PROVERBJI
1 Il-proverbji taʼ Salamun it-tifel taʼ David, ir-re t’Iżrael:
2 Dawn il-proverbji jgħallmuk* u jagħmluk għaref;
Dawn jgħinu lil dak li jkun jifhem il-kliem taʼ min hu għaref;
3 Biex jaċċetta d-dixxiplina li tgħinu jkun għaref,
Ikun jaf x’inhu tajjeb, jaf jieħu deċiżjonijiet tajbin,* u jkun onest;
4 Dawn huma miktubin biex jgħinu lil min hu bla esperjenza jsir intelliġenti;
Biex żagħżugħ ikollu l-għaqal u jkun jistaʼ jifhem.
5 Xi ħadd għaref jismaʼ u jitgħallem iktar;
Raġel li kapaċi jifhem jingħata gwida tajba
6 Biex jifhem proverbji u qwiel* diffiċli,
Il-kliem tal-għorrief u l-ħaġa moħġaġa li jgħidu.
7 Biex wieħed ikollu l-għarfien l-ewwel irid ikollu rispett kbir lejn* Ġeħova.
Il-boloh biss jobogħdu l-għerf u d-dixxiplina.
8 Ibni, obdi mid-dixxiplina taʼ missierek,
U tinsiex dak li tgħallmek ommok.
9 Dawn huma bħal kuruna sabiħa fuq rasek
U bħal ġiżirana mill-isbaħ għal għonqok.
10 Ibni, jekk il-midinbin* jipprovaw iħajruk, iċċedix.
11 Jekk jgħidu: “Ejja magħna.
Ejja nistaħbew biex noqtlu lil xi ħadd.
Ejja nistaħbew biex noqtlu persuna innoċenti għall-gost.
13 Ejja nieħdu l-ġid kollu tagħhom.
Ejja nimlew id-djar tagħna b’dak li nisirqu.
15 Ibni, tmurx warajhom.
Anzi, żomm kemm jistaʼ jkun ’il bogħod minnhom.
16 Huma jiġru biex jagħmlu dak li hu ħażin;
Ħsiebhom biex joqtlu.
17 Żgur li għalxejn li tagħmel xibka fejn l-għasafar jistgħu jarawha.
18 Hu għalhekk li jistaħbew biex joqtlu;
Jistaħbew biex jieħdu l-ħajja t’oħrajn.
19 Hekk jagħmlu dawk li jisirqu biex isiru sinjuri,
U dak li jakkwistaw jeqirdilhom ħajjithom.
20 L-għerf veru hu bħal persuna li tgħajjat fit-triq.
Hi tibqaʼ tgħolli leħinha fil-pjazez.
21 Hi tgħajjat fil-kantunieri tat-toroq mimlijin nies.
F’bibien il-belt hi tgħid:
22 “Intom taʼ bla esperjenza, kemm se ddumu tħobbu l-bluha?
Intom li tħobbu twaqqgħu għaċ-ċajt, kemm se ddumu tieħdu pjaċir tagħmlu dan?
Intom il-boloh, kemm se ddumu tobogħdu l-għarfien?
Imbagħad jien nagħtikom l-għerf;*
Jien ngħallimkom kliemi.
24 Għax għajjattilkom, imma bqajtu tinjorawni,
Tajtkom idi, imma ħadd ma ta kas,
25 Bqajtu twarrbu l-pariri kollha tiegħi
U m’aċċettajtux il-korrezzjoni tiegħi.
26 Jien ukoll nidħaq meta jiġi fuqkom diżastru;
Inwaqqagħkom għaċ-ċajt meta jiġi fuqkom dak li tibżgħu minnu,
27 Meta dak li tibżgħu minnu jiġi bħal maltempata,
U d-diżastru jiġi bħal riefnu,
Meta l-inkwiet u l-problemi jiġu fuqkom.
28 Dak iż-żmien, se tibqgħu tgħajtuli għall-għajnuna, imma m’iniex se nwiġibkom;
Se tfittxuni bil-ħeġġa, imma m’intomx se ssibuni,
29 Għax intom tobogħdu l-għarfien,
U ma tirrispettawx lil* Ġeħova.
30 M’aċċettajtux il-pariri tiegħi;
U ma wrejtux rispett meta kkoreġejtkom.
31 Għalhekk, se tbatu l-konsegwenzi tal-għażliet tagħkom,
U se tixbgħu mill-pjanijiet* tagħkom stess.
32 Għax dawk taʼ bla esperjenza li jirribellaw se jmutu,
U l-boloh jinqerdu għax ma jimpurtahomx.
33 Imma min jismaʼ minni jgħix moħħu mistrieħ
U ma jinkwetax minħabba l-gwaj.”
2 Ibni, aċċetta dak li ngħidlek
U apprezza* l-kmandamenti tiegħi,
2 Billi tagħti kas l-għerf
U tiftaħ moħħok* biex titgħallem tagħraf x’inhu tajjeb u ħażin.
3 Iktar minn hekk, itlob mill-qalb biex tkun tistaʼ tifhem
U itlob bil-ħniena biex tagħraf it-tajjeb mill-ħażin.
4 Ibqaʼ fittex dawn l-affarijiet bħal fidda,
U ibqaʼ ħaffer għalihom bħal teżori moħbijin.
5 Jekk tagħmel hekk, se tifhem xi jfisser li tirrispetta ħafna lil* Ġeħova,
U se jirnexxilek titgħallem dwar Alla.
6 Għax Ġeħova stess jagħti l-għerf;
U dak li jgħid jgħin lin-nies ikollhom l-għarfien u jagħrfu x’inhu tajjeb u ħażin.
7 Hu jerfaʼ l-għerf għal dawk li huma ġusti;
Hu tarka għal dawk li juru lealtà.
8 Hu jgħasses il-ħajja tal-ġusti,
U se jipproteġi l-ħajja tal-leali tiegħu.
9 Imbagħad se tifhem x’inhu sewwa, ġust, u raġonevoli.
Int se tifhem liema hi t-triq it-tajba.
10 Meta qalbek tkun tixtieq l-għerf
U ruħek* tieħu pjaċir bl-għarfien,
11 Il-fatt li kapaċi taħseb se jgħinek,
U li tifhem x’inhu tajjeb u ħażin se jipproteġik,
12 Biex ma tagħmilx dak li hu ħażin,
U ma tiġix affettwat min-nies li jgħidu affarijiet mhux veri.
13 Dawn se jipproteġuk ukoll minn dawk li telqu mit-triq it-tajba
Biex jimxu f’toroq mudlama,
14 Minn dawk li jieħdu pjaċir bil-ħażin
U li jifirħu bl-affarijiet mill-agħar,
15 Dawk li t-triqat tagħhom mhumiex dritti
U li ma tistax tafdahom.
16 L-għerf se jeħilsek mill-mara midinba,*
U mill-kliem li l-mara immorali* tuża biex tħajrek
17 Li titlaq lir-raġel* li żżewġet f’żgħożitha
U tinsa l-patt li għamlet m’Alla;
18 Għax li tmur għandha hu bħallikieku tmur għall-mewt,
U t-triq għad-dar tagħha twassal għall-qabar.
19 Ħadd minn dawk li jkollhom x’jaqsmu magħha ma jiġi lura,
U lanqas jerġaʼ jkun fit-triq li twassal għall-ħajja.
20 Għalhekk, imxi fit-triq tan-nies tajbin
U ibqaʼ fit-toroq tal-ġusti.
22 Imma l-ħżiena se jitqaċċtu mill-art,
U t-tradituri se jitneħħew minnha.
3 Ibni, tinsiex it-tagħlim tiegħi,
U jalla tobdi l-kmandamenti tiegħi b’qalbek kollha.
2 Jekk tagħmel hekk, se jkollok ħajja itwal
U tgħix fil-paċi.
3 Tħallix l-imħabba* u l-lealtà* jitilquk.
Orbothom m’għonqok u iktibhom fuq qalbek;
4 B’hekk, Alla u n-nies se jieħdu pjaċir bik
U jqisuk għaref.
5 Afda f’Ġeħova b’qalbek kollha
U tistrieħx fuq dak li taħseb int stess.
6 F’kulma tagħmel, aħseb dwar dak li jrid Alla,
U hu se jurik it-triq it-tajba.
7 Tafdax fl-għerf tiegħek stess.
Irrispetta ħafna lil* Ġeħova u tbiegħed mill-ħażen.
9 Onora lil Ġeħova bl-affarijiet prezzjużi tiegħek,
Bl-aqwa mill-prodotti* kollha tiegħek;
10 Imbagħad l-imħażen tiegħek se jkunu mimlijin sew,
U t-tramunġani* tiegħek se jfuru bi nbid ġdid.
11 Ibni, tirrifjutax id-dixxiplina taʼ Ġeħova,
U tirrabjax meta jikkoreġik,
12 Għax Ġeħova jikkoreġi lil min iħobb,
Bħalma jagħmel missier lit-tifel tiegħu li jħobb.
13 Ferħan hu min jitgħallem x’inhu l-għerf
U min jitgħallem jagħraf x’inhu tajjeb u ħażin.
14 Hu aħjar li tkun għaref milli jkollok il-fidda jew id-deheb.
16 Jekk ikollok l-għerf se tgħix ħajja twila
U jkollok il-ġid u l-glorja.
17 Int se tkun ferħan u tgħix fil-paċi.
18 L-għerf hu bħal siġra tal-ħajja;
Kull min jibqaʼ jżomm miegħu se jgħix u jkun ferħan.
19 Ġeħova għamel id-dinja bl-għerf.
Hu poġġa s-sema f’postha bl-intelliġenza.*
20 Bl-għarfien tiegħu qasam l-ilmijiet fondi
U mis-sema mimlija sħab bdiet nieżla n-nida.
Ipproteġi l-għerf u l-fatt li kapaċi taħseb;
U jkunu bħal ġiżirana sabiħa għal għonqok.
24 Meta timtedd, m’intix se tibżaʼ;
Int se timtedd u tieħu gost torqod.
25 M’intix se tinkwieta li se tiġri xi ħaġa tal-biżaʼ f’daqqa
Jew mill-maltempata li ġejja fuq il-ħżiena.
26 Għax Ġeħova se jgħinek, u int tistaʼ tafdah għalkollox;
Hu żgur mhux se jħalli sieqek tinqabad f’nassa.
28 Tgħidx lil xi ħadd: “Mur, erġaʼ ejja għada, u nagħtik dak li għandek bżonn’”
La tkun tistaʼ tagħtihulu dak il-ħin.
29 Tippjanax biex tagħmel il-ħsara lill-ġar tiegħek
Meta hu jafdak.
30 Tiġġilidx maʼ xi ħadd għalxejn b’xejn,
Jekk ma jkun għamillek xejn ħażin.
31 Tgħirx għal xi ħadd li hu vjolenti,
U tagħmilx bħalu.
32 Għax Ġeħova jobgħod lil min hu qarrieq,
Imma Hu ħabib kbir taʼ min hu ġust.
33 Ġeħova jisħet il-familja tal-wieħed mill-agħar,
Imma jbierek il-familja tal-wieħed ġust.
34 Għax hu jidħaq b’dawk li jwaqqgħu għaċ-ċajt,
Imma japprova lill-umli.
35 L-għorrief se jkunu onorati,
Imma l-istupidi jagħtu importanza lill-affarijiet li jġibu diżunur.
4 Isimgħu mid-dixxiplina taʼ missierkom;
Oqogħdu attenti ħalli b’hekk tkunu tistgħu tifhmu.
2 Għax jien nagħtik pariri tajbin;
Titlaqx it-tagħlim tiegħi.
3 Jien kont nobdi lil missieri
U ommi kienet tħobbni ħafna.
4 Hu għallimni u qalli: “Żomm dak li ngħidlek f’qalbek.
Obdi l-kmandamenti tiegħi u tibqaʼ tgħix.
5 Stinka biex ikollok l-għerf u tkun kapaċi tifhem.
Tinsiex dak li ngħidlek u twarrbux.
6 Titlaqx l-għerf, u dan jipproteġik.
Ħobbu, u jieħu ħsiebek.
7 Stinka biex ikollok l-għerf, għax dan hu l-iktar importanti,
U kun ċert li tkun kapaċi tifhem.
8 Apprezza l-għerf, u dan ifaħħrek.
Hu se jonorak talli tgħannqu miegħek.
9 Hu jqegħedlek fuq rasek kuruna sabiħa tal-fjuri;
Se jżejnek b’kuruna mill-isbaħ.”
10 Ibni, ismaʼ u aċċetta dak li ngħidlek,
U jkollok ħajja twila.
11 Jien se ngħallmek biex ikollok l-għerf;
Se niggwidak biex tagħmel dak li hu tajjeb.
12 Meta timxi, m’intix se titfixkel;
U jekk tiġri, m’intix se taqaʼ.
13 Aċċetta d-dixxiplina li tingħatalek u titlaqhiex.
Ftakar dak li tgħallimt minnha, għax din se tgħinek tgħix.
14 Tidħolx fit-triq tal-ħżiena,
U timxix fit-triq taʼ dawk mill-agħar.
15 Evitaha u tgħaddix minnha;
Warrab minnha u ibqaʼ sejjer.
16 Għax huma ma jorqdux jekk ma jagħmlux xi ħaġa ħażina.
In-ngħas itirilhom jekk ma jfixklu lil ħadd.
17 Il-ħażen hu bħall-ħobż għalihom,
U l-vjolenza hi bħall-inbid.
18 Imma t-triq tal-ġusti hi bħad-dawl qawwi taʼ filgħodu
Li jkompli jiżdied sa ma toħroġ ix-xemx sew.
19 It-triq tal-ħżiena hi bħad-dlam;
Huma ma jkunux jafu x’qed ifixkilhom.
23 Ipproteġi lil qalbek iktar minn kull ħaġa oħra,
Għax ħajtek tiddependi minnha.
24 Tigdibx,
U tgħidx affarijiet li mhumiex vera.
25 Ibqaʼ ħares dritt ’il quddiem,
U ffoka fuq dak li ġej.
27 Tmurx lejn il-lemin jew ix-xellug.
Warrab minn dak li hu ħażin.
5 Ibni, oqgħod attent għall-għerf tiegħi.
Ismagħni sew* ħalli titgħallem kif tagħraf it-tajjeb mill-ħażin.
2 B’hekk tkun tistaʼ taħseb b’mod ċar
U dejjem tgħid il-verità.
3 Għax xofftejn il-mara midinba* jqattru bħal xehda għasel,
U hi tuża kliemha biex tħajjar lin-nies.*
5 Saqajha neżlin lejn il-mewt.
Il-passi tagħha jwasslu dritt lejn il-Qabar.*
6 Hi ma jimpurtahiex mit-triq li twassal għall-ħajja.
Timxi ’l hemm u ’l hawn, imma ma tafx fejn sejra.
8 Żomm ’il bogħod minnha;
Tmurx viċin id-dar tagħha,
9 Ħalli ma titlifx ir-rispett t’oħrajn
U tbati l-kumplament taʼ ħajtek,
10 Ħalli l-istranġieri ma jiħdux il-ġid* tiegħek
U dak li ħdimt iebes għalih ma jmurx fid-dar taʼ barrani.
11 Inkella se tibki u tbati fi tmiem ħajtek
Meta saħħtek u ġismek jispiċċaw,
12 U int tgħid: “Għala kont nobgħodha d-dixxiplina?
U għala m’aċċettajtx il-korrezzjoni?
13 Jien ma smajtx minn dawk li għallmuni
U lanqas tajt kashom.
16 Għala għandhom l-għejun tal-ilma tiegħek jinfirxu barra,
U n-nixxigħat tal-ilma tiegħek fil-pjazez?
17 Ħa jkunu għalik biss,
U mhux għall-istranġieri.
