil Sawl: “David qed jinħeba fostna.”

54 Salvani bis-saħħa t’ismek, Alla tiegħi.

Iddefendini* bis-saħħa tiegħek.

 2 Ismaʼ t-talba tiegħi, Alla tiegħi;

Jekk jogħġbok, oqgħod attent għal dak li qed ngħid.

 3 Għax qamu kontrija nies li ma nafhomx,

U nies bla qalb qed jipprovaw joqtluni.*

Huma ma jinteressahomx minn Alla.* (Sela)

 4 Alla Ġeħova hu dak li jgħinni;

Hu qiegħed maʼ dawk li qed jappoġġawni.*

 5 Il-ħażen li l-għedewwa tiegħi ġabu fuq ħaddieħor,

Hu se jġibu lura fuqhom.

Alla tiegħi, eqridhom* għax int leali.

 6 Jien se noffrilek sagrifiċċji mill-qalb.

Ġeħova, jien se nfaħħar lill-isem mill-isbaħ tiegħek.

 7 Għax int issalvani mit-tbatija kollha tiegħi,

U se nara lill-għedewwa tiegħi jitilfu.

Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda. Maskil* taʼ David.

55 Alla tiegħi, ismaʼ t-talba tiegħi,

U tinjoranix meta nitolbok turini ħniena.*

 2 Agħti kasi u wiġibni.

L-inkwiet li għandi mhux qed iħallini norqod,

U qed inħossni mifxul

 3 Minħabba dak li qed jgħid l-għadu tiegħi

U l-pressjoni tal-wieħed ħażin.

Għax huma jaqilgħuli l-inkwiet

U jittrattawni ħażin b’mibegħda.

 4 Qalbi muġugħa,

U jien imwerwer minħabba l-mewt.

 5 Jien nibżaʼ u nitriegħed;

It-twerwir jikkontrollani.

 6 Jien inkompli ngħid: “Mank kelli ġwienaħ bħal taʼ ħamiema!

Kieku kont intir u noqgħod f’post taʼ protezzjoni.

 7 Kieku naħrab ’il bogħod u ngħix fid-deżert. (Sela)

 8 Kont ngħaġġel biex insib post taʼ kenn.

’Il bogħod mir-riħ qawwi u mill-maltempata.”

 9 Ġeħova, ħawwadhom u fixkel il-pjanijiet tagħhom,

Għax jien rajt lin-nies jiġġieldu u jkunu vjolenti fil-belt.

10 Lejl u nhar huma jimxu fuq is-swar tagħha;

Fiha hemm ħażen u inkwiet.

11 Fiha hemm diżastru;

Fil-pjazza tagħha, in-nies dejjem jiġu maħqurin u mqarrqin.

12 Dak li qed jgħajjarni mhuwiex għadu tiegħi;

Kieku kont nissaportih.

Dak li ħadha kontrija mhuwiex wieħed li jobgħodni;

Kieku kont ninħeba minnu.

13 Imma hu bniedem bħali, li nistmah daqsi,

Il-ħabib tiegħi li naf sew.

14 Qabel konna ħbieb sew;

Konna nidħlu fid-dar t’Alla flimkien maʼ ħafna oħrajn.

15 Ħa jinqerdu l-għedewwa tiegħi!

Ħa jinżlu fil-Qabar* ħajjin;

Għax hemm il-ħażen fejn jgħixu u f’qalbhom.

16 Imma min-naħa tiegħi, jien se ngħajjat lil Alla Ġeħova għall-għajnuna,

U hu se jsalvani.

17 Jien ninkwieta u nibki filgħodu, f’nofsinhar, u filgħaxija,

U hu jismagħni.

18 Hu se jeħlisni* minn dawk li jiġġieldu kontrija u jagħtini* l-paċi,

Għax ġew ħafna kontrija.

19 Alla, li ilu fuq it-tron minn żmien twil ilu,

Se jismaʼ u jaġixxi kontrihom. (Sela)

Għax huma, dawk li m’għandhomx rispett lejn* Alla,

Mhux se jkunu jridu jinbidlu.

20 Hu* attakka lil sħabu;

Ma żammx kelmtu.

21 Kliemu hu iktar artab mill-butir,

Imma f’qalbu hu lest li jiġġieled.

Kliemu tieħu pjaċir bih bħaż-żejt,

Imma fil-fatt jaqtaʼ daqs xabla.

22 Ħalli l-ansjetajiet tiegħek f’idejn Ġeħova,

U hu jgħinek.

Hu qatt mhu se jħalli lil wieħed ġust jaqaʼ.*

23 Imma int, Alla tiegħi, se tniżżel lill-ħżiena fl-iktar ħofra fonda.

Dawk li joqtlu u jqarrqu se jmutu qabel iż-żmien.

Imma jien se nafda fik.

Lid-direttur; fuq l-għanja taʼ “Il-Ħamiema Silenzjuża li Qiegħda ’l Bogħod.” Miktam* taʼ David, meta l-Filistin qabduh f’Gat.

56 Alla tiegħi, ħenn għalija għax in-nies qed jattakkawni.*

Huma jiġġieldu miegħi u jaħqruni l-ġurnata kollha.

 2 L-għedewwa tiegħi jipprovaw jibilgħuni l-ġurnata kollha.

Ħafna jiġġieldu miegħi bi kburija.

 3 Meta nibżaʼ, nafda fik.

 4 Alla tiegħi, jien nafda fik u nfaħħrek għal kelmtek.

Alla tiegħi, jien nafda fik u mhux se nibżaʼ.

X’jistaʼ jagħmilli sempliċi bniedem?

 5 Huma jaqilgħuli l-inkwiet il-ġurnata kollha;

Ħsiebhom biss biex iweġġgħuni.

 6 Huma jistaħbew biex jattakkawni;

Joqogħdu għassa għal kull pass li nagħmel,

U jittamaw li joqtluni.

 7 Agħtihom dak li ħaqqhom minħabba l-ħażen tagħhom.

Alla tiegħi, ikkastiga lill-popli waqt li tkun irrabjat.

 8 Għalkemm jien maħrub, int taf b’kull pass li nagħmel.

Jekk jogħġbok, erfaʼ d-dmugħ tiegħi fil-flixkun tiegħek tal-ġilda.

Int ktibt dwar it-tbatija li għaddejt minnha jien fil-ktieb tiegħek.

 9 Dakinhar li ngħajjat għall-għajnuna, l-għedewwa tiegħi se jaħarbu.

Jien ċert li int fuq in-naħa tiegħi.

10 Alla tiegħi, jien nafda fik u nfaħħrek għal kelmtek.

Ġeħova, jien nafda fik u nfaħħrek għal kelmtek.

11 Alla tiegħi, jien nafda fik u mhux se nibżaʼ.

X’jistaʼ jagħmilli sempliċi bniedem?

12 Alla tiegħi, jien marbut bil-wegħdi li għamiltlek.

Bħala sagrifiċċju, jien se noffri l-apprezzament tiegħi.

13 Għax int ħlistni* mill-mewt u ma ħallejtnix nitfixkel,

Biex b’hekk naqdik,* Alla tiegħi.

Lid-direttur; fuq l-għanja taʼ “Teqridnix.” Miktam* taʼ David, meta ħarab minn Sawl u mar fl-għar.

57 Ħenn għalija, Alla tiegħi, ħenn għalija,

Għax jien* indur lejk għall-protezzjoni,

U nfittex il-protezzjoni taħt ġwinħajk sakemm jgħaddi l-inkwiet.

 2 Jien ngħajjat għall-għajnuna lill-Alla l-Iktar Għoli,

Lill-Alla l-veru li se jeħlisni minn din it-tbatija.

 3 Hu se jibgħatli l-għajnuna mis-sema u jsalvani.

Hu se jfixkel lil dawk li qed jipprovaw jibilgħuni. (Sela)

Alla se jurini mħabba u lealtà.*

 4 Jien* imdawwar bl-iljuni;

Ikolli nimtedd biex norqod maʼ nies li jridu jibilgħuni,

Li snienhom huma bħal lanez u vleġeġ,

U lsienhom jaqtaʼ daqs xabla.

 5 Uri l-kobor tiegħek fis-sema, Alla tiegħi;

Jalla d-dinja kollha tara l-glorja tiegħek.

 6 Huma ppreparaw xibka biex jaqbduni fiha;

Jien* qed inbati ħafna.

Huma ħaffru ħofra minn fejn ngħaddi jien,

Imma waqgħu fiha huma stess. (Sela)

 7 Qalbi hi leali lejk, Alla tiegħi,

Qalbi hi leali lejk.

Jien se nfaħħrek bil-kant u l-mużika.

 8 Jien se nqum, jien se nqum qabel ma titlaʼ x-xemx.*

Irrid indoqq l-arpa u strumenti tal-korda oħra.

 9 Ġeħova, jien se nfaħħrek fost il-popli;

Se nfaħħrek bil-kant* fost il-ġnus.

10 L-imħabba* tiegħek tant hi kbira li tasal sas-sema,

U l-lealtà tiegħek sas-sħab.

11 Uri l-kobor tiegħek fis-sema, Alla tiegħi;

Jalla d-dinja kollha tara l-glorja tiegħek.

Lid-direttur; fuq l-għanja taʼ “Teqridnix.” Miktam* taʼ David.

58 Kif tistgħu ma tgħidu xejn meta suppost qed titkellmu dwar is-sewwa?

Tistgħu tiġġudikaw b’mod ġust?

 2 Le, minflok intom tippjanaw dak li hu ħażin f’qalbkom,

U taġixxu b’mod vjolenti fuq din l-art.

 3 Il-ħżiena jaqbdu triq ħażina* mindu jitwieldu;*

Huma diżubbidjenti u giddibin mit-twelid.

 4 Kliemhom hu bħall-velenu tas-sriep;

Huma bħall-kobra li ma tridx tismaʼ,

 5 Li ma tismax mil-leħen tas-sħaħar,

Avolja huma tas-sengħa.

 6 Alla tiegħi, tajrilhom snienhom minn ħalqhom!

Ġeħova, kisser ix-xedaq taʼ dawn l-iljuni!

 7 Jalla jiġu fix-xejn bħalma jiġrilu l-ilma meta jinxef il-wied;

Jalla tilwi l-qaws u twaqqagħhom bil-vleġeġ tiegħek.

 8 Jalla jkunu bħal bebbuxu li qed jinxef;*

Jalla jkunu bħal tarbija li titwieled mejta u qatt ma tara x-xemx.

 9 Int tqabbad in-nar bl-għollieqa,

Imma qabel ma l-borma tiġi taħraq,

Alla se jibgħat riħ taʼ maltempata

Li se jkaxkar kemm l-għollieqa mxarrba u anki n-niexfa.

10 Il-ġust se jifraħ għax ikun ra l-vendetta fuq in-nies ħżiena.

Hu se jimxi fuq id-demm tagħhom.

11 In-nies se jgħidu: “Żgur li l-ġust se jiġi ppremjat.

Żgur li hemm Alla li jiġġudika d-dinja.”

Lid-direttur; fuq l-għanja taʼ “Teqridnix.” Miktam* taʼ David, meta Sawl bagħat xi rġiel għassa mad-dar taʼ David biex joqtluh.

59 Alla tiegħi, salvani mill-għedewwa;

Ipproteġini minn dawk li qed jiħduha kontrija.

 2 Eħlisni minn dawk li jagħmlu l-ħażin,

U salvani min-nies vjolenti.

 3 Ġeħova, irġiel b’saħħithom jistaħbew u jattakkawni,

Imma mhux għax irribellajt jew dnibt.

 4 Għalkemm m’għamilt xejn ħażin,

Huma jippreparaw malajr biex jattakkawni.

Ejja għinni meta ngħajjatlek u ara x’qed jagħmlu.

 5 Għax int l-Alla t’Iżrael, Alla Ġeħova tal-armati.

Agħmel xi ħaġa, u ara x’qed jagħmlu l-popli.

Turihomx ħniena lil dawn it-tradituri kattivi. (Sela)

 6 Huma jiġu lura kull filgħaxija,

Jinbħu bħall-klieb u jduru mal-belt.

 7 Minn ħalqhom joħroġ kliem li jweġġaʼ;

Xofftejhom huma bħal xwabel,

Għax huma jgħidu: “Min se jkun jaf li aħna għedna hekk?”

 8 Imma int, Ġeħova, se tidħaq bihom;

Int se tiddieħaq bil-popli kollha.

 9 Alla tiegħi, int is-Saħħa tiegħi,

Jien se nkompli nistenna lilek biex taġixxi,

Għax int il-post taʼ protezzjoni* tiegħi.

10 Alla tiegħi, int se tħallini nara l-għedewwa tiegħi jitilfu;

Int li turini mħabba u lealtà* se tiġi tgħinni.

11 Toqtolhomx għalissa, ħalli n-nies tiegħi ma jinsewx l-affarijiet li int għamilt.

Ġeħova, it-tarka tagħna, uża l-qawwa tiegħek biex iġġegħelhom jiġru ’l hemm u ’l hawn bħala maħrubin,

Imbagħad neħħilhom il-qawwa li għandhom.

12 Jalla jitfixklu minħabba l-kburija tagħhom,

Għax huma jidinbu b’dak li jgħidu;

Għax huma jisħtu lin-nies u jqarrqu.

13 Eqridhom waqt li tkun irrabjat;

Eqridhom ħalli ma jeżistux iktar.

Urihom li int qed tmexxi fuq dawk li jiġu minn Ġakobb u l-art kollha. (Sela)

14 Ħallihom jiġu lura kull filgħaxija,

Jinbħu bħall-klieb u jduru mal-belt.

15 Ħallihom iduru ’l hemm u ’l hawn ifittxu l-ikel;

Tħallihomx jixbgħu jew isibu post fejn jorqdu.

16 Imma min-naħa tiegħi, jien se nkanta dwar is-saħħa tiegħek;

Filgħodu se nitkellem dwar l-imħabba u l-lealtà tiegħek bil-ferħ.

Għax int il-post taʼ protezzjoni tiegħi

U post fejn nistaʼ naħrab fi żmien l-inkwiet.

17 Alla tiegħi, int is-Saħħa tiegħi, jien se nfaħħrek bil-kant,*

Għax int il-post taʼ protezzjoni tiegħi u l-Alla li jurini mħabba u lealtà.

Lid-direttur; fuq l-għanja taʼ “Il-Ġilju tat-Tfakkira.” Miktam* taʼ David biex jintuża għat-tagħlim. Meta David iġġieled kontra Aram-naħarajm u Aram-Soba, u Ġowab mar lura u qatel 12,000 Edomi f’Wied il-Melħ.

60 Alla tagħna, int warrabtna u farraktna.

Int kont irrabjat magħna;

Imma issa ilqagħna lura.

 2 Int regħedt l-art u qsamtha.

Sewwiha għax qed taqaʼ biċċiet.

 3 Int ġegħelt lill-poplu tiegħek ibati.

Int tajtna nixorbu l-inbid li ġegħelna nixxenglu.

 4 Agħti* sinjal lil dawk li għandhom rispett kbir lejk,*

Biex b’hekk jaħarbu u jevitaw il-vleġġa. (Sela)

 5 Eħlisna bil-qawwa tiegħek* u wieġeb it-talba tagħna,

Sabiex dawk li int tħobb jiġu salvati.

 6 L-Alla l-qaddis qal:*

“Jien se nifraħ meta nagħti lil Sikem bħala wirt,

U naqsam u nagħti l-Wied* taʼ Sukkot lil min irrid jien.

 7 Gilegħad u Manasse huma tiegħi,

Efrajm hu l-elmu* għal rasi,

U Ġuda hu l-bastun li juri l-awtorità tiegħi.

 8 Mowab hu l-friskatur fejn naħsel saqajja.

Jien se nitfaʼ s-sandli tiegħi fuq Edom.

Jien se ngħajjat bil-ferħ għax se nirbaħ lill-Filistja.”

 9 Min se jiħodni lejn il-belt assedjata?*

Min se jmexxini sa Edom?

10 Alla tiegħi, int se tagħtina dik ir-rebħa!

Imma int warrabtna

U mhux qed tmexxi l-armati tagħna.

11 Għinna fi żmien taʼ inkwiet,

Għax għalxejn nittamaw li niġu salvati mill-bniedem.

12 Permezz t’Alla, aħna se jkollna s-saħħa,

U hu se jgħaffeġ lill-għedewwa tagħna.

Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda. Għanja taʼ David.

61 Alla tiegħi, ismagħni meta ngħajjatlek għall-għajnuna.

Agħti kas it-talba tiegħi.

 2 Meta qalbi tkun iddisprata*

Jien ngħajjatlek għall-għajnuna minn truf l-art.

Ħudni fuq blata għolja.

 3 Għax int il-wieħed li tipproteġini,

Torri b’saħħtu li jipproteġini mill-għedewwa tiegħi.

 4 Jien se nkun mistieden fit-tinda tiegħek għal dejjem;

Se nistkenn taħt il-ġwienaħ tiegħek. (Sela)

 5 Għax int, Alla tiegħi, smajt il-wegħdi li għamilt jien.

Tajtni l-wirt taʼ dawk li jirrispettaw ħafna lil* ismek.

 6 Int se ttawwal il-ħajja tar-re,

U hu se jibqaʼ jgħix għal ħafna snin.

 7 Hu se joqgħod bilqiegħda fuq it-tron* quddiemek għal dejjem;

Jalla l-imħabba u l-lealtà* tiegħek jipproteġuh.

 8 Imbagħad se nfaħħar bil-kant lil* ismek għal dejjem

Hekk kif jum wara jum nagħmel dak li wegħedt.

Lid-direttur; taʼ Ġedutun.* Għanja taʼ David.

62 Jien* se nistenna bil-paċenzja lil Alla biex jaġixxi.

Hu se jsalvani.

 2 Fil-fatt, hu l-blata u l-wieħed li jsalvani;

Hu l-post taʼ protezzjoni* tiegħi;

Jien qatt mhu se niġi mfixkel għalkollox.

 3 Kemm se ddumu tattakkaw lil xi ħadd sabiex toqtluh?

Intom perikolużi bħal ħajt immejjel li daqt jaqaʼ.*

 4 Għax intom tiftiehmu bejnietkom biex tniżżluh mill-pożizzjoni għolja* tiegħu;

Intom tieħdu pjaċir tigdbu.

Taparsi tbierku lil xi ħadd, imma f’qalbkom tkunu qed tisħtuh. (Sela)

 5 Jien* se nistenna bil-paċenzja lil Alla biex jaġixxi

Għax jien fih nittama.

 6 Fil-fatt, hu l-blata u l-wieħed li jsalvani;

Hu l-post taʼ protezzjoni tiegħi;

Jien qatt mhu se niġi mfixkel għalkollox.

 7 Minn Alla jiġu s-salvazzjoni u l-glorja tiegħi.

Hu l-blata b’saħħitha u l-protezzjoni tiegħi.

 8 Afda fih il-ħin kollu, poplu tiegħi.

Iftaħ qalbek miegħu.

Alla hu l-protezzjoni tagħna. (Sela)

 9 Il-bnedmin huma sempliċi nifs.

In-nies mhux taʼ min jafdahom.

Meta jitqiegħdu flimkien fuq miżien, huma eħfef minn sempliċi nifs.

10 Tafdawx fil-frodi għas-suċċess,

U tittamawx fis-serq biex issiru sinjuri.

Jekk jiżdidilkom il-ġid, torbtux qalbkom miegħu.

11 Jien smajt lil Alla jgħidli darbtejn

Li s-saħħa tiġi mingħandu.

12 Ġeħova, int turi mħabba u lealtà,*

Għax int tagħti lil kulħadd skont dak li ħaqqu.

Għanja taʼ David, meta kien fid-deżert taʼ Ġuda.

63 Alla, int l-Alla tiegħi, jien nibqaʼ nfittxek.

Għandi* bżonnok bħalma xi ħadd bil-għatx għandu bżonn l-ilma.

Jien* dgħajjef għax nixtieq ħafna li tkun ħdejja

F’din l-art niexfa u xotta, fejn m’hawnx ilma.

 2 Meta kont inkun fil-post qaddis,

Jien rajt is-saħħa u l-glorja tiegħek u qisni rajt lilek.

 3 Jien se nfaħħrek

Għax l-imħabba u l-lealtà* tiegħek huma aħjar mill-ħajja.

 4 Jien se nfaħħrek ħajti kollha;

Se ngħajjat lil ismek u nitlob lilek.

 5 Jien* kuntent bl-aqwa affarijiet li tagħtini,

Għalhekk se nfaħħrek bil-ferħ.

 6 Waqt li nkun fuq is-sodda, jien niftakar fik,

Il-lejl kollu nimmedita fuqek.

 7 Int il-wieħed li tgħinni,

Għalhekk se nkanta bil-ferħ taħt id-dell taʼ ġwinħajk.

 8 Jien* bqajt qrib tiegħek;

U int żammejtni sew b’idek il-leminija.

 9 Imma dawk li qed jipprovaw joqtluni,*

Se jispiċċaw fil-qabar.

10 Huma se jinqerdu bix-xabla

U jsiru ikel għall-klieb slavaġ.*

11 Imma r-re se jifraħ minħabba dak li se jagħmel għalih Alla.

Kull min jaħlef b’Alla se jfaħħru,*

Għax dawk li jigdbu se jiġu msikktin.

Lid-direttur. Għanja taʼ David.

64 Alla tiegħi, ismagħni hekk kif nitolbok bil-ħniena.

Ipproteġini mill-attakki tal-biżaʼ tal-għedewwa.

 2 Iddefendini mill-pjanijiet sigrieti tal-ħżiena,

Mill-folla li tagħmel il-ħażen.

 3 Huma jsinnu lsienhom bħal xabla;

Jimmiraw il-kliem kattiv tagħhom bħal vleġeġ,

 4 Biex jisparaw lil xi ħadd innoċenti minn fejn huma moħbijin.

Jisparawlu f’daqqa u bla biżaʼ taʼ xejn.

 5 Huma jinkuraġġixxu lil xulxin biex jagħmlu l-ħażen;*

Jiddiskutu flimkien kif se jaħbu n-nases tagħhom

U jgħidu: “Ħadd mhu se jarahom.”

 6 Huma jipprovaw isibu modi ġodda taʼ kif jagħmlu l-ħażen;

Bil-moħbi huma jagħmlu pjanijiet makakki;

Ħadd ma jistaʼ jsib tarf il-ħsibijiet tagħhom.

 7 Imma Alla se jisparalhom vleġġa;

F’daqqa waħda jispiċċaw feruti.

 8 Kliemhom stess se jwassalhom għall-qerda.

Dawk li jaraw dan se jxenglu rashom.

 9 Imbagħad il-bnedmin kollha se jibżgħu

U jitkellmu dwar dak li għamel Alla.

Huma se jifhmu dak li għamel.

10 Il-ġust se jifraħ b’Ġeħova u jdur lejh għall-protezzjoni;

Dawk kollha taʼ qalb onesta se jfaħħruh.*

Lid-direttur. Għanja taʼ David.

65 Alla tagħna, int se tiġi mfaħħar fuq il-Muntanja Sijon;

Aħna se nagħmlu dak li wegħedniek.

 2 Semmiegħ it-talb, għandek jiġu kull tip taʼ nies.

 3 L-iżbalji tiegħi jkissruni.

Imma int taħfer in-nuqqasijiet tagħna.

 4 Ferħan ikun dak li int tagħżlu u tistiednu jersaq lejk

Biex joqgħod fil-btieħi tat-tempju tiegħek.

Aħna se nkunu kuntenti bl-affarijiet tajbin kollha li se ningħataw fid-dar tiegħek,

It-tempju* qaddis tiegħek.

 5 Alla tagħna, int il-wieħed li ssalvana.

Int se twieġeb it-talb tagħna bl-affarijiet tal-għaġeb u ġusti li tagħmel.

In-nies tad-dinja kollha jafdaw fik,

Anki dawk li jgħixu ’l bogħod ħdejn il-baħar.

 6 Bil-qawwa tiegħek poġġejt il-muntanji f’posthom;

Int b’saħħtek ħafna.

 7 Int tikkalma l-baħar imqalleb,

Il-ħoss kbir tal-mewġ, u l-konfużjoni tal-popli.

 8 Dawk li joqogħdu f’postijiet imwarrbin se jibqgħu impressjonati bl-affarijiet li tagħmel;

Minħabba dak li tagħmel, nies li joqogħdu mil-Lvant sal-Punent se jgħajtu bil-ferħ.

 9 Int tieħu ħsieb l-art;

Għamiltha b’ħamrija tajba u tipproduċi b’abbundanza.

Int imlejt ix-xmajjar bl-ilma;

Int tipprovdi ikel għan-nies.

B’dan il-mod ħlaqt id-dinja.

10 Int ixxarrab u twitti l-ħamrija;*

Int trattabha b’ħalbiet taʼ xita; tbierek il-prodott li tagħti.

11 Kull sena, int tagħti abbundanza t’affarijiet tajbin;

Kull fejn tmur, int tbierek bil-kbir.

12 Il-partijiet tad-deżert fejn jirgħaw l-annimali huma mimlijin ħaxix,

U l-għoljiet mimlijin bil-ferħ.

13 Il-postijiet fejn jirgħaw l-annimali huma mimlijin bl-imrieħel,

U l-widien* huma miksijin bil-qamħ.

L-art kollha tgħajjat bil-ferħ u tkanta.

Lid-direttur. Għanja.

66 Nies tal-art kollha, għajtu bil-ferħ u faħħru lil Alla.

 2 Faħħru bil-kant lil* ismu glorjuż.

Igglorifikawh u faħħruh.

 3 Għidu lil Alla: “Dak li tagħmel hu tal-għaġeb!

L-għedewwa tiegħek se jiġu għandek imbeżżgħin

Minħabba l-qawwa kbira tiegħek.

 4 In-nies kollha se jmilu quddiemek,

Huma se jfaħħruk bil-kant;

Se jfaħħru bil-kant lil ismek.” (Sela)

 5 Ejjew araw x’għamel Alla.

Dak li għamel għan-nies hu tal-għaġeb.

 6 Hu bidel il-baħar f’art niexfa;

Il-poplu qasam ix-xmara bil-mixi.

Hemmhekk bdejna nifirħu minħabba dak li għamel għalina.

 7 Hu jmexxi għal dejjem bil-qawwa tiegħu.

Hu jżomm għajnejh fuq il-popli.

Dawk taʼ rashom iebsa m’għandhomx jitkabbru. (Sela)

 8 Faħħru lill-Alla tagħna, intom il-popli,

U ħa jiġi mfaħħar b’leħen għoli.

 9 Hu jżommna ħajjin,*

Ma jħalliniex nitfixklu.*

10 Għax int eżaminajtna, Alla tagħna;

Int irfinajtna bħalma tiġi rfinuta l-fidda.

11 Int qbadtna f’xibka;

Int taqqaltna bil-problemi.*

12 Int ħallejt lin-nies jgħaddu minn fuqna;*

Aħna batejna bħallikieku għaddejna min-nar u l-ilma;

Imbagħad ħadtna f’post taʼ mistrieħ.

13 Jien se niġi fid-dar tiegħek b’offerti sħaħ tal-ħruq;

Jien se nżomm kelmti,

14 Dak li wegħedtek meta kont għaddej mill-inkwiet.

15 Se noffrilek offerti tal-ħruq t’annimali msemmnin

Mad-duħħan tas-sagrifiċċji tal-imtaten.

Jien se noffri barrin mal-bdabad. (Sela)

16 Intom li għandkom rispett kbir lejn* Alla, ejjew isimgħu,

U jien ngħidilkom dak li għamel għalija.*

17 Jien għajjattlu għall-għajnuna u gglorifikajtu.

18 Kieku jien żammejt f’qalbi,

Ġeħova ma kienx jismagħni.

19 Imma Alla semagħni;

Ta kas it-talba tiegħi.

20 Ħa jkun imfaħħar Alla, li aċċetta t-talba tiegħi

U wrieni mħabba u lealtà.*

Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda. Għanja.

67 Alla tagħna, int se tħenn għalina u tberikna;

Se turi li ferħan bina (Sela)

 2 Biex l-art kollha tkun taf kif taġixxi int,

U l-popli kollha jkunu jafu li int il-wieħed li ssalva.

 3 Ħa jfaħħruk il-popli, Alla tagħna;

Ħa jfaħħruk il-popli kollha.

 4 Ħa jifirħu u jgħajtu bil-ferħ il-popli,

Għax int se tiġġudikahom b’mod ġust.

Int se tiggwida l-ġnus tal-art. (Sela)

 5 Ħa jfaħħruk il-popli, Alla tagħna;

Ħa jfaħħruk il-popli kollha.

 6 L-art se tagħti l-prodott tagħha;

L-Alla tagħna se jberikna.

 7 Alla se jberikna,

U n-nies kollha tal-art se jonorawh.*

Lid-direttur. Għanja taʼ David.

68 Ħa jaġixxi Alla, ħa jinxterdu l-għedewwa tiegħu,

U ħa jaħarbu minn quddiemu dawk li jobogħduh.

 2 Keċċihom ’l hemm bħalma r-riħ itajjar id-duħħan;

Jalla l-ħżiena jisparixxu minn quddiem Alla

Bħalma x-xemaʼ tinħall bin-nar.

 3 Imma ħa jifirħu l-ġusti;

Ħa jifirħu bil-kbir quddiem Alla;

Ħa jaqbżu bil-ferħ.

 4 Kantaw lil Alla, faħħru bil-kant lil* ismu;

Kantaw lil Dak li għaddej mid-deżert.*

Ismu hu Jah!* Ifirħu quddiemu.

 5 Mill-post qaddis fejn jgħix,

Alla hu missier għall-orfni* u wieħed li jipproteġi* lir-romol.

 6 Alla jagħti dar lil min hu waħdu;

Jeħles lill-ħabsin u jgħinhom jirnexxu.

Imma dawk taʼ rashom iebsa* jkollhom jgħixu f’art niexfa.

 7 Alla tagħna, meta mexxejt* lill-poplu tiegħek,

U meta mmarċjajt fid-deżert, (Sela)

 8 L-art theżżet;

Niżlet ix-xita mis-sema minħabba fik;

Alla t’Iżrael, il-Muntanja Sinaj theżżet minħabba fik.

 9 Int bgħatt ħafna xita, Alla tagħna;

Int saħħaħt il-poplu* tiegħek meta kien għajjien.

10 Huma għexu fit-tined tiegħek;

Alla tagħna, int ipprovdejt għall-foqra għax qalbek tajba.

11 Ġeħova jagħti l-kmand;

In-nisa li jxandru l-aħbar tajba huma armata kbira.

12 Ir-rejiet u l-armati tagħhom jaħarbu.

Il-mara li tibqaʼ d-dar tirċievi sehem mill-affarijiet tal-għedewwa.

13 Anki jekk ikollkom tgħaddu l-lejl ħdejn ħuġġieġa,*

Se jkollkom ħamiema li l-ġwienaħ tagħha huma miksijin bil-fidda

U r-rix tal-ġwienaħ tagħha hu tad-deheb fin.*

14 Meta Dak li Jistaʼ Kollox xerred lir-rejiet fil-pajjiż,

Niżlet* il-borra fiż-Żalmon.

15 Il-muntanja tal-Basan hi muntanja t’Alla;

Il-muntanja tal-Basan hi muntanja b’ħafna għoljiet.

16 Muntanji bl-għoljiet, għala qed tħarsu b’għira

Lejn il-muntanja li Alla għażel* bħala post fejn jgħix?

Ġeħova se jgħix hemmhekk għal dejjem.

17 Alla għandu eluf u eluf ta’ karrijiet tal-gwerra.

Ġeħova mar fil-post qaddis mis-Sinaj.

18 Int tlajt fl-għoli;

Ħadt irġiel bħala lsiera;

Ħadthom bħala rigali,

Iva Jah, Alla tagħna, ħadt anki lil dawk taʼ rashom iebsa sabiex int tgħix fosthom.

19 Ħa jkun imfaħħar Ġeħova, li jġorr it-toqol tagħna kuljum,

L-Alla l-veru li jsalvana. (Sela)

20 L-Alla l-veru hu Alla li jsalvana;

Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* jeħlisna mill-mewt.

21 Alla se jfarrak ras l-għedewwa tiegħu,

Ras dawk li jkomplu jidinbu.*

22 Ġeħova qal: “Se nġibhom lura mill-Basan;

Se ntellagħhom minn qiegħ il-baħar,

23 Sabiex intom timxu fuq id-demm tagħhom,

U l-klieb tagħkom jilagħqu d-demm tal-għedewwa.”

24 Alla tiegħi, in-nies se jaraw il-parata tar-rebħa tal-poplu tiegħek,

Il-parata tal-Alla tiegħi, ir-Re tiegħi, li sejra lejn il-post qaddis.

25 Il-kantanti jimxu fuq quddiem,

Warajhom it-tfajliet idoqqu t-tanburlini,

U mbagħad dawk li jdoqqu l-istrumenti tal-korda.

26 Faħħru lil Alla fil-folol miġburin flimkien;*

Faħħru lil Ġeħova, intom li ngħatajtu l-ħajja minn Missier Iżrael.

27 Hemmhekk Benjamin, l-iżgħar wieħed, qed irażżanhom,

Anki l-kapijiet taʼ Ġuda bil-folla storbjuża tagħhom,

Il-kapijiet taʼ Żebulun, u l-kapijiet taʼ Naftali.

28 L-Alla tagħkom iddeċieda li intom se tkunu b’saħħitkom.

Alla li aġixxejt għalina, uri s-saħħa tiegħek.

29 Ir-rejiet se jġibulek ir-rigali

Fit-tempju tiegħek f’Ġerusalemm.

30 Ikkontrolla l-bhejjem slavaġ li jgħixu qalb il-qasab,

U l-merħla tal-barrin u ż-żgħar tagħhom,

Sakemm in-nies imilu quddiemek u jġibu* biċċiet tal-fidda.

Imma lil dawk li jieħdu pjaċir bil-gwerer xerridhom.

31 Mill-Eġittu se jinġiebu affarijiet tal-bronż;*

In-nies taʼ Kus se jħaffu biex jagħtu rigali lil Alla.

32 Saltniet tal-art, kantaw lil Alla,

Faħħru bil-kant lil* Ġeħova, (Sela)

33 Il-wieħed li jgħaddi mill-ogħla sema li ilha minn żmien twil ilu.

Il-leħen qawwi tiegħu jinstemaʼ qisu ragħad.

34 Faħħru lil Alla għas-saħħa tiegħu.

Hu se juri l-kobor tiegħu m’Iżrael

U s-saħħa tiegħu mis-sema.*

35 In-nies għandhom jibżgħu u jirrispettaw lill-Alla li qiegħed fil-post qaddis tiegħu.

Hu l-Alla t’Iżrael, li jagħti s-saħħa u l-qawwa lill-poplu tiegħu.

Ħa jkun imfaħħar Alla.

Lid-direttur; fuq l-għanja taʼ “Il-Ġilji.” Għanja taʼ David.

69 Alla tiegħi, salvani, għax l-ilmijiet daqt jgħerrquni.*

 2 Jien għeriqt f’ħama fond, fejn m’hemmx art soda.

Jien spiċċajt f’ilmijiet fondi,

U l-kurrent ġarrni miegħu.