18 Ħa tkun imbierka l-għajn tal-ilma tiegħek,
U jalla tifraħ bil-mara li żżewwiġt f’żgħożitek.
19 Ħa tkun għalik bħal ċerva maħbuba u mogħża tal-muntanji ħelwa.
Ħalli sidirha jgħaxxqek kull ħin.
Ħa tkun il-ħin kollu affaxxinat bi mħabbitha.
21 Għax Ġeħova jara x’jagħmlu n-nies;
Hu jagħti kas kollox.
22 L-iżbalji tal-ħażin huma nassa għalih,
U d-dnubiet tiegħu huma bħal ħbula li jżommuh.
23 Hu se jmut minħabba li m’aċċettax id-dixxiplina
U jiżvija minħabba l-bluha kbira tiegħu.
6 Ibni, jekk għamilt tajjeb għal xi ħadd,
Jekk għamilt ftehim maʼ* stranġier,
2 Jekk il-wegħda tiegħek saret bħal nassa għalik,
U kliemek bħal nasba,
3 Ħaddieħor issa għandu kontroll fuqek.
Għalhekk ibni, agħmel dan biex tinħeles:
Mur, umilja ruħek, u itolbu bil-ħniena biex tinħeles mill-ftehim.
4 Tħallix lil għajnejk jingħalqu biex jorqdu,
U lanqas lill-kappell t’għajnejk jieħu nagħsa.
5 Inħeles bħal ċerva minn id il-kaċċatur,
U bħal għasfur minn id in-nassab.
6 Mur għand in-nemla, ja għażżien;
Innota x’tagħmel u sir għaref.
7 Għalkemm m’għandhiex kmandant, uffiċjal, jew mexxej,
8 Hi taħżen l-ikel tagħha fis-sajf,
U tiġbor il-provvisti tal-ikel fi żmien il-ħsad.
9 Ja għażżien, kemm se ddum mimdud hemmhekk?
Meta se tqum mir-raqda?
10 Jekk torqod ftit ieħor, tongħos ftit ieħor,
U tistrieħ b’idejk marbutin ftit ieħor,
11 Int malajr se ssir fqir, bħallikieku tiġi attakkat f’daqqa minn ħalliel,
U bħallikieku raġel armat jiħodlok kulma għandek.
12 Raġel ħażin u li ma jiswa għal xejn
Jimxi ’l hemm u ’l hawn waqt li jitkellem bil-qerq.
13 Hu jegħmeż, jagħmel sinjali b’siequ, u jipponta b’subgħajh.
14 B’intenzjoni ħażina f’qalbu,
Hu dejjem jippjana biex jagħmel il-ħsara u jaqlaʼ l-ġlied.
15 Għalhekk, se jiġi fuqu diżastru f’daqqa;
F’ħakka t’għajn se jinqered u ma jkun jistaʼ jagħmel xejn dwar dan.
17 Lil min hu kburi, giddieb, joqtol nies innoċenti,
18 Jippjana l-ħażen, jgħaġġel biex jagħmel il-ħażin,
19 Lil xhud falz li jigdeb maʼ kull nifs li jieħu,
U kull min jaqlaʼ l-ġlied bejn l-aħwa.
20 Ibni, obdi l-kmandament taʼ missierek,
U tinsiex dak li tgħallmek ommok.
21 Żommhom dejjem marbutin maʼ qalbek
U orbothom m’għonqok.
23 Għax il-kmandament hu bħal lampa,
It-tagħlim hu bħal dawl,
U l-korrezzjoni u d-dixxiplina jwasslu għall-ħajja.
25 Tixxennaqx għas-sbuħija tagħha,
U tħallihiex taffaxxinak b’għajnejha,
26 Għax minħabba prostituta, tistaʼ tant issir fqir li taffordja ħobża biss,
Filwaqt li l-mara taʼ raġel ieħor, se tiswielek ħajtek.
27 Jistaʼ raġel iressaq in-nar viċin sidru mingħajr ma jaħraq il-ħwejjeġ tiegħu?
28 Jew jistaʼ raġel jimxi fuq il-ġamar mingħajr ma jaħraq saqajh?
29 L-istess jiġrilu min ikollu x’jaqsam mal-mara taʼ ħaddieħor;
Kull min imissha żgur se jiġi kkastigat.
30 In-nies ma jobogħdux ħalliel
Jekk jisraq biex jiekol meta jkollu l-ġuħ.
31 Imma meta jinqabad, hu jkollu jagħti sebaʼ darbiet iktar minn dak li seraq;
Hu jagħti l-ġid kollu li għandu d-dar.
33 Hu se jweġġaʼ lilu nnifsu u jiġi mmaqdar min-nies;
Se jkollu reputazzjoni ħażina għal dejjem.
34 Għax l-għira ġġiegħel lil raġel miżżewweġ jirrabja ħafna;
Hu mhux se juri ħniena meta jpatti lura.
35 Anki jekk toffrilu l-flus,* hu mhux se jaċċettahom;
Lanqas jekk tagħtih rigal jiswa ħafna mhu se jagħmel paċi.
2 Obdi l-kmandamenti tiegħi u tgħix.
Apprezza t-tagħlim tiegħi daqs il-mimmi t’għajnejk.
3 Orbothom maʼ subgħajk
U iktibhom fuq qalbek.
4 Qis lill-għerf bħal oħtok
U l-fatt li kapaċi tifhem bħal xi ħadd li jiġi minnek,
5 Biex jipproteġuk mill-mara midinba,*
Mill-mara immorali* u l-kliem li jħajrek tagħha.
Fost dawn iż-żgħażagħ kien hemm żagħżugħ li ma kellux sens f’moħħu.
8 Hu għadda mit-triq ħdejn il-kantuniera tagħha,
U mexa lejn id-dar tagħha.
9 Dan kien filgħaxija, bejn inżul ix-xemx u d-dlam,
Xħin ikun wasal il-lejl u jibda jidlam.
10 Imbagħad rajt mara tiltaqaʼ miegħu,
Liebsa taʼ prostituta, u lesta biex tqarraq bih.
11 Hi storbjuża u ribelluża.
Hi qatt ma tkun id-dar.
12 Filli qiegħda barra u filli qiegħda fil-pjazez,
Hi tistenna f’kull kantuniera.
13 Hi taħtfu u tbusu.
Bla mistħija tgħidlu:
14 “Jien offrejt sagrifiċċji tal-paċi.
Illum għamilt dak li wegħedt.
15 Hu għalhekk li ħriġt infittxek,
U issa sibtek!
16 Jien frixt is-sodda b’materjal fin,
Għażel ikkulurit mill-Eġittu.
17 Fuq is-sodda tfajt fwieħa magħmula mill-mirra, is-sabbara, u l-kannella.
19 Għax ir-raġel tiegħi mhuwiex id-dar;
Hu mar fuq vjaġġ ’il bogħod.
20 Hu ħa miegħu borża flus,
U ġej lura d-dar meta l-qamar ikun kwinta.”
21 Tant kemm influwenzatu li qarrqet bih.
Hi ħajritu bil-kliem tagħha.
22 F’daqqa waħda hu jmur warajha, bħal barri li sejjer għall-qatla,
Bħal iblah li jiġi marbut bil-ktajjen biex jiġi kkastigat,
23 Sakemm vleġġa tidħol fi fwiedu.
Bħal għasfur li jgħaġġel biex jidħol f’nassa,
Hu ma jafx li dan se jiswielu ħajtu.
25 Tħallihiex twaqqgħek fit-tentazzjoni.
27 Li tmur id-dar tagħha, hu bħallikieku sejjer il-Qabar;*
Li tmur hemm, hu bħallikieku sejjer lejn il-mewt.
8 L-għerf qed jgħajjat
U l-abbiltà li tagħraf x’inhu tajjeb u ħażin qed tgħolli leħinha.
2 Int se tismaʼ l-għerf fuq l-għoljiet tul it-triq
U f’salib it-toroq.
3 Ħdejn bibien il-belt u d-daħla tal-entraturi
Ikompli jgħajjat:
6 Isimgħu, għax dak li ngħid hu importanti,
U xofftejja jgħidu dak li hu sewwa.
7 Bil-ħlewwa jien ngħid il-verità,
U xofftejja jobogħdu l-ħażen.
8 Kulma ngħid hu ġust.
Jien ma nitkellimx bil-qerq jew b’mod falz.
9 Għal min jaf jagħraf x’inhu tajjeb u ħażin, dak li ngħid hu ovvju,
U għal dawk li għandhom l-għarfien, hu tajjeb.
10 Aċċettaw id-dixxiplina tiegħi u mhux il-fidda,
U l-għarfien minflok l-aqwa deheb.
12 Jien, l-għerf, ngħix mal-għaqal;
Sibt l-għarfien u l-abbiltà li naħseb.
13 Jekk tirrispetta ħafna lil* Ġeħova, se tobgħod dak li hu ħażin.
Jien nobgħod is-suppervja, il-kburija, il-kondotta ħażina, u l-kliem li jagħmel il-ħsara.
14 Jien għandi pariri tajbin u sens komun;
Għandi l-għaqal u l-qawwa.
15 Permezz tiegħi, ir-rejiet jibqgħu jmexxu,
U l-uffiċjali taʼ pożizzjoni għolja jagħmlu liġijiet ġusti.
16 Permezz tiegħi, dawk fl-awtorità jkomplu jmexxu,
U l-mexxejja jiġġudikaw b’mod ġust.
17 Jien inħobbhom lil dawk li jħobbuni,
U dawk li jfittxuni se jsibuni.
19 Dak li tirċievu mingħandi hu aħjar mid-deheb, saħansitra mid-deheb irfinut,
U dak li nagħtikom hu aħjar mill-aqwa fidda.
20 Jien iggwidat minn dak li hu sewwa,
U dejjem nagħmel dak li hu ġust;
21 Jien nagħti wirt kbir lil dawk li jħobbuni,
U nimlielhom l-imħażen tagħhom.
22 “Jien kont l-ewwel li ġejt maħluq minn Ġeħova,
L-ewwel minn dak li għamel żmien twil ilu.
23 Minn ħafna żmien ilu, hu tani pożizzjoni onorata,
Mill-bidu, minn qabel ma bdiet teżisti d-dinja.
25 Jien twilidt qabel ma l-muntanji tpoġġew f’posthom,
U qabel l-għoljiet,
26 Meta kien għadu m’għamilx l-art u l-għelieqi
Jew l-ewwel trab tal-ħamrija.
27 Jien kont hemm meta pprepara s-sema.
Meta mmarka l-orizzont* fuq wiċċ l-ilmijiet,
28 Meta poġġa* s-sħab fis-sema,
Meta mela postijiet fondi bl-ilmijiet,
29 Meta għamel limitu għall-baħar
Biex l-ilmijiet tiegħu ma jaqbżuhx,
U meta poġġa l-pedamenti tal-art,
30 Jien kont maġenbu bħala ħaddiem tas-sengħa.
Jien kont il-wieħed li kien iħobb b’mod speċjali kuljum;
U kont nieħu pjaċir quddiemu l-ħin kollu.
32 U issa isimgħu minni, tfal tiegħi;
Għax kull min jobdi dak li ngħid se jkun ferħan.
33 Obdu d-dixxiplina u siru għorrief,
Twarrbuhiex.
34 Ferħan ikun min jismaʼ minni
Billi kuljum jiġi kmieni* ħdejn il-bibien tiegħi,
Billi jistenna ħdejn il-koxox tal-bieb tiegħi.
35 Għax min isibni, isib il-ħajja
U Ġeħova japprovah.
9 L-għerf veru hu bħal persuna li bniet id-dar tagħha,
U għamlitilha sebaʼ kolonni.
3 Hi bagħtet lill-qaddejja nisa tagħha
Biex mill-iktar postijiet għoljin tal-belt jgħajtu:
4 “Kull min m’għandux esperjenza, ħa jiġi hawnhekk.”
Lil min m’għandux sens f’moħħu tgħidlu:
5 “Ejja kul il-ħobż tiegħi
U ħu mill-inbid li jien ħallatt.
7 Min jikkoreġi lil xi ħadd li jwaqqaʼ għaċ-ċajt jiġi ddiżonorat,
U min iwissi lil xi ħadd ħażin iweġġaʼ.
8 Twissix lil xi ħadd li jwaqqaʼ għaċ-ċajt, għax inkella jsir jobogħdok.
Wissi lil xi ħadd għaref, u jsir iħobbok.
9 Aqsam l-għarfien maʼ xi ħadd għaref u jsir iktar għaref.
Għallem lil xi ħadd ġust u hu jsir jaf iktar.
10 Biex wieħed ikun għaref l-ewwel irid ikollu rispett kbir lejn* Ġeħova.
U l-għarfien dwar l-Iktar Wieħed Qaddis se jgħinek tifhem.
11 Għax permezz tal-għerf se tgħix iktar ġranet,
U jkollok ħajja twila.
12 Jekk issir għaref, issir għaref għall-ġid tiegħek stess,
Imma jekk twaqqaʼ għaċ-ċajt, int biss se tbati l-konsegwenzi.
13 Mara stupida* hi storbjuża.
Hi injoranta u ma taf assolutament xejn.
14 Hi toqgħod bilqiegħda fid-daħla tad-dar tagħha
Fuq siġġu fil-postijiet għoljin tal-belt,
15 Tgħajjat lil dawk li jkunu għaddejjin minn hemm;
Lil dawk li jkunu għaddejjin fi triqithom tgħidilhom:
16 “Kull min m’għandux esperjenza, ħa jiġi hawnhekk.”
Lil min m’għandux sens f’moħħu tgħidlu:
17 “L-ilma misruq hu ħelu,
U dak li tiekol bil-moħbi jagħti pjaċir.”
10 Il-proverbji taʼ Salamun.
Iben għaref iferraħ lil missieru,
Imma iben iblah inikket lil ommu.
2 Il-ġid li jinkiseb bid-diżonestà ma jkunx taʼ benefiċċju,
Imma li wieħed jagħmel dak li hu tajjeb jeħilsu mill-mewt.
4 L-għażżien isir fqir,
Imma min jaħdem iebes isir sinjur.
5 It-tifel li jaħsad fis-sajf jaġixxi b’mod intelliġenti,
Imma t-tifel li jorqod fil-fond matul żmien il-ħsad iġib diżunur fuqu nnifsu.
6 Il-ġust se jirċievi l-barkiet,
Imma l-ħażin jaħbi l-intenzjonijiet vjolenti meta jitkellem.
7 Il-ġust se jiġi mfakkar u mbierek,
Imma isem il-ħażin se jitħassar.
9 Min hu onest se jgħix fis-sigurtà,
Imma min hu diżonest se jinqabad.
10 Min jegħmeż bil-moħbi jġib l-uġigħ,
U min jitkellem bla sens se jbati.
11 Il-kliem tal-ġust iġib il-ħajja,
Imma l-ħażin jaħbi l-pjanijiet tiegħu biex iweġġaʼ lil oħrajn.
12 Il-mibegħda taqlaʼ l-ġlied,
Imma l-imħabba tgħatti n-nuqqasijiet kollha.
13 Min jaf jagħraf it-tajjeb u l-ħażin jitkellem bl-għerf,
Imma min jitkellem bla sens jiġi kkastigat bil-bastun.
15 Il-ġid* tas-sinjur hu bħal belt iffortifikata.
Il-foqra jbatu għax m’għandhom xejn.
16 Ix-xogħol tal-ġust iwassal għall-ħajja;
Imma l-qligħ tal-ħażin iwassal għad-dnub.
17 Min jagħti kas id-dixxiplina hu triq tal-ħajja għal oħrajn,*
Imma min jinjora l-korrezzjoni jwassal lil oħrajn fit-triq il-ħażina.
19 Min jitkellem ħafna żgur li jiżbalja,
Imma min jikkontrolla dak li jgħid jaġixxi bil-għaqal.
23 L-istupidu jieħu pjaċir jagħmel affarijiet tal-mistħija,
Imma l-għerf hu għal min jaf jagħraf it-tajjeb u l-ħażin.
24 Dak li jibżaʼ minnu l-ħażin se jiġi fuqu;
Imma l-ġust se jingħata dak li jixtieq.
25 Meta tgħaddi l-maltempata, il-ħażin se jispiċċa;
Imma l-ġust hu bħal pedament li jibqaʼ għal dejjem.
30 Il-ġust qatt ma jitfixkel,
Imma l-ħażin ma jibqax jgħix fuq l-art.
31 Il-kliem tal-ġust hu mimli għerf,
Imma min jgħid affarijiet mhux veri se jiġi msikket għal dejjem.
32 Il-ġust jgħid dak li hu xieraq,
Imma l-ħażin jitkellem bil-qerq.
2 Meta n-nies isiru prużuntużi, se jiġu umiljati;
Imma l-umli huma għorrief.
3 L-onesti jiġu ggwidati mil-lealtà tagħhom,
Imma t-tradituri se jinqerdu minħabba d-diżonestà tagħhom.
4 Il-ġid* mhux se jkun taʼ benefiċċju fil-jum li Alla jirrabja ħafna,
Imma jekk tagħmel dak li hu sew se tinħeles mill-mewt.
5 Il-ħajja taʼ wieħed bla ħtija hi bħal triq dritta, għax hu jagħmel dak li hu sew,
Imma l-ħażin se jbati minħabba l-ħażen tiegħu.
6 L-onest se jiġi salvat minħabba li jagħmel dak li hu sewwa,
Imma t-tradituri se jinqabdu f’nassa minħabba x-xewqat tagħhom.
7 Meta jmut raġel ħażin, it-tama tiegħu tiġi fix-xejn,
U anki l-fiduċja li għandu fis-saħħa tiegħu stess se tiġi fix-xejn.
8 Il-ġust se jinħeles mit-tbatija,
U l-ħażin se jiħodlu postu.
9 L-apostat* jagħmel ħsara lil ħaddieħor b’dak li jgħid,
Imma l-ġust se jinħeles minħabba l-għarfien.
10 Il-ġusti jferrħu belt minħabba l-affarijiet tajbin li jagħmlu,
U meta l-ħżiena jinqerdu jkun hemm ferħ kbir.
11 Bil-barka tan-nies onesti, il-belt issir importanti,
Imma b’dak li jgħidu l-ħżiena, din taqaʼ.
12 Kull min m’għandux sens f’moħħu jmaqdar* lil ħaddieħor
Imma min jaf jagħraf it-tajjeb u l-ħażin jibqaʼ kwiet.
13 Min iħobb jimmalafama jmur jikxef affarijiet kunfidenzjali,
14 Meta ma jkunx hemm gwida* għaqlija, in-nies ibatu,
Imma meta jkun hemm ħafna li jagħtu l-pariri, ikun hemm riżultati tajbin.*
15 Min jiftiehem li jagħmel tajjeb għad-dejn taʼ xi ħadd li ma jafx, żgur li jmur minn taħt,
Imma min jevita* li jieħu b’idejn xi ħadd biex jagħmel ftehim, se jkun moħħu mistrieħ.
16 Mara ħelwa tiġi onorata.
Imma raġel bla qalb jaħtaf il-ġid.
17 Meta raġel ikun qalbu tajba* jibbenefika hu stess,*
Imma meta persuna tkun kattiva ġġib l-inkwiet* fuqha stess.
18 Il-ħażin jaqlaʼ ħlas li ma jiswa għal xejn,
Imma min jagħmel dak li hu sew jirċievi premju taʼ veru.
19 Min hu determinat li jagħmel dak li hu tajjeb se jgħix,
Imma min jibqaʼ jagħmel dak li hu ħażin se jmut.
20 Ġeħova jobgħod lil min għandu qalbu ħażina,
Imma hu jieħu pjaċir b’dawk li huma bla ħtija.
21 Kun ċert li bniedem ħażin se jiġi kkastigat,
Imma t-tfal tal-ġusti mhux se jiġu kkastigati.
22 Mara sabiħa li m’għandhiex għaqal
Hi bħal ħolqa tad-deheb fi mnieħer ħanżir.
23 Ix-xewqa tal-ġust iġġib riżultati tajbin,
Imma dak li jittama għalih il-ħażin jirrabja lil Alla.
24 Min jagħti b’mod ġeneruż* se jkollu iktar;
Min iżomm lura milli jagħti dak li suppost se jsir fqir.
25 Il-persuna ġeneruża se tiġi ppremjata,*
U kull min jagħti l-ilma* lill-oħrajn biex jixorbu, se jingħata l-ilma hu wkoll.
27 Min jaħdem iebes biex jagħmel dak li hu tajjeb se jintwera qalb tajba,
Imma min qed ifittex li jagħmel il-ħażin, il-ħażin se jiġi fuqu.
28 Min jafda fil-ġid tiegħu se jbati,
Imma l-ġusti jkunu bħal siġra li ttellaʼ weraq ġdid.
29 Dak li jġib l-inkwiet* fuq il-familja tiegħu mhu se jieħu xejn,*
U l-iblah se jkun qaddej tal-għaref.
30 Dak li jagħmlu l-ġusti hu bħal siġra tal-ħajja,
U min jgħin lill-oħrajn jagħmlu t-tajjeb* hu għaref.
31 Jekk fil-fatt il-ġust se jieħu dak li ħaqqu hawn fuq l-art,
Mela kemm iktar dak mill-agħar u l-wieħed li qed jidneb!
12 Min iħobb id-dixxiplina jħobb jitgħallem,
Imma min jobgħod il-korrezzjoni ma jkunx qed jirraġuna.*
2 Ġeħova japprova lil min hu tajjeb,
Imma jikkundanna lil min jippjana l-ħażen.
3 Ħadd ma jistaʼ jipproteġi lilu nnifsu billi jagħmel il-ħażen,
Imma l-ġusti se jkunu bħal siġra li ma tistax tinqalaʼ mill-għeruq.
4 Mara kapaċi hi bħal kuruna għar-raġel tagħha,
Imma l-mara li tagħmel affarijiet tal-mistħija hi bħal marda li tħassarlu għadmu.
5 Il-ħsibijiet tal-ġusti huma tajbin,
Imma l-gwida tal-ħżiena hi qarrieqa.
6 Il-kliem tal-ħżiena hu bħal xi ħadd li qed jistenna biex jattakka u joqtol,
Imma dak li jgħidu l-onesti jsalvahom.
7 Meta jinqerdu l-ħżiena, dawn jispiċċaw,
Imma d-dar tal-ġusti se tibqaʼ.
8 Persuna tiġi mfaħħra talli toqgħod attenta x’tgħid,
Imma min għandu qalbu ħażina se jiġi ttrattat b’diżrispett.
10 Il-ġust jieħu ħsieb l-annimali tiegħu,
Imma l-ħażin jaħseb li qed juri ħniena, iżda fil-verità jkun kattiv.
11 Dak li jaħdem l-art tiegħu se jixbaʼ bl-ikel,
Imma dak li moħħu f’affarijiet li ma jiswew għal xejn m’għandux sens f’moħħu.
12 Raġel mill-agħar jgħir għal dak li jisraq raġel ħażin ieħor,
Imma l-ġusti huma bħal siġra li għandha għeruq fil-fond u li tagħti l-frott.
13 Ir-raġel mill-agħar jinqabad f’nassa minħabba l-affarijiet ħżiena li jgħid,
Imma l-ġust jaħrab mill-inkwiet.
14 Persuna tistaʼ tgawdi affarijiet sbieħ minħabba dak li tgħid,
U din tiġi ppremjata minħabba dak li tagħmel.
15 L-iblah jaħseb li dak li qed jagħmel hu tajjeb,
Imma min hu għaref jaċċetta l-pariri.
18 Min jitkellem bla ma jaħsibha jkun qisu qed jagħti daqqiet taʼ sikkina,
Imma dak li jgħid l-għaref ifejjaq.
19 Il-kliem veru se jibqaʼ għal dejjem,
Imma l-gideb għal ftit biss.
20 Dawk li jippjanaw il-ħsara għandhom il-qerq f’qalbhom,
Imma dawk li jinkuraġġixxu* l-paċi huma ferħanin.
21 Il-ġust mhu se tiġrilu ebda ħsara,
Imma l-ħażin se jkollu ħafna problemi serji.
22 Ġeħova jobgħod lil min jigdeb,
Imma hu jieħu pjaċir b’dawk leali.
23 Min hu għaqli ma jgħidx dak li jaf,
Imma l-iblah jikxef il-bluha tiegħu.
24 Min jaħdem iebes se jmexxi,
Imma l-għażżien se jkollu jagħmel xogħol taʼ bilfors.
26 Il-ġust ifittex art tajba biex jirgħa l-annimali tiegħu,
Imma l-ħżiena jitilfu t-triq tagħhom minħabba dak li jagħmlu.
27 L-għażżien ma jmurx jiġri wara annimal biex jikkaċċja,
Imma x-xogħol iebes hu teżor prezzjuż.
28 It-triq tal-ġust twassal għall-ħajja
U min jimxi fiha ma jmutx.
13 Tifel għaref jaċċetta d-dixxiplina mingħand missieru,
Imma xi ħadd arroganti* ma jismax meta jiġi kkoreġut.
3 Min joqgħod attent għal dak li jgħid jipproteġi ħajtu,
Imma min jitkellem iżżejjed se jinqered.
5 Bniedem ġust jobogħdu l-gideb,
Imma bniedem ħażin jagħmel affarijiet li jġibu mistħija u diżunur.
7 Hemm min jippretendi li hu sinjur, imma m’għandu xejn,
U hemm min jippretendi li hu fqir, imma għandu ħafna ġid.
8 Xi ħadd sinjur juża l-ġid tiegħu biex isalva ħajtu,
Imma xi ħadd fqir lanqas biss jiġi mhedded.
11 Il-ġid li jinkiseb malajr* se jonqos u jispiċċa,
Imma l-ġid li wieħed iġemmaʼ ftit ftit* se jiżdied.
12 Persuna li tittama għal* xi ħaġa li ma tiġrix, tiddispra,
Imma meta x-xewqa taʼ xi ħadd issir realtà din tkun bħal siġra tal-ħajja.
13 Min jobgħod it-tagħlim* se jbati l-konsegwenzi,
Imma min jirrispetta l-kmandamenti se jiġi ppremjat.
14 It-tagħlim tal-għaref jagħti l-ħajja
U jistaʼ jsalva lil xi ħadd min-nases tal-mewt.
15 Min hu bil-għaqal ikun approvat,
Imma dak li jagħmlu t-tradituri jaqlaʼ ħafna problemi.
16 L-għaqli jaħseb qabel ma jagħmel xi ħaġa,
Imma min hu iblah jikxef il-bluha tiegħu.
17 Messaġġier ħażin iġib l-inkwiet,
Imma wieħed leali jġib il-benefiċċji.
18 Kull min jinjora d-dixxiplina jispiċċa fqir u ddiżonorat,
Imma min jaċċetta l-korrezzjoni* se jiġi gglorifikat.
20 Min jagħmilha mal-għorrief se jsir għaref,
Imma min jagħmilha mal-istupidi se jbati.
21 L-inkwiet jiġri wara l-midinbin,
Imma l-ġusti se jiġu ppremjati b’ħafna barkiet.
22 Min hu tajjeb iħalli wirt għat-tfal tat-tfal tiegħu,
Imma l-ġid li għandu l-midneb se jinżamm għall-ġust.
25 Il-ġust jiekol u jixbaʼ,
Imma l-ħażin jibqaʼ bi stonku vojt.
14 Il-mara li hi vera għarfa tibni d-dar tagħha,
Imma l-mara belha twaqqagħha b’idejha stess.
3 Il-kliem arroganti tal-iblah hu bħal daqqa taʼ bastun,
Imma dak li jgħid l-għaref se jipproteġih.
5 Xhud leali ma jigdibx,
Imma xhud falz jigdeb maʼ kull nifs li jieħu.
6 Xi ħadd arroganti* jixtieq ikun għaref, iżda ma jistax,
Imma xi ħadd li kapaċi jifhem hu faċli li jitgħallem.
7 Żomm ’il bogħod minn xi ħadd iblah,
Għax mhu se titgħallem xejn minn dak li jgħid.
8 L-għerf jgħin lill-għaqli jifhem f’liema triq qiegħed,
Imma xi ħadd stupidu jiġi mqarraq* bil-bluha tiegħu stess.
10 Meta xi ħadd ikun imdejjaq, hu biss ikun jaf x’qed iħoss,
U meta jkun ferħan, ħadd ma jifhem il-ferħ li qed iħoss.
11 Id-dar taʼ xi ħadd ħażin se tinqered,
Imma t-tinda tal-ġust se tkompli tikber.
12 Bniedem jistaʼ jaħseb li qiegħed fit-triq it-tajba,
Imma mbagħad din twassal għall-mewt.
13 Anki jekk xi ħadd ikun qed jidħaq, jistaʼ jkun qed ibati,
U l-ferħ jistaʼ jinbidel fi dwejjaq kbar.
14 Min jitbiegħed minn Alla jbati l-konsegwenzi taʼ kif jgħix,
Imma bniedem tajjeb igawdi l-barkiet taʼ dak li jagħmel.
15 Xi ħadd bla esperjenza jemmen kollox,
Imma l-għaqli jaħseb sew dwar kull ħaġa li se jagħmel.
16 Min hu għaref joqgħod attent u jwarrab mill-ħażen,
Imma l-istupidu ma jagħtix kas* u jafda fih innifsu.
18 Dawk bla esperjenza se jaġixxu bi bluha,
Imma l-għarfien isebbaħ lill-għorrief bħal kuruna.
19 Il-ħżiena se jkollhom imilu quddiem it-tajbin,
U dawk mill-agħar se jmilu quddiem il-bieb tal-ġusti.
20 Raġel fqir anki l-ħbieb tiegħu jobogħduh,
Imma xi ħadd sinjur għandu ħafna ħbieb.
21 Min jobgħod lil dawk li jagħmilha magħhom jidneb,
Imma min juri ħniena mal-batut hu ferħan.
22 Dawk li jippjanaw li jagħmlu l-ħażen se jiżvijaw,
Imma dawk li għandhom intenzjonijiet tajbin se jintwerew imħabba* u lealtà.
23 Ix-xogħol iebes kollu hu taʼ benefiċċju,
Imma min jitkellem ħafna u jagħmel ftit ma jieħu xejn.
24 Il-ġid tal-għorrief isebbaħhom bħal kuruna;
Imma l-istupidi se jibqgħu stupidi.
25 Xhud onest isalva l-ħajjiet,
Imma xhud li jqarraq jigdeb maʼ kull nifs li jieħu.
26 Dak li jirrispetta ħafna lil* Ġeħova jafdah f’kollox,
U billi jagħmel hekk jipproteġi lit-tfal tiegħu.
27 In-nies li jirrispettaw ħafna lil* Ġeħova se jkomplu jgħixu,
Għax li jagħmlu hekk jgħinhom jevitaw in-nases tal-mewt.
28 Re li jkollu ħafna nies taħtu jiġi onorat ħafna,
Imma mexxej li m’għandu lil ħadd taħtu jiġi fix-xejn.
29 Min ma jirrabjax malajr hu għaref,
Imma min hu bla paċenzja juri kemm hu iblah.
31 Min jieħu vantaġġ mill-batut ikun qed jgħajjar lil Dak li Għamlu,
Imma min juri ħniena mal-fqir jigglorifikah.