 3 Jien għejejt u nħnaqt ngħajjat għall-għajnuna;

Il-vista tiegħi marret lura tant kemm ilni nistenna lil Alla biex jaġixxi.

 4 Dawk li jobogħduni għalxejn huma iktar mix-xagħar taʼ rasi.

Dawk li jixtiequ joqtluni, l-għedewwa qarrieqa tiegħi,* żdiedu ħafna.

Kelli nagħti dak li ma sraqtx.

 5 Alla tiegħi, int taf kemm jien iblah

U taʼ xiex jien ħati.

 6 Is-Sid taʼ Kollox,* Ġeħova tal-armati,

Jalla dawk li jittamaw fik ma jkollhomx għalfejn jistħu minħabba fija.

Alla t’Iżrael,

Jalla dawk li jfittxuk ma jiġux umiljati minħabba fija.

 7 In-nies jgħajruni għax naqdik;

Jien vera ġejt umiljat.

 8 Jien sirt stranġier għal ħuti;

Sirt barrani għat-tfal t’ommi.

 9 Iż-żelu għad-dar tiegħek hu bħal nar jaqbad ġo fija,

U t-tmaqdir taʼ dawk li jmaqdru lilek ġie fuqi.

10 Meta umiljajt ruħi u somt,*

Ġejt ikkritikat.

11 Meta lbist ħwejjeġ tal-ixkora,

Ġejt imwaqqaʼ għaċ-ċajt.*

12 Jien qiegħed fi lsien dawk bilqiegħda f’bieb il-belt.

Dawk fis-sakra jkantaw dwari.

13 Imma jalla t-talba tiegħi tasal għandek f’ħin li turini ħniena, Ġeħova.

Alla tiegħi, uri li int il-wieħed leali li ssalvani,

Għax int turi mħabba u lealtà.*

14 Eħlisni mill-ħama;

Tħallinix negħreq.

Eħlisni minn dawk li jobogħduni

U mill-ilmijiet fondi.

15 Tħallix il-kurrent qawwi tal-ilma jġorrni miegħu,

Tħallinix negħreq f’ilma fond,

U tħallix il-bir* jiblagħni.

16 Wiġibni Ġeħova, għax int tħobbni.*

Agħti kasi għax int ħanin ħafna,

17 U taħbix wiċċek minni.

Wiġibni malajr għax qiegħed f’sitwazzjoni diffiċli.

18 Ejja qrib u eħlisni;*

Salvani* mill-għedewwa tiegħi.

19 Int taf kemm qed niġi mgħajjar, iddiżonorat, u umiljat.

Int tara l-għedewwa kollha tiegħi.

20 It-tgħajjir qasamli qalbi, u l-ferita ma tistax tfiq.*

Kont qed nittama li xi ħadd jifhimni, imma ma kien hemm ħadd,

U li nsib lil xi ħadd li jinkuraġġini, imma ma sibt lil ħadd.

21 Imma minflok ikel, tawni velenu,*

U xħin qabadni l-għatx, tawni l-ħall.

22 Jalla l-mejda tagħhom issir nassa għalihom,

U l-ħafna ġid li għandhom isir nasba.

23 Jalla ma jibqgħux jaraw,

U jalla* jitriegħdu l-ħin kollu bil-biżaʼ.

24 Uri r-rabja tiegħek lejhom,

U jalla r-rabja kbira tiegħek tilħaqhom.

25 Jalla l-post fejn jgħixu* jsir ħerba;

Ħa ma jgħix ħadd fit-tined tagħhom.

26 Għax huma jiġru wara dak li int weġġajt,

U jibqgħu jitkellmu dwar it-tbatija li int ġibt fuq xi nies.

27 Ħa jkunu iktar ħatja milli huma,

U jalla ma jibbenefikawx mill-ġustizzja tiegħek.

28 Ħa jiġi mħassar isimhom mill-ktieb tal-ħajja,*

U ħa ma jitniżżilx maʼ tal-ġusti.

29 Alla tiegħi, jien muġugħ u qed inbati.

Jalla ssalvani u tipproteġini.

30 Jien se nfaħħar bil-kant isem Alla,

U se nagħtih glorja u nirringrazzjah.

31 Għal Ġeħova dan ikun aħjar minn barri,

Aħjar minn barri żgħir* bil-qrun u d-dwiefer.

32 L-umli se jifirħu meta jaraw il-qawwa li Alla għandu biex isalva.

Agħmlu l-kuraġġ, intom li qed tfittxu lil Alla.

33 Għax Ġeħova qed jismaʼ lill-foqra,

U mhux se jobgħod lin-nies tiegħu li huma lsiera.

34 Ħa jfaħħruh is-sema u l-art,

U l-baħar u kulma hemm fih.

35 Għax Alla se jsalva lil Sijon

U se jerġaʼ jibni l-bliet taʼ Ġuda.

L-art se jagħtiha lin-nies tiegħu u se jgħixu fiha.

36 Dawk li jiġu mill-qaddejja tiegħu se jirtuha,

U dawk li jħobbu lil ismu se jgħixu fiha.

Lid-direttur. Għanja taʼ David, bħala tfakkira.

70 Salvani, Alla tiegħi;

Fittex għinni, Ġeħova.

 2 Jalla jiġu ddiżonorati u mġiegħla jistħu

Dawk li qed jipprovaw joqtluni.*

Jalla jaħarbu umiljati

Dawk li jieħdu gost bid-diffikultajiet tiegħi.

 3 Jalla dawk li qed iwaqqgħuni għaċ-ċajt

Jiġu mġiegħla jaħarbu bil-mistħija.

 4 Ħa jifirħu u jaqbżu bil-ferħ

Dawk li qed ifittxu lilek.

Jalla dawk li jħobbu s-salvazzjoni li tiġi mingħandek dejjem jgħidu:

“Ħa jkun imfaħħar Alla.”

 5 Jien batut u fqir.

Alla tiegħi, fittex għinni.

Int l-għajnuna tiegħi u dak li jsalvani.

Iddumx biex tgħinni, Ġeħova.

71 Ġeħova, jien lejk dort għall-protezzjoni.

Jalla qatt ma niġi umiljat.

 2 Salvani u eħlisni għax int ġust.

Ismagħni* u salvani.

 3 Sir għalija fortizza fil-blat fejn dejjem nistaʼ nidħol.

Ibgħat lil xi ħadd biex isalvani,

Għax int il-blata u l-fortizza tiegħi.

 4 Alla tiegħi, eħlisni minn idejn il-ħżiena,

Minn idejn dawk li jaħqruni b’mod inġust.

 5 Għax int it-tama tiegħi, Ġeħova s-Sid taʼ Kollox;*

Jien ilni nafda fik* minn meta kont żagħżugħ.

 6 Ilni niddependi minnek mit-twelid;

Int għentni meta ħriġt minn żaqq ommi.

Jien infaħħrek il-ħin kollu.

 7 Ħafna jammirawni minħabba dak li ġrali,

Imma jien naf li int l-aqwa protezzjoni tiegħi.

 8 Se nitkellem il-ġurnata kollha dwar is-sbuħija tiegħek,

U se nfaħħrek.

 9 Twarrabnix fi xjuħiti;

Titlaqnix meta ma tantx ikolli saħħa.

10 L-għedewwa tiegħi jitkellmu kontrija,

U dawk li qed jipprovaw joqtluni* jiftiehmu bejniethom,

11 U jgħidu: “Alla abbandunah.

Ejja niġru warajh u naqbduh, għax m’hemmx min isalvah.”

12 Alla tiegħi, toqgħodx ’il bogħod minni.

Alla tiegħi, fittex għinni.

13 Jalla l-għedewwa tiegħi

Jiġu mġiegħla jistħu u jinqerdu.

Jalla dawk li jipprovaw jagħmluli l-ħsara

Jiġu ddiżonorati u umiljati ħafna.

14 Imma min-naħa tiegħi, se nistenna lilek biex taġixxi;

Se nkompli nfaħħrek iktar.

15 Jien se nitkellem dwar il-ġustizzja tiegħek,

Il-ġurnata kollha se nsemmi d-drabi li int salvajt,

Għalkemm huma ħafna biex nifhimhom.*

16 Ġeħova s-Sid taʼ Kollox,

Jien se nitkellem dwar l-affarijiet tal-għaġeb li għamilt int;

Jien se nsemmi biss il-ġustizzja tiegħek.

17 Alla tiegħi, int għallimtni minn mindu kont żagħżugħ,

U s’issa għadni nxandar dwar l-affarijiet tal-għaġeb tiegħek.

18 Alla tiegħi, tabbandunanix lanqas meta nixjieħ u xagħri jibjad.

Ħallini nitkellem dwar is-saħħa tiegħek* mal-ġenerazzjoni li jmiss

U dwar is-saħħa tiegħek maʼ dawk li ġejjin warajja.

19 Alla tiegħi, il-ġustizzja tiegħek hi kbira ħafna.

Int għamilt affarijiet tal-għaġeb;

Min hu bħalek, Alla tiegħi?

20 Għalkemm ġegħeltni ngħaddi minn tbatija u inkwiet,

Erġaʼ agħtini s-saħħa;

Tellagħni mill-ilmijiet fondi.

21 Jalla terġaʼ tagħtini d-dinjità,

U tipproteġini u tgħinni nħossni aħjar.

22 Alla tiegħi, peress li int leali,

Jien se nfaħħrek billi ndoqq strument tal-korda.

Qaddis t’Iżrael,

Jien se nfaħħrek bil-kant waqt li ndoqq l-arpa.

23 Se ngħajjat bil-ferħ waqt li nfaħħrek bil-kant,

Għax int salvajtli ħajti.*

24 Jien se nitkellem dwar* il-ġustizzja tiegħek il-ġurnata kollha,

Għax dawk li qed jipprovaw jeqirduni se jiġu umiljati u ddiżonorati.

Għanja dwar Salamun.

72 Alla tiegħi, għin lir-re jiġġudika skont il-ġudizzju tiegħek,

U għallem lit-tifel tar-re dwar il-ġustizzja tiegħek.

 2 Jalla jiddefendi lin-nies tiegħek bil-ġustizzja

U lill-batuti bis-sewwa.

 3 Jalla l-muntanji jġibu l-paċi lin-nies,

U l-għoljiet iġibu l-ġustizzja.

 4 Ħa jaqbeż* għall-batuti,

Ħa jsalva t-tfal tal-foqra,

U ħa jeqred lil dawk li jisirquhom.

 5 Alla tiegħi, in-nies se jibqgħu juruk rispett kbir*

Sakemm ix-xemx u l-qamar jibqgħu jeżistu,

Minn ġenerazzjoni għal oħra.

 6 Ir-re se jkun bħal xita li tinżel fuq il-ħaxix,

Bħal ħalbiet taʼ xita li jsaqqu l-art.

 7 Matul it-tmexxija tiegħu, il-ġusti se jirnexxu,*

U l-paċi se tibqaʼ tiżdied sakemm jispiċċa l-qamar.

 8 Hu se jmexxi minn baħar sa baħar

U mix-Xmara* sa truf l-art.

 9 Dawk li joqogħdu fid-deżert se jmilu quddiemu,

U l-għedewwa tiegħu se jilagħqu t-trab.*

10 Ir-rejiet taʼ Tarsis u tal-gżejjer se jħallsu t-taxxi.

Ir-rejiet taʼ Xeba u Seba se jġibu r-rigali.

11 Ir-rejiet kollha se jmilu quddiemu,

U l-popli kollha se jaqduh.

12 Għax hu se jeħles lill-fqir li jgħajjatlu għall-għajnuna,

U anki lill-batut u lil min m’għandux min jgħinu.

13 Hu se jitħassar lill-batut u lill-fqir,

U l-foqra se jsalvahom.

14 Hu se jeħlishom* mill-moħqrija u mill-vjolenza.

Il-ħajja tagħhom* hi prezzjuża għalih.

15 Jalla jgħix u jingħata d-deheb taʼ Xeba.

Jalla n-nies jitolbu għalih il-ħin kollu

U jbirkuh il-ġurnata kollha.

16 Se jkun hemm abbundanza taʼ ċereali* fuq l-art;

Fuq il-qċaċet tal-muntanji se jkun hemm iżżejjed.

L-għelieqi tar-re se jagħtu ħafna prodotti bħal-Libanu,

U fil-bliet in-nies se jiżdiedu daqs il-ħaxix tal-art.

17 Jalla ismu jibqaʼ għal dejjem

Sakemm tibqaʼ teżisti x-xemx.

Jalla n-nies jitbierku permezz tiegħu,

U jalla l-popli kollha jindunaw li hu ferħan.

18 Ħa jkun imfaħħar Alla Ġeħova, l-Alla t’Iżrael,

Li hu biss jagħmel affarijiet tal-għaġeb.

19 Ħa jiġi mfaħħar għal dejjem l-isem glorjuż tiegħu,

U jalla l-glorja tiegħu timla l-art kollha.

Ammen u Ammen.

20 Hawn jispiċċa t-talb taʼ David bin Ġesse.

IT-TIELET KTIEB

(Salmi 73-89)

Għanja t’Asaf.

73 Alla vera qed jagħmel affarijiet tajbin għall-Iżraelin, għal dawk taʼ qalb onesta.

 2 Min-naħa tiegħi, għal naqra ma ħriġtx mit-triq it-tajba;

Għal naqra ma waqajtx.

 3 Meta rajt lin-nies ħżiena u arroganti* jgħixu fil-paċi,

Bdejt ngħir għalihom.

 4 Huma jmutu mingħajr ma jbatu;

Huma f’saħħithom u jieklu tajjeb.*

 5 Huma ma jkollhomx inkwiet bħal nies oħra,

U lanqas ibatu bħal bnedmin oħra.

 6 Għalhekk, ma jiddejqux juru li huma kburin;

Huma magħrufin għall-vjolenza tagħhom.*

 7 Għajnejhom imqabbżin ’il barra bil-ġid* li għandhom;

Huma akkwistaw iktar milli setgħu jimmaġinaw.

 8 Iwaqqgħu għaċ-ċajt u jgħidu affarijiet ħżiena.

B’arroganza jheddu lin-nies li se jaħqruhom.

 9 Huma jiftaħru bħallikieku qegħdin fis-sema,

U fuq l-art bi kburija jgħidu dak li jridu.

10 Għalhekk, in-nies t’Alla* jduru lejhom

U jixorbu mill-ħafna ilmijiet tagħhom.

11 Huma jgħidu: “Alla kif se jkun jaf?

L-Iktar Għoli kif se jkun jaf x’inhu jiġri?”

12 Iva, dawn huma l-ħżiena li dejjem ikollhom ħajja faċli.

Huma jkomplu jżidu l-ġid tagħhom.

13 Żgur li għalxejn żammejt qalbi nadifa

U ħsilt idejja biex nuri li jien innoċenti.

14 Kont inkwetat il-ġurnata kollha;

Kull filgħodu kont niġi kkoreġut.

15 Imma kieku għedt dak li kont qed naħseb,

Kont inkun qed nittradixxi l-poplu tiegħek.*

16 Meta pprovajt nifhem dan kollu,

Sibtu diffiċli.

17 Imma meta dħalt fis-santwarju grandjuż tiegħek, Alla tiegħi,

Fhimt x’se jkun il-futur tagħhom.

18 Int żgur li se tqegħedhom fuq art tiżloq.

Għalhekk se jaqgħu u jinqerdu.

19 Huma se jitħarbtu f’daqqa;

It-tmiem tagħhom se jiġi f’daqqa u jkun tal-biżaʼ.

20 Ġeħova int se tinsiehom u twarrabhom

Bħal xi ħadd li jinsa dak li jkun ħolom meta jqum.

21 Jien kelli qalbi sewda

U* kont muġugħ ħafna.

22 Ma kontx qed nirraġuna u ma fhimtx sew;

Għalik, jien kont qisni annimal li m’għandux sens.

23 Imma issa jien il-ħin kollu nistrieħ fuqek;

Int żammejtni minn idi l-leminija.

24 Int tiggwidani bil-pariri tiegħek,

U wara turini li tapprovani.

25 Min hemm iktar fis-sema li jistaʼ jgħinni?

Sakemm għandi lilek ma nixtieq xejn iktar fuq l-art.

26 Ġismi u qalbi jistgħu jiddgħajfu,

Imma Alla hu l-blata li nistaʼ niddependi minnu b’qalbi kollha.

Hu s-sehem tiegħi għal dejjem.

27 Dawk li jżommu ’l bogħod minnek żgur li se jiġu fix-xejn.

Int se teqred* lil kull min mhux leali lejk.*

28 Imma ngħid għalija, li nersaq qrib tiegħek hu taʼ benefiċċju.

Ġeħova s-Sid taʼ Kollox,* jien lejk indur għall-protezzjoni,

Biex inxandar dak kollu li int għamilt.

Maskil.* Għanja t’Asaf.

74 Alla tagħna, għala warrabtna għal dejjem?

Għala tirrabja ħafna kontra l-merħla li int kont tirgħa u tieħu ħsieb?

 2 Ftakar fil-poplu* li int għażilt minn żmien twil ilu,

It-tribù li int fdejt* bħala l-wirt tiegħek.

Ftakar fil-Muntanja Sijon fejn int kont tgħix.

 3 Mur fil-post li ġie ħerba għalkollox.

L-għadu qered kulma kien hemm fil-post qaddis.

 4 L-għedewwa tiegħek għajtu bil-ferħ fis-santwarju tiegħek.*

Hemmhekk, huma poġġew is-sinjali tar-rebħa tagħhom stess.

 5 Huma qishom irġiel li jużaw il-mannara biex iqaċċtu s-siġar tal-foresta.

 6 Kissru t-tiżjin kollu bil-mannara u b’għodda tal-ħadid.

 7 Huma taw in-nar is-santwarju tiegħek.

Niġġsu u kissru t-tabernaklu li jonora lil ismek.

 8 Huma u dawk li jiġu minnhom qalu f’qalbhom:

“Aħna se naħarqu l-postijiet kollha tal-pajjiż fejn iqimu lil Alla.”

 9 M’għadx hemm sinjali għalina li nistgħu naraw;

M’għadx fadal profeta,

U ħadd fostna ma jaf kemm se ddum din is-sitwazzjoni.

10 Alla tagħna, kemm se jdumu jgħajruk l-għedewwa?

Se jibqgħu ma jurux rispett lejn ismek għal dejjem?

11 Għala qed iżżomm lura idek il-leminija?

Ħu azzjoni għax l-għadu dalwaqt jeqridna.

12 Int ir-Re tiegħi minn żmien twil ilu,

L-Alla li jsalva b’mod tal-għaġeb fuq l-art kollha.

13 Int ikkontrollajt il-baħar bis-saħħa tiegħek;

Farrakt l-irjus tal-monstri tal-baħar.

14 Int farrakt ras* il-Levjatan;*

Tajtu lin-nies li joqogħdu fid-deżert biex jikluh.

15 Int għamilt fetħiet fl-art għan-nixxigħat tal-ilma u l-widien;

Nixxift ix-xmajjar li kienu dejjem bl-ilma.

16 Kemm il-ġurnata u kemm il-lejl huma tiegħek.

Int għamilt id-dawl* u x-xemx.

17 Int għamilt limiti għall-art;

Għamilt is-sajf u x-xitwa.

18 Ġeħova, ftakar fit-tgħajjir tal-għadu,

Kif il-boloh jittrattaw lil ismek bla rispett.

19 Aħna bħal gamiema, tħalliniex f’idejn l-għedewwa tagħna li huma bħal annimali slavaġ.

Tinsiex għal dejjem il-poplu maħqur tiegħek.

20 Ftakar fil-patt li għamilt magħna,

Għax il-postijiet mudlama tal-art huma mimlijin b’nies li lesti jattakkaw.

21 Jalla l-maħqur ma jitlaqx iddiżappuntat.

Jalla l-batut u l-fqir ifaħħru lil ismek.

22 Aġixxi Alla tagħna u agħmel ġustizzja.

Ftakar kif il-boloh qed jgħajruk il-ġurnata kollha.

23 Tinsiex dak li qed jgħidu l-għedewwa tiegħek.

L-għajjat taʼ dawk li jisfidawk dejjem qed jiżdied.

Lid-direttur. Fuq l-għanja taʼ “Teqridnix.” Għanja t’Asaf.

75 Aħna se nirringrazzjawk Alla tagħna, iva se nirringrazzjawk;

Int qrib tagħna,

U n-nies se jxandru x-xogħlijiet tal-għaġeb tiegħek.

 2 Int tgħid: “Meta nagħżel żmien biex niġġudika,

Se niġġudika b’mod ġust.

 3 Meta l-art u n-nies taʼ ġo fiha bdew jitriegħdu,*

Kont jien li żammejt il-pedament tagħha sod.” (Sela)

 4 Jien ngħid lil min jiftaħar: “Tiftaħarx,”

U lill-ħażin: “Tiftaħarx bis-saħħa* tiegħek.

 5 Tiftaħarx li int tant b’saħħtek*

U titkellimx b’arroganza.

 6 Għax l-unur tal-bniedem la jiġi

Mil-Lvant, la mill-Punent, u lanqas min-Nofsinhar.

 7 Għax Alla hu Mħallef.

Hu jbaxxi lil bniedem u jgħolli lil ieħor.

 8 Ġeħova għandu tazza f’idu.

Fiha hemm inbid qawwi u bir-ragħwa.

Hu żgur li jferrgħu,

U n-nies ħżiena kollha tal-art se jixorbuh sal-inqas qatra.”

 9 Imma min-naħa tiegħi, jien se nxandar għal dejjem dak li għamel Alla;

Jien se nfaħħar bil-kant* lill-Alla taʼ Ġakobb.

10 Għax hu jgħid: “Jien se nneħħi s-saħħa* kollha tal-ħżiena.”

Imma s-saħħa* tat-tajbin se tiżdied.

Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda. Għanja t’Asaf.

76 Alla hu magħruf f’Ġuda;

Ismu hu kbir f’Iżrael.

 2 Il-post taʼ kenn tiegħu qiegħed f’Salem,

U hu jgħix f’Sijon.

 3 Hemmhekk hu kisser il-vleġeġ jaqbdu,

It-tarka, ix-xabla, u armi oħra tal-gwerra. (Sela)

 4 Alla tiegħi, int tiddi ħafna;

Int impressjonanti iktar mill-muntanji li jgħixu fihom l-annimali slavaġ.

 5 Lill-kuraġġużi serqulhom kulma kellhom.

Huma mietu;*

Il-gwerriera kollha ma setgħu jagħmlu xejn.

 6 Alla taʼ Ġakobb, meta int heddidthom

Mietu* kemm is-sewwieqa tal-karru u kemm iż-żwiemel.

 7 Int biss tqanqal il-biżaʼ.

Min jiflaħ għar-rabja kbira tiegħek?

 8 Mis-sema int għedt x’inhu l-ġudizzju fuq l-għedewwa tiegħek.

In-nies tal-art beżgħu u baqgħu kwieti

 9 Meta Alla aġixxa biex jagħmel ġudizzju,

Biex isalva lill-umli kollha tal-art. (Sela)

10 Meta n-nies jirrabjaw, din tkun opportunità għalik biex tiġi mfaħħar;

Meta jibqgħu rrabjati, din tkun opportunità għalik biex tiġi gglorifikat.

11 Meta int twiegħed xi ħaġa lil Ġeħova l-Alla tiegħek, qis li żżomm kelmtek.

Ħa jġibu r-rigal tagħhom b’rispett kbir* dawk li joqogħdu fit-territorji viċin.

12 Hu se jumilja lill-mexxejja kburin;*

Se jġiegħel lir-rejiet tal-art jibżgħu.

Lid-direttur; fuq Ġedutun.* Għanja t’Asaf.

77 Jien se ngħajjat lil Alla għall-għajnuna,

Lilu se ngħajjat, u hu se jismagħni.

 2 Meta nkun inkwetat infittex lil Ġeħova.

Billejl bqajt ngħolli jdejja lejh waqt li nitlob.

Xejn ma jgħinni nħossni aħjar.*

 3 Meta naħseb f’Alla, inħossni inkwetat;

Inħossni ansjuż u dgħajjef.* (Sela)

 4 Alla tiegħi, int ma tħallinix norqod;

Jien imdejjaq u ma niflaħx nitkellem.

 5 Jien naħseb dwar żmien twil ilu,

Iż-żmien tal-passat.

 6 Matul il-lejl, niftakar fl-għanja tiegħi;*

Jien nimmedita fil-fond;

Jien* nipprova nsib tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet:

 7 Ġeħova se jwarrabna għal dejjem?

Qatt se jerġaʼ jħenn għalina?

 8 Se jerġaʼ jurina mħabba u lealtà?*

Se jkun hemm xi ħadd mill-ġenerazzjonijiet li se jara l-wegħda tiegħu titwettaq?

 9 Nesa Alla juri qalb tajba?

Ġegħlitu r-rabja tiegħu jieqaf juri ħniena? (Sela)

10 Jien nibqaʼ ngħid: “Li jinkwetani hu

Li* l-Iktar Għoli qed iżomm lura milli jgħinna.”

11 Jien se niftakar dak li għamilt int, Jah;

Jien se niftakar l-affarijiet mill-isbaħ li għamilt int żmien twil ilu.

12 Se nimmedita fuq dak kollu li għamilt,

U naħseb dwar xogħol idejk.

13 Alla tiegħi, int taġixxi b’mod qaddis.

Hemm xi alla li hu aqwa minnek, Alla tiegħi?

14 Int l-Alla l-veru li tagħmel affarijiet tal-għaġeb.

Int urejt is-saħħa li għandek lin-nies.

15 Bis-saħħa tiegħek,* int ħlist* lill-poplu tiegħek,

It-tfal taʼ Ġakobb u taʼ Ġużeppi. (Sela)

16 Alla tiegħi, l-ilmijiet rawk;

L-ilmijiet rawk u qabadhom uġigħ kbir.

U l-ilmijiet fondi bdew jitqallbu.

17 Niżlet ix-xita mis-sħab.

Beda jriegħed mis-sħab iswed.

Is-sajjetti tiegħek bdew ifaqqgħu maʼ kullimkien bħal vleġeġ.

18 Il-ħoss tar-ragħad tiegħek kien bħal taʼ roti taʼ karru;

Is-sajjetti dawlu l-art kollha;

L-art triegħdet u theżżet.

19 Int għamilt triq fil-baħar,

Passaġġ fl-ilmijiet fondi;

Imma ma ħallejtx passi warajk.

20 Int mexxejt lill-poplu tiegħek bħal merħla

Permezz taʼ Mosè u Aron.

Maskil* t’Asaf.

78 Poplu tiegħi, ismaʼ l-liġi* tiegħi;

Agħti kas* dak li se ngħid.

 2 Se nkellimkom bi proverbju;

Se ngħid ħaġa moħġaġa taʼ żmien twil ilu.

 3 L-affarijiet li smajna u nafu bihom,

Li missirijietna rrakkontawlna,

 4 Mhux se naħbuhom mit-tfal tagħna.

Se nirrakkontawhom lill-ġenerazzjoni li ġejja

L-affarijiet kbar li għamel Ġeħova bis-saħħa tiegħu,

L-affarijiet mill-isbaħ li għamel.

 5 Hu ta regola f’Ġakobb

U għamel liġi f’Iżrael;

Hu kkmanda lil missirijietna

Biex dawn l-affarijiet jgħiduhom lit-tfal tagħhom;

 6 Ħalli l-ġenerazzjoni li jmiss,

It-tfal li għad iridu jitwieldu, isiru jafu dwarhom.

Imbagħad huma jirrakkontawhom lit-tfal tagħhom.

 7 B’hekk huma jkunu jistgħu jafdaw f’Alla,

U ma jinsewx dak li għamel,

Imma jobdu l-kmandamenti tiegħu.

 8 B’hekk, mhux se jkunu bħal missirijiethom,

Ġenerazzjoni rasha iebsa u ribelluża,

Ġenerazzjoni b’qalb indeċiża*

U mhux leali lejn Alla.

 9 L-Efrajmin kienu armati bil-qaws,

Imma f’jum il-battalja rtiraw.

10 Huma ma żammewx mal-patt t’Alla,

U m’obdewx il-Liġi tiegħu.

11 Ukoll, huma nsew dak li kien għamel,

Il-mirakli li għamel quddiemhom.

12 Hu għamel mirakli quddiem missirijiethom

Fl-art tal-Eġittu, ir-reġjun taʼ Sogħan.

13 Hu fired il-baħar biex jgħaddu minnu,

Għamel l-ilmijiet bħal ħajt.

14 Matul il-ġurnata mexxiehom permezz taʼ sħaba

U matul il-lejl permezz tad-dawl tan-nar.

15 Fid-deżert, hu qasam il-blat,

U tahom jixorbu sakemm xebgħu bħallikieku minn ilma fond.

16 Hu ħareġ ilmijiet minn xaqq fil-blat

U dawn bdew ħerġin bħal xmajjar.

17 Iżda huma xorta baqgħu jidinbu kontrih

Billi rribellaw kontra l-Iktar Għoli fid-deżert.

18 Huma sfidaw* lil Alla apposta

Billi bdew jitolbu għal ikel li kienu qed jixxennqu għalih.

19 Għalhekk, huma bdew igergru kontra Alla,

Billi qalu: “Kapaċi Alla jagħtina ikel fid-deżert?”

20 Hu ta daqqa fuq blata

U ħareġ ħafna ilma.

“Jistaʼ hu jagħtina l-ħobż ukoll,

Jew jistaʼ jagħtina l-laħam?”

21 Meta Ġeħova semagħhom, hu rrabja ħafna.

Hu attakka lil Ġakobb bin-nar

U rrabja bil-kbir kontra Iżrael

22 Għax ma kellhomx fidi fih;

Ma fdawx fl-abbiltà tiegħu li jsalvahom.

23 Għalhekk, hu ta kmand lis-sema mimlija sħab,

U fetaħ bibien is-sema.

24 Hu baqaʼ jibgħat xita taʼ manna biex jieklu;

Tahom il-qamħ tas-sema.

25 In-nies kielu l-ħobż mis-sema;*

Hu tahom biżżejjed biex jixbgħu.

26 Qajjem riħ mil-Lvant

U ġiegħel lir-riħ jonfoħ min-Nofsinhar permezz tal-qawwa tiegħu.

27 Hu bagħtilhom xita taʼ laħam daqs it-trab,

Għasafar daqs ir-ramel taʼ xatt il-baħar.

28 Hu waqqagħhom qalb il-kampijiet tagħhom,

Madwar it-tined kollha.

29 Huma kielu u ffangaw;

Hu tahom dak li xtaqu.

30 Iżda huma xorta riedu iktar,

U waqt li kienu għadhom bl-ikel f’ħalqhom,

31 Alla rrabja ħafna magħhom.

Hu qatel l-iktar irġiel b’saħħithom;

Qatel l-irġiel żgħażagħ t’Iżrael.

32 Minkejja dan, komplew jidinbu iktar

U ma fdawx fl-affarijiet tal-għaġeb li rawh jagħmel.

33 Għalhekk, hu temm il-ħajja tagħhom bħal sempliċi nifs,

U ġab gwaj fuqhom f’daqqa u mietu.

34 Imma kull darba li kien jibda joqtol ftit minnhom, huma kienu jfittxuh;

Huma kienu jduru lura lejn Alla

35 U jiftakru li kien il-Blata tagħhom,

U li l-Alla l-Iktar Għoli kien Dak li Ħelishom.*

36 Imma huma pprovaw iqarrqu bih bi kliemhom

U jigdbulu.

37 Qalbhom ma kinitx leali lejh;

U ma żammewx mal-patt li għamlu miegħu.

38 Imma hu kien ħanin;

Kien jaħfer l-iżball tagħhom u ma jeqridhomx.

Ħafna drabi żamm lura r-rabja tiegħu

Minflok ma rrabja għalkollox.

39 Għax hu ftakar li huma sempliċi nies,

Bħal riħ li jgħaddi u ma jerġax jiġi.*

40 Min jaf kemm-il darba rribellaw kontrih fix-xagħri

U weġġgħuh fid-deżert!

41 Għal darba wara l-oħra, huma għaddew lil Alla minn prova,

U weġġgħu* lill-Qaddis t’Iżrael.

42 Huma ma ftakrux fil-qawwa li għandu,*

Nesew il-ġurnata li salvahom* mill-għadu,

43 Kif wera s-sinjali tiegħu fl-Eġittu

U l-mirakli li għamel fir-reġjun taʼ Sogħan.

44 Nesew kif biddel il-kanali tal-ilma tan-Nil f’demm

Ħalli ma jixorbux minnhom.

45 Hu bagħat fuqhom qtajjaʼ taʼ dubbien li joqros biex iġegħelhom ibatu

U żrinġijiet biex jeqridhom.

46 Hu ta l-prodott tal-għelieqi tagħhom lill-ġurati mġewħin;

Xogħol idejhom tah lill-qtajjaʼ tal-ġurati.

47 Hu qerdilhom id-dwieli

U s-siġar tal-ġummajż* bis-silġ.

48 U bagħat is-silġ fuq l-annimali li jaħdmu bihom

U laqat l-imrieħel tagħhom bis-sajjetti.*

49 Hu wera r-rabja, il-korla, u d-dagħdigħa tiegħu lejhom,

U bagħtilhom anġli biex jaqilgħulhom l-inkwiet u l-ħsara.

50 Hu ma żammx lura r-rabja tiegħu.

Ma żammx lura milli jikkastigahom,* imma qatilhom;

Hu qatilhom bil-pesta.

51 Fl-aħħar, qatel lil kull l-ewwel imwieled tal-Eġittu,

L-ewwel uħud li twieldu fit-tined taʼ Ħam.

52 Imbagħad ħareġ lin-nies tiegħu mill-Eġittu,

U ggwidahom bħal nagħaġ fid-deżert.

53 Hu mexxiehom u pproteġiehom,

U huma ma beżgħux;

Il-baħar għatta lill-għedewwa tagħhom.

54 Hu ħadhom fl-art li kien għażel,

Ir-reġjun muntanjuż li ħa bil-qawwa tiegħu.*

55 Hu keċċa l-popli minn quddiemhom,

Qassmilhom il-wirt li kien ġie mkejjel b’ħabel tal-kejl,

U għen lit-tribujiet t’Iżrael jissetiljaw fi djarhom.

56 Imma huma baqgħu jisfidaw* lill-Alla l-Iktar Għoli u jirribellaw kontrih;

Ma tawx kas it-tfakkiriet tiegħu.

57 Huma tbiegħdu minnu u kienu tradituri bħal missirijiethom.

Bħal qaws laxk, ma kinux taʼ min jafdahom.

58 Huma komplew iweġġgħuh billi qiemu allat foloz fil-postijiet għall-qima,

U ġegħluh jirrabja* ħafna bl-istatwi skolpiti li għamlu.

59 Alla ra dan u rrabja ħafna.

Għalhekk, warrab lil Iżrael għalkollox.

60 Fl-aħħar abbanduna t-tabernaklu f’Silo,

It-tinda li kien jgħix fiha fost il-bnedmin.

61 Hu ħalla l-għedewwa jieħdu l-Arka

Li kienet tirrappreżenta l-qawwa u l-glorja tiegħu.