32 Il-ħażin se jaqaʼ fil-ħażen tiegħu stess,
Imma l-ġust se jiġi protett minħabba l-lealtà tiegħu.
33 Persuna* li kapaċi tifhem ma toqgħodx titkellem dwar l-għerf li għandha,
Imma min hu stupidu dejjem jiftaħar dwar dak li jaf.
34 Poplu se jiġi rrispettat jekk jagħmel it-tajjeb,
Imma poplu li jidneb jiġi ddiżonorat.
35 Re jieħu pjaċir b’qaddej li jaġixxi b’għaqal,
Imma hu jirrabja ħafna maʼ min jagħmel affarijiet taʼ mistħija.
2 L-għaqli jitkellem sew dwar l-affarijiet li jaf,
Imma l-istupidu jitkellem bl-addoċċ dwar affarijiet bla sens.
3 Għajnejn Ġeħova jaraw kollox,
Kemm it-tajjeb u kemm il-ħażin.
4 Il-kliem taʼ xi ħadd li jitkellem bil-ħlewwa* hu bħal siġra tal-ħajja,
Imma kliem qarrieq iġiegħel lil ħaddieħor jiddispra.*
6 Fid-dar tal-ġust hemm ġid kbir,
Imma l-qligħ tal-ħażin iġiblu l-inkwiet.
7 L-għaref jaqsam l-għarfien maʼ ħaddieħor,
Imma l-istupidu ma jagħmilx hekk.
8 Ġeħova jobgħod is-sagrifiċċju taʼ xi ħadd ħażin,
Imma hu jieħu pjaċir bit-talb tal-ġust.
9 Ġeħova jobgħod il-mod kif iġib ruħu l-ħażin,
Imma hu jħobb lil min jagħmel dak li jistaʼ biex jagħmel it-tajjeb.
10 Min ma jibqax jagħmel it-tajjeb ma jiħux pjaċir bid-dixxiplina,*
Imma min jobgħod il-korrezzjoni se jmut.
11 La Ġeħova jistaʼ jara lil dawk li huma fil-Qabar* u fil-post tal-qerda,*
Kemm iktar jistaʼ jara x’hemm f’qalb il-bniedem!
12 L-arroganti* ma jħobbx lil min jikkoreġih.*
Hu ma jiħux parir mingħand l-għaref.
13 Qalb ferħana tħalli effett tajjeb fuq il-wiċċ,
Imma l-uġigħ taʼ qalb jistaʼ jwassal għad-dipressjoni.
14 Min* kapaċi jifhem ifittex l-għarfien,
Imma l-istupidu jieħu pjaċir jitkellem dwar affarijiet bla sens.
15 Għal min ikun qed ibati l-ġranet kollha huma ħżiena,
Imma min hu ferħan f’qalbu jkun ferħan kuljum.*
16 Aħjar ikollok ftit affarijiet u tirrispetta ħafna lil* Ġeħova,
Milli jkollok ħafna ġid u tkun ansjuż.*
17 Aħjar platt ħaxix fejn hemm l-imħabba
Milli barri msemmen fejn hemm il-mibegħda.
18 Xi ħadd li jitilgħulu malajr jaqlaʼ l-ġlied,
Imma min ma jirrabjax malajr jikkalma argument.
19 Triq l-għażżien hi mimlija xewk,
Imma t-triq tal-ġusti hi lixxa.
20 Tifel għaref iferraħ lil missieru,
Imma raġel stupidu jittratta ħażin lil ommu.
21 Xi ħadd li m’għandux sens f’moħħu jieħu pjaċir bil-bluha,
Imma min jaf jagħraf x’inhu tajjeb u ħażin jibqaʼ fit-triq it-tajba.
22 Il-pjanijiet ma jirnexxux jekk in-nies ma jitkellmux bejniethom,*
Imma dawn jirnexxu meta jkun hemm ħafna li jagħtu l-pariri.
23 Persuna tifraħ meta twieġeb kif suppost,
U kelma f’waqtha tagħmel ħafna ġid!
24 L-għaref qiegħed fit-triq li tielgħa ’l fuq u tagħti l-ħajja.
Hu jevita t-triq li nieżla ’l isfel lejn il-Qabar.*
26 Ġeħova jobgħodhom il-pjanijiet tal-wieħed mill-agħar,
Imma hu jieħu gost bi kliem pjaċevoli.
27 Min jagħmel qligħ diżonest iġib l-inkwiet* fuq in-nies taʼ daru stess,
Imma min jobgħod it-tixħim se jibqaʼ jgħix.
29 Ġeħova huwa ’l bogħod min-nies mill-agħar,
Imma hu jismaʼ t-talb tal-ġusti.
31 Il-korrezzjoni tistaʼ ssalva l-ħajjiet.
Min jismaʼ minnha se jsir għaref.
32 Kull min jirrifjuta d-dixxiplina jobgħod lil ħajtu,*
Imma kull min jismaʼ mill-korrezzjoni jkun kapaċi jifhem.*
33 Min jirrispetta ħafna lil* Ġeħova se jitgħallem jaġixxi bl-għaqal,
U jekk ikun umli se jiġi onorat.
2 Bniedem jistaʼ jaħseb li dak li qed jagħmel hu tajjeb,
Imma Ġeħova jara x’inhuma l-intenzjonijiet tiegħu.*
4 Ġeħova juża kull ħaġa biex isir dak li jrid hu,
Anki l-ħżiena, li se jiġu kkastigati f’jum id-diżastru tagħhom.
5 Ġeħova jobgħod lil kull min hu kburi.*
Kun ċert li se jiġi kkastigat.
6 L-iżbalji jinħafru bl-imħabba* u l-lealtà,
U xi ħadd li jirrispetta ħafna lil* Ġeħova jżomm ’il bogħod mill-ħażen.
7 Meta Ġeħova jieħu pjaċir bil-mod kif jgħix xi ħadd,
Hu jġiegħel anki l-għedewwa tiegħu jkunu fil-paċi miegħu.
8 Aħjar ikollok ftit u tagħmel dak li hu tajjeb,
Milli jkollok ħafna u tagħmel dak li hu ħażin.
9 Raġel jistaʼ jippjana xi jrid jagħmel b’ħajtu,
Imma hu Ġeħova li jidderieġi l-passi tiegħu.
10 Re dejjem għandu jgħid dak li ddeċieda Alla;
Hu dejjem għandu jiġġudika b’mod ġust.
11 Kejl u miżien eżatt huma minn Ġeħova;
Hu għamlu l-użin taʼ ġol-basket.
12 Ir-rejiet għandhom jobogħdu affarijiet ħżiena,
Għax it-tron tagħhom se jkun b’saħħtu jekk imexxu bil-ġustizzja.
13 Ir-rejiet jieħdu pjaċir meta n-nies jgħidu dak li hu tajjeb.
Huma jħobbu lil min jitkellem b’onestà.
15 Jekk re japprova lil xi ħadd, dan se jkollu ħajja ferħana,
Għax l-approvazzjoni tiegħu hi bħal sħaba tax-xita fir-rebbiegħa.
16 Hu ħafna aħjar li jkollok l-għerf milli d-deheb!
Stinka biex tkun kapaċi tifhem għax dan jiswa iktar mill-fidda.
17 Il-ġusti jevitaw it-triq tal-ħażen.
Min joqgħod attent kif jimxi jibqaʼ ħaj.
18 Qabel tisbita jkun hemm il-kburija,
U qabel waqgħa jkun hemm is-suppervja.
19 Aħjar tkun umli u tagħmilha maʼ dawk li mhumiex kburin,
Milli taqsam il-ġid misruq mal-imkabbrin.
20 Min juri l-għaqal f’sitwazzjoni se jirnexxi,
U min jafda f’Ġeħova se jkun ferħan.
21 In-nies se jgħidu li min hu għaref kapaċi jifhem.
Min jitkellem bil-ħlewwa jkun iktar konvinċenti.
22 L-għaqal hu bħal għajn tal-ilma li tagħti l-ħajja lil min jurih,
Imma l-boloh jiġu ddixxiplinati minħabba l-affarijiet bla sens li jagħmlu.
23 Min hu għaref jitkellem b’għaqal
U jikkonvinċi b’dak li jgħid.
25 Bniedem jistaʼ jaħseb li qiegħed fit-triq it-tajba,
Imma mbagħad din twassal għall-mewt.
26 Bniedem jaħdem iebes ħalli jkollu xi ħaġa x’jiekol.
Hu jagħmel dan għax ikollu l-ġuħ.
27 Raġel li mhu tajjeb għal xejn jippjana dak li hu ħażin;
Kliemu hu bħal nar jikwi.
29 Raġel vjolenti jħajjar lil sieħbu,
U jieħdu fit-triq il-ħażina.
30 Hu jegħmeż waqt li jippjana biex jagħmel il-ħsara.
L-espressjoni taʼ wiċċu turi li jkun qed jagħmel il-ħażen li ppjana.
32 Min ma jirrabjax malajr hu aħjar minn gwerrier b’saħħtu,
U min jikkontrolla lilu nnifsu hu aħjar minn wieħed li jirbaħ belt.
2 Qaddej għaqli se jmexxi fuq iben li jagħmel affarijiet taʼ mistħija;
Hu se jkollu sehem mill-wirt bħal wieħed mill-aħwa.
3 In-nar jirfina l-fidda u d-deheb,
Imma Ġeħova jeżamina l-qalb tan-nies.
4 Bniedem ħażin jieħu pjaċir jismaʼ kliem li jweġġaʼ,
U min hu qarrieq joqgħod jismaʼ kliem li jagħmel il-ħsara.
5 Min jidħaq bil-foqra jkun qed jgħajjar lil Dak li Għamlu,
U min jieħu pjaċir bid-diżastru li jiġi fuq ħaddieħor żgur li se jiġi kkastigat.
9 Kull min jaħfer* żball ikun qed juri mħabba,
Imma min jibqaʼ jitkellem dwaru jifred lill-ħbieb tal-qalb.
10 Wieħed li kapaċi jifhem jitgħallem meta jiġi kkoreġut,
Imma wieħed stupidu lanqas jekk jaqlaʼ 100 daqqa ma jitgħallem.
11 Raġel ħażin moħħu biss biex jirribella,
Imma se jintbagħat messaġġier aħrax biex jikkastigah.
12 Aħjar tiltaqaʼ m’orsa li tilfet il-frieħ tagħha,
Milli maʼ xi ħadd stupidu li jafda fih innifsu.
13 Jekk xi ħadd ipatti t-tajjeb bil-ħażin,
Il-familja tiegħu se tibqaʼ tesperjenza affarijiet ħżiena.
15 Ġeħova jobgħod lil kull min iħalli lill-ħażin jgħaddiha lixxa
Jew jikkundanna lil xi ħadd ġust.
17 Ħabib veru juri mħabba l-ħin kollu.
Hu bħal ħu li tistaʼ tistrieħ fuqu meta tħossok imdejjaq.
20 Min għandu qalbu ħażina mhux se jirnexxi,
U min jitkellem bil-qerq se jidħol fl-inkwiet.
21 Missier li għandu tifel stupidu se jkun imdejjaq ħafna;
U missier tifel li m’għandux sens mhux ferħan.
23 Raġel ħażin jaċċetta t-tixħim bil-moħbi
Biex jgħawweġ il-ġustizzja.
24 Min jaf jagħraf it-tajjeb u l-ħażin jiffoka fuq li jkollu l-għerf,
Imma l-istupidu moħħu f’ħafna affarijiet.
25 Tifel stupidu jġiegħel lil missieru jkun imdejjaq ħafna,
U jġib uġigħ taʼ qalb* lil dik li wellditu.
26 Mhuwiex tajjeb li tikkastiga* lil xi ħadd ġust.
Li ssawwat nies onorabbli jmur kontra dak li hu tajjeb.
28 Anki iblah jitqies għaref meta jibqaʼ kwiet,
U min iżomm ħalqu magħluq jitqies li jaf jagħraf it-tajjeb u l-ħażin.
18 Kull min jinqataʼ għalih jiffoka biss fuq li jaqtaʼ x-xewqat egoisti tiegħu;
Hu jirrifjuta li jaġixxi bl-għerf.*
3 Fejn ikun hemm xi ħadd ħażin ikun hemm it-tmaqdir ukoll,
U fejn hemm xi ħadd li jagħmel affarijiet tal-mistħija jkun hemm id-diżunur.
4 Il-kliem taʼ bniedem hu bħal ilmijiet fondi.
L-għerf se joħroġ minnu bħal xmara.
5 Mhux tajjeb li turi preferenza mal-ħażin
Jew li ma turix ġustizzja mal-ġust.
6 Il-kliem tal-istupidu jwassal għal argumenti,
U b’dak li jgħid jistieden lill-oħrajn jagħtuh xebgħa.
8 Il-kliem taʼ min jimmalafama hu bħal ikel b’togħma tajba;
Dan jinbelaʼ malajr u jinżel fl-istonku.
9 Min hu għażżien f’xogħlu
Hu ħu dak li jġib qerda.
10 Isem Ġeħova hu bħal torri b’saħħtu
Li l-ġust imur jiġri fih u jkun protett.*
11 Il-ġid tas-sinjur hu bħal belt iffortifikata;
Hu bħal sur taʼ protezzjoni fl-immaġinazzjoni tiegħu.
12 Qalb kburija twassal għal tisbita,
U l-umiltà twassal għall-glorja.
13 Min iwieġeb qabel ma jismaʼ l-fatti
Juri li hu iblah u jiġi umiljat.
15 Min kapaċi jifhem ikollu l-għarfien,
U l-għaref jismaʼ biex ikollu l-għarfien.
16 Ir-rigal li jagħti xi ħadd jiftaħlu t-triq;
Dan iwasslu għand nies importanti.
17 Min jitkellem l-ewwel dwar il-każ tiegħu jidher li għandu raġun,
Sakemm taʼ kontrih jiffaċċjah u jinterrogah.*
18 Li titfaʼ x-xorti jwaqqaf l-argumenti
U din tiddeċiedi min għandu raġun fi kwistjoni taʼ* żewġ persuni importanti.
19 Hu iktar diffiċli li tikkalma ħu mweġġaʼ milli tirbaħ belt iffortifikata.
L-argumenti jistgħu jifirdu lin-nies bħall-bibien bl-istaneg taʼ fortizza.
20 Dak li persuna tgħid hu bħall-ikel li jimlielha l-istonku;
Hi se tesperjenza r-riżultati taʼ dak li tgħid.
21 L-ilsien għandu l-qawwa li jġib il-mewt jew li jżomm lil xi ħadd ħaj;
Dawk li jgħidu ħafna għandhom jaċċettaw il-konsegwenzi.
22 Min isib mara tajba għandu barka,
U hu jkun approvat minn Ġeħova.
23 Il-fqir jittallab bil-ħniena,
Imma s-sinjur iwieġbu bl-aħrax.
24 Hemm ħbieb li lesti li jkissru lil xulxin,
Imma hemm ħabib li jintrabat miegħek iktar minn ħuk.
19 Aħjar tkun fqir u tagħmel dak li hu tajjeb,
Milli tkun stupidu u tigdeb.
3 Il-bluha taʼ xi ħadd twasslu fit-triq ħażina,
U hu jirrabja ħafna kontra Ġeħova.
4 Is-sinjur għandu ħafna ħbieb,
Imma l-fqir anki l-ħabib li għandu jitilqu.
5 Xhud falz se jiġi kkastigat żgur,
U dak li jigdeb maʼ kull nifs li jieħu ma jgħaddihiex lixxa.
7 Raġel fqir jobogħduh ħutu kollha;
Hu żgur se jiġi mwarrab mill-ħbieb tiegħu!
Hu jibqaʼ jitlobhom il-pjaċiri, imma ħadd ma jwieġbu.
8 Min għandu l-għaqal iħobb lilu nnifsu.*
Min japprezza* l-abbiltà taʼ li jagħraf x’inhu tajjeb u ħażin se jkollu suċċess.
9 Xhud falz se jiġi kkastigat żgur,
U dak li jigdeb maʼ kull nifs li jieħu se jinqered.
10 Mhux xieraq li l-iblah jgħix fil-lussu,
Aħseb u ara li qaddej imexxi fuq il-mexxejja!
12 Ir-rabja taʼ re hi bħal għajta taʼ ljun,
Imma l-approvazzjoni tiegħu hi bħal nida fuq il-ħaxix.
13 Tifel stupidu jinkwieta lil missieru,
U mara miżżewġa li hi ġellieda* qisha saqaf li l-ħin kollu jqattar.
14 In-nies jirtu d-dar u l-ġid mingħand missierhom,
Imma li wieħed ikollu mara għaqlija hu rigal mingħand Ġeħova.
16 Min jobdi l-kmandamenti jibqaʼ ħaj;*
Min ma jimpurtahx mill-konsegwenzi taʼ dak li għamel se jmut.
18 Iddixxiplina lit-tifel tiegħek waqt li għad hemm iċ-ċans,
U tkunx responsabbli għall-mewt* tiegħu.
19 Min jirrabja malajr se jbati l-konsegwenzi;
Hu għalxejn li tipprova tgħinu għax se jerġaʼ jagħmel hekk għal darba wara l-oħra.
20 Ismaʼ mill-pariri u aċċetta d-dixxiplina,
U b’hekk issir għaref.
24 L-għażżien idaħħal idu fl-iskutella tal-ikel,
Imma ma jindenjax ruħu jressaqha maʼ ħalqu.
25 Sawwat lil min iwaqqaʼ għaċ-ċajt, ħalli dak li hu bla esperjenza jsir għaqli,
U kkoreġi lil min kapaċi jifhem, ħalli jkollu iktar għarfien.
26 It-tifel li jittratta ħażin lil missieru u jkeċċi lil ommu
Jġib mistħija u diżunur.
27 Ibni, jekk ma tobdix mid-dixxiplina,
Ma tibqax fit-triq it-tajba.
28 Xhud li ma jiswa għal xejn iwaqqaʼ għaċ-ċajt il-ġustizzja,
U wieħed mill-agħar jieħu pjaċir jagħmel dak li hu ħażin daqskemm jieħu gost jiekol.
29 Dawk li jwaqqgħu għaċ-ċajt se jiġu ġġudikati,
U l-istupidi se jiġu kkastigati.
20 Min jixrob ħafna nbid u alkoħol jaqaʼ għaċ-ċajt u jsir bla kontroll.
Min jagħmel il-ħażen minħabba fihom ma jkunx għaqli.
2 In-nies jibżgħu ħafna minn re bħalma jibżgħu minn għajta taʼ ljun;
Kull min iġiegħlu jirrabja jirriskja ħajtu.
3 Min iżomm lura milli jargumenta jkun ħaqqu li jiġi onorat,
Imma kull min hu iblah malajr jidħol f’argument.
5 Il-ħsibijiet f’moħħ* il-bniedem huma bħal ilmijiet fondi,
Imma min jaf jagħraf it-tajjeb u l-ħażin se jtellagħhom.
7 Il-ġust juri lealtà.
Ferħanin huma t-tfal* li jkollu.
8 Meta r-re jpoġġi fuq it-tron tal-ġudizzju,
Hu jħares bir-reqqa biex ineħħi l-ħażen kollu.
9 Min jistaʼ jgħid: “Jien naddaft qalbi;
Jien m’għadx għandi dnub”?
12 Ġeħova għamel kemm il-widnejn li nisimgħu minnhom
U kemm l-għajnejn li naraw bihom.
13 Tħobbx l-irqad, ħalli ma ssirx fqir.
Iftaħ għajnejk u qum, ħalli tkun sodisfatt bil-ħobż.
14 Min jixtri jgħid: “Mhux tajjeb, mhux tajjeb!”
Imbagħad xħin jitlaq jiftaħar b’kemm franka.
16 Jekk xi ħadd għamel tajjeb għad-dejn taʼ stranġier, ħudlu l-libsa;
U jekk għamel hekk għal mara barranija,* ħudlu xi ħaġa bħala garanzija.
18 Bil-pariri l-pjanijiet jirnexxu,*
U jrid ikollok direzzjoni* għaqlija biex tiġġieled il-gwerra tiegħek.
19 Min iħobb jimmalafama jmur jikxef affarijiet kunfidenzjali;
Tagħmilhiex maʼ xi ħadd li jħobb jgħid fuq in-nies.*
20 Min jisħet lil missieru u lil ommu,
Il-lampa tiegħu se tintefa meta jidlam.
22 Tgħidx: “Ħa npattilu għal dak li għamilli!”
Ittama f’Ġeħova, u hu jsalvak.
25 Tkun nassa li xi ħadd jgħaġġel biex jgħid, “Jien inwiegħed lil Alla!”*
U mbagħad wara jaħseb dwar dak li wiegħed.
26 Bħalma l-qoxra titneħħa minn maż-żerriegħa,
Hekk jagħmel re għaqli, ineħħi n-nies ħżiena.
27 Għal Ġeħova, in-nifs tal-bniedem hu bħal lampa
Li turi l-partijiet moħbijin tal-qalb.
29 Il-glorja taż-żgħażagħ hi s-saħħa tagħhom,
U s-sbuħija taʼ dawk kbar fl-età hi x-xagħar abjad.
30 It-tbenġil u l-feriti jneħħu l-ħażen,
U s-swat inaddaf il-qalb.
21 Il-qalb taʼ re hi bħal nixxigħat tal-ilma f’idejn Ġeħova.
Hu jidderiġiha fejn irid.
3 Ġeħova jieħu iktar gost
Meta xi ħadd jagħmel dak li hu sewwa u ġust, milli bis-sagrifiċċji.
4 Il-kburija u l-arroganza huma bħal lampa li tiggwida lill-ħżiena,
U dawn l-affarijiet huma dnub.
5 Il-pjanijiet taʼ min jaħdem iebes żgur li jwasslu għal suċċess,*
Imma kull min jagħmel l-affarijiet bla ma jaħsibha żgur li se jispiċċa fqir.
7 Il-vjolenza tal-ħżiena se tkaxkarhom,
Għax huma ma jridux jaġixxu bil-ġustizzja.
8 It-triq taʼ raġel li hu ħati mhijiex dritta,
Imma dak li jagħmel l-innoċenti hu ġust.
11 Meta xi ħadd li jwaqqaʼ għaċ-ċajt jiġi kkastigat, dak taʼ bla esperjenza jsir iktar għaref;
U meta persuna għarfa titgħallem iktar affarijiet, din tkun taf xi trid tagħmel.*
13 Kull min isodd widnejh meta l-batut jgħajjat għall-għajnuna,
Ħadd mhu se jwieġbu meta jgħajjat hu.
14 Rigal bil-moħbi jrażżan ir-rabja;
U tixħim minn taħt itaffi rabja kbira.
15 Il-ġust jieħu gost jaġixxi bil-ġustizzja,
Imma dawk li jagħmlu l-ħażen jobogħduha l-ġustizzja.
16 Min ma jibqax juri l-għaqal
Se jistrieħ fost il-mejtin.
20 Fid-dar tal-għaref issib teżor prezzjuż u żejt,
Imma l-istupidu jberbaq dak li għandu.
21 Kull min jistinka biex jagħmel dak li hu ġust u juri mħabba u lealtà*
Se jirnexxilu jagħmel dak li hu sew u se jirċievi ħajja u unur.
24 Min jaġixxi bi kburija u mingħajr ma jimpurtah mill-konsegwenzi
Se jgħidu li hu prużuntuż, arroganti, u jħobb jiftaħar.
25 Dak li l-għażżien jixxennaq għalih se joqtlu,
Għax hu ma jridx jaħdem.
26 Il-ġurnata kollha hu jixxennaq għal ħafna affarijiet b’regħba,
Imma l-ġust jagħti b’mod ġeneruż.
27 Alla jobogħdu s-sagrifiċċju tal-wieħed mill-agħar.
Mela kemm iktar meta dan joffrih b’intenzjoni ħażina!*
29 Raġel ħażin ma jistħix,
Imma l-ġust jagħżel li jgħaddi mit-triq it-tajba.
30 M’hemm ebda għerf, intelliġenza, jew parir li jistaʼ jiħodha kontra Ġeħova.
31 Iż-żiemel hu ppreparat għall-battalja,
Imma hu Ġeħova li jsalva.
22 Li jkollok reputazzjoni tajba* hu aħjar milli jkollok ħafna ġid;
Li tkun irrispettat* hu aħjar milli jkollok il-fidda u d-deheb.”
2 Is-sinjur u l-fqir għandhom din il-ħaġa komuni bejniethom:*
It-tnejn Ġeħova għamilhom.
3 L-għaqli jaħrab xħin jara l-periklu,
Imma dak taʼ bla esperjenza jibqaʼ sejjer u jbati l-konsegwenzi.
5 Fit-triq taʼ bniedem diżonest hemm ix-xewk u n-nases,
Imma kull min japprezza ħajtu* jżomm ’il bogħod minnhom.
7 Is-sinjur imexxi fuq il-fqir,
U dak li jissellef huwa lsir taʼ dak li jsellfu.
9 Xi ħadd ġeneruż se jiġi mbierek,
Għax hu jaqsam l-ikel tiegħu mal-foqra.
10 Keċċi lil min iwaqqaʼ l-affarijiet għaċ-ċajt,
U l-ġlied jieqaf;
Ma jibqax ikun hemm argumenti* u tgħajjir.
11 Min m’għandux ħażen f’qalbu u jitkellem bil-ħlewwa,
Ir-re se jkun il-ħabib tiegħu.
12 Ġeħova jipproteġi l-għarfien,
Imma jwaqqaʼ l-kliem tat-traditur.
13 L-għażżien jgħid: “Hemm iljun barra!
Dan se joqtolni f’nofs il-pjazza!”
14 Il-kliem taʼ mara midinba* hu bħal ħofra fonda.
Min hu kkundannat minn Ġeħova se jaqaʼ fiha.
15 It-tfal* ikunu jixtiequ jaġixxu bi bluha,
Imma li jiġu ddixxiplinati b’mod sod* jgħinhom biex ma jagħmlux hekk.
16 Min jieħu vantaġġ mill-fqir biex isir iktar sinjur
U min jagħti rigali lis-sinjuri
Se jispiċċa fqir.
17 Agħti kas* il-kliem tal-għorrief u ismaʼ minnu,
Ħalli tkun tistaʼ żżomm f’qalbek dak li ngħallmek,
18 Għax int se tkun ferħan jekk dejjem tiftakar dawn l-affarijiet,
U mbagħad dejjem tkun lest titkellem dwarhom.
19 Illum jien qed nagħtik l-għarfien,
Ħalli jkollok il-fiduċja f’Ġeħova.
20 Jien diġà ktibtlek
Biex nagħtik il-pariri u l-għarfien,
21 U biex ngħallmek kliem veru u taʼ min joqgħod fuqu,
Ħalli tkun tistaʼ tagħti informazzjoni eżatta lil min jistaqsik.
22 Tisraqx lill-fqir għax hu fqir,
U taħqarx lill-batut f’bieb il-belt,
23 Għax Ġeħova stess se jiddefendihom fil-kawża tagħhom,
U hu se jeqred lil dawk li jisirquhom.
24 Tagħmilhiex maʼ min jitilgħulu malajr
U toqgħodx maʼ min jirrabja malajr,
26 Issirx bħal* dawk li jieħdu b’idejn xi ħadd biex jagħmlu ftehim,
Li jagħmlu tajjeb għad-dejn taʼ ħaddieħor.
27 Jekk ma jkollokx biex tħallas,
Se jiħdulek is-sodda minn taħtek.
28 Iċċaqlaqx il-marka tal-fruntiera
Li għamlu missirijietek żmien twil ilu.
29 Ġieli rajt lil xi ħadd tas-sengħa f’xogħlu?
Hu joqgħod quddiem ir-rejiet,
U mhux quddiem in-nies komuni.
23 Meta tpoġġi biex tiekol maʼ re,
Innota sew x’hemm quddiemek;
2 Jekk tkun tixtieq ħafna ikel
Ikkontrolla lilek innifsek.*
3 Tixxennaqx għall-ikel tajjeb tiegħu,
Ħalli ma tiġix imqarraq bih.
4 Titħabatx biex ikollok il-ġid.
Ieqaf u uri li kapaċi tifhem.*
5 Meta titfaʼ għajnejk fuqu, dan ma jkunx hemm.
Għax żgur irabbi l-ġwienaħ u jtir lejn is-sema bħal ajkla.
6 Tikolx l-ikel taʼ xi ħadd qammiel;*
Tixxennaqx għall-ikel tajjeb tiegħu,
7 Għax hu joqgħod iżommlok kont.
Hu jgħidlek: “Kul u ixrob,” imma mhux minn qalbu.
8 Int se taqlaʼ dak li tkun kilt
U jkun għalxejn li tajtu l-kumplimenti.
9 Tipprovax tgħallem lil xi ħadd stupidu,
Għax hu se jobgħod il-kliem t’għerf li tgħidlu.
10 Iċċaqlaqx il-marka taʼ fruntiera taʼ żmien twil ilu
U tidħolx fl-għalqa tat-tfal bla missier.
12 Aċċetta d-dixxiplina
U ismaʼ mill-kliem taʼ min għandu l-għarfien.
13 Iżżommx lura milli tiddixxiplina tifel.*
Jekk tagħtih daqqa taʼ bastun,* mhux se jmut.
17 Tħallix lil qalbek tgħir għall-midinbin,*
Imma uri rispett kbir lejn* Ġeħova l-ġurnata kollha,
18 Għax b’hekk se jkollok futur tajjeb,
U jibqaʼ jkollok it-tama.
19 Ibni, ismaʼ u sir għaref,
U dderieġi lil qalbek biex tagħmel it-tajjeb.
21 Min hu żaqqieq u jħobb jisker se jsir fqir,
U minħabba li jkollu n-ngħas se jilbes iċ-ċraret.
22 Ismaʼ minn missierek li tak il-ħajja,
U tmaqdarx lil ommok sempliċement għax xjaħet.
24 Missier se jkun ferħan jekk it-tifel tiegħu jkun ġust;
Żgur li se jifraħ jekk it-tifel tiegħu jkun għaref.
25 Missierek u ommok se jifirħu,
U dik li wilditek se tkun ferħana.
26 Ibni, ismagħni b’qalbek kollha,
U jalla tieħu pjaċir timxi fi triqati.
28 Hi toqgħod tistenna bħal ħalliel;
Hi ġġiegħel lil ħafna rġiel ma jkunux leali.
29 Min għandu l-inkwiet? Min hu ansjuż?
Min għandu l-ġlied? Min għandu għal xiex igerger?
Min għandu l-feriti mingħajr ma jaf għaliex? Min għandu għajnejh ħomor?*
30 Dawk li jqattgħu ħafna ħin jixorbu l-inbid;
Dawk li jiltaqgħu flimkien biex jipprovaw inbid imħallat.
31 Tħarisx lejn il-kulur aħmar tal-inbid
Hekk kif ileqq fit-tazza u jinżel ħelu ħelu,
32 Għax fl-aħħar jigdem bħal serp,
U jagħti l-velenu bħal lifgħa.
33 Int se tara affarijiet strambi,
U qalbek se ġġiegħlek taħseb dwar affarijiet ħżiena.
34 U int tkun bħal wieħed li qiegħed f’nofs taʼ baħar,
Bħal wieħed mimdud fl-ogħla parti t’arblu taʼ vapur.