62 Hu ħalla n-nies tiegħu jinqatlu bix-xabla,

U rrabja ħafna mal-wirt tiegħu.

63 L-irġiel żgħażagħ tiegħu nħarqu bin-nar,

U ma kienx hemm għanjiet tat-tieġ għan-nisa verġni.*

64 Il-qassisin tiegħu nqatlu bix-xabla,

U n-nisa tagħhom ma bkewhomx.

65 Imbagħad Ġeħova bħallikieku qam mill-irqad,

Bħal raġel b’saħħtu li jqum wara li jkun xorob l-inbid.

66 Imbagħad hu keċċa lill-għedewwa;

Iddiżonorahom għal dejjem.

67 Hu warrab lil dawk li jiġu minn Ġużeppi;

M’għażilx it-tribù t’Efrajm.

68 Imma għażel lit-tribù taʼ Ġuda,

Il-Muntanja Sijon, li jħobb.

69 Hu għamel is-santwarju tiegħu sod bħas-sema,*

Bħad-dinja li ħalaqha biex tibqaʼ għal dejjem.

70 Hu għażel lill-qaddej tiegħu David

U ħadu minn qalb in-nagħaġ,

71 Minn qalb in-nagħaġ bil-frieħ.

Hu għamlu ragħaj fuq Ġakobb, il-poplu tiegħu,

U fuq Iżrael, il-wirt tiegħu.

72 Hu ħa ħsiebhom bħal ragħaj b’qalbu kollha,

U mexxiehom bis-sengħa.

Għanja t’Asaf.

79 Alla tiegħi, il-popli daħlu fl-art li int tajt bħala wirt lill-qaddejja tiegħek;

Huma niġġsu t-tempju qaddis tiegħek.

Lil Ġerusalemm ġabuha ħerba.

 2 Huma qatlu lill-qaddejja tiegħek u tawhom bħala ikel lill-għasafar.

Huma qatlu lil-leali tiegħek u tawhom lill-annimali slavaġ.

 3 Huma ferrgħu d-demm tagħhom madwar Ġerusalemm bħall-ilma,

U m’għad hemm ħadd li jistaʼ jidfinhom.

 4 Aħna ġejna mwaqqgħin għaċ-ċajt mill-ġirien tagħna;

Dawk taʼ madwarna jgħajruna u jiddieħqu bina.

 5 Kemm se ddum irrabjat ħafna, Ġeħova? Għal dejjem?

Se tibqaʼ r-rabja tiegħek tiżdied?

 6 Irrabja mal-popli li ma jafukx,

U mas-saltniet li ma jgħajtulekx b’ismek.

 7 Għax huma qerdu lil Ġakobb,

U l-art tiegħu għamluha ħerba.

 8 Tħalliniex inbatu għall-iżbalji tal-antenati tagħna.

Ħenn għalina malajr,

Għax aħna qed inbatu ħafna.

 9 Alla tagħna li ssalvana, għinna.

Agħmel dan minħabba l-isem glorjuż tiegħek.

Eħlisna u aħfrilna* d-dnubiet tagħna.

Agħmel dan minħabba ismek.

10 Għala għandhom il-popli jgħidu: “Fejn hu l-Alla tagħhom?”

Uri lill-popli li int ikkastigajt lil dawk li qatlu lill-qaddejja tiegħek.

Agħmel dan quddiem għajnejna.

11 Jalla tismaʼ l-biki tal-priġunieri.

Uża s-saħħa* kbira tiegħek biex iżżomm ħajjin* lil dawk li għandhom is-sentenza tal-mewt.

12 Ġeħova, pattihielhom għal sebaʼ darbiet lill-ġirien tagħna,

Għal kemm-il darba waqqgħuk għaċ-ċajt.

13 Imbagħad aħna, il-poplu tiegħek u l-merħla li int tirgħa,

Se nirringrazzjawk għal dejjem;

Se nkomplu nfaħħruk minn ġenerazzjoni għal oħra.

Lid-direttur; fuq l-għanja taʼ “Il-Ġilji.” Tfakkira. Għanja t’Asaf.

80 Ismagħna Ragħaj t’Iżrael,

Int li qed tiggwida lil Ġużeppi bħal merħla.

Ħalli d-dawl tiegħek jiddi,

Int li qiegħed bilqiegħda fuq it-tron fuq* il-kerubini.

 2 Uri s-saħħa tiegħek quddiem Efrajm, Benjamin, u Manasse.

Jekk jogħġbok ejja salvana.

 3 Alla tagħna, aċċettana lura;

Ħenn għalina u salvana.

 4 Alla Ġeħova tal-armati, kemm se ddum irrabjat magħna, il-poplu tiegħek,

U ma tismax it-talb tagħna?

 5 Minflok tajtna l-ħobż, ġegħeltna nibku,

Int iġġegħelna nibku ħafna.

 6 Int tħalli lill-ġirien tagħna jiġġieldu bejniethom għall-art tagħna;

L-għedewwa tagħna jibqgħu jiddieħqu bina kif iridu.

 7 Alla tal-armati, aċċettana lura;

Ħenn għalina u salvana.

 8 Int ħriġt lill-poplu tiegħek mill-Eġittu bħallikieku qlajt dielja minn postha.

Imbagħad keċċejt lill-popli mill-art tagħhom, u ħawwilt id-dielja hemm.

 9 Int naddaft post għaliha,

U din rabbiet l-għeruq u mliet l-art.

10 Hi għamlet id-dell fuq il-muntanji,

U bil-friegħi tagħha għattiet is-siġar taċ-ċedri li int ħawwilt.

11 Il-friegħi tagħha waslu sal-baħar,

U l-weraq ġodda sax-Xmara.*

12 Għala kissirt il-ħitan tas-sejjieħ tal-għalqa tad-dwieli,

U b’hekk kull min jgħaddi jieħu mill-frott tagħha?

13 Il-ħnieżer slavaġ jeqirduha,

U l-annimali slavaġ jieklu minnha.

14 Alla tal-armati, jekk jogħġbok erġaʼ ħenn għalina;

Ittawwal mis-sema u ara x’inhu jiġri.

Ħu ħsieb din id-dielja

15 Li idek il-leminija ħawlet,

U pproteġi l-fergħa* li int saħħaħt għall-unur tiegħek.

16 Id-dielja ġiet imqaċċta u maħruqa.

Il-poplu jmut bit-theddida tiegħek.

17 Jalla tgħin lir-raġel li qiegħed fuq il-lemin tiegħek,

Il-bniedem li int saħħaħt għall-unur tiegħek.

18 B’hekk ma nitilqukx.

Żommna ħajjin, ħalli nfaħħru lil ismek.

19 Alla Ġeħova tal-armati, aċċettana lura;

Ħenn għalina u salvana.

Lid-direttur; fuq il-Gittit.* Għanja t’Asaf.

81 Kantaw bil-ferħ lil Alla, is-saħħa tagħna;

Għajtu bil-ferħ u faħħru lill-Alla taʼ Ġakobb.

 2 Ibdew il-mużika u aqbdu t-tanburlin,

L-arpa li tagħmel ħoss sabiħ, u l-istrument tal-korda.

 3 Doqqu l-qarn meta l-qamar ikun kwinta,

Dakinhar li niċċelebraw il-festa tagħna.

 4 Għax din hi liġi li ngħatat lil Iżrael,

Kmandament tal-Alla taʼ Ġakobb,

 5 Li ta lil Ġużeppi bħala tfakkira

Meta ħareġ kontra l-art tal-Eġittu.

Jien smajt leħen* li ma stajtx nagħrfu, li qal:

 6 “Jien erfajtlu t-tagħbija minn fuq spalltu;

Neħħejtlu l-piż* minn idejh.

 7 Int għajjattli għall-għajnuna meta kont qed tbati, u jien salvajtek;

Jien wiġibtek minn ġo sħab iriegħed.*

Jien għaddejtek minn prova ħdejn l-ilmijiet taʼ Meriba.* (Sela)

 8 Isimgħuni poplu tiegħi, u jien nixhed kontrikom.

Mhux li kien tismaʼ minni Iżrael!

 9 Fostkom mhu se jkun hemm ebda alla li ma tafux,

U m’intomx se tmilu quddiem alla barrani.

10 Jien hu l-Alla tagħkom, Ġeħova,

Il-wieħed li ħariġkom mill-art tal-Eġittu.

Jien se nitmagħkom sa ma tixbgħu.

11 Imma l-poplu tiegħi ma semax minn leħni;

Iżrael ma wera l-ebda xewqa li jobdini.

12 Għalhekk, ħallejthom jagħmlu skont ma xtaqet ir-ras iebsa tagħhom;

Huma għamlu dak li ħasbu li hu tajjeb.*

13 Mhux li kien il-poplu tiegħi jismaʼ minni!

Mhux li kien Iżrael jimxi mad-direzzjoni li nagħtih!

14 Kieku malajr kont irrażżan l-għedewwa tagħhom;

Kieku kont nirbaħ lil dawk taʼ kontrihom.

15 Dawk li jobogħdu lil Ġeħova se jmorru quddiemu u jirtogħdu bil-biżaʼ.

Il-kastig tagħhom se jibqaʼ għal dejjem.

16 Imma hu se jitmagħkom* bl-aqwa qamħ,

U se jagħtikom ħafna għasel minn qalb il-blat.”

Għanja t’Asaf.

82 Alla qagħad fil-ġemgħa qaddisa;*

Hu jiġġudika fost l-allat* u jgħid:

 2 “Kemm se ddumu tiġġudikaw b’inġustizzja

U turu preferenzi mal-ħżiena? (Sela)

 3 Iddefendu* lill-batut u lill-orfni.*

Araw li ssir ġustizzja maʼ dawk li ma jistgħu jagħmlu xejn u dawk fil-bżonn.

 4 Eħilsu lill-batuti u lill-foqra;

Salvawhom mill-ħżiena.”

 5 Huma* ma jafu xejn u lanqas jifhmu;

Huma qed jimxu ’l hemm u ’l hawn fid-dlam;

M’hemmx ġustizzja u m’hemmx rispett lejn il-liġi.

 6 “Jien għedt, ‘Intom allat,*

Intom kollha tfal tal-Iktar Għoli.

 7 Imma intom se tmutu bħalma jmutu l-bnedmin;

Intom se tmutu bħal kull mexxej ieħor!’”

 8 Aġixxi Alla tiegħi u ġġudika lin-nies tal-art,

Għax il-popli kollha huma tiegħek.

Għanja t’Asaf.

83 Alla tiegħi, tibqax kwiet;

Jalla titkellem u taġixxi, l-Alla Qaddis.

 2 L-għedewwa tiegħek qed ilestu biex jiġġieldu;

Dawk li jobogħduk jaġixxu b’arroganza.*

 3 B’makakkerija u bil-moħbi, huma jippjanaw kontra l-poplu tiegħek;

Jiftiehmu kontra dawk li huma għeżież għalik.*

 4 Huma jgħidu: “Ejjew ħa neqirduhom għalkollox bħala poplu,

Ħalli ħadd ma jibqaʼ jiftakar isem Iżrael.”

 5 Bi ħsieb wieħed, huma ppjanaw strateġija;

Dawk li ngħaqdu flimkien* kontrik huma

 6 L-Edomin, l-Ismagħelin, il-Mowabin, u l-Ħagrin.

 7 Ukoll Gebal, Għammon, Għamalek,

U l-Filistja flimkien man-nies taʼ Tir.

 8 Anki l-Assirja ngħaqdet magħhom;

Huma jappoġġaw lil dawk li jiġu minn* Lot. (Sela)

 9 Agħmlilhom bħalma għamilt lil Midjan,

Bħalma għamilt lil Sisera u lil Ġabin fil-wied taʼ Kison.

10 Huma nqerdu għalkollox f’Għajn-dor;

Saru demel għall-art.

11 Lin-nobbli tagħhom, agħmilhom bħal Għoreb u Żeb,

U lill-mexxejja tagħhom, agħmilhom bħal Żebaħ u Salmunna,

12 Għax huma qalu: “Ejja nieħdu l-art fejn joqgħod Alla.”

13 Alla tiegħi, agħmilhom bħal ħaxix niexef li jtir maʼ riefnu,

Bħal tiben li jtajru r-riħ.

14 Bħalma nar jaħraq il-foresta

U fjamma tqabbad il-muntanji,

15 Jalla tiġri warajhom bil-maltempata tiegħek

U twerwirhom bir-riefnu tiegħek.

16 Umiljahom,*

Sabiex jgħajtu lil ismek, Ġeħova.

17 Jalla jiġu mġiegħla jistħu u jitwerwru għal dejjem;

Jalla jiġu ddiżonorati u jinqerdu;

18 Jalla n-nies ikunu jafu li int, li ismek hu Ġeħova,

Int biss l-Iktar Għoli fuq l-art kollha.

Lid-direttur; fuq il-Gittit.* Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ.

84 Ġeħova tal-armati,

Kemm hu sabiħ* it-tabernaklu kbir tiegħek!

 2 B’qalbi kollha, jien* nixxennaq

Għall-btieħi tat-tempju tiegħek, Ġeħova.

Tant jien ħerqan li mmur hemm li għejejt.

B’qalbi u b’saħħti kollha, jien se nkanta bil-ferħ quddiemek, l-Alla l-ħaj.

 3 Anki l-għasafar isibu post fejn joqogħdu fit-tempju tiegħek.

Il-ħuttafa tagħmel bejta biex tieħu ħsieb liż-żgħar tagħha

Ħdejn l-artal kbir tiegħek, Ġeħova tal-armati,

Ir-Re u l-Alla tiegħi!

 4 Ferħanin huma dawk li jgħixu fit-tempju tiegħek!

Huma jibqgħu jfaħħruk. (Sela)

 5 Ferħanin huma dawk li s-saħħa tagħhom ġejja mingħandek,

Li jixtiequ jkunu fit-toroq li jagħtu għat-tempju tiegħek.

 6 Meta jgħaddu mill-Wied tal-Baka,*

Huma jagħmluh post taʼ nixxigħat;

U l-ewwel xita tbierku.*

 7 Huma jibqgħu mexjin mingħajr ma jegħjew;

Kull wieħed minnhom jidher quddiem Alla f’Sijon.

 8 Alla Ġeħova tal-armati, ismaʼ t-talba tiegħi;

Ismagħni Alla taʼ Ġakobb. (Sela)

 9 Alla tagħna, int it-tarka tagħna.*

Agħti kas il-magħżul* tiegħek.

10 Aħjar ġurnata fil-btieħi tat-tempju tiegħek milli elf xi mkien ieħor.

Nippreferi noqgħod fuq l-għatba tad-dar tal-Alla tiegħi

Milli ngħix fit-tined tal-ħżiena.

11 Għax Alla Ġeħova jiddi fuqna bħal xemx u jipproteġina bħal tarka;

Hu jagħti l-approvazzjoni u l-glorja.

Ġeħova mhux se jżomm lura xi ħaġa tajba minn dawk li huma bla ħtija.

12 Ferħan ikun min jafda fik, Ġeħova tal-armati.

Lid-direttur. Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ.

85 Ġeħova, int ħennejt għall-poplu tal-art tiegħek;

Int ġibt lura lit-tfal taʼ Ġakobb li kienu ttieħdu bħala lsiera.

 2 Int ħfirt l-iżbalji tal-poplu tiegħek;

Għattejt* id-dnubiet kollha tagħhom. (Sela)

 3 Int ikkontrollajt ir-rabja kollha tiegħek;

Żammejt lura r-rabja kbira tiegħek.

 4 Aċċettana lura,* Alla tagħna li ssalvana,

U tibqax imdejjaq bina.

 5 Se tibqaʼ rrabjat magħna għal dejjem?

Se tibqaʼ rrabjat minn ġenerazzjoni għal oħra?

 6 Se terġaʼ int tagħtina l-ħajja,

Ħalli nkunu nistgħu nifirħu minħabba fik?

 7 Ġeħova, urina mħabba u lealtà,*

U salvana.

 8 Jien se nismaʼ dak li se jgħid Ġeħova l-Alla l-veru,

Għax hu se jitkellem dwar il-paċi mal-poplu tiegħu, maʼ dawk li huma leali lejh.

Imma jalla ma jerġgħux jafdaw fihom infushom.

 9 Hu żgur li se jsalva lil dawk li jirrispettawh ħafna,*

Ħalli l-art tagħna tkun mimlija bil-glorja tiegħu.

10 L-imħabba* u l-lealtà se jiltaqgħu flimkien;

Il-ġustizzja u l-paċi se jbusu lil xulxin.

11 Il-lealtà se tinbet mill-art bħall-ħaxix,

U l-ġustizzja t’Alla se tidher bħal dawl mis-sema.

12 Ġeħova se jagħtina dak li hu tajjeb,*

U l-art tagħna se tagħti l-prodott tagħha.

13 Il-ġustizzja se timxi qablu

U tagħmillu triq quddiemu.

Talba taʼ David.

86 Ġeħova, ismagħni* u wiġibni,

Għax jien batut u fqir.

 2 Ipproteġili ħajti,* għax jien leali.

Alla tiegħi, salvani għax jien nafda fik.

 3 Ġeħova, ħenn għalija,

Għax jien ngħajjatlek għall-għajnuna minn filgħodu sa filgħaxija.

 4 Ferraħni* Ġeħova,

Għax jien lejk indur.*

 5 Għax int, Ġeħova, tajjeb u lest li taħfer;

Int turi ħafna mħabba u lealtà* maʼ dawk kollha li jgħajtulek għall-għajnuna.

 6 Ismaʼ t-talba tiegħi, Ġeħova;

U agħti kasi meta nitolbok bil-ħniena biex tgħinni.

 7 Meta nkun qed inbati, lilek ngħajjat għall-għajnuna,

Għax int twiġibni.

 8 M’hemmx alla ieħor bħalek, Ġeħova,

U ħadd m’għamel dak li għamilt int.

 9 Il-popli kollha li int għamilt

Se jiġu u jmilu quddiemek, Ġeħova,

U huma se jagħtu glorja lil ismek.

10 Għax int kbir u qed tagħmel affarijiet tal-għaġeb;

Int l-uniku Alla.

11 Ġeħova, għallimni dwar it-triq tiegħek,

Ħalli b’hekk nimxi fit-triq it-tajba.

Għinni nirrispetta lil* ismek b’qalbi kollha.

12 Ġeħova Alla tiegħi, jien se nfaħħrek b’qalbi kollha,

U se nigglorifika lil ismek għal dejjem,

13 Għax int turini mħabba u lealtà kbira,

U salvajtni* mill-Qabar.*

14 Għax nies prużuntużi qamu kontrija;

Grupp taʼ nies bla qalb qed jipprovaw joqtluni,*

U huma ma jinteressahomx minnek.*

15 Imma int, Ġeħova, Alla ħanin u qalbek tajba,*

Ma tirrabjax malajr u turi ħafna mħabba* u lealtà.*

16 Agħti kasi u ħenn għalija.

Saħħaħni u salvani,

Għax jien naqdik bħalma għamlet ommi.

17 Ġiegħel lil dawk li jobogħduni jaraw kemm tħobbni,

U umiljahom.

Għax int, Ġeħova, il-wieħed li tgħinni u tfarraġni.

Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ.

87 Il-pedament tal-belt tiegħu hu fil-muntanji qaddisin.

 2 Ġeħova jħobb il-bibien taʼ Sijon

Iktar mill-postijiet l-oħra kollha taʼ Ġakobb.

 3 Belt tal-Alla l-veru, in-nies qed jgħidu affarijiet sbieħ ħafna dwarek. (Sela)

 4 Fost l-artijiet li jafuni, se nsemmi lil Raħab u lil Babilonja;

Hemm ukoll il-Filistja, Tir, u Kus.

Dwar kull wieħed minnhom se ngħid:

“Dan twieled hemm.”

 5 U dwar Sijon jingħad:

“Kollha kemm huma twieldu fiha.”

U l-Iktar Għoli se jqegħedha fis-sod.

 6 Meta jirreġistra lill-popli,

Ġeħova se jgħid hekk dwar kull wieħed minnhom:

“Dan twieled hemm.” (Sela)

 7 Il-kantanti u ż-żeffiena* se jgħidu:

“Minnek ġejjin l-affarijiet tajbin kollha.”

Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ. Lid-direttur; fuq l-istil taʼ Maħalat,* biex titkanta waħda wara l-oħra. Maskil* taʼ Ħeman l-Eżraħi.

88 Ġeħova, l-Alla li ssalvani,

Jien ngħajjatlek għall-għajnuna lejl u nhar.

 2 Ħa tasal għandek it-talba tiegħi.

Ismagħni* meta ngħajjatlek għall-għajnuna.

 3 Għax ħajti* mimlija inkwiet,

U wasalt biex immut.*

 4 In-nies diġà qed iqisuni fost dawk li neżlin fil-ħofra;*

Sirt bħal raġel bla saħħa

 5 Li tħalla fost il-mejtin.

Sirt bħan-nies maqtulin li qegħdin f’qabar

Li int m’għadekx tiftakarhom

U li m’għadx għandhom l-għajnuna tiegħek.

 6 Int qegħedtni fl-iktar ħofra fonda,

F’postijiet mudlama, f’abbiss kbir.

 7 Int irrabjat ħafna miegħi.

Qed inħossok tkissirni,

Qisek qed titfaʼ mewġ kbir kontrija. (Sela)

 8 Int keċċejt ’il bogħod minni lil dawk li naf;

Int għamiltni bħal xi ħaġa moqżieża għalihom.

Jien inħossni qiegħed f’nassa u ma nistax naħrab.

 9 Għajnejja ddgħajfu minħabba t-tbatija tiegħi.

Jien ngħajjatlek għall-għajnuna l-ġurnata kollha, Ġeħova;

Jien lilek nitlob.

10 Jistgħu l-mejtin jaraw il-mirakli tiegħek?

Jistgħu l-mejtin iqumu u jfaħħruk? (Sela)

11 Se tiġi mxandra l-imħabba* tiegħek fil-qabar,

Jew il-lealtà tiegħek fil-post tal-qerda?*

12 Se jsiru jafu bl-affarijiet meraviljużi tiegħek fid-dlam?

U se jsiru jafu dwar il-ġustizzja tiegħek fl-art taʼ dawk minsijin?

13 Imma jien xorta għadni ngħajjat lilek għall-għajnuna, Ġeħova,

Kull filgħodu t-talba tiegħi tiġi għandek.

14 Ġeħova, għala twarrabni?*

Għala taħbi wiċċek minni?

15 Ilni nbati u fil-periklu li mmut

Minn mindu kont żagħżugħ;

Jien qtajt qalbi minħabba l-affarijiet koroh li ħallejtni ngħaddi minnhom.

16 Jien inħossni bla saħħa minħabba r-rabja kbira tiegħek;

Qed twerwirni u minħabba f’hekk daqt immut.

17 L-attakki tiegħek dawruni bħal ilmijiet il-ġurnata kollha;

Qed jiġu għal fuqi minn kull naħa.*

18 Int keċċejt ’il bogħod minni l-ħbieb u lil dawk li jħobbuni;

Qisu d-dlam l-uniku ħabib li għandi.

Maskil* t’Etan l-Eżraħi.

89 Jien se nkanta għal dejjem dwar l-imħabba u l-lealtà* tiegħek, Ġeħova.

Jien se nitkellem dwar il-lealtà tiegħek mal-ġenerazzjonijiet kollha.

 2 Għax jien għedt: “L-imħabba* tiegħek se tibqaʼ għal dejjem;

U fis-sema dejjem se jkun hemm il-lealtà tiegħek.”

 3 Alla tiegħi, int għedt: “Jien għamilt patt maʼ dak li għażilt;

Lill-qaddej tiegħi David ħliftlu:

 4 ‘Jien se nagħmel ċert li d-dixxendenti tiegħek* jibqgħu għal dejjem,

U se nagħmel ċert li s-saltna* tiegħek tibqaʼ minn ġenerazzjoni għal oħra.’” (Sela)

 5 Is-sema se tfaħħar l-affarijiet tal-għaġeb li int għamilt, Ġeħova.

Il-kongregazzjoni tal-qaddisin se jfaħħru l-lealtà tiegħek.

 6 Għax min jistaʼ jitqabbel miegħek fis-sema, Ġeħova?

Min fost it-tfal tiegħek hu bħalek, Ġeħova?

 7 Alla tiegħi, il-ġemgħa tal-qaddisin jibżgħu minnek u jirrispettawk;

Int kbir u tal-għaġeb għal dawk kollha li huma madwarek.

 8 Alla Ġeħova tal-armati,

Min hu b’saħħtu bħalek?

Jah, int leali f’kulma tagħmel.

 9 Int tikkontrolla l-baħar qawwi;

Meta l-mewġ jogħla, int tikkalmah.

10 Int irbaħt għalkollox u qtilt lil Raħab.*

Bl-id b’saħħitha tiegħek ferrixt l-għedewwa tiegħek.

11 Is-sema u l-art huma tiegħek;

L-art u kulma fiha int għamilthom.

12 Int ħlaqt it-Tramuntana u n-Nofsinhar;

Il-Muntanja Tabor u l-Muntanja Ħermon jgħajtu bil-ferħ u jfaħħru lil ismek.

13 Idek hi b’saħħitha u qawwija,

Idek il-leminija hi merfugħa ’l fuq.

14 Int dejjem tmexxi bis-sewwa u l-ġustizzja;

Int taʼ min jafdak u turi mħabba u lealtà.

15 Ferħanin in-nies li jfaħħruk b’għajjat taʼ ferħ.

Ġeħova, huma jibqgħu jimxu miegħek u għandhom l-approvazzjoni tiegħek.*

16 Huma jifirħu l-ġurnata kollha minħabba ismek

U jħossuhom onorati minħabba l-ġustizzja tiegħek.

17 Int il-glorja u s-saħħa tagħna,

U peress li int kuntent bina se nkunu iktar b’saħħitna.*

18 Għax int, Ġeħova l-Qaddis t’Iżrael,

Tajtna t-tarka u r-re tagħna.

19 Dak iż-żmien int tkellimt mal-leali tiegħek permezz taʼ viżjoni, u għedt:

“Jien tajt is-saħħa lil wieħed b’saħħtu;

Jien onorajt lil wieħed li għażilt minn fost il-poplu.

20 Jien għażilt lill-qaddej tiegħi David

U inkarigajtu* biż-żejt qaddis tiegħi.

21 Jien se nappoġġah u nsaħħu.

22 L-ebda għadu mhu se jġiegħlu jagħtih xi tip taʼ ħlas,

U l-ebda raġel ħażin mhu se jaħqru.

23 Se nfarrak lill-għedewwa tiegħu minn quddiemu,

U nsawwat lil dawk kollha li jobogħduh.

24 Se nuri li jien leali lejh u nħobbu,

U se jkollu iktar saħħa* minħabba ismi.

25 Jien se nagħtih il-baħar taħt idejh

U nagħtih awtorità fuq ix-xmajjar.

26 Hu se jgħajjatli u jgħidli: ‘Int Missieri,

L-Alla tiegħi, u l-Blata li ssalvani.’

27 Jien se nagħmlu l-ewwel imwieled,

L-ogħla re tal-art.

28 Jien se nibqaʼ nurih imħabba u lealtà għal dejjem,

U se nibqaʼ nżomm il-patt li għamilt miegħu.

29 Jien se nagħmel ċert li d-dixxendenti tiegħu jibqgħu għal dejjem

U se nagħmel ċert li s-saltna tiegħu tibqaʼ teżisti bħas-sema.

30 Jekk it-tfal tiegħu jitilqu l-liġi tiegħi

U ma jobdux id-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħi,

31 Jekk jiksru r-regoli tiegħi

U ma jżommux mal-kmandamenti tiegħi,

32 Jien nikkastigahom bil-bastun u nsawwathom

Minħabba d-diżubbidjenza* u l-iżbalji tagħhom.

33 Imma lilu dejjem se nibqaʼ nħobbu u nkun leali lejh,

U se nżomm il-wegħda li għamiltlu.*

34 M’iniex se nikser il-patt tiegħi,

Jew inbiddel dak li għedt.

35 Jien ħlift bil-qdusija tiegħi darba għal dejjem

Li lil David mhux se nigdiblu.

36 Id-dixxendenti tiegħu se jibqgħu għal dejjem,

Is-saltna tiegħu se tibqaʼ daqskemm iddum ix-xemx.

37 Din se tkun soda għal dejjem

Bħall-qamar li hu xhud leali fis-sema.” (Sela)

38 Imma int neħħejt u warrabt lill-magħżul* tiegħek;

Int irrabjajt ħafna miegħu.

39 Int injorajt il-patt li għamilt mal-qaddej tiegħek;

Niġġist il-kuruna* tiegħu billi tfajtha mal-art.

40 Int kissirt il-ħitan kollha tiegħu;*

Il-fortizzi tiegħu ġibthom ħerba.

41 Kull min jgħaddi minn hemm jisirqu;

Il-ġirien tiegħu jwaqqgħuh għaċ-ċajt.

42 Int tajt ir-rebħa lil dawk taʼ kontrih;*

Ferraħt lill-għedewwa tiegħu kollha.

43 Int ma ħallejtux jirnexxi fil-battalja

U għalxejn kien qed juża x-xabla tiegħu.

44 Int ma ħallejtux jiġi onorat iktar,

U ma ħallejtux ikompli jmexxi.

45 Int qassart iż-żmien taż-żgħożija tiegħu;

Int ġegħeltu jistħi ħafna. (Sela)

46 Ġeħova, kemm se ddum tinjorana? Għal dejjem?

Meta se tieqaf tirrabja magħna?

47 Ftakar kemm hi qasira l-ħajja tiegħi.

Jaqaw kien għalxejn li ħlaqt il-bnedmin kollha?

48 Hemm xi ħadd li jistaʼ jibqaʼ ħaj u ma jmut qatt?

Jistaʼ dan isalva lilu nnifsu u ma jmutx?* (Sela)

49 Ġeħova, fejn hi l-imħabba* li kont turi qabel?

Fejn hi l-lealtà li ħlift biha lil David?

50 Ġeħova, ftakar it-tgħajjir kontra l-qaddejja tiegħek.

Ftakar kemm ikolli nissaporti tgħajjir mill-popli kollha.

51 Ġeħova, l-għedewwa tiegħek waqqgħu għaċ-ċajt lill-magħżul* tiegħek;

Huma waqqgħu għaċ-ċajt kulma għamel.

52 Jalla tiġi mfaħħar għal dejjem, Ġeħova. Ammen u Ammen.

IR-RABAʼ KTIEB

(Salmi 90-106)

Talba taʼ Mosè, il-qaddej tal-Alla l-veru.

90 Ġeħova, int dejjem kont post taʼ protezzjoni għalina.*

 2 Int eżistejt saħansitra qabel ma twieldu l-muntanji,

Qabel ma ħlaqt l-art u kulma fiha.

Int Alla minn dejjem għal dejjem.

 3 Int tibgħat lill-bnedmin lura lejn it-trab;

Int tgħid: “Erġgħu lura lejn it-trab, bnedmin.”

 4 Għax elf sena huma bħal jum* li jgħaddi malajr għalik,

Bħal ftit sigħat* matul il-lejl.

 5 Int tiknishom ’l hemm; huma jisparixxu bħal ħolma.

Filgħodu jkunu bħal ħaxix li jinbet.

 6 Filgħodu dan jikber u jisbieħ;

Imma sa filgħaxija jidbiel u jinxef.

 7 Għax aħna ġejna fix-xejn bir-rabja tiegħek

U mwerwrin bir-rabja kbira tiegħek.

 8 Int konxju tal-iżbalji tagħna;*

U tistaʼ tara ċar dak li nagħmlu fil-moħbi.

 9 Ħajjitna qed tispiċċa minħabba r-rabja kbira tiegħek;

Aħna mmutu malajr bħal nifs li jisparixxi faċilment.

10 Il-bniedem jgħix 70 sena,

Jew 80 jekk ikun b’saħħtu ħafna.

Imma l-ħajja hi mimlija problemi u wġigħ;

Din tgħaddi malajr, u aħna nispiċċaw.

11 Min jistaʼ jifhem kemm hi b’saħħitha r-rabja tiegħek?

Ir-rabja tiegħek hi kbira daqs ir-rispett* li jixraqlek.

12 Għallimna nużaw ħajjitna bl-aħjar mod,*

Biex b’hekk ikollna qalb għarfa.

13 Ġeħova, ħenn għalina! Kemm se ddum din is-sitwazzjoni?

Ħa tiġik ħniena minna, il-qaddejja tiegħek.

14 Urina mħabba u lealtà* filgħodu,

Ħalli ngħajtu bil-ferħ u nifirħu ħajjitna kollha.

15 Ferraħna għaż-żmien li ġegħeltna nbatu,

Għas-snin kollha li kellna l-inkwiet.

16 Jalla l-qaddejja tiegħek jaraw l-affarijiet tajbin kollha li tagħmel,

U jalla t-tfal tagħhom jaraw is-saħħa kbira tiegħek.

17 Jalla tberikna, Ġeħova Alla tagħna,

Jalla tgħinna nirnexxu f’dak li nagħmlu.

Iva, jalla tgħinna nirnexxu.

91 Kull min jgħix fil-post sigriet tal-Iktar Għoli

Se jsib protezzjoni taħt id-dell taʼ Dak li Jistaʼ Kollox.

 2 Jien se ngħid lil Ġeħova: “Int il-protezzjoni u l-fortizza tiegħi,

Alla tiegħi li fih nafda.”

 3 Għax hu se jeħilsek mix-xibka tan-nassab,

Mill-pesta qerrieda.

 4 Hu se jgħattik bir-rix tal-ġwienaħ tiegħu,*

U taħt il-ġwienaħ tiegħu, int se ssib il-protezzjoni.

Il-lealtà tiegħu se tkun bħal tarka kbira u sur.

 5 Int mhux se tibżaʼ minn xi periklu mal-lejl,

Jew mill-vleġġa li ttir mal-jum,

 6 Lanqas mill-pesta li tinfirex fid-dlam,

U l-qerda li ġġib ħerba f’nofsinhar.

 7 Ħdejk se jaqgħu elf

U fuq il-lemin tiegħek għaxart elef,

Imma int mhu se jiġrilek xejn.

 8 Int kemm tara x’inhu jiġri

U tkun xhud tal-kastig* tal-ħżiena.

 9 Peress li int għedt li Ġeħova hu l-protezzjoni tiegħek

U għamilt lill-Iktar Għoli l-post fejn tgħix,*

10 Mhu se jiġi fuqek l-ebda diżastru.

L-ebda ħsara mhu se tiġi fit-tinda tiegħek.

11 Għax hu se jikkmanda lill-anġli

Biex jipproteġuk kull fejn tmur.

12 Huma se jġorruk

Ħalli ma taħbatx sieqek maʼ xi ġebla.

13 Int se tgħaddi minn fuq iljun u kobra;

Se tgħaffeġ taħt saqajk iljun b’saħħtu u serp kbir.

14 Alla qal: “Għax iħobbni* jien se neħilsu.

Se nipproteġih għax jaf* lil ismi.

15 Hu jgħajjatli u jien inwieġbu.

Se nkun miegħu fi żmien diffiċli.

Se neħilsu u nonorah.

16 Jien se nagħtih ħajja twila

U se nurih kif se nsalvah.”

Għanja għal jum is-Sabat.

92 Hu tajjeb li jien nirringrazzjak, Ġeħova,

U li nfaħħar bil-kant lil* ismek, l-Iktar Għoli,

 2 Li nxandar l-imħabba* tiegħek filgħodu

U l-lealtà tiegħek billejl.

 3 Hu tajjeb li nfaħħrek bi strument b’għaxar kordi, bl-iljut,*

U bil-ħoss sabiħ tal-arpa.

 4 Għax int, Ġeħova, ferraħtni b’dak li għamilt;

Jien għajjatt bil-ferħ minħabba xogħol idejk.

 5 Ġeħova, kemm huma tal-għaġeb l-affarijiet li għamilt!

Int għaref ħafna.

 6 Xi ħadd bla raġuni ma jistax ikun jaf dan;

U xi ħadd iblah ma jistax jifhem dan:

 7 Anki jekk il-ħżiena jinbtu bħall-ħaxix ħażin

U dawk li jagħmlu l-ħażin jirnexxu,

Huma se jinqerdu għal dejjem.

 8 Imma int, Ġeħova, se tibqaʼ fl-ogħla pożizzjoni għal dejjem.

 9 Ġeħova, ħares lejn l-għedewwa tiegħek.

Żgur li hemm qerda tistenniehom;

Dawk kollha li jagħmlu l-ħażen se jiġu mxerrdin.

10 Imma int se tagħtini saħħa* daqs taʼ barri salvaġġ;

Jien se nindilek b’żejt tajjeb.

11 Se nara lill-għedewwa tiegħi jitilfu;

Se nismaʼ dwar it-telfa taʼ dawn l-irġiel ħżiena li jattakkawni.

12 Imma n-nies sewwa se jikbru bħal siġar tal-palm;

U jogħlew bħas-siġar taċ-ċedri tal-Libanu.

13 Huma mħawlin fid-dar taʼ Ġeħova;

Huma jikbru fil-btieħi tad-dar tal-Alla tagħna.

14 Anki meta jixjieħu* se jibqgħu jagħtu l-frott.

Dawn se jibqgħu b’saħħithom u mimlijin ħajja,

15 Dawn ixandru li Ġeħova hu ġust.

Hu l-Blata tiegħi, u qatt ma jagħmel xi ħaġa ħażina.

93 Ġeħova sar Re!

Il-qawwa kbira tiegħu hi bħal ħwejjeġ sbieħ;

Ġeħova hu b’saħħtu ħafna.*

Hu jilbes is-saħħa bħal ċinturin.

L-art li għamel hi soda;

Ma tistax tiċċaqlaq.*

 2 Is-saltna* tiegħek ilha soda minn żmien twil ilu;

Int minn dejjem eżistejt.

 3 Ix-xmajjar għollew leħinhom, Ġeħova,

Ix-xmajjar għamlu ħoss kbir;

Ix-xmajjar ikomplu jagħmlu iktar ħoss.

 4 Imma int, Ġeħova li qiegħed fis-sema,

Int iktar b’saħħtek mill-ħoss taʼ ilmijiet fondi,

U iktar b’saħħtek mill-mewġ qawwi tal-baħar.

 5 It-tfakkiriet tiegħek huma taʼ min jafdahom.

Ġeħova, id-dar tiegħek hi* sabiħa u qaddisa l-ħin kollu.

94 Ġeħova, int l-Alla li ġġib vendetta kontra l-ħżiena.

Uri min int, ikkastiga l-ħżiena!

 2 Aġixxi, Imħallef tal-art.

Agħti lill-kburin dak li ħaqqhom.

 3 Ġeħova, kemm se jdumu l-ħżiena jifirħu?

Kemm se jdumu?

 4 Huma jpaċpċu u jitkellmu b’mod arroganti;

Il-ħżiena kollha jiftaħru bihom infushom.

 5 Huma jgħaffġu lill-poplu tiegħek, Ġeħova,

Huma jaħqru l-wirt tiegħek.

 6 Huma joqtlu l-armla u r-resident barrani,

U anki lill-orfni.*

 7 Huma jgħidu: “Jah mhux qed jara;

L-Alla taʼ Ġakobb mhux qed jagħti kas.”

 8 Intom li ma tirraġunawx, meta se tifhmu?

Intom il-boloh, meta se turu li intom għaqlin?

 9 Jistaʼ Dak li għamel il-widna ma jismax?

Jistaʼ Dak li għamel l-għajn ma jarax?

10 Jistaʼ Dak li jikkoreġi lill-popli ma jiddixxiplinax lilkom?

Hu l-Wieħed li jagħti l-għarfien lin-nies.

11 Ġeħova jaf x’jaħsbu l-bnedmin,

U l-ħsibijiet tagħhom huma bħal sempliċi nifs.

12 Jah, min jiġi kkoreġut minnek

U mgħallem mil-liġi tiegħek, se jkun ferħan.

13 B’hekk hu jibqaʼ kalm fi żmien l-inkwiet,

Sakemm il-ħażin jaqaʼ f’ħofra.

14 Għax Ġeħova mhux se jitlaq lill-poplu tiegħu,

U lanqas mhu se jabbanduna lill-wirt tiegħu.

15 Għax l-imħallfin se jerġgħu jieħdu deċiżjonijiet ġusti,

U dawk onesti f’qalbhom se jgħixu fi qbil magħhom.

16 Min se jaqbeż għalija kontra l-ħżiena?

Min se jappoġġani kontra dawk li jagħmlu l-ħażin?

17 Kieku m’għennix Ġeħova,

Diġà mitt.*

18 Ġeħova, meta għedtlek li se naqaʼ,

L-imħabba u l-lealtà* tiegħek komplew jappoġġawni.

19 Meta kelli ħafna ansjetà,*

Int għentni u ferraħtni.*

20 Sejjer int tissieħeb maʼ mexxejja* ħżiena

Li jużaw il-liġi biex jaqilgħu l-inkwiet?

21 Huma jattakkaw bi ħdura lill-ġust*

U jikkundannaw għall-mewt lill-innoċenti.*

22 Imma Ġeħova se jsir il-post taʼ protezzjoni* tiegħi.

L-Alla tiegħi hu l-blata tiegħi li fih nistkenn.

23 Hu se jġib fuqhom il-ħażen li jippjanaw huma stess

U se jeqridhom* permezz tal-ħażen tagħhom.

Ġeħova l-Alla tagħna se jeqridhom.*

95 Ejjew ngħajtu bil-ferħ lil Ġeħova!

Ejja ngħajtu bil-ferħ u nfaħħru lill-Blata tagħna li ssalvana.

 2 Ejja mmorru quddiemu u nirringrazzjawh;

Ejja ngħajtu bil-ferħ u nfaħħruh bil-kant.

 3 Għax Ġeħova hu Alla kbir,

Re kbir fuq l-allat l-oħrajn kollha.

 4 Hu għandu kontroll fuq l-art kollha,

Mill-iktar parti fonda sal-qċaċet tal-muntanji.

 5 Il-baħar li għamel hu tiegħu,

U b’idejh ifforma l-art.

 6 Ejja nqimuh u mmilu quddiemu;

Ejja ninżlu għarkopptejna quddiem Ġeħova, Dak li Għamilna.

 7 Għax hu l-Alla tagħna, u aħna l-poplu tiegħu.

Hu jieħu ħsiebna bħal merħla nagħaġ.

Mank tisimgħu minnu llum! Hu qal:

 8 “Twebbsux raskom bħalma għamlu missirijietkom f’Meriba,*

Bħalma għamlu fid-deżert taʼ Massah,*

 9 Meta għaddewni minn prova;

Huma sfidawni, minkejja li kienu raw dak li għamilt.

10 Għal 40 sena ħassejt mibegħda lejn din il-ġenerazzjoni, u għedt:

‘Dawn in-nies huma rashom iebsa u dejjem jagħmlu li tixtieq qalbhom;

Huma ma jobdux dak li ngħidilhom.’

11 Għalhekk ħlift waqt li kont irrabjat:

‘Huma mhux se jidħlu fil-mistrieħ tiegħi.’”

96 Kantaw lil Ġeħova għanja ġdida.

Kantaw lil Ġeħova, nies tal-art kollha.

 2 Kantaw lil Ġeħova; faħħru lil ismu.

Xandru l-aħbar tajba dwar kif isalva lin-nies jum wara l-ieħor.

 3 Faħħruh mal-ġnus,

Għidu lill-popli dwar l-affarijiet tal-għaġeb li għamel.

 4 Ġeħova hu kbir u jistħoqqlu kull tifħir.

Hu taʼ min jibżaʼ minnu u jirrispettah iktar mill-allat l-oħrajn kollha.

 5 L-allat kollha tal-popli ma jiswew għal xejn.

Imma Ġeħova hu dak li għamel is-sema.

 6 Fejn hemm hu hemm glorja u ġmiel;*

Saħħa u sbuħija hemm fis-santwarju tiegħu.

 7 Onoraw lil Ġeħova, familji tal-popli,

Onoraw lil Ġeħova għall-glorja u s-saħħa tiegħu.

 8 Agħtu lil Ġeħova l-glorja li tixraq lil ismu;

Ġibu rigal u idħlu fil-btieħi tiegħu.

 9 Milu quddiem* Ġeħova bi ħwejjeġ qaddisa;*

Triegħdu quddiemu, nies kollha tal-art!

10 Xandru fost il-popli: “Ġeħova sar re.

L-art hi stabbilita fis-sod, u ħadd ma jistaʼ jċaqlaqha.

Hu se jiġġudika* l-popli b’mod ġust.”

11 Ħa jifirħu s-sema u l-art.

Ħa jgħajjat il-baħar u kulma fih.

12 Ħa jifirħu l-għelieqi u kulma fihom.

Fl-istess ħin ħa jgħajtu bil-ferħ is-siġar tal-foresta

13 Quddiem Ġeħova, għax hu ġej* biex jiġġudika l-art.

Hu se jiġġudika lin-nies tal-art bil-ġustizzja

U lill-popli bil-lealtà.

97 Ġeħova sar Re!

Ħa tifraħ l-art.

Ħa jifirħu l-gżejjer kollha.

 2 Madwaru hemm sħab u dlam;

Hu dejjem imexxi bis-sewwa u l-ġustizzja.

 3 Minn quddiemu joħroġ nar

Li jeqred lill-għedewwa li hemm madwaru.

 4 Is-sajjetti tiegħu jdawlu l-art;

Id-dinja titriegħed meta tara dan.

 5 Il-muntanji jdubu bħax-xemaʼ quddiem Ġeħova,

Quddiem is-Sid tal-art kollha.

 6 Is-sema xxandar il-ġustizzja tiegħu,

U l-popli kollha jaraw il-glorja tiegħu.

 7 Dawk kollha li jqimu xi statwa skolpita

U li jiftaħru bl-allat tagħhom li ma jiswew għal xejn

Se jiġu mġiegħla jistħu.

Milu quddiemu,* allat kollha.

 8 Sijon tismaʼ u tifraħ.

Il-bliet* taʼ Ġuda huma ferħanin

Minħabba l-ġudizzji tiegħek, Ġeħova.

 9 Għax int Ġeħova, l-Iktar Għoli fuq l-art kollha;

Int qiegħed fl-għoli ħafna iktar mill-allat l-oħrajn kollha.

10 Intom li tħobbu lil Ġeħova, obogħdu dak li hu ħażin.

Hu qed jipproteġi lil-leali tiegħu;

Hu jeħlishom minn id* il-ħżiena.

11 Id-dawl idda għall-ġusti,

U wasal iż-żmien biex dawk taʼ qalb onesta jifirħu.

12 Intom il-ġusti ifirħu b’Ġeħova

U rringrazzjaw lil ismu l-qaddis.*

Għanja.

98 Kantaw lil Ġeħova għanja ġdida,

Għax hu għamel affarijiet tal-għaġeb.

Idu l-leminija, idu l-qaddisa, salvatna.

 2 Ġeħova wera l-mod taʼ kif isalva;

Wera l-ġustizzja tiegħu quddiem il-popli.

 3 Hu ftakar fil-wegħda li għamel biex juri mħabba* u lealtà maʼ dar Iżrael.

In-nies tal-art kollha raw kif l-Alla tagħna salvana.

 4 Għajtu bil-ferħ u faħħru lil Ġeħova, nies tal-art kollha.

Ifirħu, għajtu bil-ferħ, u faħħruh bil-kant.*

 5 Faħħru lil* Ġeħova bl-arpa u l-kant.

 6 Għajtu bil-ferħ quddiem ir-Re, Ġeħova,

Waqt li ddoqqu t-trumbetti u l-qarn.

 7 Ħa jfaħħar lil Alla l-baħar u kulma fih,

L-art* u dawk kollha li jgħixu fiha.

 8 Ħa jċapċpu x-xmajjar;

Ħa jgħajtu bil-ferħ il-muntanji kollha

 9 Quddiem Ġeħova, għax hu ġej* biex jiġġudika l-art.

Hu se jiġġudika n-nies tal-art bil-ġustizzja

U lill-popli mingħajr preferenzi.

99 Ġeħova sar Re. Ħa jitriegħdu l-popli.

Hu qiegħed bilqiegħda fuq it-tron fuq* il-kerubini. Ħa titriegħed l-art.

 2 Ġeħova wera l-qawwa tiegħu f’Sijon,

Hu qiegħed fl-għoli fuq il-popli kollha.

 3 Ħa jfaħħru lil ismek kbir u qaddis,

Għax hu taʼ min jibżaʼ minnu u jirrispettah.

 4 Int re b’saħħtu li tħobb il-ġustizzja.

Int għamilt ċert li dejjem isir dak li hu tajjeb.

Int rajt li jsir dak li hu sew u ġust f’Ġakobb.

 5 Onoraw lil Ġeħova l-Alla tagħna

U milu* quddiem il-banketta għal saqajh;

Hu qaddis.

 6 Mosè u Aron kienu fost il-qassisin tiegħu,

U Samwel kien fost dawk li jużaw ismu meta jitolbu.

Huma kienu jitolbu lil Ġeħova,

U hu kien iwiġibhom.

 7 Hu kien ikellimhom mill-kolonna tas-sħab.

Huma obdew it-tfakkiriet u l-liġijiet li tahom.

 8 Ġeħova Alla tagħna, int wiġibthom.

Int ħfirtilhom,

Imma kkastigajthom* għall-ħażen li għamlu.

 9 Onoraw lil Ġeħova l-Alla tagħna

U milu* quddiem il-muntanja qaddisa tiegħu,

Għax Ġeħova l-Alla tagħna hu qaddis.

Għanja taʼ ringrazzjament.

100 Għajtu bil-ferħ u faħħru lil Ġeħova, nies tal-art kollha.

 2 Aqdu lil Ġeħova bil-ferħ.

Morru quddiemu b’għajjat taʼ ferħ.

 3 Kunu afu* li Ġeħova hu Alla.

Hu l-wieħed li għamilna, u aħna tiegħu.*

Aħna l-poplu tiegħu u n-nagħaġ li hu jirgħa.

 4 Idħlu mill-bibien tas-santwarju tiegħu u rringrazzjawh,

Idħlu fil-btieħi tiegħu u faħħruh.

Irringrazzjawh u faħħru lil ismu.

 5 Għax Ġeħova hu tajjeb;

L-imħabba* tiegħu tibqaʼ għal dejjem,

U l-lealtà tiegħu tibqaʼ minn ġenerazzjoni għal oħra.

Għanja taʼ David.

101 Jien se nkanta dwar l-imħabba, il-lealtà,* u l-ġustizzja.

Jien se nfaħħrek bil-kant,* Ġeħova.

 2 Jien se naġixxi b’għaqal u b’lealtà.*

Meta se tgħinni?

Anki fid-dar tiegħi se nagħmel dak li hu tajjeb.

 3 Jien mhux se nħares lejn dak li hu ħażin.*

Jien nobgħod l-affarijiet li jagħmlu dawk li jitilqu mit-triq it-tajba;

Mhu se jkolli xejn x’naqsam magħhom.

 4 Jien nitbiegħed minn dawk li għandhom qalb qarrieqa;

Mhux se nagħmel xi ħaġa ħażina.*

 5 Jien se nsikket* lil kull min jaqlaʼ qlajjaʼ fuq ħaddieħor bil-moħbi.

Jien ma nifilħux lil min hu kburi u arroganti.

 6 Jien napprezza lil dawk li huma leali.

Huma se jgħixu miegħi.

Dawk li huma bla ħtija* se jaqduni.

 7 Ebda persuna diżonesta mhu se tgħix fid-dar tiegħi,

U ebda giddieb mhu se jibqaʼ quddiemi.

 8 Kull filgħodu, jien se nsikket* lill-ħżiena kollha tal-art,

Jien se neqred lil dawk li jagħmlu l-ħażen mill-belt taʼ Ġeħova.

Talba taʼ xi ħadd li jiftaħ qalbu maʼ Ġeħova għax qed ibati u jħossu ddisprat.*

102 Ġeħova, ismaʼ t-talba tiegħi;

Ħa tasal għandek l-għajta tiegħi għall-għajnuna.

 2 Tinħebiex minni fi żmien diffiċli.

Ismagħni;*

Wiġibni malajr meta ngħajjatlek għall-għajnuna.

 3 Għax ħajti qed tispiċċa bħad-duħħan,

U l-għadam tiegħi sar bħal injam li jinħaraq f’ħuġġieġa.

 4 Qalbi saret bħall-ħaxix niexef,

M’għandix aptit niekol.

 5 Peress li qed inbati ħafna,

Sirt għadma u ġilda.

 6 Jien waħdi bħall-pellikan tad-deżert.

Jien bħal kokka żgħira f’post abbandunat.

 7 Jien ma norqodx;*

Qisni għasfur waħdu fuq bejt.

 8 L-għedewwa tiegħi jgħajruni l-ġurnata kollha.

Dawk li jwaqqgħuni għaċ-ċajt jidgħu bija.

 9 Għax jien niekol l-irmied bħallikieku ħobż,

U dak li nixrob hu mħallat bid-dmugħ.

10 Dan hu minħabba r-rabja kbira tiegħek,

Għax int bħallikieku għollejtni ’l fuq biex tarmini.

11 Ħajti hi bħal dell li qed jisparixxi,

U jien qed ninxef bħall-ħaxix.

12 Imma int Ġeħova tibqaʼ għal dejjem,

U int* se tibqaʼ magħruf tul il-ġenerazzjonijiet kollha.

13 Int żgur li se taġixxi u turi ħniena maʼ Sijon,

Għax wasal iż-żmien li tħenn għaliha;

Iż-żmien għal dan wasal.

14 Għax il-qaddejja tiegħek japprezzaw il-ġebel tal-ħitan tagħha,

U jħobbu anki t-trab tagħha.

15 Il-popli se juru rispett kbir lejn* isem Ġeħova,

U r-rejiet kollha tal-art se jindunaw bil-glorja tiegħek.

16 Għax Ġeħova se jerġaʼ jibni lil Sijon;

Hu se juri kemm hu b’saħħtu.

17 Hu se jismaʼ t-talba taʼ dawk fil-bżonn;

Mhux se jinjora t-talba tagħhom.

18 Dan ġie miktub għall-ġenerazzjoni tal-futur,

Ħalli l-poplu li għad irid jiġi* jfaħħar lil Jah.

19 Għax Ġeħova jħares ’l isfel mill-post qaddis tiegħu,

U jara l-art mis-sema,

20 Biex jismaʼ l-biki tal-priġunieri

U jeħles lil dawk ikkundannati għall-mewt.

21 B’hekk isem Ġeħova jiġi mxandar f’Sijon

U jiġi mfaħħar f’Ġerusalemm,

22 Meta l-popli u s-saltniet

Jinġabru flimkien biex jaqdu lil Ġeħova.

23 Hu ħadli saħħti qabel il-waqt;

Qassarli ħajti.

24 Jien għedt: “Alla tiegħi, int li tgħix għal dejjem,

Teqridnix qabel nixjieħ.

25 Żmien twil ilu int għamilt il-pedament tal-art,

U għamilt is-sema.

26 Huma se jispiċċaw, imma int se tibqaʼ teżisti;

Dawn se jitmermru bħall-ħwejjeġ.

Bħall-ħwejjeġ, dawn se jispiċċaw u tbiddilhom.

27 Imma int tibqaʼ l-istess, u s-snin tiegħek ma jispiċċawx.

28 It-tfal tal-qaddejja tiegħek se jgħixu fis-sigurtà;

U dawk li se jiġu minnhom jibqgħu quddiemek għal dejjem.”

Għanja taʼ David.

103 Jien* se nfaħħar lil Ġeħova;

Jien se nfaħħar lil ismu l-qaddis b’qalbi kollha.

 2 Jien* se nfaħħar lil Ġeħova;

Jalla qatt ma ninsa dak li għamel.

 3 Hu jaħfirli l-iżbalji kollha

U jfejjaqli l-mard kollu.

 4 Hu jeħlisni mill-ħofra,*

U jurini mħabba, lealtà,* u ħniena.

 5 Hu jagħtini affarijiet tajbin tul ħajti kollha,

B’hekk ikolli enerġija* bħal dik t’ajkla.

 6 Ġeħova jaġixxi bil-ġustizzja u s-sewwa

Maʼ dawk kollha li huma ttrattati ħażin.

 7 Hu qal lil Mosè kif aġixxa,

U lill-Iżraelin dak li għamel.

 8 Ġeħova hu ħanin u qalbu tajba,*

Ma jirrabjax malajr u juri ħafna mħabba u lealtà.*

 9 Mhux se joqgħod ifittex l-iżbalji tagħna l-ħin kollu,

Mhux se jżomm f’qalbu għal dejjem.

10 Ma kkastiganiex kif jistħoqqilna għad-dnubiet tagħna,

U lanqas tana dak li ħaqqna għall-iżbalji tagħna.

11 Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu lejn dawk li jirrispettawh ħafna*

Huma kbar daqs l-għoli li hemm bejn is-sema u l-art.

12 Hu tefaʼ l-iżbalji tagħna ’l bogħod minna

Daqs il-bogħod li hemm bejn tlugħ ix-xemx u nżulha.

13 Bħalma missier iħenn għat-tfal tiegħu,

Ġeħova jħenn għal dawk li jirrispettaw ħafna lil* ismu.

14 Għax hu jaf sew kif aħna magħmulin,

U jiftakar li aħna trab.

15 Il-ħajja taʼ bniedem hi bħal ħaxix;

Bħall-ħaxix li jikber f’għalqa.

16 Imma meta jqum ir-riħ, imut,

Qisu qatt ma kien hemm.*

17 Imma l-imħabba u l-lealtà taʼ Ġeħova

Lejn dawk li jirrispettawh ħafna* hi għal dejjem.

Hu se jkompli juri ġustizzja ma’ dawk li se jiġu minnhom

18 Li jżommu l-patt tiegħu

U joqogħdu attenti li jobdu l-kmandamenti tiegħu.

19 It-tron taʼ Ġeħova hu fis-sema għal dejjem;

U s-saltna tiegħu tmexxi fuq kollox.

20 Faħħru lil Ġeħova, intom l-anġli kollha tiegħu, li għandkom qawwa kbira,

Intom li tisimgħu minnu u tobdu l-kmandamenti tiegħu.*

21 Faħħru lil Ġeħova, intom l-anġli kollha tiegħu,

Li taqduh u tagħmlu dak li jrid hu.

22 Ħa jfaħħar lil Ġeħova l-ħolqien kollu tiegħu

Fil-postijiet kollha fejn imexxi.

Jien* se nfaħħar lil Ġeħova b’qalbi kollha.

104 Jien* se nfaħħar lil Ġeħova.

Ġeħova Alla tiegħi, int kbir ħafna.

Int għandek* glorja u ġmiel.*

 2 Int imdawwar bid-dawl bħallikieku bil-ħwejjeġ;

Int frixt is-sema bħal drapp tat-tined.

 3 Int tibni l-kmamar taʼ fuq tiegħek fuq is-sħab,*

Tagħmel is-sħab karru għalik,

U timxi fuq ir-riħ.

 4 Int tagħmel lill-anġli, il-qaddejja tiegħek, b’saħħithom.*

Int tagħmilhom bħal nar li jaħraq.

 5 Int qegħedt l-art fuq il-pedamenti tagħha;

Din qatt mhu se tiċċaqlaq minn postha.

 6 Int għattejtha b’ilmijiet fondi bħallikieku b’libsa.

L-ilmijiet għattew il-muntanji.

 7 Meta għajjatt magħhom, l-ilmijiet ħarbu;

Meta semgħu r-ragħad tiegħek, ħarbu ppanikjati.

 8 Dawn marru fil-post li għażiltilhom int,

U l-muntanji għolew u l-widien niżlu.

 9 Int għamilt limitu għall-ilmijiet li ma jistgħux jaqbżuh.

B’hekk qatt mhu se jerġgħu jgħattu l-art.

10 Int tibgħat l-ilma fil-widien;

Dan jgħaddi minn bejn il-muntanji.

11 Minnu jixorbu l-annimali slavaġ;

Il-ħmir slavaġ ma jibqgħux bil-għatx.

12 L-għasafar jagħmlu l-bejta ħdejn l-ilma;

Huma jgħannu minn qalb il-friegħi tas-siġar b’saħħithom.

13 Int qed issaqqi l-muntanji mill-kmamar taʼ fuq tiegħek.

L-art mimlija bil-frott tax-xogħol tiegħek.

14 Int qed tkabbar il-ħaxix għall-imrieħel,

U tagħti l-ħxejjex lin-nies.

Int qed tagħmel dan biex l-art tipproduċi ikel,

15 Inbid li jferraħ qalb in-nies,

Żejt li jagħmel wiċċ in-nies ileqq,

U ħobż li jagħtihom is-saħħa.

16 Ġeħova, is-siġar taċ-ċedri tal-Libanu li ħawwilt int

Għandhom ħafna ilma.

17 Hemmhekk l-għasafar jagħmlu l-bejta.

Id-dar taċ-ċikonja qiegħda fis-siġar tal-ġnibru.

18 Il-muntanji għoljin huma għall-mogħoż tal-muntanji;

Il-blat jistkennu fih il-fniek tad-deżert.

19 Int għamilt il-qamar biex juri l-istaġuni;

Ix-xemx taf sew meta għandha tinżel.

20 Int iġġib id-dlam u jibda l-lejl.

Dak il-ħin, l-annimali slavaġ kollha tal-foresta joħorġu.

21 L-iljuni b’saħħithom jgħajtu waqt li jfittxu x’jieklu.

Huma jfittxu l-ikel li tipprovdilhom int.

22 Meta titlaʼ x-xemx,

Huma jmorru lura fil-post fejn joqogħdu u jimteddu hemm.

23 In-nies joħorġu għax-xogħol

U jibqgħu jaħdmu sa filgħaxija.

24 Kemm għamilt affarijiet Ġeħova!

Int għamilthom kollha bl-għerf tiegħek.

L-art hi mimlija b’dak li għamilt.

25 Hemm il-baħar li hu kbir u wiesaʼ,

Mimli b’ħafna ħlejjaq kbar u żgħar.

26 Il-vapuri jivvjaġġaw fih;

U jilgħab fih il-Levjatan* li int ħlaqt.

27 Il-ħlejjaq kollha jistrieħu fuqek

Biex tagħtihom l-ikel meta jkollhom bżonnu.

28 Dawn jieklu li tagħtihom.

Meta tiftaħ idek, jixbgħu bl-affarijiet tajbin li tipprovdilhom.

29 Jekk taħbi wiċċek minnhom, huma jitħawdu.

Jekk tiħdilhom in-nifs,* imutu u jerġgħu jsiru trab.

30 Jekk tibgħat l-ispirtu qaddis tiegħek, dawn jiġu maħluqin,

U int terġaʼ tagħti l-ħajja lill-art.

31 Il-glorja taʼ Ġeħova se tibqaʼ għal dejjem.

Ġeħova se jifraħ b’dak li għamel.

32 Hu jħares lejn l-art, u din titriegħed;

Imiss il-muntanji, u dawn idaħħnu.

33 Jien se nkanta lil Ġeħova tul ħajti kollha;

Se nfaħħar bil-kant* lill-Alla tiegħi sakemm indum ħaj.

34 Jalla jieħu pjaċir b’dak li naħseb.*

Jien se nifraħ b’Ġeħova.

35 Il-midinbin* se jisparixxu mill-art

U l-ħżiena ma jibqgħux jeżistu.

Jien* se nfaħħar lil Ġeħova. Ħa jkun imfaħħar Jah!*

105 Irringrazzjaw lil Ġeħova, użaw ismu meta titolbu,

Għidu lill-popli b’dak li għamel!

 2 Kantawlu, faħħruh bil-kant,*

Aħsbu* dwar l-affarijiet tal-għaġeb li għamel.

 3 Ftaħru b’ismu l-qaddis,

Ħa tifraħ qalb dawk li qed ifittxu lil Ġeħova.

 4 Fittxu lil Ġeħova u afdaw fis-saħħa tiegħu.

Fittxu l-għajnuna tiegħu* l-ħin kollu.

 5 Ftakru fl-affarijiet tal-għaġeb li għamel,

Fil-mirakli u fil-ġudizzji tiegħu.

 6 Iva, ftakru dan intom li tiġu minn Abraham il-qaddej tiegħu,

Tfal taʼ Ġakobb, il-magħżulin tiegħu.

 7 Hu Ġeħova l-Alla tagħna.

Hu jiġġudika l-art kollha.

 8 Hu jiftakar fil-patt tiegħu għal dejjem,

Il-wegħda li għamel* għal elf ġenerazzjoni,

 9 Il-patt li għamel m’Abraham,

U l-ħalfa li għamel lil Iżakk.

10 Hu għamel din il-ħalfa lil Ġakobb bħala garanzija,

U bħala patt għal żmien twil għal Iżrael,

11 Billi qal: “Se nagħtik l-art taʼ Kangħan bħala wirt.”

12 Dan sar meta kienu vera ftit,

U kienu barranin fl-art.

13 Huma marru ’l hemm u ’l hawn minn poplu għal poplu,

Minn saltna għal saltna.

14 Ma ħalla lil ħadd jaħqarhom,

U minħabba fihom wissa lir-rejiet,

15 Billi qal: “Tmissux lill-magħżulin* tiegħi,

U tagħmlux ħsara lill-profeti tiegħi.”

16 Hu bagħat il-ġuħ fuq l-art

U ċaħħadhom mill-ħobż.*

17 Hu bagħat qabilhom raġel jismu Ġużeppi,

Li ġie mibjugħ bħala lsir.

18 Huma rabtulu saqajh bil-ktajjen

U għonqu bil-ħadid

19 Sakemm sar dak li ntqal dwaru.

Kulma qal Ġeħova għamlu persuna aħjar.

20 Ir-re ta kmand biex jinħeles,

Il-mexxej tal-popli ħelsu.

21 Hu għamlu sid fuq il-palazz tiegħu,

Mexxej fuq il-propjetà kollha tiegħu,

22 Biex ikollu awtorità fuq* il-kapijiet tiegħu

U jgħallem l-għerf lill-anzjani* tiegħu.

23 Imbagħad Iżrael mar l-Eġittu,

U Ġakobb għex bħala barrani fl-art taʼ Ħam.

24 Alla kabbar lill-poplu tiegħu;

Hu għamilhom iktar b’saħħithom mill-għedewwa tagħhom.

25 Hu ħalla lil dawn l-għedewwa jobogħdu lill-poplu tiegħu

U jippjanaw kontra l-qaddejja tiegħu.

26 Hu bagħat lill-qaddej tiegħu Mosè,

U għażel lil Aron biex imur miegħu.

27 Huma għamlu l-mirakli tiegħu fost in-nies

U s-sinjali tiegħu fl-art taʼ Ħam.

28 Hu bagħat id-dlam u l-art iddallmet;

Huma* ma rribellawx kontra dak li qal.

29 Hu bidel l-ilma tagħhom f’demm

U qatlilhom il-ħut.

30 L-art tagħhom imtliet biż-żrinġijiet,

Bil-kmamar tar-re b’kollox.

31 Hu kkmanda d-dubbien biex imur fuqhom,

U n-nemus biex jinvadi t-territorji kollha tagħhom.

32 Hu biddel ix-xita f’silġ

U bagħat is-sajjetti fuq l-art tagħhom.

33 Hu qatlilhom id-dwieli u s-siġar tat-tin

U kissrilhom is-siġar kollha.

34 Hu ta kmand biex il-ġurati jinvadu l-art,

Ammont kbir taʼ ġurati żgħar.

35 Dawn belgħu l-ħaxix kollu

U l-prodott kollu tal-art.

36 Imbagħad qatel lil kull l-ewwel imwieled tal-art tal-Eġittu,

L-ewwel uħud li twildulhom.

37 Hu ħareġ lill-poplu tiegħu minn hemm,

U ġarrew il-fidda u d-deheb magħhom;

Ħadd mit-tribujiet tiegħu m’għeja.*

38 L-Eġizzjani ferħu meta l-Iżraelin telqu,

Għax kienu qegħdin jibżgħu ħafna minnhom.

39 Hu bagħat sħaba biex jipproteġi lill-Iżraelin

U nar biex jagħtihom id-dawl billejl.

40 Meta talbuh il-laħam, bagħtilhom is-summien;

Hu baqaʼ jxebbagħhom bil-ħobż mis-sema.

41 Hu qasam blata u ħareġ ħafna ilma;

Dan kien bħal xmara fid-deżert.

42 Għax hu ftakar fil-wegħda qaddisa li kien għamel mal-qaddej tiegħu Abraham.

43 Għalhekk, ħareġ lill-poplu tiegħu u dawn ferħu,

Il-magħżulin tiegħu bdew jgħajtu bil-ferħ.

44 Hu tahom l-artijiet tal-popli;

Huma wirtu dak li ħaddieħor ħadem iebes għalih.

45 Hu għamel dan biex huma jżommu mar-regoli tiegħu

U jobdu l-liġijiet tiegħu.

Faħħru lil Jah!*

106 Faħħru lil Jah!*

Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;

L-imħabba u l-lealtà* tiegħu jibqgħu għal dejjem.

 2 Min jistaʼ jsemmi l-affarijiet tal-għaġeb kollha li għamel Ġeħova,

Jew ixandar l-affarijiet kbar kollha li għamel?

 3 Ferħanin huma dawk li jaġixxu bil-ġustizzja,

Li dejjem jagħmlu dak li hu tajjeb.

 4 Ġeħova, ftakar fija meta turi ħniena mal-poplu tiegħek.

Ħu ħsiebi u salvani.

 5 B’hekk inkun nistaʼ ngawdi l-qalb tajba li turi mal-magħżulin tiegħek,

Inkun nistaʼ nifraħ mal-poplu tiegħek,

U nkun nistaʼ niftaħar bik* mal-wirt tiegħek.

 6 Aħna dnibna bħal missirijietna;

Żbaljajna; aġixxejna b’mod ħażin.

 7 Missirijietna fl-Eġittu m’apprezzawx* l-affarijiet tal-għaġeb li għamilt int.

Huma ma ftakrux kemm urejt imħabba u lealtà.

Minflok, irribellaw ħdejn il-Baħar l-Aħmar.