35 Int se tgħid: “Huma sawtuni, imma ma ħassejt xejn.
Huma tawni d-daqqiet, imma ma ndunajtx.
Fi xħin se nqum, ħalli nkompli nixrob?”
24 Tgħirx għal nies ħżiena,
U tixxennaqx biex tkun magħhom.
2 Huma jimmeditaw fuq il-vjolenza,
U jibqgħu jitkellmu dwar kif se jweġġgħu lil oħrajn.
4 Bl-għarfien, il-kmamar tagħha huma mimlijin
B’kull tip taʼ teżori prezzjużi u sbieħ.
5 Raġel għaqli hu b’saħħtu,
U bl-għarfien raġel iżid il-qawwa tiegħu.
6 Int se tiġġieled il-gwerra tiegħek b’direzzjoni* għaqlija,
U se tirbaħ* permezz taʼ ħafna li jagħtu l-pariri.
7 L-iblah ma jistax ikollu l-għerf veru;
Hu m’għandux x’jgħid f’bieb il-belt.
8 Kull min jippjana l-ħażen
Jissejjaħ bniedem tas-sengħa fl-ideat mill-agħar.
9 Il-pjanijiet tal-iblah iwasslu għad-dnub,
U n-nies jobogħdu lil min iwaqqaʼ għaċ-ċajt.
11 Eħles lil dawk li qed jittieħdu biex jingħataw il-mewt,
U għin lil dawk li qegħdin fil-periklu li jinqatlu.
Iva, dak li jinnotakom* se jkun jaf
U se jagħti lil kull wieħed dak li ħaqqu.
13 Ibni, kul l-għasel għax hu tajjeb;
L-għasel pur għandu togħma ħelwa.
14 Bl-istess mod, kun af li l-għerf hu tajjeb għalik.*
Jekk issibu, ikollok futur tajjeb u jibqaʼ jkollok tama.
15 Tistaħbiex ħdejn id-dar taʼ xi ħadd ġust biex tattakkah;
Teqridlux il-post taʼ mistrieħ,
16 Għax il-ġust jistaʼ jaqaʼ sebaʼ darbiet, u żgur li jqum,
Imma dawk mill-agħar se jkollhom l-inkwiet u jitfixklu.
17 Meta l-għadu tiegħek jaqaʼ, tiħux pjaċir,
U meta jitfixkel, tħallix lil qalbek tifraħ,
18 Inkella Ġeħova se jinnota dan u ma jiħux pjaċir,
U ma jibqax irrabjat għalih.*
19 Tagħmilx in-nervi* minħabba l-ħżiena;
Tgħirx għal nies mill-agħar,
20 Għax il-ħażin m’għandux tama;
Il-wieħed mill-agħar hu bħal lampa li se tintefa.
21 Ibni, irrispetta ħafna lil* Ġeħova u lir-re.
Tagħmilhiex mar-ribelli,*
22 Għax huma se jinqerdu f’daqqa waħda,
U min jaf xi ħsara se jagħmlulhom huma t-tnejn?*
23 Dan il-kliem ġej minn nies għorrief:
Mhux tajjeb li jkun hemm preferenzi fil-ġudizzju.
24 Kull min jgħid lill-ħażin: “Int ġust’”
Se jkun misħut min-nies u kkundannat mill-popli.
25 Imma min jikkoreġih se jmur tajjeb;
Hu se jiġi mbierek ħafna.
26 In-nies se jirrispettaw lil min iwieġeb b’mod onest.*
28 Tixhidx kontra xi ħadd mingħajr bażi.
Tużax kliem biex tqarraq b’oħrajn.
29 Tgħidx: “Kif għamilli, nagħmillu.
Ħa npattihielu.”
30 Jien għaddejt minn ħdejn l-għalqa tal-għażżien,
Ħdejn l-għalqa bid-dwieli taʼ dak li m’għandux sens f’moħħu.
31 Jien rajt li kien hemm ħafna ħaxix ħażin;
L-art kienet mimlija ħurrieq,
U l-ħajt tas-sejjieħ imwaqqaʼ.
33 Jekk torqod ftit ieħor, tongħos ftit ieħor,
U tistrieħ b’idejk marbutin ftit ieħor,
34 Int malajr se ssir fqir, bħallikieku tiġi attakkat f’daqqa minn ħalliel,
U bħallikieku raġel armat jiħodlok kulma għandek.
25 Anki dawn huma l-proverbji taʼ Salamun li ġew miġburin u kkopjati min-nies taʼ Ħeżekija r-re taʼ Ġuda:
2 Alla jiġi gglorifikat talli jżomm is-sigrieti,
U r-rejiet jiġu gglorifikati meta jsibu informazzjoni dettaljata dwar kwistjoni.
3 Bħalma s-sema hi għolja u l-art hi fonda,
Daqshekk hu diffiċli li tifhem x’hemm f’qalb ir-rejiet.
4 Neħħi l-ħmieġ mill-fidda,
U din issir irfinuta għalkollox.
5 Neħħi lill-wieħed ħażin minn quddiem ir-re,
U t-tmexxija tiegħu tkun b’saħħitha u jkompli jmexxi bil-ġustizzja.
6 Tonorax lilek innifsek quddiem ir-re,
U toqgħodx fost in-nies importanti,
7 Għax ikun aħjar li jgħidlek hu, “Itlaʼ hawn’”
Milli jumiljak quddiem xi ħadd importanti.
8 Taqbadx u tiftaħ kawża legali,
Għax imbagħad x’se tagħmel jekk xi ħadd juri li int żbaljat?
9 Irranġa l-kwistjoni miegħu,
Imma tikxifx dak li ntqallek b’mod kunfidenzjali,*
10 Ħalli dak li qed jismaʼ ma jġegħlekx tistħi,
U l-affarijiet* ħżiena li tgħid ma jinxterdux bla ma tkun tistaʼ twaqqafhom.
11 Kelma f’waqtha hi bħal tuffieħ tad-deheb
Imnaqqax fuq platt tal-fidda.
12 Il-korrezzjoni li jagħti xi għaref hi bħal misluta tad-deheb
U tiżjin tad-deheb fin għall-widna taʼ min jismagħha.
13 Messaġġier leali hu bħall-kesħa tal-borra f’jum il-ħsad għal min bagħtu,
Għax hu jagħti s-saħħa lil sidu.
14 Min jiftaħar li se jagħti rigal u qatt ma jagħtih
Hu bħal sħab u riħ mingħajr xita.
15 Jekk tkun paċenzjuż tistaʼ tikkonvinċi kmandant,
U l-kliem taʼ xi ħadd li jitkellem bil-ħlewwa jistaʼ jkisser għadma.
16 Jekk issib l-għasel, kul biss kemm għandek bżonn,
Għax jekk tieħu ħafna tispiċċa tirremetti.
17 Tmurx għand xi ħadd taʼ spiss,
Ħalli ma ddejqux u jibda jobogħdok.
18 Min jixhed b’mod falz kontra xi ħadd,
Hu bħal mazza tal-gwerra, xabla, u vleġġa taqtaʼ.
19 Li tafda f’xi ħadd li ma tistax toqgħod fuqu* fi żmien l-inkwiet
Hu bħal li tomgħod fuq sinna mkissra jew timxi fuq sieq mhux soda.
20 Li tkanta lil xi ħadd li hu mdejjaq
Hu bħal li tneħħi l-ħwejjeġ meta jkun il-bard
Hu bħal li titfaʼ l-ħall fuq l-alkali.*
21 Jekk l-għadu tiegħek* hu bil-ġuħ, agħtih il-ħobż;
Jekk hu bil-għatx, agħtih l-ilma,
22 Għax b’hekk tkun qed tiġbor ġamar fuq rasu,*
U Ġeħova se jippremjak.
23 Ir-riħ mit-Tramuntana jġib ħafna xita,
U min iħobb jgħid fuq in-nies* iġiegħel lil oħrajn jirrabjaw.
27 Mhuwiex tajjeb li tiekol ħafna għasel,
U lanqas mhu tajjeb li persuna tfittex li tingħata l-glorja.
28 Bniedem li ma jikkontrollax it-tempra
Hu bħal belt bi swar imkissrin.
26 Bħalma mhux suppost tagħmel il-borra fis-sajf u x-xita fi żmien il-ħsad,
Mhux suppost tonora lil xi ħadd stupidu.
2 Bħalma għasfur ikollu għal xiex jaħrab u ħuttafa għal xiex ittir,
Ħadd ma jisħet lil xi ħadd għalxejn b’xejn.
3 Il-frosta hi għaż-żiemel, l-ilġiem għal ħalq il-ħmar,
U l-bastun biex jiġu kkastigati n-nies stupidi.
5 Jekk twieġeb l-istupidu, urih kemm hu bla sens dak li qed jgħid,
Ħalli ma jaħsibx li hu għaref.
6 Min iħalli xi ħaġa f’idejn xi ħadd stupidu
Jkun qisu qed jagħmel ħsara lil saqajh stess biex isir zopp u jweġġaʼ lilu nnifsu.*
8 Li tonora lil xi ħadd stupidu
Hu bħal li torbot ġebla maʼ żbandola.
9 Il-proverbju tan-nies stupidi
Hu bħal pjanta bix-xewk f’id xi ħadd fis-sakra.
10 Min iħaddem lil xi ħadd stupidu jew lil min jinzerta għaddej
Ikun qisu arċier li jispara fuq kull ħaġa li jara.*
11 L-istupidu jerġaʼ jagħmel l-affarijiet taʼ bluha
Bħalma kelb imur lura u jiekol dak li qalaʼ.
12 Ġieli rajt lil xi ħadd li jaħseb li hu għaref?
Hemm iktar tama għal xi ħadd stupidu milli għalih.
13 L-għażżien jgħid: “Hemm iljun fit-triq,
Hemm iljun fil-pjazza!”
14 L-għażżien jibqaʼ jdur fuq is-sodda tiegħu
Bħalma bieb jibqaʼ jdur fuq iċ-ċappetti tiegħu.
15 L-għażżien idaħħal idu fl-iskutella tal-ikel,
Imma hu wisq għajjien biex iressaqha maʼ ħalqu.
16 L-għażżien jaħseb li hu iktar għaref
Minn sebaʼ min-nies li jwieġbu b’mod għaqli.
17 Xi ħadd li jkun għaddej u jirrabja ħafna minħabba* ġlieda li mhix tiegħu
Hu bħal xi ħadd li jaqbad widnejn taʼ kelb.
18 Bħal xi ħadd miġnun li jispara vleġeġ tan-nar u lanez qattiela
19 Hu min iqarraq b’sieħbu* u mbagħad jgħidlu: “Kont qed niċċajta!”
20 Fejn m’hemmx injam in-nar jintefa,
U fejn m’hemmx min jimmalafama jieqaf il-ġlied.
21 Min iħobb jargumenta jaqlaʼ l-ġlied.
Hu bħal faħam u njam li jqabbdu n-nar.
22 Il-kliem taʼ min jimmalafama hu bħal ikel b’togħma tajba;
Dan jinbelaʼ malajr u jinżel fl-istonku.
24 Min jobgħod lil oħrajn juża kliem biex jaħbi l-mibegħda tiegħu,
Imma minn ġewwa jibqaʼ bil-ħsieb li jqarraq.
26 Għalkemm jaħbi l-mibegħda tiegħu bil-qerq,
Il-ħażen tiegħu se jinkixef fil-kongregazzjoni.
27 Min iħaffer ħofra se jaqaʼ fiha,
U kull min igerbeb ġebla, tiġi lura fuqu.
28 Min jigdeb, jobgħod lil min iweġġaʼ bil-gideb tiegħu,
U min ifaħħar lil oħrajn biex jingħoġob, iġib qerda.
27 Toqgħodx tiftaħar dwar dak li se tagħmel għada,
Għax ma tafx x’se jiġri.
2 Tużax kliemek biex tfaħħar lilek innifsek, imma ħalli lil ħaddieħor* ifaħħrek;
Tfaħħarx lilek innifsek, ħalli lil oħrajn* jagħmlu dan.
3 Ġebla hi tqila u r-ramel ukoll,
Imma l-problemi li jaqlaʼ l-iblah huma itqal minnhom it-tnejn.
4 Ir-rabja hi ħarxa u teqred bħal dulluvju,
Imma l-għira hi saħansitra agħar.
5 Aħjar tikkoreġi lil xi ħadd bil-miftuħ,
Milli jkollok l-imħabba imma ma turihiex.
7 Min ikun kiel u* xebaʼ ma jiħux mill-għasel* pur,
Imma min hu* bil-ġuħ anki dak li hu morr itiegħmu ħelu.
9 Iż-żejt u l-inċens iferrħu l-qalb
Bħal ħabib li jagħti parir b’mod sinċier.
10 Titlaqx lill-ħabib tiegħek jew lill-ħabib taʼ missierek,
U tidħolx fid-dar taʼ ħuk meta jkollok l-inkwiet.
Aħjar ikollok ġar viċin milli ħu li joqgħod ’il bogħod.
11 Ibni, kun għaref u ferraħli qalbi,
Ħalli nkun nistaʼ nwieġeb lil dak li jgħajjarni.
12 L-għaqli jaħrab xħin jara l-periklu,
Imma dak taʼ bla esperjenza jibqaʼ sejjer u jbati l-konsegwenzi.
13 Jekk xi ħadd għamel tajjeb għad-dejn taʼ stranġier, ħudlu l-libsa;
U jekk għamel hekk għal mara barranija,* ħudlu xi ħaġa bħala garanzija.
14 Meta xi ħadd ibierek lil sieħbu b’leħen għoli kmieni filgħodu,
Din se tiġi kkunsidrata bħala saħta.
15 Mara ġellieda* qisha saqaf li l-ħin kollu jqattar f’ġurnata xita.
16 Kull min jistaʼ jikkontrollaha, jistaʼ jikkontrolla r-riħ,
U jistaʼ jaqbad iż-żejt b’idu l-leminija.
18 Min jieħu ħsieb siġra tat-tin se jiekol il-frott tagħha,
U min jieħu ħsieb sidu se jiġi onorat.
19 Bħalma l-ilma jirrifletti wiċċ xi ħadd,
Hekk il-qalb taʼ persuna tirrifletti l-qalb taʼ xi ħadd ieħor.
20 Bħalma l-Qabar u l-post tal-qerda* dejjem ikunu jridu iżjed,
Hekk il-bniedem, dejjem ikun irid iżjed affarijiet.
23 Għandek tkun taf il-merħla tiegħek sew.
Ħu ħsieb sew in-nagħaġ* tiegħek,
24 Għax il-ġid ma jibqax għal dejjem,
U kuruna* ma tibqax tgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra.
25 Il-ħaxix aħdar ma jibqax jidher, u jitlaʼ ħaxix ġdid,
U l-ħaxix tal-muntanji jinġabar.
26 L-imtaten żgħar jagħtuk il-ħwejjeġ,
U bil-bdabad tistaʼ tixtri għalqa.
27 Se jkun hemm biżżejjed ħalib tal-mogħoż biex tiekol int,
In-nies taʼ darek, u l-qaddejja tfajliet tiegħek.
2 Meta n-nies taʼ pajjiż jagħmlu rewwixta,* il-mexxejja jinbidlu taʼ spiss,
Imma bl-għajnuna taʼ xi ħadd li kapaċi jifhem u li għandu l-għarfien, mexxej* idum għal żmien twil.
3 Il-fqir li jieħu vantaġġ mill-batut
Hu bħal xita li tkaxkar il-prodott kollu tal-għelieqi.
4 Dawk li jiksru l-liġi jfaħħru lill-wieħed ħażin,
Imma dawk li jobdu l-liġi jirrabjaw ħafna għalihom.
5 In-nies mill-agħar ma jistgħux jifhmu l-ġustizzja,
Imma dawk li jfittxu lil Ġeħova jistgħu jifhmu kollox.
6 Aħjar xi ħadd fqir u jagħmel dak li hu tajjeb
Milli sinjur u korrott.
7 Tifel li kapaċi jifhem jobdi l-liġi,
Imma min jagħmilha maż-żaqqiqin jiddiżonora lil missieru.
8 Min iżid il-ġid tiegħu bl-imgħax u bi qligħ inġust,*
Il-ġid tiegħu se jmur għand min iħenn għall-fqir.
9 Min ma jridx jobdi l-liġi,
Anki t-talba tiegħu hi mibgħuda minn Alla.
10 Dak li qed jiżvija lill-ġusti biex jaqbdu triq ħażina se jaqaʼ fil-ħofra tiegħu stess,
Imma dawk li huma bla ħtija se jiġu ppremjati.
11 Is-sinjur jaħseb li hu għaref,
Imma xi ħadd fqir li kapaċi jifhem jaf x’inhu.
12 Meta l-ġusti jirnexxu jkun hemm ferħ kbir,*
Imma meta l-ħżiena jkollhom l-awtorità, in-nies imorru jistaħbew.
13 Min jaħbi n-nuqqasijiet tiegħu mhux se jirnexxi,
Imma min jammettihom u ma jibqax jagħmilhom se jintwera ħniena.
15 Raġel ħażin li jmexxi fuq nies batuti
Hu bħal iljun jgħajjat u bħal ors li se jattakka.
16 Mexxej li ma jafx jagħraf it-tajjeb u l-ħażin jabbuża mill-awtorità li għandu,
Imma wieħed li jobgħod il-qligħ diżonest se jgħix iktar.
17 Min hu ħati għall-qtil taʼ xi ħadd se jibqaʼ jaħrab sa ma jmut.*
Ħadd m’għandu jgħinu.
18 Dak li hu bla ħtija se jiġi salvat,
Imma dak li jagħmel il-ħażin se jbati.
19 Dak li jaħdem l-art tiegħu se jkollu ħafna ikel,
Imma min qed jiġri wara affarijiet li ma jiswew xejn se jkun fqir ħafna.
20 Min hu leali se jkollu ħafna barkiet,
Imma dak li jgħaġġel biex isir sinjur mhux se jibqaʼ innoċenti.
21 Mhux tajjeb li turi preferenzi,
Imma għal biċċa ħobż bniedem jistaʼ jagħmel xi ħaġa ħażina.
23 Min jikkoreġi lil xi ħadd, wara se jkun iktar irrispettat
Minn xi ħadd li jfaħħar biex jingħoġob.
24 Kull min qed jisraq lil missieru u lil ommu u jgħid: “Mhu qed nagħmel xejn ħażin’”
Hu sieħeb tal-bniedem li jġib qerda.
26 Kull min jafda f’qalbu stess hu stupidu,
Imma min jaġixxi b’għaqal se jinħeles.
27 Min jagħti lill-foqra mhu se jonqsu xejn,
Imma min jinjorahom se jkollu ħafna saħtiet.
28 Meta l-ħżiena jkollhom l-awtorità, in-nies imorru jistaħbew,
Imma meta jinqerdu, in-nies ġusti jiżdiedu.
29 Min jibqaʼ jwebbes rasu wara li jkun ġie kkoreġut ħafna drabi,
Se jinqered f’daqqa u ma jkun jistaʼ jagħmel xejn dwar dan.
2 In-nies jifirħu meta jkun hemm ħafna li huma ġusti,
Imma meta l-mexxej ikun wieħed ħażin, in-nies ikunu mdejqin.
3 Min iħobb l-għerf iferraħ lil missieru,
Imma min jagħmilha mal-prostituti jberbaq ġidu.
4 Meta re jmexxi bil-ġustizzja, il-pajjiż ikun stabbli,
Imma min iħobb jaċċetta t-tixħim iġibu f’rovina.
5 Persuna li tfaħħar lil ħaddieħor biex tingħoġob
Tkun qed titfaʼ xibka għal saqajha.
6 In-nies ġusti jkantaw u jifirħu,
Imma d-dnubiet taʼ wieħed ħażin se jkunu taʼ nassa għalih.
7 Xi ħadd ġust jimpurtah mid-drittijiet legali tal-fqir,
Imma min hu ħażin ma jagħtix kashom.
8 Dawk li jħobbu jiftaħru jirrabjaw lin-nies taʼ belt sħiħa,
Imma dawk li huma għorrief itaffu r-rabja.
9 Meta wieħed għaref ikollu argument maʼ iblah,
Se jkun hemm ir-rabja u t-twaqqigħ għaċ-ċajt,
Imma l-għaref mhux se jħossu sodisfatt.
10 Nies li joqtlu jobogħdu lil kull min hu innoċenti,*
Huma jipprovaw isibu mod kif jieħdu l-ħajja* taʼ nies onesti.*
12 Meta mexxej jagħti kas il-gideb,
Il-qaddejja kollha tiegħu se jkunu ħżiena.
13 Min hu fqir u min jaħqar għandhom din il-ħaġa komuni bejniethom:*
It-tnejn Ġeħova tahom il-ħajja.*
14 Meta re jiġġudika lill-foqra b’mod ġust,
It-tmexxija tiegħu dejjem se tkun soda.
15 Il-bastun* u l-korrezzjoni jgħinu lit-tfal ikollhom l-għerf,
Imma meta dawn jitħallew jagħmlu li jridu jġiegħlu lil ommhom tistħi.
16 Meta jiżdiedu l-ħżiena, jiżdied il-ħażen,
Imma l-ġusti se jarawhom jinqerdu.
17 Iddixxiplina lit-tifel tiegħek u jġiblek serħan;
Hu se jferrħek ħafna.
18 Fejn m’hemmx il-gwida t’Alla,* in-nies isiru bla kontroll,
Imma dawk li jobdu l-liġi jkunu ferħanin.
19 Qaddej ma jħallix lil min jikkoreġih bil-kliem,
Għax għalkemm jifhem ma jobdix.
20 Ġieli rajt lil xi ħadd jitkellem bla ma jaħsibha?
Hemm iktar tama għal iblah milli għalih.
21 Jekk qaddej jiġi mfissed mindu jkun żgħir,
Iktar tard mhux se juri apprezzament.
22 Bniedem li jirrabja malajr jaqlaʼ l-ġlied;
Kull min għandu t-tendenza li jirrabja jiżbalja ħafna.
23 Bniedem se jiġi umiljat minħabba l-kburija tiegħu,
Imma min hu umli se jiġi gglorifikat.
24 Min jgħin ħalliel jobgħod lilu nnifsu.*
Hu jistaʼ jismaʼ li hemm bżonn taʼ xhieda dwar dan,* imma ma jirrapporta xejn.
27 Bniedem sew xejn ma jieħu pjaċir b’min hu inġust,
U l-ħażin xejn ma jieħu pjaċir b’xi ħadd li jagħmel it-tajjeb.
30 Dan hu l-messaġġ importanti t’Agur it-tifel taʼ Ġaki li qal lil Itijel u Ukal.
2 Jien l-iktar bniedem injorant,
U m’iniex kapaċi nifhem bħan-nies l-oħra.
3 Jien ma tgħallimtx inkun għaref,
U m’għandix l-għarfien tal-Iktar Wieħed Qaddis.
4 Min telaʼ fis-sema u reġaʼ niżel?
Min ġabar ir-riħ f’idejh it-tnejn?
Min żamm l-ilmijiet fil-ħwejjeġ tiegħu?
Min għamel* it-trufijiet kollha tal-art?
X’jisimhom hu u ibnu? Għidli jekk taf.
Hu tarka għal dawk kollha li jistkennu fih.
7 Alla tiegħi, żewġ affarijiet nitolbok.
Jekk jogħġbok iżżommx lura milli tagħtihomli qabel immut.
8 Għinni biex ma nqarraqx u ma nigdibx.
Tħallinix inkun fqir u lanqas sinjur.
Agħtini l-ikel li għandi bżonn,
9 Għax jekk ikolli kulma rrid, nistaʼ ma nibqax leali u ngħid: “Min hu Ġeħova?”
U tħallinix insir fqir u nibda nisraq u niddiżonora* lil ismek, Alla tiegħi.
10 Uliedi, timmalafamawx qaddej maʼ sidu,
Li ma jmurx jisħitkom u tinstabu ħatjin.
12 Hemm grupp taʼ nies li jaħsbu li huma nodfa
Imma ma tnaddfux mill-ħmieġ tagħhom.
13 Hemm grupp taʼ nies li huma kburin ħafna,
U li jmaqdru ħafna lil oħrajn.
14 Hemm grupp taʼ nies li snienhom huma bħax-xwabel
U x-xedaq tagħhom bħas-skieken tal-biċċiera;
Huma jaħqru lill-batuti tal-art
U lill-foqra minn fost in-nies.
15 Is-sangisugi* għandhom żewġt ibniet li jgħajtu: “Agħtini! Agħtini!”
Hemm tliet affarijiet li ma jixbgħu qatt,
Erbgħa li qatt ma jgħidu: “Biżżejjed!”
16 Il-Qabar,* mara li ma jistax ikollha tfal,
Art mingħajr ilma, u nar li qatt ma jgħid: “Biżżejjed!”
17 Min iwaqqaʼ għaċ-ċajt lil missieru u ma jkunx irid jobdi lil ommu,
Iċ-ċawluni tal-wied se jaqilgħulu għajnu
U l-frieħ tal-ajkla se jikluha.
18 Hemm tliet affarijiet li huma wisq tal-għaġeb għalija
U erbgħa li ma nifhimhomx:
19 Kif ajkla ttir fis-sema,
Kif serp jitkaxkar fuq blata,
Kif vapur jivvjaġġa f’baħar miftuħ,
U kif raġel iġib ruħu meta jkun maʼ mara.
21 Hemm tliet affarijiet li jġiegħlu l-art titriegħed,
U erbgħa affarijiet li n-nies ma jifilħux għalihom:
22 Meta lsir imexxi bħala re,
Meta iblah ikun mifqugħ bl-ikel,
23 Meta raġel jiżżewweġ mara mibgħuda,*
U meta qaddejja tieħu post dik li taħdem għaliha.
27 Il-ġurati m’għandhomx re,
Iżda huma joħorġu kollha mqassmin fi gruppi.
28 Il-wiżgħa tistaʼ timxi maʼ ħajt bla ma taqaʼ
U tidħol fil-palazz taʼ re.
29 Hemm tliet affarijiet li jimxu b’mod impressjonanti,
Erbgħa li jiċċaqalqu b’mod impressjonati:
30 L-iljun, l-iktar annimal b’saħħtu,
Li ma jaħrab minn ħadd;
31 Il-kelb tal-fenek, il-bodbod,
U re li għandu l-armata miegħu.
33 Meta tħawwad il-ħalib, joħroġ il-butir,
U meta tagħfas imnieħrek, joħroġ id-demm,
U bl-istess mod meta ġġiegħel lil ħaddieħor jirrabja, tqajjem il-ġlied.
31 Dan hu l-kliem tar-Re Lemwel, il-pariri importanti li tatu ommu:
2 Xi ngħidlek ibni, il-wieħed li wellidt,
U xi ngħidlek ibni, li dwarek jien għamilt wegħda?
3 Tħallix lin-nisa jiħdulek saħħtek,
U tinħeliex f’affarijiet li jeqirdu re.
4 Lemwel, mhuwiex xieraq għar-rejiet,
Mhuwiex xieraq għar-rejiet li jixorbu l-inbid,
U lanqas għall-mexxejja li jixorbu l-alkoħol,
5 Biex ma jixorbux u jinsew dak li hemm fil-liġi,
U jiksru d-drittijiet tal-batuti.
6 Agħti l-alkoħol lil min wasal biex imut
U l-inbid lil dawk li għandhom qalbhom sewda.
7 Ħa jixorbu u jinsew il-faqar tagħhom;
Ħa ma jibqgħux jiftakru l-inkwiet li għandhom.
8 Aqbeż għal dawk li ma jistgħux jiddefendu lilhom infushom;
Iddefendi d-drittijiet taʼ dawk kollha li waslu biex imutu.
א [Alef]
10 Min jistaʼ jsib mara kapaċi?*
Hi tiswa ħafna iktar mill-korall.*
ב [Bet]
11 Ir-raġel tagħha jafdaha b’qalbu kollha,
U hu ma jonqsu xejn.
ג [Gimel]
12 Tul ħajjitha
Hi tagħmillu dak li hu tajjeb, u mhux ħażin.
ד [Dalet]
13 Hi tfittex is-suf u l-għażel,
U tieħu gost taħdem.
ה [Ħe]
14 Hi ġġib l-ikel tagħha mill-bogħod,
Bħall-vapuri taʼ negozjant.
ו [Waw]
15 Ukoll, hi tqum meta jkun għadu billejl,
Tagħti l-ikel lil dawk tad-dar tagħha,
U lill-qaddejja nisa tagħha.
ז [Żajin]
ח [Ħet]
17 Hi tlesti biex taħdem iebes,
U tlesti jdejha għax-xogħol.
ט [Tet]
י [Jod]
כ [Kaf]
20 Hi tagħti daqqa t’id lill-batut
U tkun ġeneruża mal-fqir.
ל [Lamed]
21 Meta tagħmel il-borra, hi ma tinkwetax għan-nies taʼ darha,
Għax huma kollha lebsin ħwejjeġ li jsaħħnu.*
מ [Mem]
22 Hi stess tagħmel il-kutri għas-sodda tagħha.
Il-ħwejjeġ tagħha magħmulin mill-għażel u s-suf vjola.
נ [Nun]
23 Ir-raġel tagħha hu magħruf sew f’bibien il-belt.
Hemmhekk hu joqgħod bilqiegħda mal-anzjani* tal-pajjiż.
ס [Samek]
ע [Għajn]
פ [Pe]
צ [Sade]
27 Hi toqgħod attenta għal dak li qed jiġri fid-dar tagħha
U ma toqgħodx titgħażżen.
ק [Kof]
28 It-tfal tagħha jqumu u jfaħħruha;
Anki r-raġel tagħha jqum u jfaħħarha.
ר [Rex]
ש [Xin]
30 Il-ħlewwa tistaʼ tqarraq bik, u s-sbuħija tistaʼ tgħaddi malajr,
Imma l-mara li għandha rispett kbir lejn* Ġeħova se tiġi mfaħħra.
ת [Taw]
31 Ippremjaha għal dak li tagħmel.*
Hi jistħoqqilha tiġi mfaħħra f’bibien il-belt għax-xogħol iebes tagħha.
Jew “jikkoreġuk; jiggwidawk fil-ħajja.”
Jew “jaf x’inhu ġust.”
Jew “parabboli.”
Letteralment “jibżaʼ minn.”
Jew “in-nies li jagħmlu d-dnub.”
Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “Itfaʼ xortik magħna.”
Jew “Duru lura.”
Letteralment “l-ispirtu tiegħi.” Jistaʼ jirreferi għall-għerf li jiġi mill-ispirtu qaddis t’Alla.
Letteralment “ma tibżgħux minn.”
Letteralment “mill-pariri.”
Jew “aħżen.”
Letteralment “qalbek.”
Letteralment “tibżaʼ minn.”
Letteralment “stranġiera.” Milli jidher tirreferi għal xi ħadd li m’għandux ħbiberija m’Alla minħabba li ma jobdix il-livelli morali tiegħu.
Letteralment “barranija.” Milli jidher tirreferi għal xi ħadd li ma jobdix il-livelli morali t’Alla.
Letteralment “lill-ħabib tal-qalb.”
Jew “bla ħtija.”
Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “il-verità.”
Letteralment “Ibżaʼ minn.”
Letteralment “żokortok.”
Jew “mill-qligħ.”
Jew “il-postijiet fejn tagħsar l-inbid.”
Letteralment “bid-dixxerniment.”
Milli jidher qed jirreferi għall-kwalitajiet t’Alla li ssemmew fil-versi taʼ qabel.
Jew “ħajja għal ruħek.”
Jew “sieqek ma taħbat maʼ mkien.”
Jew “lil min hu dovut.”
Jew “Jekk għandek il-qawwa li.”
Letteralment “Mejjel widintek għal.”
Jew forsi “Ikkunsidra sew.”
Letteralment “Mejjel widintek.”
Letteralment “stranġiera.” Ara Pr 2:16.
Jew “U ħalqha melliesi iktar miż-żejt.”
Letteralment “assenzju.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “Uliedi.”
Jew “il-qawwa.”
Letteralment “l-assemblea u l-kongregazzjoni.”
Jew “frisk.”
Letteralment “stranġiera.” Ara Pr 2:16.
Letteralment “barranija.” Ara Pr 2:16.
Jew “ħadt b’idejn.”
Jew “ruħu.”
Jew “jgħallmuk.”
Letteralment “barranija.” Ara Pr 2:16.
Letteralment “adulterju maʼ mara.”
Jew “fidwa; kumpens.”
Jew “aħżen.”
Letteralment “stranġiera.” Ara Pr 2:16.
Letteralment “barranija.” Ara Pr 2:16.
Din kienet tieqa li minflok ħġieġ kellha strixxi msallbin tal-injam.
Jew “niskru bl-imħabba.”
Letteralment “uliedi.”
Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “lit-tfal tal-bnedmin.”
Jew “biex ikollkom qalb li tifhem.”
Letteralment “tibżaʼ minn.”
Jew “valuri li jintirtu.”
Jew “twilidt bħallikieku bl-uġigħ tal-ħlas.”
Letteralment “ċirku.”
Letteralment “għamel fis-sod.”
Letteralment “lit-tfal tal-bnedmin.”
Jew “jibqa’ mqajjem.”
Jew “lil ruħu.”
Jew “qatlet l-annimali.”
Jew “Itlaq lil dawk taʼ bla esperjenza.”
Letteralment “jibżaʼ minn.”
Jew “Il-bluha.”
Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “ir-ruħ tal-ġust.”
Letteralment “il-kmandamenti.”
Jew “jaħżnu.”
Jew “L-affarijiet taʼ valur.”
Jew forsi “hu jkun fit-triq tal-ħajja.”
Jew “rapport ħażin.”
Letteralment “il-qalb.”
Jew “jiggwida.”
Jew “dwejjaq; tbatija.”
Letteralment “lil min jibagħtu.”
Letteralment “jibżaʼ minn.”
Jew “It-tama.”
Letteralment “It-triq taʼ.”
Jew “qarrieq.”
Jew “L-affarijiet taʼ valur.”
Jew “Il-ħażin.”
Jew “jistmerr.”
Letteralment “il-wieħed leali fl-ispirtu.”
Letteralment “jgħatti l-kwistjoni.”
Jew “direzzjoni.”
Jew “salvazzjoni.”
Letteralment “jobgħod.”
Jew “juri mħabba leali.”
Jew “jagħmel ġid lil ruħu.”
Jew “diżunur.”
Letteralment “ixerred.”
Letteralment “se teħxien.”
Letteralment “isaqqi ħafna.”
Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.
Jew “diżunur.”
Letteralment “se jiret ir-riħ.”
Jew “dak li jirbaħ l-erwieħ.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “qed jagħmel sens.”
Letteralment “ħobż.”
Jew “fl-istess ġurnata.”
Letteralment “jgħatti.”
Letteralment “dak li hu ġust.”
Letteralment “dawk li jagħtu l-pariri għal.”
Jew “L-ansjetà f’qalb il-bniedem ittaqqalha.”
Jew “li jwaqqaʼ għaċ-ċajt.”
Jew “ruħ it-traditur.”
Jew “ruħu m’għandha.”
Jew “ir-ruħ.”
Letteralment “se jeħxien.”
Jew “lil dak li jagħmel id-dnub.”
Letteralment “li tifraħ.”
Jew “dawk li jikkonsultaw flimkien.”
Jistaʼ jkun bʼmod diżonest.
Letteralment “li jiġbor bʼidu.”
Jew “tistenna.”
Jew “il-kelma.”
Jew “it-twiddib.”
Jew “tkun ħelwa għar-ruħ.”
Jew “hu.”
Jew “jikkastigax; jiddixxiplinax.”
Jew forsi “mill-ewwel.”
Letteralment “jibżaʼ minn.”
Jew “qarrieq.”
Jiġifieri fejn jitimgħu l-annimali.
Jew “li jwaqqaʼ kollox għaċ-ċajt.”
Jew forsi “jqarraq b’oħrajn.”
Jew “bil-ħsieb li jirranġaw l-affarijiet.”
Jew “jirrabja.”
Jew “min kapaċi jaħseb.”
Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “jibżaʼ minn.”
Letteralment “jibżgħu minn.”
Letteralment “hi l-ħajja tal-ġisem.”
Letteralment “Il-qalb taʼ xi ħadd.”
Jew “b’mod li jweġġaʼ.”
Jew “Kliem li jfejjaq.”
Letteralment “jgħaffeġ l-ispirtu.”
Jew “imwiddeb.”
Jew “iqis id-dixxiplina ħarxa.”
Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “f’Abaddon.”
Jew “Min iwaqqaʼ għaċ-ċajt.”
Jew “iwiddbu.”
Letteralment “Il-qalb li.”
Jew “ikun f’festa l-ħin kollu.”
Letteralment “tibżaʼ minn.”
Jew “konfuż.”
Jew “jekk ma jkunx hemm konsultazzjoni; jekk ma jkunx hemm diskors kunfidenzjali.”
Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “il-fruntiera.”
Jew “diżunur.”
Jew “jimmedita qabel ma jwieġeb; jikkunsidra sew qabel ma jwieġeb.”
Letteralment “Għajnejn ileqqu.”
Letteralment “iħaxxen l-għadam.”
Jew “lil ruħu.”
Jew “ikollu qalb għarfa.”
Letteralment “jibżaʼ minn.”
Jew “jipprepara l-ħsibijiet taʼ qalbu.”
Letteralment “jeżamina l-ispirti.”
Jew “Erħi x-xogħlijiet tiegħek f’idejn Ġeħova.”
Letteralment “kburi f’qalbu.”
Jew “bl-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “jibżaʼ minn.”
Jew “jevita r-rabja.”
Jew “għar-ruħ.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “jippjana l-ħsara.”
Jew “glorja.”
Letteralment “ix-xorti f’ħoġru.”
Jew “il-kwiet.”
Letteralment “sagrifiċċji.”
Jew “is-subien.”
Jew “bil-ġenituri.”
Jew “b’mod ġust.”
Jew “raġel nobbli.”
Jew “ħaġra li ġġib l-approvazzjoni.”
Letteralment “jgħatti.”
Jew “bħal li twaqqaʼ ħajt li jkun qed iżomm l-ilma.”
Jew “Jekk hu iblah.” Letteralment “ma jkollux qalb.”
Jew “jieħu b’idejn ħaddieħor.”
Jew “Kull min jgħolli d-daħla tal-bieb tiegħu jfittex tisbita.”
Jew “inixxfu l-għadam.”
Letteralment “imrar.”
Jew “tagħti multa.”
Letteralment “iżomm spirtu biered.”
Jew “Hu jmaqdar l-għerf.”
Letteralment “dak li hemm f’qalbha.”
Jew “ruħu.”
Letteralment “jitgħolla fl-għoli,” jiġifieri f’post li ma jintlaħaqx.
Jew “meta jkun iddisprat għalkollox.”
Jew “jgħarblu.”
Letteralment “U din tferraq.”
Letteralment “iħaffef saqajh.”
Jew “nobbli.”
Jew “lil ruħu.”
Jew “jaħżen.”
Jew “jinjora offiża.”
Jew “li l-ħin kollu teqred.”
Jew “ir-ruħ.”
Jew “jipproteġi lil ruħu.”
Jew “jippremjah.”
Jew “tixtieqx il-mewt.”
Jew “il-pariri.”
Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “jibżaʼ minn.”
Jew forsi “Hu se jfittex matul il-ħsad imma ma jsib xejn.”
Jew “L-intenzjonijiet f’qalb.” Letteralment “Il-pariri f’qalb.”
Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “is-subien.”
Jew “Żewġ ġebliet differenti li tiżen bihom u żewġ reċipjenti differenti li tkejjel bihom.”
Jew “tifla.”
Jew “barrani.”
Jew “li jinkiseb bil-qerq.”
Jew “jiġu stabbiliti fis-sod.”
Jew “gwida.”
Jiġifieri gossip.
Jew “Alla mhux se jbierku.”
Jew “żewġ ġebliet differenti li tiżen bihom.”
Jew “triqithom.”
Letteralment “Qaddis!”
Jew “L-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “Bl-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “l-intenzjonijiet.”
Jew “li jkunu taʼ vantaġġ għalih.”
Jew forsi “għal dawk li qed ifittxu l-mewt.”
Jew “li l-ħin kollu teqred.”
Jew “Ruħ il-ħażin.”
Jew “ikollha l-għarfien.”
Hawn qed jirreferi għal Alla.
Jew “id-divertiment.”
Jew “li l-ħin kollu teqred.”
Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “jitlaʼ mas-swar taʼ.”
Jew “Ruħu ma tidħolx.”
Jew “waqt li jagħmel affarijiet taʼ mistħija!”
Letteralment “se jitkellem għal dejjem.”
Jew “isem tajjeb.” Letteralment “isem.”
Letteralment “L-approvazzjoni.”
Letteralment “iltaqgħu flimkien.”
Letteralment “jibżaʼ minn.”
Letteralment “ikollu l-ġid.”
Jew “ruħu.”
Jew “tifla; żagħżugħ; żagħżugħa.”
Letteralment “il-bastun tar-rabja tiegħu.”
Jew “kawżi legali.”
Letteralment “stranġiera.” Ara Pr 2:16.
Jew “Iż-żgħażagħ.”
Letteralment “il-bastun tad-dixxiplina.”
Letteralment “Mejjel widintek għal.”
Jew “ruħek taqaʼ.”
Jew “Tagħmilhiex maʼ.”
Letteralment “Qiegħed sikkina maʼ gerżumtek.”
Jew forsi “Tistrieħx fuq il-fehma tiegħek.”
Jew “li għajnu hi mill-agħar.”
Letteralment “Dak li Jifdihom.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “tifla; żagħżugħ; żagħżugħa.”
Dan jistaʼ jirrappreżenta korrezzjoni jew awtorità.
Jew “issalvalu ruħu.”
Jew “minn Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “jekk qalbek issir għarfa.”
Letteralment “Il-kliewi tiegħi.”
Jew “għan-nies li jagħmlu d-dnub.”
Letteralment “ibżaʼ minn.”
Jew “Tagħmilhiex maʼ.”
Jew “Ikseb.”
Letteralment “barranija.” Ara Pr 2:16.
Jew “għajjenin.”
Jew “Familja.”
Jew “bi gwida.”
Jew “ikollok suċċess; ikun hemm salvazzjoni.”
Jew “taʼ inkwiet.”
Jew “l-intenzjonijiet.”
Jew “jinnota lil ruħkom.”
Jew “hu ħelu għal ruħek.”
Jiġifieri l-għadu.
Jew “Titbaqbaqx.”
Letteralment “ibżaʼ minn.”
Jew “maʼ dawk li jridu bidla.”
Jiġifieri Ġeħova u r-re.
Jew forsi “Min iwieġeb b’mod dirett ikun qisu qed jagħti bewsa.”
Jew “il-familja.”
Letteralment “ħadt din id-dixxiplina:”
Jew “is-sigrieti taʼ ħaddieħor.”
Jew “l-għajdut.”
Jew forsi “fi traditur.”
Dan jirreferi għall-karbonat tas-sodju.
Letteralment “il-wieħed li jobogħdok.”
Jiġifieri trattablu qalbu bħalma n-nar idewweb il-metall.
Jiġifieri gossip.
Jew “li l-ħin kollu teqred.”
Jew “għar-ruħ bil-għatx.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “tagħmel kompromess maʼ.” Letteralment “togħtor quddiem.”
Jew “Ħalli ma ssirx bħalu.”
Letteralment “u jixrob il-vjolenza.”
Jew “imdendlin.”
Jew “li jweġġaʼ lil kulħadd.”
Jew forsi “jindaħal fi.”
Jew “jagħmel ċajta li tweġġaʼ lil sieħbu.”
Letteralment “Xofftejn kollhom ħeġġa flimkien maʼ.”
Letteralment “f’qalbu hemm sebaʼ affarijiet li ma jaħmilx.”
Letteralment “stranġier.”
Letteralment “barrani.”
Jew forsi “Milli bews mhux sinċier; Milli bews sforzat.”
Jew “Ir-ruħ li.”
Letteralment “jgħaffeġ taħt saqajh l-għasel.”
Jew “ruħ.”
Jew “jaħrab.”
Jew “barrani.”
Jew “li l-ħin kollu teqred.”
Letteralment “isinn wiċċ sieħbu.”
Jew “Xeol u Abaddon.”
Jew “Hekk hu t-tifħir għall-bniedem.”
Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.
Jew “Kun moħħok fin-nagħaġ; Oqgħod attent għan-nagħaġ.”
Jew “dijadema.”
Jew “iljun b’saħħtu.”
Jew “jiksru l-liġi.”
Letteralment “hu.”
Jew “bl-użura.”
Jew “glorja kbira.”
Jew “imbeżżaʼ.”
Letteralment “iwebbes qalbu.”
Jew “sal-qabar; sal-ħofra.”
Jew “rgħib.”
Jew forsi “Ruħ arroganti.”
Letteralment “jeħxien.”
Jew “bla ħtija.”
Jew “ir-ruħ.”
Jew forsi “Imma l-onesti jipprovaw jipproteġu ħajjithom.”
Jew “is-sentimenti kollha tiegħu.” Letteralment “l-ispirtu kollu tiegħu.”
Letteralment “iltaqgħu flimkien.”
Letteralment “dawlilhom għajnejhom.”
Jew “Id-dixxiplina; Il-kastig.”
Jew “viżjoni profetika; rivelazzjoni.”
Jew “lil ruħu stess.”
Jew “jismaʼ ħalfa li tinvolvi saħta.”
Jew “jitriegħed minħabba n-nies.”
Jew forsi “li jintwerew ħniena minn.” Letteralment “ifittxu wiċċ.”
Letteralment “tellaʼ.”
Jew “irfinut bin-nar.”
Jew “nikkritika ħafna.”
Letteralment “ġenerazzjoni.”
Tip taʼ dudu li jgħix fl-ilma ħelu u li jiġbed id-demm meta jaqbad maʼ xi bniedem jew annimal.
Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “adultera.”
Jew ”mhux maħbuba.”
Jew “bl-istint.”
Letteralment “mhuwiex poplu b’saħħtu.”
Letteralment “mhumiex poplu b’saħħtu.”
Jew “il-kawża.”
Jew “eċċellenti.”
Letteralment “Minn frott idejha.”
Letteralment “Il-lampa tagħha ma tintefiex.”
Il-magħżel u d-dussies kienu stikek użati biex idawru jew jagħmlu l-ħajt u s-suf.
Letteralment “doppji.”
Jew “ħwejjeġ taʼ taħt.”
Jew “tidħaq dwar il-futur.”
Letteralment “Il-liġi tal-imħabba leali qiegħda fuq ilsienha.”
Jew “eċċellenti.”
Letteralment “tibżaʼ minn.”
Letteralment “Agħtuha minn frott idejha.”