 8 Imma Alla salvahom biex ismu jiġi gglorifikat,

Biex juri kemm hu b’saħħtu.

 9 Hu ta kmand lill-Baħar l-Aħmar u dan nixef;

Hu mexxa lill-poplu tiegħu fil-qiegħ tal-baħar daqslikieku fid-deżert.*

10 Hu salvahom minn dawk li kienu jobogħduhom

U ħadhom lura mingħand l-għedewwa tagħhom.

11 L-ilmijiet għattew lil dawk taʼ kontrihom;

Ħadd minnhom ma salva.

12 Imbagħad beda jkollhom fidi fil-wegħda tiegħu;

Huma bdew ikantaw u jfaħħruh.

13 Imma malajr nesew x’għamel;

Ma stennewhx jgħidilhom x’għandhom jagħmlu.

14 Huma ċedew għax-xewqat egoisti li kellhom fid-deżert;

Hemm għaddew lil Alla minn prova.

15 Hu tahom dak li talbuh,

Imma mbagħad bagħtilhom marda li dgħajfithom u qatlithom.

16 In-nies fil-kampijiet bdew jgħiru għal Mosè,

Anki għal Aron il-qaddis taʼ Ġeħova.

17 Imbagħad l-art infetħet u belgħet lil Datan,

U radmet lil dawk li kienu m’Abiram.

18 Fosthom beda jaqbad nar

U ħaraq lill-ħżiena.

19 F’Ħoreb għamlu barri żgħir tal-metall*

U mielu quddiemu.

20 Huma ppreferew iqimu forma taʼ barri li jiekol il-ħaxix

Milli jagħtu glorja lil Alla.

21 Huma nesew lil Alla li Salvahom,

Li għamel affarijiet kbar fl-Eġittu,

22 Affarijiet tal-għaġeb fl-art taʼ Ħam,

U li aġixxa b’mod impressjonanti ħdejn il-Baħar l-Aħmar.

23 Hu kien wasal biex jeqridhom,

Imma Mosè, il-magħżul tiegħu,

Talbu bil-ħniena* biex ma jibqax irrabjat u ma jeqridhomx.

24 Imbagħad bdew jobogħdu l-art li kienu jixtiequ;

Ma kellhomx fidi fil-wegħda tiegħu.

25 Huma komplew igergru fit-tined tagħhom;

Ma semgħux minn Ġeħova.

26 Għalhekk, hu għolla idu u ħalef

Li kien se jeqridhom fid-deżert.

27 Hu kien se jxerred lil dawk li jiġu minnhom fost il-popli

U jħallihom imutu f’pajjiżi oħra.

28 Imbagħad bdew iqimu lil* Bagħal taʼ Pegħor

U kielu mis-sagrifiċċji li kienu offruti lill-mejtin.*

29 Huma ġegħluh jirrabja ħafna b’dak li għamlu,

Għalhekk ikkastigahom.

30 Imma meta Fineħas ħa azzjoni, il-kastig waqaf.

31 Għalhekk, Alla kkunsidrah ġust għal dejjem

Matul il-ġenerazzjonijiet kollha.

32 Huma ġiegħlu lil Alla jirrabja ħdejn l-ilmijiet taʼ Meriba,*

U Mosè mar minn taħt minħabba fihom.

33 Huma rrabjawh,

U tkellem mingħajr ma ħasibha.

34 Huma ma qerdux il-popli għalkollox,

Bħalma kien ikkmandahom Ġeħova.

35 Imma tħalltu magħhom

U bdew jagħmlu bħalhom.*

36 Huma baqgħu jaqdu l-idoli tagħhom,

U dawn saru nassa għalihom.

37 Huma kienu jissagrifikaw lit-tfal tagħhom lid-demonji.

38 Baqgħu jxerrdu demm innoċenti,

Id-demm tat-tfal tagħhom stess

Li ssagrifikawhom lill-idoli taʼ Kangħan.

L-art kienet imniġġsa minħabba d-demm li xxerred.

39 Huma ma baqgħux nodfa minħabba kif aġixxew;

Ma baqgħux leali lejn Alla b’dak li għamlu.*

40 Għalhekk, Ġeħova rrabja ħafna mal-poplu tiegħu,

U beda jobgħod il-wirt tiegħu.

41 Għal darba wara l-oħra, hu tahom f’idejn il-popli,

Biex dawk li jobogħduhom jikkontrollawhom.

42 L-għedewwa tagħhom ħaqruhom

U rażżnuhom taħt il-qawwa tagħhom.*

43 Hu salvahom ħafna drabi,

Imma huma kienu jirribellaw u ma jobdux.

B’hekk, kienu jiġu umiljati minħabba l-iżball tagħhom.

44 Imma hu kien jarahom ibatu

U jismagħhom meta jgħajtulu għall-għajnuna.

45 Hu kien jiftakar fil-patt li għamel magħhom,

U jitħassarhom* peress li kien iħobbhom ħafna u kien leali* lejhom.

46 Hu kien jagħmel ċert li dawk li jżommuhom ilsiera jitħassruhom.

47 Salvana, Ġeħova Alla tagħna.

Iġborna minn fost il-popli

Biex inkunu nistgħu nirringrazzjaw lill-isem qaddis tiegħek

U nfaħħruk bil-ferħ.

48 Ħa jiġi mfaħħar għal dejjem Ġeħova l-Alla t’Iżrael.

Jalla n-nies kollha jgħidu, “Ammen!”*

Faħħru lil Jah!*

IL-ĦAMES KTIEB

(Salmi 107-150)

107 Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;

L-imħabba u l-lealtà* tiegħu jibqgħu għal dejjem.

 2 Ħa jgħidu hekk dawk li ġew salvati* minn Ġeħova,

Dawk li hu salva minn id l-għedewwa tagħhom,

 3 Dawk li hu ġabar mill-artijiet,

Mil-Lvant u l-Punent,*

U mit-Tramuntana u min-Nofsinhar.

 4 Huma qagħdu jduru u jagħqdu fix-xagħri, fid-deżert;

Huma ma sabux belt fejn joqogħdu.

 5 Huma kienu bil-ġuħ u bil-għatx;

Tant għejew* li ħassewhom dgħajfin.

 6 Huma baqgħu jgħajtu lil Ġeħova għall-għajnuna meta kienu qed ibatu;

Hu salvahom mid-diffikultajiet tagħhom.

 7 Hu mexxiehom fit-triq it-tajba

Biex jaslu f’belt li setgħu joqogħdu fiha.

 8 Jalla n-nies jirringrazzjaw lil Ġeħova għall-imħabba u l-lealtà tiegħu

U għall-affarijiet mill-isbaħ li għamel għall-bnedmin.

 9 Għax hu xebbaʼ lil dawk li kienu* bil-għatx

U ta ikel tajjeb lil dawk li kienu* bil-ġuħ.

10 Xi wħud kienu qed jgħixu fi dlam ċappa.

Huma kienu priġunieri marbutin bil-ktajjen u kienu qed ibatu.

11 Għax huma rribellaw kontra dak li qalilhom Alla;

Ma rrispettawx il-pariri tal-Iktar Għoli.

12 Għalhekk, hu umiljahom billi ħalliehom ibatu;

Huma waqgħu* u ma kienx hemm min jgħinhom.

13 Huma għajtu lil Ġeħova għall-għajnuna meta kienu qed ibatu;

Hu salvahom mid-diffikultajiet tagħhom.

14 Hu ħariġhom minn dlam ċappa

U qaċċat il-ktajjen tagħhom.

15 Jalla n-nies jirringrazzjaw lil Ġeħova għall-imħabba u l-lealtà tiegħu

U għall-affarijiet mill-isbaħ li għamel għall-bnedmin.

16 Għax hu kisser il-bibien tar-ram

U qaċċat l-istaneg tal-ħadid.

17 Il-boloh batew minħabba l-iżbalji u d-dnubiet tagħhom.

18 Huma ma kellhomx aptit jieklu,*

U kważi mietu.*

19 Huma kienu jgħajtu lil Ġeħova għall-għajnuna meta kienu qed ibatu;

Hu kien isalvahom mid-diffikultajiet tagħhom.

20 Hu kien jagħti kmand biex ifejjaqhom

U jsalvahom mill-ħofor li kienu fihom.

21 Jalla n-nies jirringrazzjaw lil Ġeħova għall-imħabba u l-lealtà tiegħu

U għall-affarijiet mill-isbaħ li għamel għall-bnedmin.

22 Ħa joffru sagrifiċċji taʼ ringrazzjament

U jxandru bil-ferħ l-affarijiet li għamel.

23 Dawk li jivvjaġġaw bil-vapuri

U jinnegozjaw fuq l-ilmijiet bla tarf,

24 Raw l-affarijiet li għamel Ġeħova

U l-affarijiet sbieħ li hu ħalaq fil-baħar.

25 Huma raw kif bil-kmand t’Alla jqum riefnu li jgħolli l-mewġ.

26 Dawk li jkunu fil-vapuri

Jogħlew u jinżlu mal-mewġ.

Minħabba l-periklu, jitilfu l-kuraġġ.*

27 Huma jitbandlu u jixxenglu bħal raġel fis-sakra,

U l-abbiltajiet kollha tagħhom ikunu għalxejn.

28 Imbagħad huma jgħajtu lil Ġeħova għall-għajnuna minħabba s-sitwazzjoni li jkunu fiha,

U hu jsalvahom mid-diffikultà tagħhom.

29 Hu jikkalma r-riefnu, u l-mewġ ibatti.

30 Huma jifirħu meta t-temp jikkalma,

U hu jwassalhom fil-port li jridu.

31 Jalla n-nies jirringrazzjaw lil Ġeħova għall-imħabba u l-lealtà tiegħu

U għall-affarijiet mill-isbaħ li għamel għall-bnedmin.

32 Ħa jonorawh fost il-poplu miġbur,

U ħa jfaħħruh fil-post fejn jiltaqgħu l-anzjani.*

33 Hu jbiddel ix-xmajjar f’deżert,

In-nixxigħat tal-ilma f’art niexfa,

34 U art li tagħti ħafna ħxejjex f’waħda li ma tipproduċi xejn.

Dan jagħmlu minħabba l-ħażen taʼ dawk li jgħixu fiha.

35 Hu jbiddel id-deżert f’għadajjar bil-qasab,

U l-art niexfa f’nixxigħat tal-ilma.

36 Hu jgħin lil dawk li huma bil-ġuħ jissetiljaw hemmhekk,

Sabiex ikunu jistgħu jibnu belt fejn jgħixu.

37 Huma jiżirgħu l-għelieqi u jħawlu d-dwieli,

U dawn jagħtu ħafna frott.

38 Hu jbierek lin-nies u jsiru ħafna,

U l-baqar tagħhom ikomplu jiżdiedu.

39 Imma dawn jerġgħu jsiru ftit u jkunu umiljati

Minħabba l-moħqrija, it-tbatija, u l-inkwiet.

40 Hu jumilja lin-nies importanti

U jġegħelhom iduru u jagħqdu fid-deżert.

41 Imma hu jipproteġi* lill-foqra mill-moħqrija

U jkabbar il-familji tagħhom daqs l-imrieħel.

42 Il-ġusti jifirħu meta jaraw dan,

Imma dawk kollha li mhumiex ġusti se jagħlqu ħalqhom.

43 Kull min hu għaref se jinnota dawn l-affarijiet

U jaħseb sew dwar kif Ġeħova juri l-imħabba u l-lealtà tiegħu.

Għanja taʼ David.

108 Qalbi hi leali lejk, Alla tiegħi.

Jien se nkanta u ndoqq b’qalbi kollha.

 2 Jien se nqum qabel ma titlaʼ x-xemx.

Irrid indoqq l-arpa u strumenti tal-korda oħra.

 3 Ġeħova, jien se nfaħħrek fost il-popli;

Se nfaħħrek bil-kant* fost il-ġnus.

 4 L-imħabba* tiegħek tant hi kbira li tasal sas-sema,

U l-lealtà tiegħek sas-sħab.

 5 Uri l-kobor tiegħek fis-sema, Alla tiegħi;

Jalla d-dinja kollha tara l-glorja tiegħek.

 6 Eħlisna bil-qawwa tiegħek* u wieġeb it-talba tagħna,

Sabiex dawk li int tħobb jiġu salvati.

 7 L-Alla l-qaddis qal:*

“Jien se nifraħ meta nagħti lil Sikem bħala wirt,

U naqsam u nagħti l-Wied* taʼ Sukkot lil min irrid jien.

 8 Gilegħad u Manasse huma tiegħi,

Efrajm hu l-elmu* għal rasi,

U Ġuda hu l-bastun li juri l-awtorità tiegħi.

 9 Mowab hu l-friskatur fejn naħsel saqajja.

Jien se nitfaʼ s-sandli tiegħi fuq Edom.

Jien se ngħajjat bil-ferħ għax se nirbaħ lill-Filistja.”

10 Min se jiħodni lejn il-belt iffortifikata?

Min se jmexxini s’Edom?

11 Alla tiegħi, int se tagħtina dik ir-rebħa!

Imma int warrabtna

U mhux qed tmexxi l-armati tagħna.

12 Għinna fi żmien taʼ inkwiet,

Għax għalxejn nittamaw li niġu salvati mill-bniedem.

13 Permezz t’Alla, aħna se jkollna s-saħħa,

U hu se jgħaffeġ lill-għedewwa tagħna.

Lid-direttur. Għanja taʼ David.

109 Alla tiegħi li jien infaħħar, tibqax kwiet.

 2 Għax il-ħżiena u dawk li jqarrqu jitkellmu kontrija.

Huma jigdbu fuqi.

 3 Huma jduruni u jgħiduli kliem li jweġġaʼ.

Jattakkawni għalxejn b’xejn.

 4 Jien nurihom imħabba u huma jakkużawni;

Imma jien nibqaʼ nitlob.

 5 Huma jpattuli t-tajjeb bil-ħażin.

Jien nurihom imħabba u huma jobogħduni.

 6 Jalla l-għadu tiegħi jiġi ġġudikat minn xi ħadd ħażin;

Jalla jiġi xi ħadd fuq il-lemin tiegħu biex jakkużah.

 7 Meta jiġi ġġudikat, jalla jinstab ħati;

Jalla anki t-talba tiegħu tiġi meqjusa bħala dnub.

 8 Jalla ma jdumx jgħix,

U jalla xi ħadd ieħor jiħodlu r-responsabbiltà li jiggwida n-nies.

 9 Ħa jsiru bla missier it-tfal* tiegħu,

U l-mara tiegħu ssir armla.

10 Jalla t-tfal* tiegħu jibdew jittallbu

U jkollhom jitilqu mid-djar irrovinati tagħhom biex ifittxu l-ikel.

11 Jalla dak li silfu jiħodlu kulma għandu,

U jalla l-istranġieri jisirqulu dak li għandu.

12 Jalla ħadd ma jurih qalb tajba,*

U jalla ħadd ma jħenn għat-tfal tiegħu.

13 Ħa jinqerdu dawk li jiġu minnu,

U jalla isimhom jintesa mill-ġenerazzjoni taʼ wara.

14 Jalla Ġeħova jiftakar l-iżball tal-antenati tiegħu,

U jalla ma jħassarx id-dnub t’ommu.

15 Jalla Ġeħova dejjem iżomm f’moħħu dak li għamlu;

U jalla jiġu minsijin minn fuq l-art.

16 Għax dak ir-raġel ma ftakarx juri qalb tajba,*

Imma baqaʼ jiġri wara min hu maħqur, fqir, u qalbu maqsuma biex joqtlu.

17 Hu kien iħobb jisħet lil oħrajn, u b’hekk ġie misħut;

Hu ma riedx ibierek lil oħrajn, u b’hekk ma ġiex imbierek.

18 Hu kien mgħotti bis-saħtiet bħallikieku bil-ħwejjeġ.

Dawn daħlu f’ġismu bħallikieku ilma

U f’għadmu bħallikieku żejt.

19 Jalla s-saħtiet tiegħu jkunu bħall-ħwejjeġ li jdawwar miegħu

U bħal ċinturin li dejjem jilbes.

20 Hekk se jikkastigahom Ġeħova lil dawk li jiħduha kontrija

U lil dawk li jitkellmu ħażin dwari.*

21 Imma int, Ġeħova s-Sid taʼ Kollox,*

Aqbeż għalija ħalli ismek jiġi onorat.

Eħlisni, għax int tħobbni u leali lejja.*

22 Għax jien batut u fqir,

U qalbi ġiet imweġġaʼ.

23 Jien qed nispiċċa bħal dell li qed jisparixxi;

Ġejt imgerrex bħal ġurat.

24 Peress li qed insum, irkopptejja qed iċedu;

Jien irqaqt u qed niddgħajjef.

25 Jien qed niġi mwaqqaʼ għaċ-ċajt min-nies.

Meta jarawni, jibdew ixenglu rashom.

26 Ġeħova Alla tiegħi, għinni;

Urini mħabba u lealtà,* u salvani.

27 Jalla jkunu jafu li bis-saħħa tiegħek ġejt salvat, Ġeħova.

28 Ħallihom jisħtuni, imma jalla tberikni,

Meta jiħduha kontrija, jalla jiġu mġiegħla jistħu.

Imma jalla tferraħni.

29 Ħa jiġu umiljati dawk li jiħduha kontrija;

Jalla jitgħattew bil-mistħija bħallikieku bil-ħwejjeġ.

30 Jien se nfaħħru ħafna lil Ġeħova;

Se nfaħħru quddiem ħafna nies.

31 Għax hu se joqgħod fuq il-lemin tal-fqir,

Biex isalvah minn dawk li qed jikkundannawh.

Għanja taʼ David.

110 Ġeħova qal lill-Mulej tiegħi:

“Oqgħod bilqiegħda fuq il-lemin tiegħi

Sakemm inpoġġi l-għedewwa tiegħek bħala banketta għal saqajk.”

 2 Ġeħova se jagħtik awtorità fuq Sijon u postijiet oħra.

Hu se jgħid: “Mexxi fost l-għedewwa tiegħek.”

 3 Dakinhar li int tmexxi l-armata għall-battalja,

In-nies tiegħek se joffru lilhom infushom minn jeddhom.

Grupp taʼ żgħażagħ jappoġġawk.

Huma bħall-qtar tan-nida taʼ filgħodu.

Fihom, wieħed jistaʼ jara kemm hi sabiħa l-qdusija.

 4 Ġeħova mhux se jibdel fehmtu* dwar din il-ħalfa:

Int qassis bħalma kien Melkisedek

U se tkun qassis għal dejjem!”

 5 Ġeħova se jkun fuq il-lemin tiegħek;

Alla se jkisser ir-rejiet dakinhar li juri r-rabja tiegħu.

 6 Hu se jagħmel ġudizzju kontra* l-popli;

Se jimla l-art bil-mejtin.

Hu se jkisser lil dak li jmexxi* fuq l-art kollha.*

 7 Fi triqtu hu* se jixrob mix-xmara.

Għalhekk, se jkun rebbieħ.

111 Faħħru lil Jah!*

א [Alef]

Jien se nfaħħar lil Ġeħova b’qalbi kollha

ב [Bet]

Fost il-ġusti miġburin flimkien fil-kongregazzjoni.

ג [Gimel]

 2 L-affarijiet li għamel Ġeħova huma tal-għaġeb,

ד [Dalet]

Dawn jiġu studjati minn dawk li jieħdu pjaċir bihom.

ה [Ħe]

 3 Dak li għamel juri glorja u sbuħija,

ו [Waw]

U l-ġustizzja tiegħu tibqaʼ għal dejjem.

ז [Żajin]

 4 L-affarijiet li għamel tant huma tal-għaġeb li n-nies se jibqgħu jiftakruhom.

ח [Ħet]

Ġeħova hu qalbu tajba* u ħanin.

ט [Tet]

 5 Hu jagħti l-ikel lil dawk li jirrispettawh ħafna.*

י [Jod]

Hu jiftakar fil-patt tiegħu għal dejjem.

כ [Kaf]

 6 Hu wera l-qawwa li għandu lill-poplu tiegħu

ל [Lamed]

Billi tahom il-wirt ta’ popli oħra.

מ [Mem]

 7 Xogħol idejh hu veru u ġust;

נ [Nun]

Il-liġijiet tiegħu huma kollha taʼ min jafdahom.

ס [Samek]

 8 Huma dejjem taʼ min joqgħod fuqhom, issa u għal dejjem.

ע [Għajn]

Dawn saru għax Alla hu leali u ġust.

פ [Pe]

 9 Hu ħeles* lill-poplu tiegħu.

צ [Sade]

Hu kkmanda li l-patt tiegħu jibqaʼ għal dejjem.

ק [Kof]

Ismu hu qaddis u taʼ min jibżaʼ minnu u jirrispettah.

ר [Rex]

10 L-ewwel pass biex wieħed ikun għaref hu li jirrispetta ħafna lil* Ġeħova.

ש [Sin]

Dawk kollha li jobdu l-liġijiet tiegħu* juru li huma għaqlin.

ת [Taw]

Hu għandu jiġi mfaħħar għal dejjem.

112 Faħħru lil Jah!*

א [Alef]

Ferħan ikun dak li jirrispetta ħafna lil* Ġeħova,

ב [Bet]

Li jieħu pjaċir ħafna bil-kmandamenti tiegħu.

ג [Gimel]

 2 Dawk li jiġu minnu se jkunu b’saħħithom fl-art

ד [Dalet]

U l-ġenerazzjoni tal-ġust se tiġi mbierka.

ה [Ħe]

 3 F’daru se jkollu ħafna ġid.

ו [Waw]

It-tajjeb li jagħmel se jibqaʼ mfakkar għal dejjem.

ז [Żajin]

 4 Għall-ġust hu se jkun bħal dawl fid-dlam.

ח [Ħet]

Hu qalbu tajba,* ħanin, u ġust.

ט [Tet]

 5 Min isellef b’mod ġeneruż lil min hu fil-bżonn ikun ferħan.

י [Jod]

Hu jagħmel l-affarijiet bil-ġustizzja.

כ [Kaf]

 6 Hu qatt mhu se jitfixkel.

ל [Lamed]

Il-ġust se jibqaʼ mfakkar għal dejjem.

מ [Mem]

 7 Hu mhux se jibżaʼ minn xi aħbar ħażina.

נ [Nun]

Qalbu hi leali, u jafda f’Ġeħova.

ס [Samek]

 8 Qalbu hi determinata;* hu ma jibżax.

ע [Għajn]

Fl-aħħar hu se jara lill-għedewwa tiegħu jitilfu.

פ [Pe]

 9 Hu ta b’mod ġeneruż; hu ta lill-foqra.

צ [Sade]

It-tajjeb li jagħmel se jibqaʼ mfakkar għal dejjem.

ק [Kof]

Is-saħħa tiegħu se tiżdied* u kulħadd se jirrispettah.

ר [Rex]

10 Il-ħażin se jara dan u jirrabja.

ש [Xin]

Hu se jħossu ddisprat, jiddgħajjef, u mbagħad imut.

ת [Taw]

Il-ħżiena mhux se jaqtgħu xewqithom.

113 Faħħru lil Jah!*

Intom il-qaddejja taʼ Ġeħova, faħħruh.

Faħħru isem Ġeħova.

 2 Jalla isem Ġeħova jiġi mfaħħar

Issa u għal dejjem.

 3 Ħa jiġi mfaħħar isem Ġeħova

Minn xħin titlaʼ x-xemx sa ma tinżel.

 4 Ġeħova qiegħed ’il fuq ħafna mill-popli kollha;

Hu iktar glorjuż mis-sema.

 5 Min hu bħal Ġeħova l-Alla tagħna,

Il-wieħed li jgħix* fl-għoli?

 6 Hu jitbaxxa biex iħares lejn is-sema u l-art,

 7 Ħalli jqajjem lill-batut mit-trab.

Hu jerfaʼ lill-fqir mill-irmied*

 8 Biex iqiegħdu bilqiegħda mal-mexxejja,

Mal-mexxejja tal-poplu tiegħu.

 9 Il-mara li ma jistax ikollha tfal

Issir omm ferħana għax jagħtiha dar bit-tfal.*

Faħħru lil Jah!*

114 Meta Iżrael ħareġ mill-Eġittu,

Meta d-dar taʼ Ġakobb ħarġet minn fost in-nies li kienu jitkellmu lingwa barranija,

 2 Ġuda sar il-post qaddis* t’Alla,

U Iżrael sar tiegħu.

 3 Meta l-baħar ra l-poplu ġej, infetaħ,

U mix-Xmara Ġordan ma baqax għaddej ilma.

 4 Il-muntanji qabżu bħal muntun

U l-għoljiet bħal ħaruf.

 5 X’ġiegħlek tinfetaħ, baħar?

Għala l-ilma ma baqax għaddej minnek, Xmara Ġordan?

 6 Għala qbiżtu bħal muntun, muntanji,

U bħall-ħrief, għoljiet?

 7 Art, triegħed quddiem il-Mulej,

Quddiem l-Alla taʼ Ġakobb,

 8 Li jbiddel il-blata f’għadira bil-qasab

U l-blata taż-żnied f’nixxigħat taʼ ilma.

115 Ġeħova, tagħtix glorja lilna

Għax ma ħaqqniex.*

Imma agħti glorja lil ismek

Għax int turi mħabba* u lealtà.

 2 Għala l-popli għandhom jgħidu:

“Fejn hu l-Alla tagħhom?”

 3 L-Alla tagħna hu fis-sema;

Hu jagħmel dak li jogħġbu.

 4 L-istatwi* tagħhom huma tal-fidda u d-deheb,

Magħmulin mill-bniedem.

 5 Għandhom ħalq, imma ma jistgħux jitkellmu;

Għandhom għajnejn, imma ma jistgħux jaraw;

 6 Għandhom widnejn, imma ma jistgħux jisimgħu;

Għandhom imnieħer, imma ma jistgħux ixommu;

 7 Għandhom idejn, imma ma jistgħu jaqbdu xejn;

Għandhom saqajn, imma ma jistgħux jimxu;

Mill-gerżuma tagħhom ma joħroġ l-ebda ħoss.

 8 In-nies li jagħmluhom se jsiru bħalhom,

U anki dawk kollha li jafdaw fihom.

 9 Iżrael, afda f’Ġeħova.

Hu l-għajnuna u t-tarka tiegħek.

10 Intom li tiġu minn Aron, afdaw f’Ġeħova.

Hu l-għajnuna u t-tarka tagħkom.

11 Intom li tirrispettaw ħafna lil* Ġeħova, afdaw f’Ġeħova.

Hu l-għajnuna u t-tarka tagħkom.

12 Ġeħova jiftakar fina u jberikna;

Hu se jbierek lid-dar t’Iżrael;

Hu se jbierek lid-dar t’Aron.

13 Ġeħova se jbierek lil dawk li jirrispettawh ħafna,*

Iż-żgħar u l-kbar.

14 Ġeħova se jżid lilkom u lit-tfal* tagħkom.

15 Jalla tiġu mberkin minn Ġeħova,

Dak li Għamel is-sema u l-art.

16 Is-sema hi taʼ Ġeħova,

Imma l-art taha lill-bnedmin.

17 Il-mejtin ma jfaħħruhx lil Jah;

Ħadd minn dawk li neżlin fil-qabar* ma jfaħħru.

18 Imma aħna se nfaħħru lil Jah

Issa u għal dejjem.

Faħħru lil Jah!*

116 Jien inħobbu lil Ġeħova

Għax hu jismagħni* meta nitolbu bil-ħniena biex jgħinni.

 2 Hu jagħti kasi,*

U sakemm indum ħaj, lilu se ngħajjat għall-għajnuna.

 3 Il-ħbula tal-mewt daru miegħi.

Il-Qabar ħatafni taħt idu.*

Jien kont qed inbati u mdejjaq ħafna.

 4 Imma tlabt lil Ġeħova billi użajt ismu, u għedtlu:

“Ġeħova, eħlisni!”*

 5 Ġeħova hu qalbu tajba* u ġust;

L-Alla tagħna hu ħanin.

 6 Ġeħova jipproteġi lil dawk bla esperjenza.

Jien batejt ħafna u hu salvani.

 7 Jalla nerġaʼ nistrieħ,*

Għax Ġeħova ttrattani b’qalb tajba.

 8 Alla tiegħi, int ħlistni* mill-mewt,

Ixxottajtli d-dmugħ, u ma ħallejtnix nitfixkel.

 9 Jien se ngħix u naqdi lil Ġeħova.

10 Għalkemm kont qed inbati ħafna,

Jien tkellimt dwar dak li nemmen għax kelli l-fidi.

11 Meta kont ippanikjat għedt:

“In-nies kollha giddibin.”

12 X’nistaʼ nagħti lil Ġeħova

Għal dak kollu li għamel miegħi?

13 Jien se nixrob mit-tazza biex nirringrazzjah talli salvani.*

Se nfaħħar isem Ġeħova.

14 Jien se nagħmel dak li wegħedt lil Ġeħova

Quddiem il-poplu kollu tiegħu.

15 Ġeħova jweġġaʼ jekk imutu l-leali tiegħu.

16 Ġeħova, nitolbok bil-ħniena għax jien il-qaddej tiegħek.

Jien it-tifel tal-ilsira tiegħek.

Int ħlistni meta kont marbut.

17 Jien se noffrilek is-sagrifiċċju taʼ ringrazzjament;

Se nfaħħar lil ismek, Ġeħova.

18 Jien se nagħmel dak li wegħedt lil Ġeħova

Quddiem il-poplu kollu tiegħu,

19 Fil-btieħi tat-tempju taʼ Ġeħova,

F’nofs Ġerusalemm.

Faħħru lil Jah!*

117 Faħħru lil Ġeħova, ġnus kollha;

Igglorifikawh popli kollha.

 2 Għax hu jħobbna ħafna;*

Ġeħova hu leali għal dejjem.

Faħħru lil Jah!*

118 Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;

Hu juri mħabba u lealtà* għal dejjem.

 2 Ħa jgħid hekk Iżrael:

“Hu juri mħabba u lealtà għal dejjem.”

 3 Ħa jgħidu hekk dawk taʼ dar Aron:

“Hu juri mħabba u lealtà għal dejjem.”

 4 Ħa jgħidu hekk dawk li jirrispettaw ħafna lil* Ġeħova:

“Hu juri mħabba u lealtà għal dejjem.”

 5 Meta kont qed inbati, jien għajjatt lil Jah* għall-għajnuna;

Jah wiġibni u ħadni f’post taʼ sigurtà.*

 6 Ġeħova qiegħed fuq in-naħa tiegħi,

Għalhekk m’iniex se nibżaʼ.

X’jistaʼ jagħmilli l-bniedem?

 7 Ġeħova qiegħed fuq in-naħa tiegħi biex jgħinni;*

Jien se nara lil dawk li jobogħduni jitilfu.

 8 Ikun aħjar li ddur lejn Ġeħova għall-protezzjoni

Milli tafda fil-bniedem.

 9 Ikun aħjar li ddur lejn Ġeħova għall-protezzjoni

Milli tafda fil-mexxejja.

10 Il-popli kollha daruni.

Imma jien keċċejthom ’l hemm f’isem Ġeħova.

11 Huma daruni, iva, daruni minn kullimkien,

Imma jien keċċejthom ’l hemm f’isem Ġeħova.

12 Huma daruni bħan-naħal;

Imma malajr inqerdu, bħax-xewk fin-nar.

Jien keċċejthom ’l hemm f’isem Ġeħova.

13 Ġejt imbottat* bis-saħħa biex naqaʼ,

Imma Ġeħova għenni.

14 Jah jipproteġini u jagħtini s-saħħa.

Hu l-wieħed li jsalvani.

15 Mit-tined tal-ġusti qed jinstemaʼ

Għajjat taʼ ferħ u taʼ rebħa.*

L-id il-leminija taʼ Ġeħova qed turi kemm hi b’saħħitha.

16 L-id il-leminija taʼ Ġeħova qed tagħmel affarijiet tal-għaġeb;

L-id il-leminija taʼ Ġeħova qed turi kemm hi b’saħħitha.

17 Jien mhux se mmut, imma se ngħix.

B’hekk inkun nistaʼ nxandar dwar l-affarijiet li għamel Jah.

18 Jah iddixxiplinani bl-aħrax,

Imma ma ħallinix immut.

19 Iftħuli l-bibien li jidħlu minnhom il-ġusti.

Jien se nidħol minn hemm u nfaħħar lil Jah.

20 Dan hu l-bieb taʼ Ġeħova.

Il-ġusti se jidħlu minnu.

21 Jien se nfaħħrek, għax wiġibtni u salvajtni.

22 Il-ġebla li warrbu l-bennejja

Saret l-iktar ġebla importanti* tal-bini.

23 Din ġejja mingħand Ġeħova;

U hi tal-għaġeb għalina.

24 Din hi l-ġurnata li għażel Ġeħova;

Aħna se nifirħu dakinhar.

25 Ġeħova, nitolbuk bil-ħniena biex issalvana!

Jekk jogħġbok Ġeħova, għinna nirbħu lill-għedewwa tagħna!

26 Imbierek hu dak li jiġi f’isem Ġeħova;

Mid-dar taʼ Ġeħova, aħna nitolbu lil Alla biex iberikkom.

27 Ġeħova hu l-Alla tagħna.

Hu jagħtina d-dawl.

Ingħaqdu fil-parata tal-festa bil-friegħi f’idkom,

Ħdejn il-qrun tal-artal.

28 Int l-Alla tiegħi, u jien se nfaħħrek;

Jien se nonorak, Alla tiegħi.

29 Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;

Hu juri mħabba u lealtà għal dejjem.

א [Alef]

119 Ferħanin huma dawk leali,*

U li jobdu l-liġi taʼ Ġeħova.

 2 Ferħanin huma dawk li jżommu mat-tfakkiriet tiegħu,

Li jfittxuh b’qalbhom kollha.

 3 Huma ma jagħmlux affarijiet ħżiena,

Imma jagħmlu dak li jrid hu.

 4 Int ikkmandajt lin-nies

Biex jobdu sew l-istruzzjonijiet tiegħek.

 5 Kemm nixtieq inkun sod*

U dejjem nobdi r-regoli tiegħek!

 6 B’hekk ma jkollix għal xiex nistħi

Meta neżamina l-kmandamenti kollha tiegħek.

 7 Hekk kif nitgħallem dwar il-ġudizzji ġusti tiegħek,

Jien infaħħrek b’qalb onesta.

 8 Jien se nobdi r-regoli tiegħek.

Jalla qatt ma titlaqni għalkollox.

ב [Bet]

 9 Kif jistaʼ żagħżugħ jagħmel dak li hu tajjeb?*

Billi joqgħod għassa u jagħmel dak li tgħid int.

10 Jien infittxek b’qalbi kollha.

Tħallinix nitbiegħed mill-kmandamenti tiegħek.

11 Jien inżomm dak li tgħid f’qalbi,

Ħalli ma nidnibx kontrik.

12 Jalla tiġi mfaħħar Ġeħova;

Għallimni r-regoli tiegħek.

13 Jien xandart id-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek.

14 Jien nifraħ bit-tfakkiriet tiegħek

Iktar milli b’kull ħaġa taʼ valur oħra.

15 Jien se naħseb sew* dwar il-kmandamenti tiegħek,

U se noqgħod attent li ngħix kif tixtieq int.

16 Jien inħobbhom ħafna l-liġijiet tiegħek.

Mhux se ninsa dak li tgħid.

ג [Gimel]

17 Ittrattani b’qalb tajba

Ħalli jien, il-qaddej tiegħek, ngħix u nobdi dak li tgħid.

18 Jekk jogħġbok, għinni nifhem sew

L-affarijiet mill-isbaħ li hemm fil-liġi tiegħek.

19 Inħossni qisni barrani fil-pajjiż.

Taħbix il-kmandamenti tiegħek minni.

20 Tant nixtieq inkun naf id-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek li għajejt.*

21 Int tikkundanna lill-prużuntużi,

Lil dawk misħutin minħabba li tbiegħdu mill-kmandamenti tiegħek.

22 Tħallihomx ikomplu jobogħduni u juruni diżrispett,

Għax jien obdejt it-tfakkiriet tiegħek.

23 Anki meta l-mexxejja jiltaqgħu flimkien u jitkellmu kontrija,

Jien, il-qaddej tiegħek, naħseb sew* dwar ir-regoli tiegħek.

24 Jien inħobbhom it-tfakkiriet tiegħek,

Dawn huma bħal nies li jagħtuni l-pariri.

ד [Dalet]

25 Jien* mitfugħ mal-art fit-trab.

Żommni ħaj bħalma wegħedt.

26 Jien għedtlek x’għamilt u int wiġibtni.

Għallimni r-regoli tiegħek.

27 Għinni nifhem xi jfissru* l-kmandamenti tiegħek,

Ħalli nkun nistaʼ naħseb sew* dwar l-affarijiet mill-isbaħ li int għamilt.

28 Jien* ma nkunx nistaʼ norqod bid-dwejjaq li jkolli.

Saħħaħni bħalma wegħedt.

29 Għinni ħalli ma nsirx bniedem qarrieq,

U ħenn għalija billi tgħallimni l-liġi tiegħek.

30 Jien iddeċidejt li nkun leali lejk.

Jien naf li d-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek huma tajbin.

31 Jien inżomm mat-tfakkiriet tiegħek.

Tħallinix niġi ddiżappuntat,* Ġeħova.

32 Jien se nimxi* mal-kmandamenti tiegħek bil-ħeġġa,

Għax int tgħinni nifhimhom.*

ה [Ħe]

33 Ġeħova, għallimni ngħix fi qbil mar-regoli tiegħek,

U jien nimxi magħhom sal-aħħar.

34 Għinni nifhem ħalli nobdi l-liġi tiegħek

U nżomm magħha b’qalbi kollha.

35 Iggwidani ħalli nobdi* l-kmandamenti tiegħek,

Għax nieħu pjaċir bihom.

36 Għinni nsir inħobb it-tfakkiriet tiegħek,

U mhux ix-xewqat egoisti tiegħi.

37 Tħallinix inħares lejn dak li ma jiswa għal xejn;

Għinni nagħmel dak li trid int ħalli nibqaʼ ħaj.

38 Agħmel bħalma wegħedtni,*

Ħalli n-nies ikollhom rispett kbir lejk.*

39 Neħħili d-diżunur li tant nibżaʼ minnu,

Għax id-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek huma tajbin.

40 Ara kemm nixtieq nobdi l-kmandamenti tiegħek.

Żommni ħaj għax int ġust.

ו [Waw]

41 Ġeħova, jalla nesperjenza l-imħabba u l-lealtà* tiegħek

U ssalvani bħalma wegħedt.*

42 Imbagħad inkun nistaʼ nwieġeb lil dak li jgħajjarni,

Għax jien nafda fil-kelma tiegħek.

43 Għinni nibqaʼ ngħid dak li hu veru,

Għax jien ittamajt fid-deċiżjoni* ġudizzjali tiegħek.

44 Jien se nżomm mal-liġi tiegħek il-ħin kollu,

Għal dejjem taʼ dejjem.

45 Kull fejn immur inkun fis-sigurtà,*

Għax jien nipprova nobdi l-istruzzjonijiet tiegħek.

46 Jien mhux se nistħi nitkellem dwar it-tfakkiriet tiegħek quddiem ir-rejiet.

47 Jien inħobbhom il-kmandamenti tiegħek,

Iva, inħobbhom ħafna.

48 Jien se nitlob b’idejja ’l fuq għax inħobb il-kmandamenti tiegħek.

Jien se naħseb sew* fuq ir-regoli tiegħek.

ז [Żajin]

49 Ftakar f’dak li wegħedtni,*

Li bih tajtni tama.*

50 Dan jgħinni nħossni aħjar meta nkun qed inbati,

Għax dak li tgħid int żammni ħaj.

51 Il-prużuntużi jwaqqgħuni għaċ-ċajt kemm jifilħu,

Imma jien ma nitbigħedx mil-liġi tiegħek.

52 Ġeħova, jien niftakar id-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek taʼ żmien ilu,

U dawn jgħinuni nħossni aħjar.

53 Jien irrabjat ħafna minħabba l-ħżiena,

Li jitilqu l-liġi tiegħek.

54 Ngħix fejn ngħix,*

L-għanjiet tiegħi huma dwar ir-regoli tiegħek.

55 Ġeħova, matul il-lejl jien niftakar ismek

Biex b’hekk inżomm mal-liġi tiegħek.

56 Din saret id-drawwa tiegħi

Għax obdejt l-istruzzjonijiet tiegħek.

ח [Ħet]

57 Ġeħova, int is-sehem tiegħi;

Jien wegħedtek li se nagħmel dak li tgħidli.

58 Jien nitolbok* b’qalbi kollha;

Ħenn għalija bħalma wegħedt.*

59 Jien eżaminajt kif kont qed ngħix

Biex nerġaʼ nobdi t-tfakkiriet tiegħek.

60 Jien mill-ewwel obdejt il-kmandamenti tiegħek,

Ma qgħadtx nitnikker.

61 Il-ħżiena jagħmluli n-nases,

Imma jien ma ninsihiex il-liġi tiegħek.

62 F’nofsillejl, jien inqum nirringrazzjak

Għall-ġudizzji ġusti tiegħek.

63 Jien ħabib maʼ dawk kollha li jirrispettawk ħafna*

U maʼ dawk li jobdu l-gwida tiegħek.

64 Ġeħova, l-imħabba u l-lealtà tiegħek jidhru mad-dinja kollha.

Għallimni r-regoli tiegħek.

ט [Tet]

65 Ġeħova, int ittrattajtni sew bħalma wegħedt.

66 Għallimni nkun għaqli u agħtini l-għarfien,

Għax jien fdajt fil-kmandamenti tiegħek.

67 Qabel, jien dnibt bi żball u batejt minħabba f’hekk.

Imma issa qed nobdi dak li tgħid.

68 Alla tiegħi, int tajjeb u dak li tagħmel hu tajjeb.

Għallimni r-regoli tiegħek.

69 Il-prużuntużi jigdbu ħafna dwari,

Imma jien nobdi l-istruzzjonijiet tiegħek b’qalbi kollha.

70 Huma m’għadhomx iħossu għal ħaddieħor,*

Imma jien inħobb il-liġi tiegħek.

71 Ħabat tajjeb li batejt,

Għax b’hekk tgħallimt ir-regoli tiegħek.

72 Il-liġi li tajt hi taʼ benefiċċju għalija.

Hi ħafna aħjar minn ammont kbir taʼ deheb u fidda.

י [Jod]

73 Int għamiltni u fformajtni.

Għinni nifhem ħalli nkun nistaʼ nitgħallem il-kmandamenti tiegħek.

74 Dawk li jirrispettawk ħafna* jarawni u jifirħu,

Għax jien nittama fil-kelma* tiegħek.

75 Ġeħova, jien naf li d-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek huma ġusti

U li ddixxiplinajtni għax int leali.

76 Jalla tgħinni nħossni aħjar bl-imħabba u l-lealtà tiegħek.

Agħmel dan bħalma wegħedt* lili, il-qaddej tiegħek.

77 Ħenn għalija ħalli nibqaʼ ngħix,

Għax jien inħobbha l-liġi tiegħek.

78 Jalla l-prużuntużi jiġu mġiegħla jistħu,

Għax huma jittrattawni b’mod inġust għalxejn b’xejn.*

Imma jien se nibqaʼ naħseb sew* fuq l-istruzzjonijiet tiegħek.

79 Ħa jerġgħu jingħaqdu miegħi dawk li jirrispettawk ħafna,*

Dawk li jafu t-tfakkiriet tiegħek.

80 Jalla nobdi r-regoli tiegħek b’qalbi kollha

Biex ma niġix imġiegħel nistħi.

כ [Kaf]

81 Jien* nixtieq ħafna li ssalvani,

Għax nittama fil-kelma* tiegħek.

82 Jien nistenna sakemm isir dak li int wegħedt

U nsaqsi: “Meta se tgħinni?”

83 Għax jien qisni flixkun tal-ġilda li nixef fid-duħħan,

Imma r-regoli tiegħek ma ninsihomx.

84 Kemm se ndum nistenna?

Meta se ġġib ġudizzju kontra dawk li qed jippersegwitawni?

85 Il-prużuntużi li jiksru l-liġi tiegħek

Għamluli l-ħofor biex naqaʼ fihom.

86 Il-kmandamenti kollha tiegħek huma taʼ min joqgħod fuqhom.

Jien qed niġi ppersegwitat għalxejn b’xejn; għinni!

87 Għal naqra ma qerdunix;

Imma jien m’abbandunajtx l-istruzzjonijiet tiegħek.

88 Żommni ħaj għax int turi mħabba u lealtà.

B’hekk inkun nistaʼ nżomm mat-tfakkiriet li tajtni.

ל [Lamed]

89 Ġeħova, dak li tgħid int se jibqaʼ għal dejjem bħas-sema.

90 Int tibqaʼ leali minn ġenerazzjoni għal oħra.

Int għamilt l-art soda, biex tibqaʼ teżisti.

91 Bis-saħħa tad-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek,

Il-ħolqien għadu jeżisti sal-lum,

Għax dan hu l-qaddej tiegħek.

92 Li kieku ma kontx inħobb il-liġi tiegħek,

Kont nispiċċa mmut minħabba t-tbatija tiegħi.

93 Jien qatt mhu se ninsa l-istruzzjonijiet tiegħek,

Għax permezz tagħhom żammejtni ħaj.

94 Jien tiegħek; salvani,

Għax qed nipprova nobdi l-istruzzjonijiet tiegħek.

95 Il-ħżiena qed jistennew biex jeqirduni,

Imma jien nimmedita fuq it-tfakkiriet tiegħek.

96 Rajt ħafna affarijiet perfetti,

Imma l-kmandamenti tiegħek huma aħjar minnhom.

מ [Mem]

97 Kemm inħobbha l-liġi tiegħek!

Il-ġurnata kollha naħseb sew* dwarha.

98 Il-kmandamenti tiegħek jagħmluni iktar għaref mill-għadu tiegħi,

Għax huma miegħi għal dejjem.

99 Jien għandi iktar għarfien mill-għalliema kollha tiegħi,

Għax naħseb sew* dwar it-tfakkiriet tiegħek.

100 Il-mod kif inġib ruħi juri li kapaċi nifhem iktar minn irġiel akbar,

Għax nobdi l-istruzzjonijiet tiegħek.

101 Jien mhu se nagħmel xejn li hu ħażin,

Ħalli nżomm maʼ kelmtek.

102 Jien ma nwarrabx mid-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek,

Għax int għallimtni.

103 Jien veru nieħu pjaċir b’dak li tgħid int,

Għalija hu iktar ħelu mill-għasel!

104 Bl-istruzzjonijiet tiegħek naġixxi b’mod li juri li kapaċi nifhem.

Għalhekk nobgħod kull ħaġa li hi ħażina.

נ [Nun]

105 Il-kelma tiegħek hi lampa li turini fejn għandi nimxi

U dawl għal triqti.

106 Jien ħlift li se nobdi l-liġijiet ġusti tiegħek,

U se nżomm kelmti.

107 Ġeħova, jien batejt ħafna.

Żommni ħaj bħalma wegħedt.

108 Ġeħova, jekk jogħġbok ħu pjaċir bit-tifħir li nagħti minn jeddi,*

U għallimni l-liġijiet tiegħek.

109 Ħajti hi fil-periklu l-ħin kollu,

Imma l-liġi tiegħek ma nsejthiex.

110 Il-ħżiena għamluli nassa,

Imma jien ma tbegħedtx mill-gwida tiegħek.

111 Jien qatt mhu se nitlaq it-tfakkiriet tiegħek,*

Għax dawn iferrħuli qalbi.

112 Jien determinat li* nobdi r-regoli tiegħek

Il-ħin kollu, sakemm immut.

ס [Samek]

113 Jien nobgħod lil dawk li mhumiex leali għalkollox lejk,*

Imma jien inħobb il-liġi tiegħek.

114 Int il-kenn u t-tarka tiegħi,

Għax nittama fil-kelma* tiegħek.

115 Żommu ’l bogħod minni, nies ħżiena,

Ħalli nkun nistaʼ nobdi l-kmandamenti tal-Alla tiegħi.

116 Appoġġani bħalma wegħedt,*

Ħalli nibqaʼ ngħix;

Jien ittamajt fik, tħallinix niġi ddiżappuntat.*

117 Appoġġani ħalli niġi salvat,

Imbagħad jien dejjem se niffoka fuq ir-regoli tiegħek.

118 Int warrabt lil dawk kollha li jitbiegħdu mir-regoli tiegħek,

Għax huma jigdbu u jqarrqu.

119 Int tarmi l-ħżiena tal-art bħallikieku żibel.

Għalhekk inħobb it-tfakkiriet tiegħek.

120 Jien nitriegħed għax nibżaʼ minnek;

Jien nibżaʼ mid-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek.

ע [Għajn]

121 Jien għamilt dak li hu ġust u sewwa.

Titlaqnix f’idejn dawk li jaħqruni!

122 Wiegħed li se tgħinni.

Jalla l-prużuntużi ma jaħqrunix.

123 Il-vista tiegħi marret lura tant kemm ilni nistenna li ssalvani

U li ssir il-wegħda* ġusta tiegħek.

124 Uri mħabba u lealtà miegħi, il-qaddej tiegħek,

U għallimni r-regoli tiegħek.

125 Jien il-qaddej tiegħek; għinni nkun kapaċi nifhem,

Ħalli nkun naf it-tfakkiriet tiegħek.

126 Ġeħova wasal iż-żmien biex int taġixxi,

Għax huma kisru l-liġi tiegħek.

127 Jien inħobb il-kmandamenti tiegħek

Iktar mid-deheb, saħansitra iktar mid-deheb fin.*

128 Għalhekk, kull gwida mingħandek inqisha tajba;

Jien nobgħod kull ħaġa li hi ħażina.

פ [Pe]

129 It-tfakkiriet tiegħek huma tal-għaġeb.

Għalhekk nobdihom.*

130 Meta l-kliem tiegħek jiġi spjegat, in-nies jitgħallmu,

U dawk taʼ bla esperjenza jkunu kapaċi jifhmu.

131 Tant nixtieq nismaʼ l-kmandamenti tiegħek,

Li qtajt nifsi.

132 Agħti kasi u ħenn għalija,

Bħalma dejjem tagħmel maʼ* dawk li jħobbu lil ismek.

133 Iggwida* l-passi tiegħi b’dak li tgħid.

Tħalli xejn ħażin jikkontrollani.

134 Eħlisni* minn nies ħorox,

U jien nibqaʼ nżomm mal-istruzzjonijiet tiegħek.

135 Ħares lejja b’approvazzjoni*

U għallimni r-regoli tiegħek.

136 Nieżel ħafna dmugħ minn għajnejja,

Għax in-nies ma jobdux il-liġi tiegħek.

צ [Sade]

137 Ġeħova, int ġust,

U d-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek huma tajbin.

138 It-tfakkiriet li tagħti huma ġusti

U taʼ min joqgħod fuqhom.

139 Ix-xewqa li għandi biex nagħmel dak li trid int,

Hi bħal nar li jaqbad ġo fija,

Għax l-għedewwa tiegħi jinjoraw kliemek.

140 Dak li tgħid int hu pur,*

U jien inħobbu.

141 Jien ma niswa xejn għal oħrajn u niġi mmaqdar;

Minkejja dan, ma nsejtx l-istruzzjonijiet tiegħek.

142 Int dejjem tagħmel l-affarijiet bil-ġustizzja,

U l-liġi tiegħek hi verità.

143 Għalkemm ngħaddi minn tbatija u diffikultà,

Jien nibqaʼ nħobb il-kmandamenti tiegħek.

144 It-tfakkiriet tiegħek huma ġusti għal dejjem.

Għinni nkun kapaċi nifhem, ħalli nibqaʼ ngħix.

ק [Kof]

145 Jien nitolbok b’qalbi kollha. Wiġibni Ġeħova.

Jien se nobdi r-regoli tiegħek.

146 Jien ngħajjatlek għall-għajnuna; salvani!

Jien se nżomm mat-tfakkiriet tiegħek.

147 Jien qomt qabel ma sebaħ biex ngħajjat għall-għajnuna.

Għax nittama fil-kelma* tiegħek.

148 Jien nistenbaħ f’nofs taʼ lejl,*

Biex naħseb sew* dwar dak li tgħid int.

149 Ismagħni għax int turi mħabba u lealtà.

Ġeħova, żommni ħaj fi qbil mal-ġustizzja tiegħek.

150 Dawk li jagħmlu affarijiet tal-mistħija* jersqu lejja;

Huma rrifjutawha l-liġi tiegħek.

151 Int qrib tiegħi, Ġeħova,

U l-kmandamenti kollha tiegħek huma veri.

152 Żmien twil ilu tgħallimt li t-tfakkiriet tiegħek għamilthom

Biex jibqgħu għal dejjem.

ר [Rex]

153 Ara kemm qed inbati u eħlisni,

Għax jien ma nsejthiex il-liġi tiegħek.

154 Iddefendini* u eħlisni;

Żommni ħaj bħalma wegħedt.*

155 Is-salvazzjoni hi ’l bogħod mill-ħżiena,

Għax ma jridux jobdu r-regoli tiegħek.

156 Ġeħova, int ħanin ħafna.

Żommni ħaj fi qbil mal-ġustizzja tiegħek.

157 Hemm ħafna li jippersegwitawni u jiħduha kontrija;

Imma jien ma tbegħedtx mit-tfakkiriet tiegħek.

158 Jien inħares b’mibegħda lejn dawk li jqarrqu b’oħrajn,

Għax huma ma jobdux dak li tgħid int.

159 Ara kemm inħobbhom l-istruzzjonijiet tiegħek!

Ġeħova, żommni ħaj għax int turi mħabba u lealtà.

160 Dak kollu li tgħid hu veru,

U l-liġijiet ġusti tiegħek jibqgħu għal dejjem.

ש [Sin] jew [Xin]

161 Il-mexxejja ppersegwitawni għalxejn b’xejn,

Imma jien nirrispetta ħafna dak li tgħid int.

162 Jien nifraħ b’dak li tgħid

Bħal xi ħadd li jsib teżor.

163 Jien nobogħdu ħafna l-gideb.

Jien inħobbha l-liġi tiegħek.

164 Infaħħrek sebaʼ darbiet kuljum

Minħabba l-ġudizzji ġusti tiegħek.

165 Dawk li jħobbu l-liġi tiegħek se jkollhom ħafna paċi;

Xejn mhu se jfixkilhom.

166 Ġeħova, jien nittama fik għax int issalvani.

Jien nobdi l-kmandamenti tiegħek.

167 Jien* inżomm mat-tfakkiriet tiegħek

U nħobbhom ħafna.

168 Jien nobdi l-istruzzjonijiet u t-tfakkiriet tiegħek,

Għax int taf kulma nagħmel.

ת [Taw]

169 Ġeħova, jalla tismagħni meta ngħajjatlek għall-għajnuna.

Għinni nifhem skont kelmtek.

170 Jalla tismagħni meta nitolbok bil-ħniena.

Salvani bħalma wegħedt.*

171 Jien se nfaħħrek il-ħin kollu,

Għax int tgħallimni r-regoli tiegħek.

172 Jien se nkanta dwar dak li tgħid int,

Għax il-kmandamenti tiegħek huma kollha ġusti.

173 Jalla tgħinni,

Għax jien għażilt li nobdi l-istruzzjonijiet tiegħek.

174 Ġeħova, jien nixtieq ħafna li ssalvani.

Inħobbha l-liġi tiegħek.

175 Ħallini* ngħix ħalli nfaħħrek;

Jalla d-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek jgħinuni.

176 Jien, il-qaddej tiegħek, tbegħedt bħal nagħġa mitlufa.

Fittixni għax jien ma nsejthomx il-kmandamenti tiegħek.

Għanja tat-Tlajjaʼ.*

120 Meta kont qed inbati,

Jien għajjatt lil Ġeħova għall-għajnuna,

U hu wiġibni.

 2 Ġeħova, eħlisni* minn dawk li jigdbu fuqi

U minn dawk li jqarrqu.

 3 Int li tqarraq, taf x’se jagħmillek Alla u kif se jikkastigak?*

 4 Se tiġi kkastigat bi vleġeġ taʼ gwerrier

U b’ġamar jaqbad.

 5 Ħażin għalija, għax jien għext bħala barrani f’Mesek!

Għext fost it-tined taʼ Kedar.

 6 Ili wisq ngħix

Maʼ dawk li jobogħdu l-paċi.

 7 Jien nitkellem fuq il-paċi,

Imma huma moħħhom fil-ġlied.

Għanja tat-Tlajjaʼ.

121 Jien inħares lejn il-muntanji

U nistaqsi: Min se jgħinni?

 2 Ġeħova hu l-wieħed li jgħinni,

Dak li Għamel is-sema u l-art.

 3 Hu qatt mhu se jħallik taqaʼ.*

Dak li jipproteġik mhux se jaqbdu n-ngħas.

 4 Dak li jipproteġi lil Iżrael

Mhux se jaqbdu n-ngħas u jorqod.

 5 Ġeħova qed jipproteġik.

Ġeħova hu fuq il-lemin tiegħek biex jiddefendik.

 6 Xejn mhu se jagħmillek il-ħsara,

La matul il-ġurnata u lanqas billejl.*

 7 Ġeħova se jipproteġik minn kull ħsara.

Hu se jipproteġi l-ħajja* tiegħek.

 8 Ġeħova se jipproteġik f’kulma tagħmel,*

Issa u għal dejjem.

Għanja tat-Tlajjaʼ. Għanja taʼ David.

122 Jien fraħt meta qaluli

Biex immorru fit-tempju taʼ Ġeħova.

 2 Aħna morna hemm

U dħalna mill-bibien taʼ Ġerusalemm.

 3 Ġerusalemm hi belt mibnija sew,

Magħquda u ħaġa waħda.

 4 It-tribujiet taʼ Jah*

Telgħu fiha

Fi qbil mat-tfakkira tiegħu lil Iżrael.

Dan għamluh biex jirringrazzjaw lil isem Ġeħova.

 5 Għax hemmhekk tqiegħdu t-tronijiet għall-ġudizzju,

It-tronijiet ta’ dawk li jiġu minn David.

 6 Itolbu li jkun hemm il-paċi f’Ġerusalemm.

Dawk li jħobbu lil din il-belt se jkunu protetti.

 7 Jalla jibqgħu fil-paċi dawk li jgħixu ’l ġewwa mis-swar tagħha.

Jalla jkunu protetti dawk li jgħixu fit-torrijiet iffortifikati tagħha.

 8 Peress li nħobb lil ħuti u lill-ħbieb tiegħi, se ngħid:

“Jalla n-nies tal-belt jgħixu fil-paċi.”

 9 Peress li nħobb it-tempju taʼ Ġeħova l-Alla tagħna,

Jien nixtiqilha l-ġid il-belt.

Għanja tat-Tlajjaʼ.

123 Jien inħares lejk.

Int qiegħed bilqiegħda fuq it-tron fis-sema.

 2 Bħalma l-qaddejja jħarsu lejn sidhom,

Aħna nħarsu lejn Ġeħova l-Alla tagħna

Sakemm iħenn għalina.

 3 Ħenn għalina, Ġeħova, ħenn għalina,

Għax xbajna niġu mmaqdrin.

 4 Aħna* xbajna niġu mwaqqgħin għaċ-ċajt minn dawk li jaħsbu li huma xi ħaġa,

U xbajna niġu mmaqdrin minn nies arroganti.

Għanja tat-Tlajjaʼ. Għanja taʼ David.

124 “Li kieku Ġeħova ma kienx magħna,”

(Ħa jirrepetu dan l-Iżraelin)

 2 “Li kieku Ġeħova ma kienx magħna

Meta l-għedewwa attakkawna,

 3 Kienu jibilgħuna ħajjin,

Minħabba r-rabja kbira li kellhom għalina.

 4 Kieku kienu jġorruna bħall-ilmijiet

U jkaxkruna* bħall-wied.

 5 Kieku għaddew minn fuqna* bħall-mewġ qawwi.

 6 Ħa jkun imfaħħar Ġeħova,

Għax hu pproteġiena mill-għedewwa li huma bħal annimali feroċi.

 7 Aħna* bħal għasfur li ħarab

Min-nassa taʼ kaċċatur;

In-nassa kienet imkissra,

U aħna ħrabna.

 8 L-għajnuna tagħna tiġi mingħand Alla, li jismu Ġeħova,

Dak li Għamel is-sema u l-art.”

Għanja tat-Tlajjaʼ.

125 Dawk li jafdaw f’Ġeħova

Huma bħall-Muntanja Sijon, li ma tistax tiċċaqlaq minn postha

Imma se tibqaʼ għal dejjem.

 2 Bħalma l-muntanji huma madwar Ġerusalemm,

Ġeħova hu madwar il-poplu tiegħu

Issa u għal dejjem.

 3 Il-ħżiena mhux se jkomplu jmexxu fuq it-tajbin,

Ħalli t-tajbin ma jibdewx jagħmlu l-ħażen.

 4 Ġeħova, agħmel it-tajjeb man-nies tajbin,

Maʼ dawk li huma onesti f’qalbhom.

 5 Imma lil dawk li jaqbdu triq ħażina,

Ġeħova se jeqridhom mal-kumplament tal-ħżiena.

Jalla jkun hemm il-paċi f’Iżrael.

Għanja tat-Tlajjaʼ.

126 Meta n-nies taʼ Sijon kienu lsiera, Ġeħova ġabhom lura,

U aħna ħsibna li kienet ħolma.

 2 F’dak iż-żmien, tgħidx kemm konna nidħqu u ngħajtu bil-ferħ.

F’dak iż-żmien, il-popli kienu jgħidu:

“Ġeħova għamel affarijiet kbar għalihom.”

 3 Ġeħova għamel affarijiet kbar għalina,

U aħna ferħanin ħafna.

 4 Ġeħova, ġib lura lill-ilsiera,

Bħalma x-xita terġaʼ timla x-xmajjar tan-Negeb.*

 5 Dawk li jiżirgħu bil-biki

Se jaħsdu b’għajjat taʼ ferħ.

 6 Dak li xorta jmur l-għalqa u jieħu ż-żerriegħa miegħu,

Għalkemm jibki,

Żgur li jmur lura b’għajjat taʼ ferħ

Waqt li jġorr il-qatet li jkun ġabar.

Għanja tat-Tlajjaʼ. Għanja taʼ Salamun.

127 Jekk Ġeħova ma jibnix id-dar,

Ikun għalxejn li l-bennejja jaħdmu iebes fuqha.

Jekk Ġeħova ma jipproteġix il-belt,

Ikun għalxejn li l-għassies jibqaʼ mqajjem.

 2 Għalxejn tqum kmieni,

Torqod tard,

U titħabat għall-ikel,

Għax hu l-wieħed li jipprovdi għal dawk li jħobb

Waqt li jgħinhom jorqdu b’moħħhom mistrieħ.

 3 It-tfal huma wirt mingħand Ġeħova;

It-tfal* huma rigal mingħand Alla.

 4 It-tfal taʼ raġel żagħżugħ

Huma bħal vleġeġ f’id raġel b’saħħtu.

 5 L-irġiel li jimlew il-barżakka b’dawn il-vleġeġ se jkunu ferħanin.

Dawn mhux se jiġu umiljati,

Għax it-tfal tagħhom se jaqbżu għalihom kontra l-għedewwa f’bieb il-belt.

Għanja tat-Tlajjaʼ.

128 Ferħanin ikunu dawk kollha li jirrispettaw ħafna lil* Ġeħova,

Li jgħixu kif jixtieq hu.

 2 Int se tiekol dak li ħdimt iebes għalih.

Se tkun ferħan u tgawdi l-ġid.

 3 Fid-dar tiegħek, martek se jkollha ħafna tfal

Bħal dielja li jkollha ħafna għeneb;

Int se tkun imdawwar bit-tfal mal-mejda tiegħek

Bħal siġra taż-żebbuġ imdawra bil-friegħi.

 4 Hekk se jitbierek dak li jirrispetta ħafna lil* Ġeħova.

 5 Ġeħova se jbierkek minn Sijon.

Jalla tara l-ġid taʼ Ġerusalemm tul ħajtek kollha

 6 U tara t-tfal tat-tfal.

Jalla jkun hemm il-paċi f’Iżrael.

Għanja tat-Tlajjaʼ.

129 “Mindu kont żagħżugħ ma waqfux jattakkawni”

(Ħa jirrepetu dan l-Iżraelin)

 2 “Mindu kont żagħżugħ ma waqfux jattakkawni;

Imma ma rebħulix.

 3 Xi wħud għamluli dahri bħal għalqa li qed tiġi maħruta;

Huma għamluli linji twal fuq dahri.”

 4 Imma Ġeħova hu ġust;

Hu salvani mill-ħżiena li jaħqruni.

 5 Dawk kollha li jobogħdu lil Sijon

Se jiġu mġiegħla jistħu u jaħarbu umiljati.

 6 Huma jsiru bħal ħaxix li jikber fuq il-bjut,

Li jinxef qabel jaqtgħuh,

 7 Li min jaħsdu ma jkollux biex jimla id

U min jiġbru ma jkollux biex jagħmel qatta.

 8 Dawk li jgħaddu minn ħdejhom mhux se jgħidu:

“Jalla Ġeħova jberikkom;

Inberkukom f’isem Ġeħova.”

Għanja tat-Tlajjaʼ.

130 Ġeħova, jien ngħajjatlek għall-għajnuna

Għax għaddej minn żmien diffiċli ħafna.

 2 Ismagħni Ġeħova.

Jalla tagħti kasi meta ngħajjatlek għall-għajnuna.

 3 Jah,* kieku kellek tagħti kas* l-iżbalji,

Min jistaʼ jevita li jiġi kkundannat minnek, Ġeħova?

 4 Int taħfer mill-qalb,

U għalhekk in-nies ikollhom rispett kbir lejk.*

 5 Jien* nittama f’Ġeħova b’qalbi kollha;

Se nistenna li jsir dak li wiegħed.

 6 Jien* se nistenna bil-ħeġġa lil Ġeħova biex jgħinni,

Iktar minn għassies li jistenna biex jasal filgħodu,

Iva, iktar minn għassies li jistenna biex jasal filgħodu.

 7 Jalla Iżrael jistenna lil Ġeħova biex jgħinu,

Għax Ġeħova għandu mħabba u lealtà,

U għandu qawwa kbira biex isalva.*

 8 Hu se jaħfer l-iżbalji kollha tal-Iżraelin.

Għanja tat-Tlajjaʼ. Għanja taʼ David.

131 Ġeħova, jien m’iniex supperv

U lanqas kburi.

Jien ma nixtieqx nagħmel affarijiet

Li m’iniex kapaċi nagħmilhom.

 2 Jien ikkalmajt lili nnifsi* u qgħadt kwiet

Bħal tifel żgħir* m’ommu;

Jien* kuntent bħal tifel żgħir.

 3 Jalla Iżrael jistenna lil Ġeħova biex jgħinu,

Issa u għal dejjem.

Għanja tat-Tlajjaʼ.

132 Ġeħova, ftakar f’David,

U fit-tbatija kollha tiegħu;

 2 Hu ħalef lilek, Ġeħova;

Hu għamel din il-wegħda miegħek, l-Alla b’Saħħtu taʼ Ġakobb:

 3 “Mhux se nidħol fid-dar tiegħi.

Mhux se norqod fuq is-sodda tiegħi;

 4 Jien mhux se norqod

U lanqas nagħlaq għajnejja

 5 Sakemm insib post għal Ġeħova,

Post mill-isbaħ* għall-Alla b’Saħħtu taʼ Ġakobb.”

 6 Aħna smajna dwaru f’Efrata;

Sibnieh fil-foresta.

 7 Ejja mmorru fil-post fejn joqgħod;*

Ejja mmilu ħdejn il-banketta għal saqajh.

 8 Ġeħova, ejja u idħol fil-post taʼ mistrieħ tiegħek,

Int u l-Arka li turi s-saħħa tiegħek.

 9 Jalla l-qassisin tiegħek jagħmlu kollox bil-ġustizzja.

Jalla l-leali tiegħek jgħajtu bil-ferħ.

10 Minħabba dak li wegħedt lil David il-qaddej tiegħek,

Twarrabx il-magħżul tiegħek.*

11 Ġeħova, int ħlift lil David;

Int żgur mhux se tmur lura minn dan il-kliem li għedt:

“Jien se nqiegħed fuq it-tron tiegħek

Wieħed mid-dixxendenti tiegħek.

12 Jekk it-tfal tiegħek iżommu l-patt tiegħi

U t-tfakkiriet li tajthom,*

Anki t-tfal tagħhom

Joqogħdu fuq it-tron tiegħek għal dejjem.”

13 Għax int, Ġeħova, għażilt lil Sijon;

Int xtaqtha bħala post fejn tgħix u għedt:

14 “Dan hu l-post taʼ mistrieħ għalija għal dejjem;

Hawnhekk se ngħix, għax hekk nixtieq.

15 Jien se nbierek bil-kbir din il-belt bl-ikel;

Se nxebbaʼ lill-foqra tagħha bil-ħobż.

16 Jien se nsalva lill-qassisin,*

U l-leali tiegħi se jgħajtu bil-ferħ.

17 Hemmhekk se nżid is-saħħa* taʼ David.

Jien ħadt passi biex il-magħżul tiegħi jkollu dixxendent li jmexxi.*

18 Jien se nġiegħel lill-għedewwa tiegħu jistħu,

Imma l-kuruna* tiegħu se tleqq.”

Għanja tat-Tlajjaʼ. Għanja taʼ David.

133 Kemm hu tajjeb u sabiħ

Li l-aħwa jgħixu flimkien fil-paċi!

 2 Hu bħaż-żejt pur,

Li tferraʼ fuq ras Aron,

Li niżel mad-daqna tiegħu

U ċarċar mal-għonq tal-ħwejjeġ tiegħu.

 3 Hu bħan-nida tal-Muntanja Ħermon

Li tinżel fuq il-muntanji taʼ Sijon.

Ġeħova wiegħed li hemmhekk in-nies se jiġu mberkin

B’ħajja taʼ dejjem.

Għanja tat-Tlajjaʼ.

134 Faħħru lil Ġeħova,

Qaddejja kollha taʼ Ġeħova,

Intom li taqdu fid-dar taʼ Ġeħova matul il-lejl.

 2 Jalla tkunu qaddisin meta tgħollu jdejkom biex titolbu.*

Faħħru lil Ġeħova.

 3 Jalla Ġeħova, Dak li Għamel is-sema u l-art,

Iberikkom minn Sijon.

135 Faħħru lil Jah!*

Faħħru isem Ġeħova;

Faħħru lil Ġeħova, qaddejja tiegħu,

 2 Intom li qed taqdu fid-dar taʼ Ġeħova,

Fil-btieħi tad-dar tal-Alla tagħna.

 3 Faħħru lil Jah, għax Ġeħova hu tajjeb.

Faħħru bil-kant lil* ismu, għax dan hu pjaċevoli.

 4 Għax Jah għażel lil Ġakobb għalih,

Lil Iżrael bħala l-poplu speċjali* tiegħu.

 5 Għax jien naf sew li Ġeħova hu kbir;

Il-Mulej tagħna hu akbar mill-allat l-oħrajn kollha.

 6 Ġeħova jagħmel kulma jogħġbu

Fis-sema, fl-art, fil-baħar, u fl-ilmijiet fondi.

 7 Hu jġiegħel is-sħab* jitlaʼ mit-truf tal-art;

Hu jibgħat is-sajjetti max-xita;*

Hu joħroġ ir-riħ mill-imħażen tiegħu.

 8 Hu qatel lil kull l-ewwel imwieled tal-Eġittu,

Sew tan-nies u sew tal-annimali.

 9 Hu għamel sinjali u mirakli fl-Eġittu,

Kontra l-Fargħun u l-qaddejja kollha tiegħu.

10 Hu għeleb lil ħafna popli

U qatel rejiet b’saħħithom:

11 Lil Siħon ir-re tal-Amurrin,

Għog ir-re tal-Basan,

U s-saltniet kollha taʼ Kangħan.

12 Hu ta l-art tagħhom bħala wirt,

Bħala wirt lill-poplu tiegħu Iżrael.

13 Ġeħova, ismek jibqaʼ għal dejjem.

Ġeħova, int* se tibqaʼ magħruf tul il-ġenerazzjonijiet kollha.

14 Għax Ġeħova se jiddefendi* l-poplu tiegħu

U se tiġih ħniena* mill-qaddejja tiegħu.

15 L-idoli tal-popli huma tal-fidda u d-deheb,

Magħmulin mill-bniedem.

16 Għandhom ħalq, imma ma jistgħux jitkellmu;

Għandhom għajnejn, imma ma jistgħux jaraw;

17 Għandhom widnejn, imma ma jistgħux jisimgħu.

Huma ma jiħdux nifs.

18 In-nies li jagħmluhom se jsiru bħalhom,

U anki dawk kollha li jafdaw fihom.

19 Dar t’Iżrael, faħħru lil Ġeħova.

Dar t’Aron, faħħru lil Ġeħova.

20 Dar taʼ Levi, faħħru lil Ġeħova.

Intom li tirrispettaw ħafna lil* Ġeħova, faħħru lil Ġeħova.

21 Jalla Ġeħova jiġi mfaħħar minn Sijon,

Dak li jgħix Ġerusalemm.

Faħħru lil Jah!

136 Irringrazzjaw lil Ġeħova, għax hu tajjeb;

L-imħabba u l-lealtà* tiegħu jibqgħu għal dejjem.

 2 Irringrazzjaw lill-Alla tal-allat,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.

 3 Irringrazzjaw lis-Sid tas-sidien,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.

 4 Hu biss jagħmel affarijiet tal-għaġeb,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.

 5 Hu għamel is-sema bl-għerf,*

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.

 6 Hu poġġa l-art fuq l-ilmijiet,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.

 7 Hu għamel dwal qawwijin fis-sema,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.

 8 Għamel ix-xemx biex tiddi matul il-jum,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem,

 9 U l-qamar u l-istilel biex jiddu matul il-lejl,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.

10 Hu qatel lil kull l-ewwel imwieled tal-Eġittu,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.

11 Hu ħareġ lil Iżrael mill-Eġittu,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.

12 Hu għamel dan b’id b’saħħitha u qawwija,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.

13 Hu qasam il-Baħar l-Aħmar fi tnejn,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.

14 Hu għadda lil Iżrael minn nofsu,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.

15 Hu kaxkar lill-Fargħun u l-armata tiegħu fil-Baħar l-Aħmar,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.

16 Hu mexxa lill-poplu tiegħu fid-deżert,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.

17 Hu għeleb lil rejiet kbar,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.

18 Hu qatel lil rejiet b’saħħithom,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem,

19 Lil Siħon ir-re tal-Amurrin,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem,

20 U lil Għog ir-re tal-Basan,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.

21 Hu ta l-art tagħhom bħala wirt,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem,

22 Bħala wirt lill-qaddej tiegħu Iżrael,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.

23 Hu ftakar fina meta konna skuraġġiti,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.

24 Hu baqaʼ jeħlisna mill-għedewwa tagħna,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.

25 Hu jagħti l-ikel lin-nies u l-annimali kollha,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.

26 Irringrazzjaw lill-Alla tas-sema,

Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu jibqgħu għal dejjem.

137 Aħna qgħadna bilqiegħda ħdejn ix-xmajjar taʼ Babilonja.

Tgħidx kemm bkejna meta ftakarna f’Sijon.

 2 F’nofsha* dendilna l-arpi tagħna

Mas-siġar tal-luq.

 3 Hemmhekk dawk li kienu qed iżommuna priġunieri riduna nkantawlhom,

Dawk li bdew iwaqqgħuna għaċ-ċajt riedu jiddieħqu bina u qalulna:

“Kantawlna waħda mill-għanjiet taʼ Sijon.”

 4 Kif nistgħu nkantaw l-għanja taʼ Ġeħova

F’art barranija?

 5 Jekk ninsa lil Ġerusalemm,

Jalla ma nkun nistaʼ nagħmel xejn b’idi l-leminija.*

 6 Jalla lsieni jeħel mas-saqaf taʼ ħalqi,

Jekk ma niftakarx lil Ġerusalemm,

Jekk ma nqishiex iktar importanti

Minn kull ħaġa oħra li tferraħni.

 7 Ġeħova, ftakar x’qalu l-Edomin dakinhar li waqgħet Ġerusalemm:

“Ħarbtuha! Ħarbtuha sal-pedamenti tagħha!”

 8 Ferħan se jkun dak li jittratta lill-belt taʼ Babilonja,

Li daqt se tinqered,

Bl-istess mod li hi ttrattat lilna.

 9 Ferħan se jkun dak li jaqbad lit-tfal tagħha

U jfarrakhom mal-blat.

Għanja taʼ David.

138 Jien se nfaħħrek b’qalbi kollha.

Se nfaħħrek bil-kant

Quddiem allat oħrajn.*

 2 Se mmil lejn it-tempju* qaddis tiegħek,

U se nfaħħar lil ismek,

Għax int leali u tħobbna.

Għax int urejt li ismek u l-wegħdi tiegħek huma akbar minn kollox.*

 3 Dakinhar li għajjattlek għall-għajnuna, int wiġibtni;

Int għentni nkun kuraġġuż* u b’saħħti.

 4 Ġeħova, ir-rejiet kollha tal-art se jfaħħruk,

Għax huma se jkunu semgħu l-wegħdi li għamilt int.

 5 Huma se jkantaw dwar l-affarijiet li għamel Ġeħova,

Għax il-glorja taʼ Ġeħova hi kbira.

 6 Għalkemm Ġeħova hu fl-għoli, hu jagħti kas lill-umli,

Imma l-kburin ma jsirx ħabib tagħhom.*

 7 Anki meta nkun fil-periklu, int iżżommni ħaj.

Int tuża l-qawwa tiegħek kontra l-għedewwa rrabjati tiegħi;

Se ssalvani b’idek il-leminija.

 8 Ġeħova, int se tagħmel dak kollu li wegħedtni.

Ġeħova, l-imħabba u l-lealtà* tiegħek jibqgħu għal dejjem.

Titlaqx lin-nies li int ħlaqt.

Lid-direttur. Għanja taʼ David.

139 Ġeħova, int rajt x’hemm f’qalbi u tafni.

 2 Int taf meta npoġġi u meta nqum.

Int tkun taf il-ħsibijiet tiegħi mill-bogħod.

 3 Int tinnotani* meta nivvjaġġa u meta nimtedd;

Taf dak kollu li nagħmel.

 4 Ġeħova, qabel ma nitkellem,

Tkun diġà taf x’se ngħid.

 5 Int qiegħed madwari biex tipproteġini;

Int tiggwidani.

 6 Int tafni sew, u dan tant hu tal-għaġeb

Li huwa wisq għalija biex nifhmu.*

 7 Fejn nistaʼ naħrab mill-ispirtu tiegħek,

U fejn nistaʼ ninħeba minnek?

 8 Kieku kelli nitlaʼ fis-sema, int tkun hemm,

U kieku kelli nimtedd fil-Qabar,* int tkun hemm ukoll.

 9 Jekk intir b’ħeffa daqskemm jidher malajr id-dawl taʼ meta jisbaħ

U mmur noqgħod fl-iktar baħar ’il bogħod,

10 Anki hemmhekk tiggwidani

U tappoġġani b’idek il-leminija.

11 Jekk ngħid: “Ħadd ma jistaʼ jarani fid-dlam!”

Id-dlam isir dawl għalik.

12 Anki fi dlam ċappa xejn mhu moħbi minnek.

Il-lejl hu mdawwal daqs il-ġurnata

U d-dlam hu bħad-dawl għalik.

13 Għax int għamilt il-kliewi tiegħi;

Int ipproteġejtni* f’żaqq ommi.

14 Jien infaħħrek għax għamiltni b’mod tal-għaġeb.

Jien* naf sew li dak li għamilt int hu tal-għaġeb.

15 Għadmi ma kienx moħbi minnek

Meta ħlaqtni f’post li ħadd ma setaʼ jarah,

Meta kont qed nikber f’żaqq ommi.*

16 Int rajtni anki meta kont għadni embriju;

Id-dettalji taʼ kif ġejt ifformat

Ġew miktubin minn qabel fil-ktieb tiegħek.

17 Għalhekk, il-ħsibijiet tiegħek huma prezzjużi ħafna għalija!

Alla tiegħi, kemm hu kbir l-għarfien tiegħek!

18 Jekk nipprova ngħodd il-ħsibijiet tiegħek,

Dawn ikunu iktar mir-ramel.

Meta nqum, inkun għadni qed ngħoddhom.*

19 Alla tiegħi, mank toqtol lill-ħżiena!

Kieku, in-nies vjolenti* jħalluni bi kwieti.

20 B’intenzjoni ħażina huma jitkellmu kontrik;*

Huma l-għedewwa tiegħek li jużaw ismek b’mod ħażin.

21 Ġeħova, jien nobgħodhom lil dawk li jobogħduk!

Jien idejquni ħafna dawk li jiħduha kontrik.

22 Jien nobgħodhom ħafna

U nqishom l-għedewwa tiegħi.

23 Alla tiegħi, ara x’hemm f’qalbi u x’tip taʼ persuna jien.

Jekk jogħġbok ara l-ħsibijiet li jinkwetawni.

24 Ara jekk hemmx xi ħaġa ħażina fija

U ggwidani fit-triq li se tibqaʼ għal dejjem.

Lid-direttur. Għanja taʼ David.

140 Ġeħova, salvani min-nies ħżiena;

Ipproteġini minn dawk vjolenti,

 2 Dawk li jippjanaw il-ħażen f’qalbhom

U jaqilgħu l-inkwiet il-ġurnata kollha.

 3 Ilsienhom hu bħal taʼ serp;

Dak li jgħidu jagħmel ħsara bħal velenu taʼ serp. (Sela)

 4 Ġeħova, ipproteġini minn id il-ħżiena;

Iddefendini min-nies vjolenti,

Dawk li jippjanaw biex jagħmluli l-ħsara.

 5 Il-kburin ħbewli nasba;

Bil-ħbula huma firxu xibka minn fejn ngħaddi.

Huma qiegħdu nases għalija. (Sela)

 6 Jien ngħid lil Ġeħova: “Int l-Alla tiegħi.

Ġeħova, ismagħni meta ngħajjatlek bil-ħniena għall-għajnuna.”

 7 Ġeħova s-Sid taʼ Kollox,* int il-Wieħed b’saħħtek li ssalvani,

Int tipproteġini* fil-battalja.

 8 Ġeħova, taqtax ix-xewqa tal-ħżiena.

Tħallix il-pjanijiet tagħhom jirnexxu, ħalli ma jitkabbrux. (Sela)

 9 Jalla l-affarijiet ħżiena li qalu kontrija dawk taʼ madwari,

Jiġu fuqhom.

10 Jalla tagħmel xita taʼ ġamar jaqbad fuqhom.

Jalla jiġu mitfugħin fin-nar.

Jalla jitwaddbu f’ħofor fondi,* biex ma jerġgħux jitilgħu.

11 Jalla dawk li jimmalafamaw ma jirnexxux.

Jalla n-nies vjolenti jbatu u jinqerdu.

12 Jien naf li Ġeħova se jiddefendi lill-batuti

U jara li ssir ġustizzja mal-foqra.

13 Il-ġusti żgur li se jirringrazzjaw lil ismek;

Dawk onesti dejjem se jkunu qrib tiegħek.*

Għanja taʼ David.

141 Ġeħova, jien ngħajjatlek għall-għajnuna.

Ejja għinni malajr.

Agħti kasi meta ngħajjatlek għall-għajnuna.

 2 Jalla t-talba tiegħi tiġi ppreżentata quddiemek bħall-inċens;

Jalla t-talb mill-qalb tiegħi jkun bħall-offerta taċ-ċereali* taʼ filgħaxija.

 3 Ġeħova, għinni nikkontrolla kliemi;

Għinni noqgħod attent għal dak li ngħid.

 4 Tħallinix inkun nixtieq nagħmel dak li hu ħażin,

U nieħu sehem f’affarijiet li jagħmlu n-nies mill-agħar;

Jalla qatt ma niekol mill-aqwa ikel tagħhom.

 5 Jekk xi ħadd ġust isawwatni, ikun qed jurini mħabba u lealtà;*

Jekk jikkoreġini, ikun qisu qed iferraʼ ż-żejt fuq rasi,

Li mhux se nirrifjutah.

Jien nibqaʼ nitlob għalih anki meta jkun għaddej minn żmien diffiċli.

 6 Għalkemm l-imħallfin tan-nies jiġu mitfugħin mill-irdum,

In-nies se jagħtu kas dak li ngħid jien, għax dan hu pjaċevoli.

 7 Bħalma xi ħadd li jaħrat iħalli biċċiet tal-ħamrija warajh,

Hekk ġie mxerred l-għadam tagħna ħdejn il-Qabar.*

 8 Imma jien nistrieħ fuqek, Ġeħova s-Sid taʼ Kollox.*

Lejk dort għall-protezzjoni,

Tħallinix immut.*

 9 Ipproteġini min-nasba li għamluli,

Min-nases tal-ħżiena.

10 Il-ħżiena se jaqgħu kollha fix-xbieki tagħhom stess,

Imma jien ngħaddi u ma jiġrili xejn.

Maskil.* Talba ta’ David meta kien fl-għar.

142 Jien ngħajjat lil Ġeħova għall-għajnuna;

Jien nitlob lil Ġeħova bil-ħniena biex jurini qalb tajba.

 2 Jien niftaħ qalbi miegħu;

Ngħidlu dak li jkun qed jinkwetani

 3 Meta nħossni* dgħajjef.

Hu jaf minn xiex inkun għaddej.

L-għedewwa tiegħi ħbewli nassa

Fit-triq li miexi fiha.

 4 Ħares madwari,

M’hemm ħadd li jimpurtah minni.*

M’għandi mkien fejn naħrab;

Ħadd ma jinteressah minni.*

 5 Ġeħova, jien lilek ngħajjat għall-għajnuna.

U ngħid: “Int il-protezzjoni tiegħi.

Jien lilek biss għandi* f’ħajti.”

 6 Agħti kas meta ngħajjatlek għall-għajnuna,

Għax jien qed inbati ħafna.

Eħlisni minn dawk li qed jippersegwitawni,

Għax huma iktar b’saħħithom minni.

 7 Oħroġni* mill-ħabs

Ħalli nfaħħar lil ismek.

Jalla l-ġusti jinġabru madwari,

Għax int tittrattani b’qalb tajba.

Għanja taʼ David.

143 Ġeħova, ismaʼ t-talba tiegħi;

Agħti kas it-talba tiegħi għall-għajnuna.

Wiġibni għax int leali u ġust.

 2 Jien il-qaddej tiegħek. Tiġġudikanix,

Għax ħadd ma jistaʼ jkun ġust f’għajnejk.

 3 Għax l-għadu tiegħi qed jiġri warajja;*

Hu għaffiġni mal-art sakemm qatilni.

Hu ġegħelni ngħix fid-dlam bħal dawk li ilhom mejtin.

 4 Jien* qed niddgħajjef;

M’għadni nħoss xejn.

 5 Jien niftakar fi żmien twil ilu;

Nimmedita fuq dak kollu li għamilt int;

Jien naħseb sew* dwar xogħol idejk.

 6 Jien għollejt idejja lejk biex nitlob;

Qed* nistenniek bħalma art niexfa tistenna x-xita. (Sela)

 7 Ġeħova, fittex wiġibni;

Saħħti* qed tiddgħajjef.

Taħbix wiċċek minni,

Inkella nsir bħal dawk li neżlin fil-ħofra.*

 8 Ħallini nesperjenza l-imħabba u l-lealtà* tiegħek filgħodu,

Għax jien nafda fik.

Urini kif għandi ngħix,

Għax jien lilek nitlob biex tiggwidani.*

 9 Ġeħova, eħlisni mill-għedewwa tiegħi.

Jien lejk indur għall-protezzjoni.

10 Għallimni nagħmel dak li trid int,

Għax int l-Alla tiegħi.

Int tajjeb;

Jalla tiggwidani bl-ispirtu tiegħek

Biex inkun nistaʼ nevita l-perikli u d-diffikultajiet.*

11 Ġeħova, żommni ħaj minħabba ismek.

Eħlisni* mit-tbatija tiegħi għax int ġust.

12 Ġib fix-xejn* lill-għedewwa tiegħi,

Għax int turi mħabba u lealtà;

Eqred lil dawk kollha li qed jaħqruni,*

Għax jien il-qaddej tiegħek.

Għanja taʼ David.

144 Jalla jiġi mfaħħar Ġeħova, il-Blata tiegħi,

Li qed jittrennjani għall-battalja

U jippreparani għall-gwerra.

 2 Hu jurini mħabba u lealtà* u hu l-fortizza tiegħi,

Ir-refuġju taʼ protezzjoni* tiegħi u l-wieħed li jsalvani,

It-tarka tiegħi u Dak li dort lejh għall-protezzjoni,

Dak li jrażżan lin-nies taħti.

 3 Ġeħova, x’inhu l-bniedem biex jimpurtak minnu,

U bin il-bniedem biex tagħti kasu?

 4 Il-bniedem hu bħal sempliċi nifs,

Ħajtu tgħaddi malajr bħal dell.

 5 Ġeħova, baxxi s-sema tiegħek u inżel;

Miss il-muntanji u ġegħelhom idaħħnu.

 6 Ibgħat is-sajjetti u xerred l-għedewwa;

Spara l-vleġeġ tiegħek u itfaʼ l-għedewwa f’konfużjoni.

 7 Agħtini jdejk mill-għoli;

Eħlisni u salvani mill-mewġ qawwi,

Minn id il-barranin

 8 Li jigdbu u jgħollu idhom il-leminija biex jaħilfu b’mod falz.

 9 Alla tiegħi, jien se nkantalek għanja ġdida.

Se nfaħħrek bil-kant waqt li ndoqq strument b’għaxar kordi,

10 Għax int tgħin lir-rejiet jirbħu,*

Int Dak li ssalvani* mix-xabla.

11 Eħlisni u salvani minn id il-barranin

Li jigdbu u jgħollu idhom il-leminija biex jaħilfu b’mod falz.

12 B’hekk, it-tfal subien tagħna se jkunu bħal pjanti żgħar li jikbru malajr,

U t-tfal bniet tagħna se jkunu bħal kolonni li jżejnu l-kantunieri taʼ palazz.

13 L-imħażen tagħna se jkunu mimlijin b’kull tip taʼ ikel;

L-imrieħel tagħna se jiżdiedu bl-eluf, bl-għaxriet t’eluf.

14 Il-baqar tagħna li jkunu se jwelldu mhux se jweġġgħu jew ikorru;

Mhux se jinstemaʼ biki fil-pjazez tagħna.

15 In-nies li se jirċievu dawn il-barkiet se jkunu ferħanin!

In-nies li l-Alla tagħhom hu Ġeħova se jkunu ferħanin!

Għanja taʼ tifħir taʼ David.

א [Alef]

145 L-Alla u r-Re tiegħi, jien se nonorak,

Se nfaħħar lil ismek għal dejjem taʼ dejjem.

ב [Bet]

 2 Se nfaħħrek il-ġurnata kollha;

Se nfaħħar lil ismek għal dejjem taʼ dejjem.

ג [Gimel]

 3 Ġeħova hu kbir u jistħoqqlu kull tifħir;

Il-kobor tiegħu ħadd ma jistaʼ jifhmu.

ד [Dalet]

 4 Il-ġenerazzjonijiet li ġejjin se jfaħħruk għal dak li għamilt;

Se jitkellmu dwar l-affarijiet li int għamilt bil-qawwa tiegħek.

ה [Ħe]

 5 Huma se jitkellmu dwar kemm hi tal-għaġeb il-qawwa tiegħek,

U jien se nimmedita dwar l-affarijiet mill-isbaħ li għamilt int.

ו [Waw]

 6 Huma se jitkellmu dwar l-affarijiet impressjonanti li għamilt int,*

U jien se nxandar il-kobor tiegħek.

ז [Żajin]

 7 Huma se jitkellmu bil-ferħ hekk kif jiftakru dwar il-qalb tajba kbira tiegħek,

U se jgħajtu bil-ferħ minħabba li int ġust.

ח [Ħet]

 8 Ġeħova hu qalbu tajba* u ħanin,

Ma jirrabjax malajr u juri ħafna mħabba u lealtà.*

ט [Tet]

 9 Ġeħova hu qalbu tajba maʼ kulħadd,

U l-ħniena tiegħu tidher f’kulma jagħmel.

י [Jod]

10 Ġeħova, kulma għamilt int se jigglorifikak,

U l-leali tiegħek se jfaħħruk.

כ [Kaf]

11 Huma se jxandru l-glorja tas-saltna tiegħek,

U jitkellmu dwar il-qawwa li għandek.

ל [Lamed]

12 B’hekk, in-nies isiru jafu dwar l-affarijiet li int għamilt bil-qawwa tiegħek

U dwar is-sbuħija tas-saltna glorjuża tiegħek.

מ [Mem]

13 Is-saltna tiegħek se tibqaʼ għal dejjem,

U int se tmexxi fuq il-ġenerazzjonijiet kollha.

ס [Samek]

14 Ġeħova qed iqajjem lil dawk li qed jaqgħu

U jsaħħaħ lil dawk imtaqqlin bil-problemi.

ע [Għajn]

15 In-nies kollha jduru lejk għall-għajnuna;

Int tagħtihom l-ikel meta jkollhom bżonn.

פ [Pe]

16 Int tiftaħ idejk

U taqtaʼ x-xewqa taʼ kull ħaġa ħajja.

צ [Sade]

17 Ġeħova hu ġust f’kulma jagħmel

U leali f’kollox.

ק [Kof]

18 Ġeħova hu qrib dawk kollha li jgħajtulu għall-għajnuna,

Dawk kollha li jgħajtulu b’mod sinċier.*

ר [Rex]

19 Hu se jaqtaʼ x-xewqa taʼ dawk kollha li għandhom rispett kbir lejh;*

Hu jismagħhom meta jgħajtulu għall-għajnuna u jsalvahom.

ש [Xin]

20 Ġeħova jipproteġi lil dawk kollha li jħobbuh,

Imma lill-ħżiena se jeqridhom għalkollox.

ת [Taw]

21 Jien se nfaħħar lil Ġeħova;

Jalla n-nies kollha jfaħħru lil ismu l-qaddis għal dejjem taʼ dejjem.

146 Faħħru lil Jah!*

Jien* se nfaħħar lil Ġeħova b’qalbi kollha.

 2 Jien se nfaħħar lil Ġeħova tul ħajti kollha.

Se nfaħħar bil-kant lil* Alla kemm indum ħaj.

 3 Tafdawx lill-mexxejja* u lanqas nies oħrajn,

Għax ma jistgħux isalvawkom.

 4 Meta ma jibqgħux jieħdu n-nifs,* dawn jerġgħu jsiru trab;

Dakinhar stess il-ħsibijiet tagħhom jisparixxu.

 5 Ferħan hu dak li jitlob lill-Alla taʼ Ġakobb għall-għajnuna,

Li jittama f’Ġeħova l-Alla tiegħu.

 6 Alla hu Dak li Għamel is-sema, l-art,

Il-baħar, u kulma fihom,

U Hu dejjem leali.

 7 Alla hu Dak li jagħmel ġustizzja maʼ min ġie mqarraq

U Dak li jagħti l-ħobż lil min hu bil-ġuħ.

Ġeħova qed jeħles lill-priġunieri.*

 8 Ġeħova qed jiftaħ għajnejn dawk li ma jarawx;

Ġeħova qed isaħħaħ lil dawk imtaqqlin bl-inkwiet;

Ġeħova jħobb lil min hu ġust.

 9 Ġeħova jipproteġi lir-residenti barranin;

Hu jappoġġa lill-orfni* u lill-armla,

Imma jħarbat il-pjanijiet* tal-ħżiena.

10 Ġeħova se jkun Re għal dejjem,

L-Alla taʼ Sijon se jibqaʼ minn ġenerazzjoni għal oħra.

Faħħru lil Jah!*

147 Faħħru lil Jah!*

Hu tajjeb li nfaħħru bil-kant* lill-Alla tagħna;

Kemm hu pjaċevoli u xieraq li nfaħħruh.

 2 Ġeħova qed jibni lil Ġerusalemm;

Qed jiġbor flimkien lill-Iżraelin li huma lsiera.

 3 Hu jfejjaq lil dawk taʼ qalbhom maqsuma;

Jinfaxxa l-ġrieħi tagħhom.

 4 Hu jaf kemm hemm stilel;

Jgħajtilhom kollha b’isimhom.

 5 Il-Mulej tagħna hu kbir u b’saħħtu ħafna;

L-għerf tiegħu* hu bla limitu.

 6 Ġeħova jqajjem lill-umli,

Imma jwaddab mal-art lill-ħżiena.

 7 Irringrazzjaw lil Ġeħova bil-kant;

Faħħru lill-Alla tagħna bil-kant waqt li ddoqqu l-arpa,

 8 Lil Dak li jiksi s-sema bis-sħab,

Dak li jipprovdi x-xita għall-art,

Dak li jkabbar il-ħaxix fuq il-muntanji.

 9 Hu jagħti l-ikel lill-annimali,

Lill-frieħ taċ-ċawluni li jgħajtu bil-ġuħ.

10 Is-saħħa taż-żiemel mhi xejn għalih;

Lanqas jimpressjona ruħu bis-saħħa* tal-bniedem.

11 Imma Ġeħova jieħu pjaċir b’dawk li jirrispettawh ħafna,*

Hu jieħu pjaċir b’dawk li jittamaw fl-imħabba u l-lealtà* tiegħu.

12 Ġerusalemm, igglorifika lil Ġeħova.

Sijon, faħħar lill-Alla tiegħek.

13 Hu jissoda l-istaneg tal-bibien tal-belt tiegħek;

Ibierek lit-tfal tiegħek.

14 Hu jġib il-paċi fit-territorju tiegħek;

Ixebbgħek bl-aqwa qamħ.

15 Hu jagħti kmand lill-art;

Dak li jgħid jasal hemm malajr.

16 Hu jgħatti l-art bil-borra bħal kutra tas-suf;

Ixerred il-borra bħall-irmied.

17 Hu jitfaʼ s-silġ tiegħu bħall-frak tal-ħobż.

Min jiflaħ għall-kesħa tiegħu?

18 Meta jagħti kmand, is-silġ idub.

Hu jġiegħel lir-riħ jonfoħ u l-ilmijiet igelglu.

19 Hu jxandar il-kelma tiegħu lil Ġakobb,

Ir-regoli u d-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħu lil Iżrael.

20 Hu m’għamilx dan ma’ poplu ieħor;

Dawn ma jafu xejn dwar id-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħu.

Faħħru lil Jah!*

148 Faħħru lil Jah!*

Faħħru lil Ġeħova, intom li qegħdin fis-sema;

Faħħruh, intom li qegħdin fl-għoli.

 2 Faħħruh, anġli kollha tiegħu.

Faħħruh, armata kollha tiegħu.

 3 Faħħruh, xemx u qamar.

Faħħruh, stilel kollha.

 4 Faħħruh, l-ogħla sema* u s-sħab tax-xita.

 5 Ħa jfaħħru isem Ġeħova dawn l-affarijiet kollha,

Għax hu ta kmand, u dawn inħolqu.

 6 Hu jżommhom f’posthom għal dejjem.

Ħareġ liġi li se tibqaʼ tgħodd.

 7 Faħħru lil Ġeħova mill-art,

Intom il-ħlejjaq kbar tal-baħar u l-ilmijiet fondi kollha.

 8 Faħħruh, sajjetti u silġ, borra u sħab oħxon,

Riefnu qawwi li tagħmel dak li jgħidlek.

 9 Faħħruh, muntanji u għoljiet kollha,

Siġar tal-frott u siġar taċ-ċedri kollha.

10 Faħħruh, annimali slavaġ u annimali mansi kollha,

Għasafar u kull tip t’annimal* ieħor.

11 Faħħruh, rejiet tal-art u popli kollha,

Mexxejja u mħallfin kollha tal-art.

12 Faħħruh, ġuvintur u tfajliet,*

Anzjani u żgħażagħ flimkien.

13 Jalla dawn ifaħħru isem Ġeħova,

Għax ismu hu l-aqwa wieħed.

Il-glorja tiegħu hi akbar mis-sema u l-art.

14 Hu se jagħti iktar saħħa lill-poplu* tiegħu,

Se jżid it-tifħir tal-leali kollha tiegħu,

Jiġifieri tat-tfal t’Iżrael, il-poplu qrib tiegħu.

Faħħru lil Jah!*

149 Faħħru lil Jah!*

Kantaw lil Ġeħova għanja ġdida;

Faħħruh fil-kongregazzjoni tal-leali.

 2 Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq Grandjuż tiegħu;

Ħa jifirħu t-tfal taʼ Sijon bir-Re tagħhom.

 3 Ħa jfaħħru ismu biż-żfin,

U ħa jfaħħruh bil-kant waqt li jdoqqu t-tanburlin u l-arpa.

 4 Għax Ġeħova jieħu pjaċir bil-poplu tiegħu.

Hu jsalva lill-umli.

 5 Ħa jifirħu l-leali għax Alla jonorahom;

Ħa jgħajtu bil-ferħ fuq is-sodod tagħhom.

 6 Ħa jfaħħru lil Alla bil-kant,

U ħa jkollhom f’idhom xabla taqtaʼ ħafna,

 7 Biex biha jagħmlu vendetta mill-ġnus,

U jikkastigaw lill-popli.

 8 Huma se jorbtu lir-rejiet bil-ktajjen,

U lill-mexxejja bil-ħadid.

 9 Se jagħmlulhom skont dak li hemm miktub kontrihom.

Il-leali kollha tiegħu se jkollhom l-unur li jagħmlu dan.

Faħħru lil Jah!*

150 Faħħru lil Jah!*

Faħħru lil Alla fil-post qaddis tiegħu.

Faħħruh taħt is-sema li turi s-saħħa tiegħu.

 2 Faħħruh għall-affarijiet li għamel bil-qawwa tiegħu.

Faħħruh għall-kobor immens tiegħu.

 3 Faħħruh bil-ħoss tal-qarn.

Faħħruh bl-istrument tal-korda u l-arpa.

 4 Faħħruh bit-tanburlin u biż-żfin.*

Faħħruh bl-istrument tal-korda u bil-flawt.

 5 Faħħruh biċ-ċimbali jdamdmu.

Faħħruh bil-ħoss qawwi taċ-ċimbali.

 6 Kull ħaġa li tieħu n-nifs, ħa tfaħħar lil Jah.

Faħħru lil Jah!*

Jew “nies li jagħmlu d-dnub.”

Jew “jaqraha minn taħt l-ilsien.”

Jew “jimmeditaw fuq affarijiet bla sens.”

Jew “se jiftiehmu bejniethom.”

Jew “il-Kristu.” Letteralment “il-midluk.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Int tkissirhom b’xettru tal-ħadid.”

Jew “uru l-għerf.”

Letteralment “bil-biżaʼ.”

Letteralment “Busu.”

Letteralment “hu.”

Jew “tisparixxu mit-triq.”

Jew “dwar ruħi.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Oħroġni fil-wisaʼ fi.”

Jew “jagħżel għalih lil-leali tiegħu.”

Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “bniedem li jxerred id-demm u jqarraq.”

Jew “għall-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “is-santwarju.”

Jew “Huma jmellsu bi lsienhom.”

Letteralment “fuq Seminit.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Ruħi hi.”

Jew “eħlisli ruħi.”

Jew “int turi mħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “ma jiftakrukx.”

Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “xjaħet.”

Jew “iqattgħu ruħi.”

Jew forsi “Waqt li ma qtiltx lil dak li ħadha kontrija għalxejn b’xejn.”

Jew “jilħaqli ruħi.”

Jew “il-kliewi.”

Jew “Se ndoqq il-mużika għal.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew forsi “Int li l-glorja tiegħek tiġi mfaħħra ’l fuq mis-sema!”

Letteralment “xogħol subgħajk.”

Jew “minn dawk li qishom allat.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “indoqq il-mużika għal.”

Jew “l-art produttiva.”

Jew “post fl-għoli taʼ sigurtà.”

Letteralment “bibien.”

Letteralment “fil-bibien ta’ bint.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew forsi “U r-rgħib ibierek lilu nnifsu.”

Jew “Qatt mhu se nogħtor (nitriegħed).”

Letteralment “Minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni mhux.”

Jew “id-dwiefer b’saħħithom tiegħu.”

Letteralment “lit-tifel bla missier.”

Letteralment “mat-tfal bla missier.”

Jew “tgħidu lil ruħi.”

Jew “Ruħu.”

Jew forsi “se jniżżel xita taʼ faħam jaqbad.”

Dan jirreferi għal tip taʼ ġebla li taqbad bin-nar.

Letteralment “se jaraw wiċċu.”

Letteralment “fuq Seminit.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “u għandhom qalb doppja.”

Jew “li jwaqqgħuhom għaċ-ċajt.”

Jew forsi “forn li jdewweb mal-art.”

Letteralment “din il-ġenerazzjoni.”

Jew “iddum ruħi.”

Letteralment “Dawwal għajnejja.”

Jew “fl-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Dawk bla sens.”

Letteralment “mal-ġenerazzjoni tal-ġusti.”

Jew “li hu leali.”

Jew “ma jġegħelx lil sħabu jistħu.”

Letteralment “li jibżgħu minn.”

Letteralment “il-ħalfa tiegħu.”

Jew “mhu se jogħtor (jitriegħed).”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jiġifieri l-ismijiet tal-allat foloz.

Letteralment “u t-tazza tiegħi.”

Jew “is-sentimenti.” Letteralment “il-kliewi.”

Jew “qatt mhu se nogħtor (nitriegħed).”

Letteralment “il-glorja tiegħi.”

Jew “tħalli lil ruħi.”

Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew forsi “jara t-taħsir.”

Letteralment “Mejjel widintek lejja.”

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “dawru qalbhom bix-xaħam.”

Jew “jitfgħuna mal-art.”

Jew “Salva lil ruħi.”

Jew “taʼ din is-sistema tal-affarijiet.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “se nara wiċċek.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “is-salvatur b’saħħtu tiegħi.”

Jew “il-post fl-għoli tiegħi taʼ sigurtà.”

Jew “taʼ Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “il-ġwienaħ tar-riħ.”

Jew “il-kanali tal-ilma.”

Jew “f’post spazjuż.”

Letteralment “l-indafa taʼ jdejja.”

Jew “lill-batuti.”

Letteralment “lill-għajnejn suppervi.”

Letteralment “tixgħel il-lampa tiegħi.”

Jew “irfinut bin-nar.”

Jew “iġġiegħel lill-għedewwa tiegħi jagħtuni daharhom.”

Letteralment “insikket.”

Jew “indoqqlu l-mużika.”

Jew “jagħti rebħiet kbar lir-re.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “mal-midluk.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew forsi “l-ħabel tagħha tal-kejl infirex maʼ.”

Jew “terġaʼ tagħti r-ruħ.”

Letteralment “idawlu l-għajnejn.”

Letteralment “Il-biżaʼ minn.”

Jew “irfinut.”

Jew “minn ħafna nuqqasijiet.”

Jew “Dak li Jifdini.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “jikkunsidra bħala xaħam.”

Letteralment “lill-midluk.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “b’idu l-leminija.”

Jew “rebħiet kbar.”

Jew “irfinut.”

Jew “għax qiegħed quddiem wiċċek.”

Jew “mhu se jogħtor (jitriegħed).”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “Il-frott.”

Letteralment “il-kordi tal-qaws.”

Letteralment “lejn wiċċhom.”

Letteralment “inkantaw u ndoqqu l-mużika.”

Jew forsi “fl-istil mużikali taʼ.”

Jew “Fuq it-tron fost it-tifħir.”

Jew “u ma kellhomx għalxiex jistħu.”

Jew “Salvali ruħi.”

Letteralment “l-unika waħda li għandi.”

Letteralment “tibżgħu minnu.”

Letteralment “jibżgħu minnek.”

Letteralment “qalbkom tgħix.”

Letteralment “Il-ħoxnin.”

Jew “lil ruħu ħajja.”

Jew forsi “lejn ilma kalm.”

Jew “isaħħaħ lil ruħi.”

Jew “ifarrġuni.”

Jew “tberikni ħafna.”

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “b’Ħajti; b’Ruħi.” Din tirreferi għall-ħajja taʼ Ġeħova.

Letteralment “lil wiċċek.”

Jew “nerfaʼ ruħi.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “ġust.”

Letteralment “jibżaʼ minn.”

Jew “Ruħu.”

Letteralment “jibżgħu minn.”

Jew “ruħi.”

Letteralment “ifdi.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “bl-integrità.”

Jew “is-sentimenti.” Letteralment “il-kliewi.”

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteramlent “ma npoġġix.”

Jew “ma nagħmilhiex mal-ipokriti.”

Letteralment “ma npoġġix.”

Jew “Teqridx lil ruħi.”

Jew “li jxerrdu d-demm.”

Jew “ixaħħmu lil oħrajn.”

Jew “bl-integrità.”

Letteralment “Ifdini.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “fl-assembleat.”

Jew “is-santwarju.”

Jew “u nimmedita.”

Jew “Se ndoqq il-mużika għal.”

Letteralment “Fittxu lil wiċċi.”

Jew forsi “Jien għandi fidi.”

Jew “fil-qabar.”

Letteralment “lill-midluk.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “tfal subien taʼ dawk.”

Jew “Qimu lil.”

Jew forsi “minħabba s-sbuħija tal-qdusija tiegħu.”

Letteralment “ineżżaʼ l-foresti.”

Jew “l-oċean tas-sema.”

Jew “erfajtni.”

Jew “tellajtli ruħi.”

Jew “minn Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “fil-qabar.”

Jew “Doqqu l-mużika għal.”

Letteralment “lit-tifkira tiegħu.”

Jew “Qatt mhu se nogħtor (nitriegħed).”

Jew “fil-qabar.”

Letteralment “libbistni bil-ferħ.”

Jew “imma l-glorja tiegħi.”

Letteralment “Mejjel widintek lejja.”

Letteralment “l-ispirtu tiegħi.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “l-Alla leali.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “li għandha ruħi.”

Jew “f’post spazjuż.”

Jew “ruħi u żaqqi.”

Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “jibżgħu minnek.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “ġie mgħotti.”

Letteralment “fl-ispirtu tiegħu.”

Jew “id-diżapprovazzjoni tiegħek.”

Jew “bl-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Doqqulu l-mużika bi.”

Jew “L-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “bl-ispirtu qaddis.”

Letteralment “l-armata kollha tagħha.”

Letteralment “tibżaʼ minn.”

Jew “l-intenzjoni.”

Letteralment “jibżgħu minnu.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “jeħles ruħhom.”

Jew “Ruħna.”

Jew “Ruħi.”

Letteralment “jibżgħu minn.”

Letteralment “ibżgħu minn.”

Letteralment “tibżgħu minn.”

Letteralment “Żommu lsienkom minn.”

Letteralment “U xofftejkom milli jitkellmu.”

Jew “skuraġġiti.”

Jew “gwaj.”

Letteralment “jifdi r-ruħ.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Din spiss kienet tintuża mill-arċieri.

Jew “il-mannara doppja.”

Jew “Għid lil ruħi.”

Jew “joqtlu lil ruħi.”

Jew “ruħi.”

Jew forsi “jwaqqgħu għaċ-ċajt għal ħobża.”

Jew “Salva lil ruħi.”

Letteralment “l-unika waħda li għandi.”

Jew “nimmedita.”

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “iżżomm ħaj.”

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “mix-xaħam.”

Jew “Titbaqbaqx.”

Jew “Tgħaxxaq bʼĠeħova.”

Letteralment “Erħi triqtek f’idejn Ġeħova.”

Jew “b’fiduċja.”

Jew forsi “għax dan iwassal biss għall-ħsara.”

Jew “juri l-ħniena.”

Jew “jissoda l-passi tiegħu.”

Jew “għall-ikel.”

Jew “min jibqaʼ leali.”

Letteralment “M’hemmx parti waħda f’saħħitha f’ġismi.”

Letteralment “M’hemmx paċi f’għadmi.”

Letteralment “Ġenbejja mimlijin ħruq.”

Jew forsi “Imma hemm ħafna li huma għedewwa tiegħi għalxejn b’xejn.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “saħnet.”

Letteralment “jagħmel l-istorbju.”

Jew “Immigrant.”

Jew “stennejt bil-paċenzja lil Ġeħova.”

Letteralment “Mejjel widintu lejja.”

Jew “li jigdbu.”

Jew “ma ħadtx pjaċir bis-sagrifiċċji u l-offerti.”

Letteralment “L-iskroll tal-ktieb.”

Jew “Ix-xewqa (l-għaxqa) tiegħi hi li.”

Jew “ma ħbejtx l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “joqtlu lil ruħi.”

Jew “jitilqu għax-xewqa tal-għedewwa.”

Jew “Fejjaqli ruħi.”

Letteralment “għolla għarqubu kontrija.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Ruħi.”

Jew “ruħi.”

Jew “ruħi.”

Jew “ruħi.”

Jew “Mill-muntanja ċ-ċkejkna.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew forsi “jgħajruni bħallikieku jkissruli għadmi.”

Jew “ruħi.”

Jew “ruħi.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “salvazzjoni grandjuża.”

Letteralment “tagħmilna proverbju.”

Jew “Ruħna.”

Letteralment “Ifdina.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew forsi “fl-istil mużikali taʼ.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “Xogħlijieti huma.”

Jew “skriba.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “irnexxi.”

Letteralment “U idek il-leminija se tgħallmek.”

Letteralment “Alla hu t-tron tiegħek.”

Letteralment “dilkek biż-żejt.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “bid-deheb taʼ Ofir.”

Letteralment “It-tifla taʼ.”

Letteralment “ġewwa.”

Jew “irrakkmati.”

Jew “tagħmilhom prinċpijiet.”

Jew “Fuq Alamot.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “il-post fl-għoli taʼ sigurtà.”

Jew forsi “t-tarki.”

Jew “il-qarn taʼ muntun; it-trumbetta.”

Jew “Doqqu l-mużika għal.”

Letteralment “it-tarki.”

Jew “post fl-għoli taʼ sigurtà.”

Jew “ftiehmu u ltaqgħu.”

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew forsi “sakemm immutu.”

Jew “fis-sistema tal-affarijiet.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “ruħhom.”

Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “jifdi lil ruħi.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “mill-qawwa tal-Qabar,” jew “taʼ Xeol.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “lil ruħu.”

Jew “Id-Divin, Alla, Ġeħova.”

Jew “Minn tlugħ ix-xemx sa nżulha.”

Jew “l-istruzzjoni.”

Letteralment “titfgħu kliemi warajkom.”

Jew forsi “Meta taraw ħalliel, tingħaqdu miegħu.”

Jew “timmalafamaw lit-tifel.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “quddiemi.”

Letteralment “Kontrik u kontrik biss.”

Jew “U ili nagħmel id-dnub mindu wellditni ommi.”

Jew “għaqli fil-bniedem li jien minn ġewwa.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Aħbi wiċċek mid-dnubiet.”

Letteralment “oħloq fija qalb pura.”

Jew “ma tobgħodx.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “mʼgħamilx lil Alla l-fortizza tiegħu.”

Jew “juri mħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Dawk bla sens.”

Jew forsi “Jibżgħu għalxejn.”

Letteralment “jikkampjaw kontrikom.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Aqbeż għalija.”

Jew “joqtlu lil ruħi.”

Jew “ma jżommux lil Alla quddiemhom.”

Jew “jappoġġaw lil ruħi.”

Letteralment “sikkithom.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “U tinħebiex meta nitolbok biex tgħinni.”

Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “jifdini.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “jagħti lil ruħi.”

Letteralment “ma jibżgħux minn.”

Jiġifieri l-ħabib li kellu u li ssemma fil-versi 13 u 14.

Jew “jogħtor (jitriegħed).”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “jipprovaw jibilgħuni.”

Jew “ħlist lil ruħi.”

Jew “nimxi quddiemek.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “ruħi.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Ruħi.”

Jew “Ruħi.”

Letteralment “Glorja tiegħi qum.”

Jew “indoqqlok il-mużika.”

Jew “L-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “huma korrotti.”

Letteralment “mill-ġuf.”

Letteralment “idub.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “il-post fl-għoli taʼ sigurtà.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “indoqqlok il-mużika.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew forsi “Int tajt.”

Letteralment “jibżgħu minnek.”

Letteralment “b’idek il-leminija.”

Jew forsi “Alla qal fil-post qaddis tiegħu.”

Jew “il-Pjanura l-Baxxa.”

Letteralment “il-fortizza.”

Jew forsi “ffortifikata.”

Jew “tkun dgħajfa.”

Letteralment “jibżgħu minn.”

Jew “se jgħix.”

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “indoqq il-mużika għal.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Ruħi.”

Jew “il-post fl-għoli taʼ sigurtà.”

Jew forsi “Intom qed tagħmlu dan bħallikieku hu ħajt immejjel, ħajt li daqt jaqaʼ.”

Jew “tneħħulu d-dinjità.”

Jew “Ruħi.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Ruħi għandha.”

Letteralment “Laħmi.”

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Ruħi.”

Jew “Ruħi.”

Jew “jeqirdu lil ruħi.”

Jew “għall-volpijiet.”

Jew “jiftaħar.”

Jew “iżommu sew mal-intenzjoni ħażina tagħhom.”

Jew “jiftaħru.”

Jew “Is-santwarju.”

Jew “ir-raddi tagħha.”

Jew “il-pjanuri l-baxxi.”

Jew “Doqqu l-mużika għal.”

Jew “iżommilna ruħna ħajja.”

Jew “nogħtru; nitriegħdu.”

Jew “Qegħedt tagħbija fuq ġenbejna.”

Letteralment “jirkbu fuq rasna.”

Letteralment “tibżgħu minn.”

Jew “għal ruħi.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “jibżgħu minnu.”

Jew “doqqu l-mużika għal.”

Jew forsi “fuq is-sħab.”

“Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Letteralment “dawk bla missier.”

Letteralment “imħallef.”

Jew “ribellużi.”

Letteralment “ħriġt quddiem.”

Letteralment “il-wirt.”

Jew forsi “l-imrieħel.”

Jew “tad-deheb aħdar safrani.”

Jew “Kien bħallikieku niżlet.”

Jew “jixtieq.”

Jew “Il-Mulej Sovran Ġeħova.”

Letteralment “li jimxu fi ħtijiethom.”

Letteralment “fl-assembleat.”

Jew forsi “jgħaffġu fuq.”

Jew forsi “joħorġu ambaxxaturi.”

Jew “Doqqu l-mużika għal.”

Letteralment “fis-sħab.”

Jew “telgħu sa ruħi.”

Jew “l-għedewwa tiegħi għalxejn b’xejn.”

Jew “Il-Mulej Sovran.”

Jew forsi “Meta bkejt u somt.”

Letteralment “Sirt proverbju għalihom.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “il-ħofra.”

Jew “turini mħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Ersaq qrib ruħi u salvaha.”

Letteralment “Ifdini.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “u wasalt biex niddispra.”

Jew “pjanta velenuża.”

Letteralment “jalla ġenbejhom.”

Jew “il-kamp tagħhom imdawwar bil-ħitan.”

Jew “mill-ktieb tal-ħajjin.”

Jew “għoġol.”

Jew “joqtlu lil ruħi.”

Letteralment “Mejjel widintek lejja.”

Jew “Mulej Sovran Ġeħova.”

Jew “Int il-fiduċja tiegħi.”

Jew “joqtlu lil ruħi.”

Jew “ngħoddhom.”

Letteralment “idek.”

Jew “ruħi.”

Jew “se nimmedita fuq.”

Letteralment “jiġġudika.”

Letteralment “jibżgħu minnek.”

Letteralment “jinbtu.”

Jiġifieri l-Ewfrat.

Jew “U r-Re se jirbaħ lill-għedewwa tiegħu.”

Jew “jifdi lil ruħhom.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “Demmhom.”

Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.

Jew “li jiftaħru.”

Jew “Huma żaqqhom kbira.”

Jew “il-kburija hi l-ġiżirana tagħhom; Il-vjolenza hi l-libsa tagħhom.”

Letteralment “bil-ħxuna.”

Letteralment “il-poplu tiegħu.”

Letteralment “il-ġenerazzjoni tat-tfal tiegħek.”

Letteralment “U fil-kliewi.”

Letteralment “se ssikket.”

Jew “jaġixxi b’mod immorali billi jitilqek.”

Jew “Mulej Sovran Ġeħova.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “fil-ġemgħa.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “fil-post tal-laqgħa tiegħek.”

Letteralment “l-irjus.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “id-dawwala.”

Letteralment “idubu.”

Letteralment “bil-qarn.”

Letteralment “Tgħollix il-qarn tiegħek.”

Jew “indoqq il-mużika.”

Letteralment “il-qrun.”

Letteralment “il-qrun.”

Letteralment “raqdu.”

Letteralment “Raqdu.”

Letteralment “bil-biżaʼ.

Letteralment “l-ispirtu tal-mexxejja.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “ma jfarraġ lil ruħi.”

Letteralment “l-ispirtu tiegħi ddgħajjef.”

Jew “fil-mużika tiegħi fuq il-kordi.”

Letteralment “L-ispirtu tiegħi.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “Li l-id il-leminija taʼ.”

Letteralment “B’idek.”

Letteralment “fdejt.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “l-istruzzjoni.”

Letteralment “Mejjel widintek għal.”

Letteralment “mhux ippreparata.”

Letteralment “għaddew minn prova.”

Letteralment “il-ħobż taʼ dawk b’saħħithom.”

Jew “Dak li Fdiehom.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew forsi “Li l-ispirtu joħroġ u ma jerġax lura.”

Jew “nikktu.”

Letteralment “f’idu.”

Letteralment “fdiehom.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Tip taʼ siġar tat-tin.

Jew forsi “b’deni qawwi.”

Jew “jikkastiga lil ruħhom.”

Letteralment “b’idu l-leminija.”

Letteralment “jgħaddu minn prova.”

Jew “jgħir.”

Letteralment “U l-verġni tiegħu ma ġewx imfaħħrin.”

Letteralment “Hu bena s-santwarju tiegħu bħall-għoljiet.”

Letteralment “għattilna.”

Letteralment “l-id.”

Jew forsi “teħles.”

Jew forsi “bejn.”

Jiġifieri l-Ewfrat.

Letteralment “it-tifel.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “lingwa.”

Letteralment “il-qoffa.”

Letteralment “fil-post moħbi tar-ragħad.”

Ifisser “Argumenti.”

Letteralment “Huma mxew skont il-pariri tagħhom.”

Jiġifieri l-poplu t’Alla.

Jew “fil-ġemgħa tad-Divin.”

Jew “dawk li qishom allat.”

Jew “Iġġudikaw.”

Letteralment “lil dawk bla missier.”

Jiġifieri “l-allat” li jissemmew fl-ewwel vers.

Jew “qiskom allat.”

Jew “jgħollu rashom.”

Letteralment “li int ħbejt.”

Jew “għamlu patt.”

Letteralment “saru id għat-tfal taʼ.”

Letteralment “Imlielhom wiċċhom bid-diżunur.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “hu taʼ min iħobbu.”

Jew “ruħi.”

Jew “mill-wied xott fejn jikbru s-siġar tal-baka.”

Jew forsi “U l-istruttur jiġi mfaħħar.”

Jew forsi “agħti kas it-tarka tagħna.”

Letteralment “il-midluk.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Ħfirt.”

Jew “Iġborna lura.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “jibżgħu minnu.”

Jew “L-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.”

Jew “il-ġid.”

Letteralment “mejjel widintek lejja.”

Jew “ruħi.”

Jew “Ferraħ ir-ruħ tal-qaddej tiegħek.”

Jew “nerfaʼ ruħi.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “nibżaʼ minn.”

Jew “salvajt lil ruħi.”

Jew “minn Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “joqtlu lil ruħi.”

Jew “ma ġabux lilek quddiemhom.”

Letteralment “turi mogħdrija.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “u verità.”

Jew “dawk li jiżfnu dawra tond.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “Mejjel widintek lejja.”

Jew “ruħi.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “Ħajti waslet fil-Qabar,” jew “f’Xeol.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “fil-qabar.”

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “f’Abaddon.”

Jew “twarrab lil ruħi.”

Jew forsi “kollha f’daqqa.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “L-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “nislek.”

Letteralment “it-tron.”

Aktarx qed jirreferi għall-Eġittu jew għall-Fargħun.

Letteralment “jimxu fid-dawl taʼ wiċċek.”

Letteralment “il-qarn tagħna se jitgħolla.”

Letteralment “dliktu.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “U l-qarn tiegħu se jitgħolla.”

Jew “ir-ribelljoni.”

Letteralment “U mhux se nikser il-lealtà tiegħi.”

Letteralment “lill-midluk.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “id-dijadema.”

Jew “il-postijiet tal-kenn tiegħu magħmulin mill-ġebel.”

Letteralment “għollejt l-id il-leminija tal-għedewwa tiegħu.”

Jew “isalva ruħu mill-qawwa tal-Qabar,” jew “taʼ Xeol.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “lill-midluk.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “post fejn ngħixu.”

Letteralment “bħall-bieraħ.”

Jew “għassa.”

Letteralment “Int qegħedt l-iżbalji tagħna quddiemek.”

Letteralment “il-biżaʼ.”

Jew “ngħoddu jiemna.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Bir-rix tal-ġwienaħ tiegħu mhu se jħalli lil ħadd jersaq lejk.”

Letteralment “tat-tpattija.”

Jew forsi “l-fortizza tiegħek; ir-refuġju tiegħek.”

Letteralment “ingħaqad miegħi.”

Jew “jirrikonoxxi.”

Jew “indoqq il-mużika għal.”

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Strument antik li qisu kitarra.

Letteralment “tgħolli l-qarn tiegħi.”

Jew “ikollhom xagħarhom abjad.”

Letteralment “imlibbes bis-saħħa.”

Jew “titriegħed.”

Jew “It-tron.”

Jew “jixirqilha li tkun.”

Letteralment “lil dawk bla missier.”

Letteralment “Ruħi daqt kienet se tkun fis-silenzju.”

Jew “L-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Meta l-ħsibijiet li jinkwetawni żdiedu ġewwa fija.”

Jew “Il-faraġ tiegħek ikkalma lil ruħi.”

Jew “imħallfin.” Letteralment “tron.”

Jew “ruħ il-ġust.”

Letteralment “U jiddikjaraw ħati (ħażin) id-demm tal-innoċenti.”

Jew “il-post fl-għoli taʼ sigurtà.”

Letteralment “isikkithom.”

Letteralment “isikkithom.”

Ifisser “Argumenti.”

Ifisser “Għaddew minn Prova; Prova.”

Jew “dinjità.”

Jew “Qimu lil.”

Jew forsi “minħabba l-ġmiel tal-qdusija tiegħu.”

Jew “jiddefendi l-kawża taʼ.”

Jew “ġie.”

Jew “Qimuh.”

Letteralment “Il-bniet.”

Jew “mill-qawwa taʼ.”

Letteralment “lit-tifkira tiegħu.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “doqqulu l-mużika.”

Jew “Doqqu l-mużika għal.”

Jew “L-art produttiva.”

Jew “ġie.”

Jew forsi “bejn.”

Jew “qimuh.”

Letteralment “għamilt vendetta.”

Jew “qimuh.”

Jew “Irrikonoxxu.”

Jew forsi “u mhux aħna nfusna.”

Jew “L-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “dwar l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “indoqqlok il-mużika.”

Jew “bla nuqqas.”

Jew “dak li mhu tajjeb għal xejn.”

Letteralment “Ma rridx naf bil-ħażen.”

Jew “se neqred.”

Jew “leali.”

Jew “se neqred.”

Jew “dgħajjef.”

Letteralment “Mejjel widintek lejja.”

Jew forsi “Jien irqiq ħafna.”

Jew “ismek.”

Letteralment “jibżgħu minn.”

Letteralment “jiġi maħluq.”

Jew “Ruħi.”

Jew “Ruħi.”

Jew “mill-qabar.”

Jew “jurini mħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “żgħożija.”

Letteralment “juri mogħdrija.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “jibżgħu minnu.”

Letteralment “jibżgħu minn.”

Letteralment “U l-post fejn kien ma jibqax jafu.”

Letteralment “jibżgħu minnu.”

Letteralment “tisimgħu l-leħen (il-ħoss) tal-kelma tiegħu.”

Jew “Ruħi.”

Jew “Ruħi.”

Letteralment “Int imlibbes bi.”

Jew “dinjità.”

Letteralment “fl-ilmijiet.”

Letteralment “spirti.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “l-ispirtu.”

Jew “indoqq il-mużika.”

Jew forsi “Ħa tkun il-meditazzjoni tiegħi dwaru pjaċevoli.”

Jew “In-nies li jagħmlu d-dnub.”

Jew “Ruħi.”

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew “doqqulu l-mużika.”

Jew forsi “Tkellmu.”

Letteralment “wiċċu.” Jew “il-preżenza tiegħu.”

Letteralment “Il-kelma li kkmanda.”

Letteralment “lill-midlukin.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “kisser kull bastun tal-ħobż.” Jistaʼ jirreferi għal bsaten li kienu jintużaw biex idendlu l-ħobż magħhom.

Letteralment “Biex jorbot.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jistaʼ jirreferi għal Mosè u Aron.

Jew “ma tfixkel.”

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew “L-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “kburi li nfaħħrek.”

Jew “ma fehmux.”

Jew “fix-xagħri.”

Jew “statwa t’għoġol mill-metall imdewweb.”

Jew “Qabeż għalihom.”

Jew “jintrabtu maʼ.”

Jiġifieri sagrifiċċji offruti lin-nies mejtin jew lill-allat bla ħajja.

Ifisser “Argumenti.”

Jew “jitgħallmu d-drawwiet tagħhom.”

Jew “Għamlu prostituzzjoni spiritwali.”

Letteralment “idhom.”

Jew “jiddispjaċih.”

Jew “kellu mħabba leali kbira.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Hekk ikun!”

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew “L-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “mifdijin.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Minn tlugħ ix-xemx u nżulha.”

Jew “Tant ruħhom għejiet.”

Jew “lir-ruħ.”

Jew “lir-ruħ.”

Jew “tfixklu.”

Jew “Ruħhom bdiet tobgħod kull tip t’ikel.”

Letteralment “waslu ħdejn il-bibien tal-mewt.”

Jew “ruħhom iddub.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “iqiegħed fl-għoli,” jiġifieri f’post li ma jintlaħaqx.

Jew “indoqqlok il-mużika.”

Jew “L-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “b’idek il-leminija.”

Jew forsi “Alla qal fil-post qaddis tiegħu.”

Jew “il-Pjanura l-Baxxa.”

Letteralment “il-fortizza.”

Letteralment “is-subien.”

Letteralment “is-subien.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “dwar ruħi.”

Jew “Mulej Sovran Ġeħova.”

Jew “turini mħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “mhux se jiddispjaċih.”

Jew “fost.”

Letteralment “lill-kap.”

Jew “fuq art kbira.”

Jirreferi għal “Mulej tiegħi” fl-1 vers.

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew “juri mogħdrija.”

Letteralment “jibżgħu minnu.”

Letteralment “feda.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “jibżaʼ minn.”

Letteralment “lilhom.”

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Letteralment “jibżaʼ minn.”

Jew “juri mogħdrija.”

Jew “soda.”

Letteralment “Il-qarn tiegħu se jitgħolla.”

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew “li qiegħed bilqiegħda fuq it-tron.”

Jew forsi “mill-miżbla.”

Letteralment “bis-subien.”

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Letteralment “is-santwarju.”

Jew “Għax xejn mhu tagħna.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “L-idoli.”

Letteralment “tibżgħu minn.”

Letteralment “jibżgħu minnu.”

Letteralment “lis-subien.”

Letteralment “fis-skiet.”

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew forsi “Jien inħobb għax Ġeħova jismagħni.”

Letteralment “imejjel widintu lejja.”

Letteralment “It-tbatija taʼ Xeol sabitni.”

Jew “eħles lil ruħi.”

Jew “juri mogħdrija.”

Letteralment “terġaʼ tistrieħ ruħi.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “ħlist lil ruħi.”

Jew “ngħolli t-tazza tas-salvazzjoni grandjuża.”

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew “għandu ħafna mħabba leali għalina.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “jibżgħu minn.”

“Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew “f’post spazjuż.”

Jew forsi “qiegħed maʼ dawk li jgħinuni.”

Jew forsi “Int imbottajtni.”

Jew “salvazzjoni.”

Din il-ġebla titpoġġa fil-kantuniera taʼ fuq nett taʼ bini, fejn jiltaqgħu żewġ ħitan.

Jew “bla ħtija.”

Letteralment “O li kieku triqati jkunu stabbiliti fis-sod.”

Letteralment “iżomm triqtu nadifa?”

Jew “nistudja.”

Jew “ruħi għejiet.”

Jew “nistudja.”

Jew “Ruħi.”

Letteralment “it-triq taʼ.”

Jew “nistudja.”

Jew “Ruħi.”

Jew “Iġġegħelnix nistħi.”

Letteralment “niġri fit-triq taʼ.”

Jew forsi “tagħtini fiduċja.”

Jew “Mexxini fit-triq taʼ.”

Jew “għedtli.”

Jew forsi “Bħalma wegħedt lil dawk li jibżgħu minnek.”

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “għedt.”

Jew “nistenna d-deċiżjoni.”

Jew “f’post spazjuż.”

Jew “nistudja.”

Jew “għedtli.”

Jew “Li ġegħeltni nistenna għalih.”

Jew “Fid-dar li ngħix bħala barrani.”

Jew “infittex l-approvazzjoni tiegħek.”

Jew “għedt.”

Letteralment “jibżgħu minnek.”

Letteralment “Qalbhom ma tħoss xejn, bħax-xaħam.”

Letteralment “jibżgħu minnek.”

Jew “nistenna l-kelma.”

Jew “għedt.”

Jew forsi “billi jigdbu kontrija.”

Jew “nistudja.”

Letteralment “jibżgħu minnek.”

Jew “Ruħi.”

Jew “nistenna l-kelma.”

Jew “nistudja.”

Jew “nistudja.”

Letteralment “bl-offerti volontarji taʼ ħalqi.”

Jew “It-tfakkiriet tiegħek huma l-wirt tiegħi għal dejjem.”

Letteralment “mejjilt qalbi biex.”

Jew “dawk taʼ nofs qalb.”

Jew “nistenna l-kelma.”

Jew “għedt.”

Jew “iġġegħelnix nistħi.”

Jew “il-kelma.”

Jew “irfinut.”

Jew “ruħi tobdihom.”

Letteralment “Fi qbil mal-ġudizzju tiegħek lejn.”

Jew “Issoda.”

Letteralment “Ifdini.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “Ġiegħel wiċċek jiddi lejn il-qaddej tiegħek.”

Jew “irfinut sew bin-nar.”

Jew “nistenna l-kelma.”

Jew “qabel l-għases tal-lejl.”

Jew “nistudja.”

Jew “affarijiet oxxeni.”

Jew “Mexxi l-kawża legali tiegħi.”

Jew “għedt.”

Jew “Ruħi.”

Jew “għedt.”

Jew “Ħalli lil ruħi.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “eħlisli lil ruħi.”

Letteralment “u x’se jżidlek?”

Jew “titriegħed.”

Letteralment “Binhar ix-xemx ma tolqtokx, lanqas il-qamar billejl.”

Jew “ir-ruħ.”

Letteralment “meta toħroġ u tidħol.”

“Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew “Ruħna.”

Jew “ikaxkru lil ruħna.”

Jew “fuq ruħna.”

Jew “Ruħna.”

Jew “il-widien tan-Nofsinhar.”

Letteralment “Frott il-ġuf.”

Letteralment “jibżgħu minn.”

Letteralment “jibżaʼ minn.”

“Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew “iżżomm kont taʼ.”

Letteralment “jibżgħu minnek.”

Jew “Ruħi.”

Jew “Ruħi.”

Jew “jifdi.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “lil ruħi.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “tarbija li qatgħet il-ħalib.”

Jew “Ruħi.”

Jew “Tabernaklu kbir.”

Jew “fit-tabernaklu l-kbir tiegħu.”

Letteralment “Iddawwarx wiċċ il-midluk tiegħek.”

Letteralment “għallimthom.”

Jew “Lill-qassissin tagħha se llibbishom is-salvazzjoni.”

Letteralment “il-qrun.”

Jew “Jien xgħelt lampa għall-midluk tiegħi.”

Jew “id-dijadema.”

Jew forsi “Għollu jdejkom fis-santwarju.”

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew “Doqqu l-mużika għal.”

Jew “il-propjetà prezzjuża.”

Jew “il-fwar.”

Jew forsi “għamel bibien għax-xita.”

Jew “ismek.”

Jew “jiddefendi l-kawża taʼ.”

Jew “se jiddispjaċih.”

Letteralment “tibżgħu minn.”

Jew “L-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “bl-intelliġenza.”

Jiġifieri f’nofs Babilonja.

Jew forsi “Jalla tinxifli idi l-leminija.”

Jew forsi “Se ndoqqlok il-mużika biex nisfida lil allat oħrajn.”

Jew “is-santwarju.”

Jew forsi “int kabbart kelmtek fuq ismek stess.”

Jew “għamiltli ruħi kuraġġuża.”

Letteralment “il-kburin jafhom biss mill-bogħod.”

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “tqis.”

Jew “huwa fl-għoli wisq għalija u ma nistax nilħqu.”

Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew forsi “nsiġtni.”

Jew “Ruħi.”

Letteralment “kont minsuġ fl-iktar partijiet baxxi tal-art.”

Letteralment “inkun għadni miegħek.”

Jew “ħatjin tad-demm.”

Jew “skont l-idea tagħhom.”

Jew “Mulej Sovran Ġeħova.”

Jew “tipproteġi lil rasi.”

Jew “fi bjar bl-ilma.”

Jew “quddiemek.”

Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Mulej Sovran Ġeħova.”

Jew “Tħallix lil ruħi tmut.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “l-ispirtu tiegħi jsir.”

Letteralment “jagħrafni.”

Jew “minn ruħi.”

Letteralment “Is-sehem tiegħi.”

Jew “Oħroġ lil ruħi.”

Jew “wara ruħi.”

Letteralment “L-ispirtu tiegħi.”

Jew “nistudja.”

Jew “Ruħi.”

Letteralment “L-ispirtu tiegħi.”

Jew “fil-qabar.”

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “nerfaʼ ruħi lejk.”

Jew “Fl-art tal-ġusti.”

Jew “Eħles lil ruħi.”

Letteralment “Sikket.”

Jew “jaħqru lil ruħi.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Il-post fl-għoli taʼ sigurtà.”

Jew “isalvaw.”

Letteralment “teħles lill-qaddej tiegħek David.”

Jew “il-qawwa impressjonanti tiegħek.”

Letteralment “juri mogħdrija.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “bil-verità.”

Letteralment “jibżgħu minnu.”

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew “Ruħi.”

Jew “Se ndoqq il-mużika għal.”

Jew “lin-nobbli.”

Jew “l-ispirtu tagħhom joħroġ.”

Letteralment “lill-marbutin.”

Letteralment “lit-tifel bla missier.”

Jew “jgħawweġ it-triq.”

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew “indoqqu l-mużika.”

Jew “L-abbiltà li jifhem.”

Letteralment “bis-saqajn.”

Letteralment “jibżgħu minnu.”

Jew “fl-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Letteralment “smewwiet tas-smewwiet.”

Jew “t’annimal li jitkaxkar.” Milli jidher dan jinkludi rettili u tipi differenti t’annimali mill-kategoriji l-oħrajn.

Letteralment “verġni.”

Letteralment “jgħolli l-qarn tal-poplu.”

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew “billi tiżfnu dawra tond.”

Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja