LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • nwt Isaija 1:1-66:24
  • Isaija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Isaija
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Isaija

ISAIJA

1 Jien, Isaija* t-tifel t’Għamoż, rajt din il-viżjoni dwar Ġuda u Ġerusalemm fi żmien Użżija, Ġotam, Aħaż, u Ħeżekija, ir-rejiet taʼ Ġuda:

 2 Intom fis-sema, isimgħu,

Intom fuq l-art, agħtu kas,

Għax Ġeħova qal:

“Jien rabbejt it-tfal,

Imma huma ħaduha kontrija.

 3 Barri jafu sew lil min xtrah,

U ħmar jafu lil dak li jitimgħu;

Imma Iżrael ma jafnix,*

Il-poplu tiegħi stess m’għandux abbiltà li jifhem.”

 4 Ħażin għalik, poplu midneb,*

Nies imtaqqlin bl-iżball,

Irġiel mill-agħar, u tfal korrotti!

Intom tlaqtu lil Ġeħova;

Intom ittrattajtu lill-Qaddis t’Iżrael b’nuqqas taʼ rispett;

Tajtuh daharkom.

 5 Fejn jonqoskom tiġu msawtin biex qed tkomplu tirribellaw?

Raskom kollha feriti,

U qalbkom kollha mard.

 6 M’għandkomx parti b’saħħitha minn raskom sa saqajkom.

Għandkom feriti, tbenġil, u ġrieħi miftuħin.

Dawn ma ġewx imnaddfin, infaxxati, jew tferraʼ xi żejt fuqhom biex ifiqu.

 7 Il-pajjiż tagħkom hu ħerba.

Il-bliet tagħkom huma maħruqin bin-nar.

Il-barranin qed jibilgħu artkom quddiemkom.

Hi bħal art mitluqa bħal meta jirbħuha l-barranin.

 8 Il-belt taʼ Sijon tħalliet bħal post taʼ kenn* f’għalqa tad-dwieli,

Bħal kamra tal-injam f’għalqa tal-ħjar,

Bħal belt li qed tiġi assedjata.

 9 Li kieku Ġeħova tal-armati ma ħalliex ftit minna ħajjin,

Konna nsiru bħal Sodoma u Gomorra.

10 Isimgħu l-kelma taʼ Ġeħova, intom dittaturi* taʼ Sodoma.

Agħtu kas il-liġi* tal-Alla tagħna, intom nies taʼ Gomorra.

11 Ġeħova jgħid: “Jien x’nambihom il-ħafna sagrifiċċji tagħkom?

Xbajt mill-offerti tal-ħruq tal-imtaten u mix-xaħam tal-annimali mitmugħin sew,

U ma niħux pjaċir bid-demm tal-barrin żgħar, tal-ħrief, u tal-mogħoż.

12 Intom tiġu quddiemi,

Imma min qabbadkom tiġu

U tgħaffġu fil-btieħi tiegħi?

13 Tibqgħux iġġibu offerti taʼ ċereali* li ma jiswew għal xejn.

Jien nitqażżu l-inċens tagħkom.

Intom tiċċelebraw il-festa tal-qamar ġdid, tobdu l-liġi tas-Sabat, u tagħmlu konvenzjonijiet.

Madankollu, ma niflaħkomx tagħmlu l-maġija u tagħmlu assembleat speċjali.

14 Jien* nobgħod li tiċċelebraw il-qamar ġdid u l-festi l-oħra tagħkom.

Dawn saru taʼ toqol għalija;

Għejejt inġorrhom.

15 Meta tiftħu jdejkom biex titolbu,

Jien naħbi għajnejja minnkom.

Għalkemm titolbu ħafna,

Ma nismagħkomx;

Għax idejkom mimlijin demm.

16 Inħaslu; indafu;

Neħħu l-affarijiet ħżiena li tagħmlu minn quddiemi;

Tibqgħux tagħmlu l-ħażin.

17 Tgħallmu agħmlu dak li hu tajjeb, fittxu l-ġustizzja,

Ikkoreġu lil min jaħqar,

Iddefendu d-drittijiet tal-orfni,*

U aqbżu għall-armla.”

18 Ġeħova jgħid: “Ejjew ħalli nirranġaw l-affarijiet taʼ bejnietna.

Għalkemm id-dnubiet tagħkom huma bħal kulur aħmar jgħajjat,

Dawn se jsiru bojod bħas-silġ;

Għalkemm huma ħomor bħal drapp aħmar skur,

Dawn se jsiru bojod bħas-suf.

19 Jekk turu li intom lesti li tobdu,

Se tieklu mill-affarijiet tajbin tal-pajjiż.

20 Imma jekk tirrifjutaw li tobdu u tirribellaw,

Se tiġu maqtulin bix-xabla,

Għax jien, Ġeħova, għedt dan.”

21 Il-belt li kienet leali saret prostituta!

Kienet mimlija ġustizzja;

Fiha kienet toqgħod is-sewwa,

Imma issa hemm biss qattilin.

22 Il-fidda tiegħek saret ħmieġ,

U l-birra* tiegħek imħallta bl-ilma.

23 Il-mexxejja tiegħek rashom iebsa u jissieħbu mal-ħallelin.

Kull wieħed minnhom iħobb jaċċetta t-tixħim u jirsisti għar-rigali.

Huma ma jagħmlux ġustizzja mal-orfni,*

U l-kawża legali tal-armla qatt ma tasal għandhom.

24 Għalhekk, il-Mulej il-veru, Ġeħova tal-armati,

L-Alla b’Saħħtu t’Iżrael, jgħid:

“Daqshekk! Jien se neħles minn dawk taʼ kontrija,

U se nivvendika ruħi mill-għedewwa tiegħi.

25 Jien se nikkastigak,

Se nneħħi l-ħmieġ minnek, bħalma jitneħħa l-ħmieġ* mill-metall li jiġi mdewweb,

U se nnaddfek għalkollox.

26 Jien se nagħtik imħallfin bħalma kellek qabel

U nies li jagħtu l-pariri bħalma kien hemm fil-bidu.

Wara dan, int se tissejjaħ il-Belt tal-Ġustizzja, Belt Leali.

27 Sijon se tinxtara lura bil-ġustizzja,

U n-nies tagħha li jiġu lura se jinxtraw bis-sewwa.

28 Dawk li jirribellaw u jagħmlu dnub se jinqerdu flimkien,

U dawk li jitilqu lil Ġeħova se jispiċċaw.

29 Għax huma se jistħu minħabba li xtaqtu s-siġar b’saħħithom,

U intom se tkunu umiljati minħabba l-ġonna* li għażiltu.

30 Għax se ssiru bħal siġra kbira b’weraq li qed jinxef

U bħal ġnien mingħajr ilma.

31 Ir-raġel b’saħħtu se jsir bħal stoppa,*

U x-xogħol tiegħu se jkun bħal xrara nar;

It-tnejn li huma se jinħarqu flimkien,

U ħadd mhu se jitfihom.”

2 Jien, Isaija t-tifel t’Għamoż, rajt dan dwar Ġuda u Ġerusalemm:

 2 Fl-aħħar parti tal-jiem,*

Il-muntanja li fiha hemm id-dar taʼ Ġeħova

Se tkun stabbilita fis-sod u iktar għolja mill-muntanji l-oħrajn.

Din se titgħolla ’l fuq mill-għoljiet

U se jmorru jiġru lejha l-popli kollha.

 3 Ħafna nies se jiġu u jgħidu:

“Ejja nitilgħu fuq il-muntanja taʼ Ġeħova,

Lejn id-dar tal-Alla taʼ Ġakobb.

Hu se jgħallimna dwar it-triqat tiegħu,

U aħna se ngħixu skont kif irid hu.”

Għax il-liġi* se toħroġ minn Sijon

U l-kelma taʼ Ġeħova minn Ġerusalemm.

 4 Alla se jagħmel ġudizzju fost il-popli

U se jirranġa l-affarijiet għall-benefiċċju taʼ ħafna nies.

Huma se jbiddlu x-xwabel tagħhom f’sikek tal-moħriet

U l-lanez tagħhom fi mqassijiet taż-żabra.

Poplu mhux se jiġġieled bix-xabla kontra poplu ieħor

U lanqas se jitgħallem iktar jiggwerra.

 5 Dar taʼ Ġakobb,

Ejja ħa nimxu fid-dawl taʼ Ġeħova.

 6 Għax int tlaqt lill-poplu tiegħek, jiġifieri d-dar taʼ Ġakobb,

Għax huma mtlew bl-affarijiet li ġejjin mil-Lvant;

Huma jipprattikaw il-maġija bħall-Filistin

U fosthom qed joqogħdu ħafna barranin.

 7 Il-pajjiż tagħhom hu mimli bil-fidda u d-deheb

U t-teżori tagħhom ma jingħaddux.

Il-pajjiż tagħhom hu mimli biż-żwiemel

U l-karrijiet tagħhom ma jingħaddux.

 8 Il-pajjiż tagħhom hu mimli b’allat li ma jiswew għal xejn.

Huma jmilu quddiem dak li għamlu huma,

Quddiem dak li għamlu b’idejhom stess.

 9 Għalhekk, il-bnedmin jitbaxxew, jiġu umiljati,

U int ma tistax taħfrilhom.

10 Idħlu fil-blat u nħbew fit-trab

Minħabba r-rabja tal-biżaʼ taʼ Ġeħova

U l-kobor u l-glorja tiegħu.

11 Il-kburin se jkollhom ibaxxu rashom,

U l-arroganti se jiġu umiljati.

Ġeħova biss se jiġi mfaħħar dakinhar.

12 Għax dan hu l-jum taʼ Ġeħova tal-armati.

Għax dakinhar se jikkastiga lil kull min hu kburi u supperv,

Lil kulħadd, kemm jekk huma importanti u kemm jekk mhumiex,

13 U se jikkastiga lis-siġar kollha taċ-ċedri tal-Libanu li huma għoljin u kbar

U lis-siġar kollha tal-balluta tal-Basan,

14 Lill-muntanji għoljin kollha

U l-għoljiet kollha li huma fl-għoli,

15 Lil kull torri għoli u sur iffortifikat,

16 U lill-vapuri kollha taʼ Tarsis

U lid-dgħajjes sbieħ kollha.

17 Il-kburin se jkollhom ibaxxu rashom,

U l-arroganti se jiġu umiljati.

Ġeħova biss se jiġi mfaħħar dakinhar.

18 L-allat li ma jiswew għal xejn se jispiċċaw għalkollox.

19 Meta Ġeħova jriegħed l-art u jġiegħel lin-nies jitwerwru,

In-nies se jidħlu fl-għerien tal-blat

U fil-ħofor fl-art,

Minħabba r-rabja tal-biżaʼ tiegħu

U l-kobor u l-glorja tiegħu.

20 Dakinhar, in-nies se jaqbdu l-allat tagħhom tad-deheb u l-fidda li ma jiswew għal xejn,

Li kienu għamlu għalihom infushom biex imilu quddiemhom,

U jitfgħuhom lill-ġrieden u lill-friefet il-lejl,

21 Sabiex in-nies jidħlu fil-ħofor tal-blat

U fix-xquq tal-irdum.

Huma se jagħmlu hekk meta Ġeħova jriegħed l-art u jġegħelhom jitwerwru

Minħabba r-rabja tal-biżaʼ tiegħu

U l-kobor u l-glorja tiegħu.

22 Għall-ġid tagħkom stess, tibqgħux tafdaw f’sempliċi bniedem,

Li jrid jieħu n-nifs biex jibqaʼ ħaj.*

Għala għandkom tagħtu kasu?

3 Għax il-Mulej il-veru, Ġeħova tal-armati,

Qed ineħħi minn Ġerusalemm u Ġuda kull tip t’għajnuna u provvista,

Jiġifieri l-ħobż u l-ilma,

 2 Ir-raġel b’saħħtu u l-gwerrier,

L-imħallef u l-profeta, dak li jbassar il-futur u l-anzjan,*

 3 Il-kap taʼ 50, ir-raġel importanti, u dak li jagħti l-pariri,

L-espert fil-maġija, u s-saħħar tas-sengħa.

 4 Jien se nagħmel subien bħala l-mexxejja tagħhom,

U se jmexxuhom dawk li l-ħin kollu jbiddlu fehmithom.

 5 In-nies se jaħqru lil xulxin,

Kull wieħed lil sieħbu.

It-tifel se jattakka lir-raġel kbir fl-età,

U n-nies komuni se jiħduha kontra min hu rrispettat.

 6 Kull wieħed se jaqbad lil ħuh fid-dar taʼ missieru u jgħidlu:

“Int għandek mantar, allura mexxi fuqna.

Ħu ħsieb dan il-post li hu ħerba.”

 7 Imma dakinhar hu se jipprotesta u jgħid:

“M’iniex se ninfaxxa l-feriti tagħkom;

M’għandix ikel u ħwejjeġ fid-dar tiegħi.

Tagħmlunix mexxej fuq il-poplu.”

 8 Ġerusalemm tfixklet u Ġuda waqaʼ,

Għax b’dak li jgħidu u jagħmlu qed imorru kontra Ġeħova;

Huma jaġixxu b’nuqqas taʼ rispett f’għajnejn il-wieħed glorjuż.

 9 L-espressjoni taʼ wiċċhom tixhed kontrihom,

Bħal Sodoma, huma jitkellmu dwar id-dnub tagħhom;

Ma jipprovawx jaħbuh.

Ħażin għalihom,* għax qed iġibu diżastru fuqhom infushom.

10 Għidu lill-ġusti li se jiġu mberkin;

Huma se jiġu ppremjati għal dak li jagħmlu.

11 Ħażin għall-wieħed mill-agħar!

Hu se jaħbatlu ħażin,

Għax bħalma jagħmel se jagħmlulu!

12 Il-poplu tiegħi qed jiġi ttrattat ħażin minn dawk li jagħtuh ix-xogħol,

U n-nisa jmexxu fuqu.

Poplu tiegħi, il-mexxejja tiegħek qed jiżvijawk,

U qed ifixklulek it-triq li trid tgħaddi minnha.

13 Ġeħova qed jipprepara biex jakkuża lin-nies;

Hu qed iqum biex jaqtaʼ s-sentenza fuq il-popli.

14 Ġeħova se jressaq għall-ġudizzju lill-anzjani u l-mexxejja tal-poplu tiegħu.

Hu se jgħidilhom: “Intom ħraqtu l-għalqa tad-dwieli,

U dak li sraqtu mingħand il-foqra qiegħed id-dar tagħkom.”

15 Is-Sid taʼ Kollox,* Ġeħova tal-armati, jgħid ukoll:

“Kif tażżardaw tittrattaw ħażin lill-poplu tiegħi

U tgħaffġu wiċċ il-foqra fil-ħmieġ?”

16 Ġeħova jgħid: “Peress li n-nisa taʼ Sijon huma kburin,

Qed jimxu b’rashom mgħollija,

Jifflertjaw b’għajnejhom, iżegilgu,

U jagħmlu l-ħsejjes biċ-ċpiepet taʼ maʼ saqajhom,

17 Jien, Ġeħova, se nimla ras in-nisa taʼ Sijon bil-qoxra,

U jien, Ġeħova, se nwaqqgħalhom xagħarhom.

18 Dakinhar jien, Ġeħova, se nneħħi s-sbuħija tagħhom:

Il-brazzuletti tas-saqajn, id-drapp li jorbtu maʼ rashom, l-ornamenti forma taʼ qamar,

19 L-imsielet, iċ-ċpiepet, il-velijiet,

20 It-tiżjin li jgħatti r-ras, iċ-ċpiepet taʼ mal-għaksa, it-trieħi taʼ madwar is-sider,

Ir-reċipjenti tal-fwieħa, l-oġġetti żgħar li jużaw biex jipproteġu lilhom infushom,*

21 Iċ-ċrieket, il-ħoloq tal-imnieħer,

22 Il-ħwejjeġ ċerimonjali, it-tuniki taʼ fuq, l-imnatar, il-basktijiet,

23 Il-mirja tal-idejn, il-ħwejjeġ tal-għażel,*

It-traban, u l-velijiet.

24 Minflok ma jkollhom riħa tfuħ taʼ żejt tal-balzmu, ikollhom riħa taʼ xi ħaġa mħassra;

Minflok ma jilbsu ċinturin, jilbsu ħabel;

Minflok ma jkollhom xagħarhom issettjat, se jkunu bil-qargħa;

Minflok ħwejjeġ li jiswew il-flus, se jilbsu ħwejjeġ tal-ixkora;

U minflok is-sbuħija, se jkollhom marka b’ħadida taħraq.*

25 Sijon, l-irġiel tiegħek se jinqatlu bix-xabla,

U l-irġiel b’saħħithom tiegħek se jmutu fil-battalja.

26 Id-daħliet tal-belt se jkunu bħal xi ħadd li qed jibki ħafna u jagħmel il-vistu.

Il-belt se tkun bħal mara li serqulha dak kollu li għandha u qiegħda bilqiegħda mal-art.”

4 U dakinhar sebaʼ nisa se jaqbdu raġel u jgħidulu:

“Aħna se nieklu l-ħobż tagħna

U se nilbsu l-ħwejjeġ tagħna,

Imma ħallina nissejħu b’ismek

Biex ma nibqgħux niġu ddiżonorati.”*

2 Dakinhar, dak li Ġeħova jnibbet se jkun mill-isbaħ u glorjuż, u għall-Iżraelin li jibqgħu ħajjin, il-prodott tal-art se jkun sabiħ u jkunu kburin bih. 3 Kull min jibqaʼ f’Sijon u Ġerusalemm se jissejjaħ qaddis. Dawk kollha f’Ġerusalemm huma miktubin biex jgħixu hemm.

4 Ġeħova se jaħsel il-ħmieġ tan-nies taʼ Sijon u jlaħlaħ id-demm li ġie mxerred ġo Ġerusalemm. Hu se jiġġudika lil Ġerusalemm u juri kemm hu rrabjat għaliha.* 5 Ukoll, fuq il-Muntanja Sijon u fuq il-post tal-konvenzjonijiet, Ġeħova se joħloq sħaba u duħħan binhar, u fjamma nar qawwija billejl. U fuq il-post glorjuż kollu se jkun hemm il-kenn. 6 U se jkun hemm tinda* għad-dell mis-sħana taʼ matul il-ġurnata u għall-kenn u l-protezzjoni mill-maltemp u x-xita.

5 Jekk jogħġobkom, ħalluni ħa nkanta lill-maħbub tiegħi

Għanja dwar l-għażiż tiegħi u l-għalqa tad-dwieli tiegħu.

Il-maħbub tiegħi kellu għalqa tad-dwieli fuq għolja b’ħamrija tajba.

 2 Hu ħaffirha u neħħa l-ġebel,

Ħawwel fiha dwieli tal-aqwa għeneb aħmar,

Bena torri f’nofsha,

U ħaffer post fejn jagħsar l-għeneb.

Imbagħad baqaʼ jittama li tagħmel għeneb tajjeb,

Imma għamlet biss għeneb salvaġġ.

 3 “Issa intom nies taʼ Ġerusalemm u rġiel taʼ Ġuda,

Jekk jogħġobkom, iġġudikaw bejni u bejn l-għalqa tad-dwieli tiegħi.

 4 Xi stajt nagħmel iktar għall-għalqa tad-dwieli tiegħi

Li għadni m’għamiltux?

Għala għamlet biss għeneb salvaġġ,

Meta jien ittamajt għal għeneb tajjeb?

 5 Jekk jogħġobkom, ħa ngħidilkom

X’se nagħmlilha l-għalqa tad-dwieli tiegħi:

Se nneħħilha l-ilqugħ,

U tiġi maħruqa.

Se nkisser il-ħajt tal-ġebel

U se jgħaffġu fuqha.

 6 Se nagħmilha ħerba.

Mhux se jiżbruha jew jagħżquha.

Se jikber fiha ħafna għollieq u ħaxix ħażin,

U se nikkmanda lis-sħab biex ma jagħmilx xita fuqha.

 7 Għax l-għalqa tad-dwieli taʼ Ġeħova tal-armati hi n-nies t’Iżrael;

L-irġiel taʼ Ġuda huma s-siġar li ħawwel li tant kien jgħożż.

Hu baqaʼ jittama għall-ġustizzja

Imma kien hemm l-inġustizzja;

Baqaʼ jittama li n-nies ikunu ġusti,

Imma minflok semaʼ biss il-biki taʼ dawk li ġew ittrattati ħażin.”

 8 Ħażin għal dawk li jieħdu ħafna djar

U ħafna għelieqi

Sakemm ma jkun fadal xejn għal ħaddieħor

U huma jgħixu waħedhom fil-pajjiż!

 9 Jien smajt lil Ġeħova tal-armati jaħlef

Li ħafna djar, għalkemm huma kbar u sbieħ,

Se jsiru tal-biżaʼ

U ma joqgħod fihom ħadd.

10 Għax 36 tomna* bid-dwieli se jipproduċu biss bat* inbid,

U ħomer* żerriegħa se jipproduċi biss efa.*

11 Ħażin għal dawk li jqumu kmieni biex jixorbu l-alkoħol,

U li jibqgħu jixorbu sa tard billejl sakemm isiru bla kontroll minħabba l-inbid!

12 Fil-festi tagħhom, huma jkollhom l-arpa u l-istrument tal-korda,

It-tanburlin, il-flawt, u l-inbid;

Imma ma jagħtux kas x’jagħmel Ġeħova

U ma jarawx ix-xogħol taʼ jdejh.

13 Għalhekk, il-poplu tiegħi se jmur fl-eżilju

Għax ma jafnix;

Il-kbarat tagħhom se jbatu l-ġuħ,

U n-nies kollha tagħhom se jkollhom nixfa bl-għatx li għandhom.

14 Għalhekk, il-Qabar* wessaʼ lilu nnifsu

U fetaħ ħalqu bla limitu;

U l-mexxejja taʼ Ġerusalemm, il-folol storbjużi tagħha, u dawk li jixxalaw

Żgur li se jinżlu fih.

15 Il-bniedem se jbaxxi rasu,

Il-bniedem se jiġi umiljat,

U l-kburin se jiġu umiljati.

16 Ġeħova tal-armati se jiġi mfaħħar bil-ġudizzju* li jagħmel;

L-Alla l-veru, il-Qaddis, se juri li hu qaddis permezz tas-sewwa.

17 Il-ħrief se jirgħaw f’art mimlija ħaxix;

Ir-residenti barranin se jieklu fil-postijiet imħarbtin fejn qabel kien hemm l-annimali mitmugħin sew.

18 Ħażin għal dawk li jigdbu!

Bil-gideb tagħhom huma jġorru l-iżball u d-dnub

Bħal annimal li jiġbed karru bil-ħbula.

19 Ħażin għal dawk li jgħidu: “Ħa jgħaġġel Alla biex ilesti x-xogħol tiegħu;

Ħa jħaffef, ħalli nkunu nistgħu narawh.

Ħa jseħħ l-iskop* tal-Qaddis t’Iżrael,

Ħalli nkunu nafu x’inhu!”

20 Ħażin għal dawk li jgħidu li t-tajjeb hu ħażin u l-ħażin hu tajjeb,

Għal dawk li jibdlu d-dlam mad-dawl u d-dawl mad-dlam,

U għal dawk li jibdlu l-morr mal-ħelu u l-ħelu mal-morr!

21 Ħażin għal dawk li huma għorrief f’għajnejhom stess

U li jaħsbu li huma għaqlin!

22 Ħażin għal dawk li huma magħrufin li jixorbu ħafna nbid,

U għall-irġiel li huma tas-sengħa f’li jħalltu x-xorb alkoħoliku.

23 Ħażin għal dawk li jaċċettaw it-tixħim biex jeħilsu lill-ħażin,

U li ma jagħmlux ġustizzja maʼ min hu sewwa!

24 Għalhekk, bħalma n-nar jaħraq it-tiben

U l-fjammi jġibu fix-xejn il-ħaxix ħażin,

L-għeruq tagħhom se jitħassru

U l-fjuri tagħhom se jinfirxu bħat-trab,

Għax huma rrifjutaw il-liġi* taʼ Ġeħova tal-armati,

U wrew nuqqas taʼ rispett għal dak li qal il-Qaddis t’Iżrael.

25 Hu għalhekk li Ġeħova se jirrabja ħafna mal-poplu tiegħu,

U se juża l-qawwa tiegħu kontrihom u jikkastigahom.

Il-muntanji se jitheżżu,

U l-iġsma mejtin tagħhom se jkunu bħaż-żibel fit-toroq.

Minħabba li huma ribellużi, hu għadu rrabjat magħhom

U qed juża l-qawwa tiegħu biex jikkastigahom.

26 Hu għolla arblu bħala sinjal għal poplu li hu ’l bogħod;

Hu saffrilhom biex jiġu mit-truf tal-art;

U huma ġejjin malajr.

27 Ħadd minnhom mhu għajjien jew qed jitfixkel.

Ħadd mhu bi ngħas jew rieqed.

Iċ-ċinturin maʼ qaddhom hu marbut sew,

U l-qfieli tas-sandlijiet tagħhom mhumiex imqattgħin.

28 Il-vleġeġ tagħhom jaqtgħu ħafna

U l-qaws tagħhom hu milwi.*

Id-dwiefer taż-żwiemel tagħhom huma bħal żnied

U r-roti tagħhom bħal riefnu.

29 L-għajta tagħhom hi bħal dik taʼ ljun;

Huma jgħajtu bħal iljuni b’saħħithom.

Jagħmlu ħoss tal-biżaʼ u jaħtfu l-priża,

Iġorruha u ħadd ma jkun jistaʼ jsalvaha.

30 Dakinhar, huma se jgħajtu wara li jaqbduha

Bħal ħoss qawwi tal-baħar.

Kull min iħares lejn l-art se jara dlam tal-biżaʼ;

Anki s-sema tiddallam minħabba s-sħab.

6 Fis-sena li r-Re Użżija miet, jien rajt lil Ġeħova bilqiegħda fuq tron fl-għoli u t-tul tal-libsa li kien liebes mela t-tempju. 2 Weqfin ħdejh kien hemm is-serafini. Kull wieħed kellu sitt iġwienaħ: Bi tnejn jgħatti wiċċu, bi tnejn jgħatti saqajh, u bit-tnejn l-oħra jtir.

 3 Wieħed għajjat lill-ieħor:

“Qaddis, qaddis, qaddis hu Ġeħova tal-armati.

Id-dinja kollha hi mimlija bil-glorja tiegħu.”

4 U l-koxox tal-bibien triegħdu bil-ħoss tal-għajjat,* u d-dar imtliet bid-duħħan.

 5 Imbagħad jien għedt: “Ħażin għalija!

Jien daqslikieku mejjet,*

Għax jien midneb u dak li ngħid mhux nadif,

U qed ngħix fost nies li dak li jgħidu mhux nadif;

Għax rajt lir-Re, Ġeħova tal-armati nnifsu!”

6 Imbagħad wieħed mis-serafini tar ħdejja, u f’idu kellu ġamra taqbad li kien ħa bl-għodda mill-artal. 7 Hu messli ħalqi u qalli:

“Din messitlek xofftejk.

M’għadekx iktar ħati,

U d-dnub tiegħek inħafer.”

8 Imbagħad smajt leħen Ġeħova jgħid: “Lil min se nibgħat, u min se jmurilna?” U jien weġibt: “Hawn jien! Ibgħat lili.”

 9 Hu wiġibni: “Mur u għid lil dan il-poplu:

‘Se tisimgħu l-messaġġ għal darba wara l-oħra,

Imma mhux se tifhmuh;

Se tarawh għal darba wara l-oħra,

Imma mhux se tieħdu għarfien.’

10 Meta tkellem lil dan il-poplu, se jwebbsu rashom,

Ma jagħtux kas dak li jisimgħu,

U jagħlqu għajnejhom

Ħalli la jaraw u lanqas jisimgħu.

B’hekk ma jifhmux x’għandhom bżonn jagħmlu

U ma jdurux lura għandi biex inkun nistaʼ nfejjaqhom.”

11 Għalhekk jien staqsejtu: “Kemm se ddum din is-sitwazzjoni, Ġeħova?” Hu wiġibni:

“Sakemm il-bliet jitfarrku u ma jifdal ħadd,

Id-djar ikunu vojta,

U l-art tiġi ħerba u tkun abbandunata;

12 Sakemm Ġeħova jkeċċi l-bnedmin ’il bogħod,

U l-pajjiż ikun fi stat gravi ħafna.

13 U se jibqaʼ għaxra fil-100 li se jinħaraq ukoll, bħal siġra kbira u siġra tal-ballut li wara li jitqaċċtu, jibqgħalhom biċċa miz-zokk fl-art; żerriegħa qaddisa* se tkun iz-zokk tiegħu.”

7 Fi żmien Aħaż, bin Ġotam, bin Użżija, ir-re taʼ Ġuda, telgħu biex jiggwerraw kontra Ġerusalemm ir-Re Resin tas-Sirja u Pekaħ bin Remalija r-re t’Iżrael, imma huma* ma setgħux jirbħuha. 2 Lid-dar taʼ David waslitilha l-aħbar li s-Sirja ngħaqdet m’Efrajm biex tiġġieled kontrihom.

Aħaż u l-poplu tiegħu bdew jibżgħu u jirtogħdu bħal siġar tal-foresta fir-riħ.

3 Imbagħad Ġeħova qalli: “Isaija, jekk jogħġbok, ħu lit-tifel tiegħek Segħar-ġasub* u mur iltaqaʼ m’Aħaż f’tarf il-kanal tal-għadira taʼ fuq, li qiegħed fit-triq prinċipali li tagħti għall-għalqa tal-ħassiel. 4 Int għandek tgħidlu, ‘Ibqaʼ kalm. Tibżax u taqtax qalbek minħabba r-rabja kbira tar-Re Resin tas-Sirja u bin Remalija, għax dawn huma bħal żewġt izkuk li qed jaqbdu. 5 Għax is-Sirja, Efrajm, u bin Remalija ppjanaw li jagħmlulek il-ħsara billi qalu: 6 “Ejja nitilgħu kontra Ġuda, inwaqqgħuh,* nirbħuh,* u nagħmlu lit-tifel taʼ Tabel ir-re tiegħu.”

 7 “‘Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* jgħid:

“Dan mhux se jirnexxi,

U lanqas se jiġri.

 8 Għax il-belt kapitali tas-Sirja hi Damasku,

U r-re taʼ Damasku hu Resin.

Fi żmien 65 sena,

Efrajm se jiġi mfarrak għalkollox u ma jibqax poplu.

 9 Il-belt kapitali t’Efrajm hi s-Samarija,

U r-re tas-Samarija hu t-tifel ta’ Remalija.

Jekk ma jkollkomx fidi soda,

Mhux se tkunu fis-sigurtà.”’”

10 Ġeħova kompla jgħid lil Aħaż: 11 “Itlob lili, Ġeħova l-Alla tiegħek, biex nagħtik sinjal li dawn l-affarijiet vera se jiġru. Anki jekk dan is-sinjal ikun fond daqs il-Qabar* jew għoli daqs is-sema, jien se nagħtihulek.” 12 Imma Aħaż qal: “Mhu se nitlob xejn, u lanqas mhu se nittestja lil Ġeħova.”

13 Imbagħad Isaija qal: “Jekk jogħġobkom, isimgħu dar taʼ David. Mhux biżżejjed li qed iddejqu lin-nies, għandkom iddejqu lil Alla wkoll? 14 Għalhekk, Ġeħova se jagħtikom sinjal: It-tfajla se toħroġ tqila, twelled tifel, u ssemmih Emmanuwel.* 15 Qabel ma jkun jaf kif jirrifjuta dak li hu ħażin u jagħżel dak li hu tajjeb, hu se jiekol butir u għasel biss. 16 Għax qabel ma t-tifel ikun jaf kif jirrifjuta dak li hu ħażin u jagħżel dak li hu tajjeb, l-art taż-żewġ rejiet li int tibżaʼ minnhom se tkun abbandunata għalkollox. 17 Ġeħova se jħalli lilek, il-poplu tiegħek, u d-dar taʼ missierek tgħixu fi żmien diffiċli li qatt ma kien hawn bħalu minn meta Efrajm infired minn maʼ Ġuda, għax Hu se jibgħat lir-re tal-Assirja biex jattakkakom.

18 “Dakinhar, Ġeħova se jsaffar biex jiġi d-dubbien mill-kanali ’l bogħod tan-Nil tal-Eġittu u n-naħal mill-art tal-Assirja, 19 u dawn se jiġu kollha u joqogħdu fil-widien fondi, fix-xquq tal-blat, fuq l-għollieq kollha, u l-postijiet kollha fejn hemm l-ilma.

20 “Dakinhar, Ġeħova se juża l-mus li kera Aħaż mir-reġjun tax-Xmara,* jiġifieri lir-re tal-Assirja, biex iqaxxrilkom raskom, is-suf taʼ saqajkom, u d-daqna wkoll.

21 “Dakinhar, persuna se żżomm ħajjin waħda mill-baqar żgħar tagħha u żewġ nagħġiet. 22 U peress li jkun hemm ħafna ħalib, din se tiekol il-butir, għax kull min jifdal fil-pajjiż se jiekol butir u għasel.

23 “Dakinhar, kull fejn kien hemm 1,000 dielja li jiswew 1,000 biċċa tal-fidda, se jkun hemm għollieq u ħaxix ħażin biss. 24 Kull min imur hemm ikun armat bil-qaws u l-vleġeġ, għax il-pajjiż kollu se jkun mimli għollieq u ħaxix ħażin. 25 Int mhux se tersaq viċin il-muntanji kollha li kienu jitnaddfu bl-imgħażqa, għax tibżaʼ mill-għollieq u l-ħaxix ħażin; dawn se jsiru post fejn imorru jieklu l-barrin u jgħaffġu fuqu n-nagħaġ.”

8 Ġeħova qalli: “Ħu tavla kbira u b’pinna komuni ikteb fuqha, ‘Maħer-salal-ħas-baż.’* 2 Ikkonfermali bil-miktub mix-xhieda leali Urija l-qassis u Żakkarija t-tifel taʼ Ġeberekija.”

3 Imbagħad kelli x’naqsam mal-mara tiegħi, il-profetessa. Hi ħarġet tqila u maż-żmien welldet tifel. Ġeħova mbagħad qalli: “Semmih Maħer-salal-ħas-baż, 4 għax qabel ma t-tifel jibda jgħid, ‘Ma!’ u ‘Pa!’ il-ġid taʼ Damasku u l-affarijiet prezzjużi li hemm fis-Samarija se jittieħdu u jingħataw lir-re tal-Assirja.”

5 Ġeħova reġaʼ kellimni u qalli:

 6 “Minħabba li dawn in-nies irrifjutaw l-ilma taʼ Silogħa* li kien ġej ħelu ħelu

U ferħu b’Resin u bit-tifel taʼ Remalija,

 7 Jien, Ġeħova, se nibgħat lir-re tal-Assirja

Bil-glorja kollha tiegħu biex jiġġildilhom.

Hu se jiġi malajr bl-armata kbira tiegħu,

Bħal meta jiġu ħafna ilmijiet f’daqqa mix-Xmara,* tfur,

 8 U tkaxkar lil Ġuda.

Hu se jgħerrqu u jgħaddi minnu, tant li l-ilma jilħaq sal-għonq.

Hu se jimla l-art tiegħek minn tarf sa tarf,

Emmanuwel!”*

 9 Popli, intom se tipprovaw tweġġgħuhom, imma se tispiċċaw fix-xejn.

Isimgħu, intom li ġejjin minn partijiet tal-art li huma ’l bogħod!

Ippreparaw ruħkom għall-battalja, imma se tispiċċaw fix-xejn!

Ippreparaw ruħkom għall-battalja, imma se tispiċċaw fix-xejn!

10 Agħmlu pjan, imma mhux se jirnexxi!

Għidu li tridu, imma mhux se jiġri hekk,

Għax Alla hu magħna!*

11 Meta Ġeħova kellimni ġiet il-qawwa tiegħu fuqi, u hu wissieni biex ma nagħmilx bħal dan il-poplu. Hu qal:

12 “M’għandkomx tgħidu, ‘Din hi konfoffa!’ kull meta dan il-poplu jgħid, ‘Din hi konfoffa!’

Tibżgħux minn dak li jibżgħu minnu huma;

Titregħdux bil-biżaʼ.

13 Lil Ġeħova tal-armati għandkom tqisu qaddis,

Minnu għandkom tibżgħu,

U quddiemu għandkom titriegħdu bil-biżaʼ.”

14 Hu se jsir bħal santwarju,

Imma għaż-żewġ saltniet t’Iżrael se jsir ukoll

Bħal ġebla li jaħbtu magħha

U bħal blata li jitfixklu fiha.

Hu se jsir bħal nassa u nasba

Għan-nies taʼ Ġerusalemm.

15 Ħafna minnhom se jitfixklu, jaqgħu, u jitkissru;

Huma se jidħlu f’nassa u jinqabdu.

16 Agħlaq l-iskroll li fih hemm il-konferma bil-miktub;*

Issiġilla l-liġi* u agħtiha lid-dixxipli tiegħi!

17 Jien se nibqaʼ nistenna* lil Ġeħova, li qed jaħbi wiċċu mid-dar taʼ Ġakobb, u se nittama fih.

18 Ġeħova tal-armati, li joqgħod fuq il-Muntanja Sijon, qed juża lili u lit-tfal li Ġeħova tani bħala sinjali u mirakli f’Iżrael.

19 Imma jekk jgħidulkom: “Staqsu għall-gwida tal-medji tal-ispirti jew taʼ dawk li jbassru l-futur, li jitkellmu fil-widnejn u jgergru minn taħt l-ilsien,” se tagħmlu hekk? In-nies għandhom jistaqsu għall-għajnuna t’Alla. Il-ħajjin m’għandhomx jistaqsu lill-mejtin għall-għajnuna. 20 Huma għandhom jaraw x’tgħid il-liġi u x’hemm ikkonfermat bil-miktub.*

Meta ma jitkellmux skont dan il-kliem, ma jkollhomx dawl.* 21 U kull wieħed se jgħaddi mill-art waqt li jkun qed ibati u bil-ġuħ; u minħabba l-ġuħ u r-rabja kbira tiegħu, hu se jisħet lir-re tiegħu u lill-Alla tiegħu hekk kif iħares ’il fuq. 22 Imbagħad, hu se jħares lejn l-art u jara biss inkwiet u dlam, swidija u żminijiet diffiċli, u dalma u ebda dawl.

9 Però, id-dalma mhux se tkun bħal meta l-art kienet għaddejja mill-inkwiet, bħal meta kienu ġew immaqdrin l-art taʼ Żebulun u l-art taʼ Naftali. Imma iktar tard, Alla se jara li jiġu onorati t-triq taʼ ħdejn il-baħar, ir-reġjun tal-Ġordan, u l-Galilija tal-popli.

 2 In-nies li kienu mexjin fid-dlam

Raw dawl kbir.

U dawk li kienu qed jgħixu f’art li kienet fi dlam ċappa,

Idda fuqhom id-dawl.

 3 Int kabbart il-poplu;

Int ferraħthom ħafna.

Huma jifirħu quddiemek

Bħal meta n-nies jifirħu fi żmien il-ħsad,

Bħal dawk li jifirħu meta jaqsmu dak li jkunu ħadu mill-gwerra.

 4 Għax int farrakt il-madmad tat-tagħbija tagħhom,

Il-bastun taʼ fuq spallejhom, u l-ħatar taʼ dak li jġegħelhom jaħdmu,

Bħal dakinhar li ntrebħet Midjan.

 5 Is-sandlijiet tas-suldati li jriegħdu l-art waqt li jimmarċjaw

U l-ħwejjeġ tagħhom imxarrbin bid-demm

Se jintużaw biex ikompli jaqbad in-nar.

 6 Għax twildilna tifel,

U ngħatalna iben;

Hu se jkollu l-awtorità li jmexxi.*

Hu se jissejjaħ Kunsillier tal-Għaġeb, Alla b’Saħħtu, Missier għal Dejjem, u Prinċep tal-Paċi.

 7 It-tmexxija tiegħu se tkompli tikber

U l-paċi tiegħu mhu se tispiċċa qatt

Fuq it-tron taʼ David u fis-saltna tiegħu.

B’hekk ikun jistaʼ jistabbiliha fis-sod u jsaħħaħha

Permezz tal-ġustizzja u s-sewwa,

Minn issa u għal dejjem.

Ġeħova tal-armati se jagħmel dan bil-ħeġġa.

 8 Ġeħova bagħat messaġġ taʼ ġudizzju kontra Ġakobb,

U dan intqal f’Iżrael.

 9 U n-nies kollha se jsiru jafu b’dan.

Iva, dawk kollha f’Efrajm, inkluż dawk fis-Samarija,

Li bi kburija u b’nuqqas taʼ rispett jgħidu:

10 “Waqaʼ l-briks,

Imma aħna se nibnu b’ġebel maqtugħ bl-għodda.

Tqaċċtu s-siġar tal-ġummajż,*

Imma minflokhom se nħawlu s-siġar taċ-ċedri.”

11 Ġeħova se jħalli l-għedewwa taʼ Resin jiħduha kontra Iżrael,

U se jġiegħel lil dawk taʼ kontra Iżrael jattakkaw.

12 Is-Sirja se tattakka mil-Lvant u l-Filistin mill-Punent,*

Huma se jibilgħu lil Iżrael b’ħalq miftuħ.

Minħabba li huma ribellużi, hu għadu rrabjat magħhom

U qed juża l-qawwa tiegħu biex jikkastigahom.

13 Għax in-nies ma marrux lura lejn Dak li kkastigahom;

Huma ma fittxewx lil Ġeħova tal-armati.

14 F’ġurnata waħda, Ġeħova se jaqtaʼ minn Iżrael

Ir-ras u d-denb, ir-rimja u l-ħaxix twil.*

15 L-anzjan* li hu rrispettat ħafna huwa r-ras,

U l-profeta li jgħallem dak li mhux veru huwa d-denb.

16 Dawk li qegħdin imexxu dan il-poplu ġegħluh jiżvija,

U dawk li huma mmexxijin, huma mħawdin.

17 Hu għalhekk li Ġeħova mhux se jifraħ biż-żgħażagħ tagħhom

U mhux se juri ħniena mal-orfni* u r-romol nisa tagħhom,

Għax huma kollha apostati u jagħmlu dak li hu ħażin,

U kulħadd qed jitkellem bla sens.

Minħabba li huma ribellużi, hu għadu rrabjat magħhom

U qed juża l-qawwa tiegħu biex jikkastigahom.

18 Għax il-ħażen jaqbad bħal nar.

Dan jaħraq l-għollieq u l-ħaxix ħażin.

Se jaħraq is-siġar żgħar tal-foresta,

U d-duħħan tagħhom jitlaʼ qisu sħab.

19 Minħabba r-rabja kbira taʼ Ġeħova tal-armati,

Il-pajjiż se jieħu n-nar,

U n-nies se jintużaw biex ikompli jaqbad in-nar.

Ħadd mhu se juri ħniena, lanqas maʼ ħuh stess.

20 Wieħed se jaqtaʼ xi ħaġa x’jiekol mil-lemin,

Imma jibqaʼ bil-ġuħ;

U xi ħadd se jiekol mix-xellug,

Imma ma jinfaqax.

Kull wieħed se jiblaʼ l-laħam t’idu stess,

21 Manasse se jiblaʼ lil Efrajm,

U Efrajm lil Manasse.

Flimkien se jmorru kontra Ġuda.

Minħabba li huma ribellużi, Alla għadu rrabjat magħhom

U qed juża l-qawwa tiegħu biex jikkastigahom.

10 Ħażin għal dawk li jagħmlu regoli li jagħmlu l-ħsara,

Li l-ħin kollu jiktbu liġijiet li jġibu t-tbatija,

 2 Li ma jħallux lill-foqra jiftħu kawża legali,

Li jċaħħdu l-ġustizzja lill-batuti fost in-nies tiegħi,

Li jieħdu l-affarijiet tan-nisa romol,

U li jisirqu lill-orfni!*

 3 X’se tagħmlu f’jum il-ġudizzju,*

Meta tiġi l-qerda mill-bogħod?

Għand min se taħarbu biex jgħinkom,

U fejn se tħalluh il-ġid* tagħkom?

 4 Mhu se jifdal xejn ħlief li tinżlu għarkopptejkom qalb il-priġunieri

Jew li tkunu fost dawk maqtula.

Minħabba li intom ribellużi, hu għadu rrabjat magħkom

U qed juża l-qawwa tiegħu biex jikkastigakom.

 5 “Ħarsu lejn l-Assirjan!*

Hu l-bastun biex nuri r-rabja tiegħi,

U qed nuża l-ħatar li għandu f’idu biex nuri l-ġudizzju tiegħi!

 6 Se nibagħtu kontra poplu apostat,

Kontra nies li rrabjawni;

Se nikkmandah biex jisraq u jieħu kemm jiflaħ

U biex jgħaffeġ fuqhom bħat-tajn tat-toroq.

 7 Imma din mhux se tkun l-intenzjoni tiegħu

U f’qalbu se jkollu ħsieb ieħor;

Għax hu jrid iġib fix-xejn

U jeqred ħafna popli u mhux ftit.

 8 Għax hu jgħid,

‘Il-mexxejja tiegħi mhux kollha rejiet?

 9 Kalno mhijiex bħal Karkemis?

Ħamat mhijiex bħal Arfad?

Is-Samarija mhijiex bħal Damasku?

10 Jien ħtaft saltniet li kienu jqimu allat li ma jiswew għal xejn,

Li għandhom ħafna iżjed statwi minquxin minn Ġerusalemm u s-Samarija.

11 Bħalma għamilt lis-Samarija u l-allat tagħha li ma jiswew għal xejn,

Hekk se nagħmel lil Ġerusalemm u l-idoli tagħha.’

12 “Meta jien, Ġeħova, inlesti x-xogħol tiegħi fuq il-Muntanja Sijon u f’Ġerusalemm, se nikkastiga lir-re tal-Assirja, għax hu kburi, supperv, u arroganti. 13 Għax hu qal,

‘Se nagħmel dan bis-saħħa tiegħi

U bl-għerf tiegħi, għax jien għaref.

Se nneħħi l-fruntieri tan-nies,

Nisraq it-teżori tagħhom,

U nirbaħ lin-nies bħal wieħed b’saħħtu.

14 Bħalma bniedem idaħħal idu f’bejta,

Jien se naħtaf il-ġid tal-popli b’idi;

U bħalma xi ħadd jiġbor il-bajd li jkun tħalla,

Jien se niġbor kulma hemm fuq l-art!

In-nies kollha se jkunu bħal għasafar li ma jistgħux jiddefendu lilhom infushom.’”

15 Tistaʼ l-mannara tiftaħar li hi aqwa minn dak li jaqtaʼ biha?

Jistaʼ s-serrieq jiftaħar li hu aqwa minn dak li jaqtaʼ bih?

Jistaʼ l-ħatar iċaqlaq lil min jgħollih?

Jew jistaʼ l-bastun jgħolli lil min iżommu?*

16 Għalhekk, il-Mulej il-veru, Ġeħova tal-armati,

Se jġib lill-ħoxnin tiegħu* għadma u ġilda,

U se jneħħilu l-glorja.

Din se tkun bħallikieku nħarqet għalkollox.

17 Id-Dawl t’Iżrael se jsir nar,

U l-Qaddis tiegħu fjamma;

In-nar se jaħraq u jiblaʼ l-ħaxix ħażin u l-għollieq tal-Assirjan f’jum wieħed.

18 Hu se jneħħi għalkollox is-sbuħija tal-foresta u tal-ġnien tas-siġar tal-frott tiegħu;

Dan se jkun bħal meta xi ħadd ikun marid u saħħtu tmur lura.

19 Tant se jifdal ftit siġar fil-foresta tiegħu

Li anki tifel se jkun jistaʼ jgħoddhom.

20 Dakinhar, dawk li jifdal minn Iżrael

U dawk li jibqgħu ħajjin mid-dar taʼ Ġakobb

Mhux se jibqgħu jiddependu minn dak li jattakkahom;

Imma huma se jiddependu b’qalbhom kollha

Minn Ġeħova, il-Qaddis t’Iżrael.

21 Ftit biss, il-fdal taʼ Ġakobb,

Se jmorru lura lejn l-Alla b’Saħħtu.

22 Iżrael, għalkemm int poplu

Daqs ir-ramel tal-baħar,

Ftit biss se tiġu lura.

Ġie deċiż li se tinqerdu,

U l-ġustizzja* se tiġi fuqkom bħal dulluvju.

23 Iva, il-qerda li ddeċieda jagħmel is-Sid taʼ Kollox,* Ġeħova tal-armati,

Se ssir fuq il-pajjiż kollu.

24 Għalhekk, is-Sid taʼ Kollox, Ġeħova tal-armati, jgħid: “Poplu tiegħi li tgħix f’Sijon, tibżax minħabba l-Assirjan,* li kien isawtek bil-bastun u jgħolli l-ħatar kontrik bħalma kien jagħmel l-Eġittu. 25 Għax dalwaqt il-ġudizzju se jispiċċa; jien se nirrabja kontra l-Assirjani biex neqridhom. 26 Jien, Ġeħova tal-armati, se nsawwathom bil-frosta bħal meta għelibt lil Midjan ħdejn il-blata t’Għoreb. U jien se ngħolli l-bastun tiegħi fuq il-baħar, bħalma għamilt mal-Eġittu.

27 Dakinhar mhux se jibqaʼ jkollkom it-tagħbija tagħhom fuq spallitkom,

U l-madmad tagħhom mhux se jibqaʼ fuq għonqkom,

U l-madmad tagħhom se jitkisser minħabba ż-żejt.”*

28 Huma waslu f’Għajjat;

Għaddew minn Migron;

Huma ħallew l-affarijiet tagħhom f’Mikmax;

29 Huma għaddew mill-ilma baxx;

Qattgħu l-lejl f’Geba;

In-nies taʼ Rama qed jirtogħdu, u dawk f’Gibegħa taʼ Sawl ħarbu.

30 Ibku u werżqu nies taʼ Gallim!

Oqogħdu attenti, nies taʼ Lajsa!

Imsieken intom, nies t’Għanatot!

31 In-nies taʼ Madmena ħarbu.

Dawk taʼ Gebim marru jfittxu post taʼ protezzjoni.

32 Illum stess, se jieqfu f’Nob.

Se jxejru l-ponn tagħhom lejn il-muntanja tal-belt taʼ Sijon,

L-għolja taʼ Ġerusalemm.

33 U l-Mulej il-veru, Ġeħova tal-armati,

Qed iqaċċat il-friegħi tas-siġar, li meta jaqgħu jagħmlu ħoss kbir u tal-biżaʼ;

L-iktar siġar twal qed jiġu mqaċċtin,

U dawk għoljin se jitbaxxew.

34 Hu se jqaċċat is-siġar żgħar tal-foresta bil-mannara,

U wieħed b’saħħtu se jeqred il-Libanu.

11 Se toħroġ fergħa żgħira miz-zokk taʼ Ġesse,

U mill-għeruq tiegħu rimja li se tagħti l-frott.

 2 U l-ispirtu taʼ Ġeħova se jmur u jibqaʼ fuqu,*

Hu għalhekk li se jkun għaqli, se jkun kapaċi jifhem,

Se jagħti pariri tajbin, se jkun b’saħħtu,

Se jkollu ħafna għarfien, u se jkollu rispett kbir għal* Ġeħova.

 3 Hu se jieħu pjaċir jirrispetta ħafna lil* Ġeħova.

Hu mhux se jiġġudika fuq dak li jara

U lanqas jikkoreġi sempliċement fuq dak li jismaʼ.

 4 Hu se jiġġudika b’mod ġust lill-batuti,

U jieħu deċiżjonijiet tajbin biex jipproteġi lill-umli tad-dinja.

Il-kliem tiegħu se jkun bħal bastun li se juża biex isawwat id-dinja

U biex joqtol il-ħżiena.

 5 Il-ġustizzja se ssaħħu, u l-lealtà se tgħinu.

Dawn se jkunu bħal ċinturin maʼ qaddu.

 6 Il-lupu se joqgħod għal xi żmien mal-ħaruf,

Il-leopard se jimtedd mal-gidi,

U l-barri żgħir,* l-iljun, u l-annimal imsemmen se jkunu flimkien;*

U tifel żgħir se jmexxihom.

 7 Il-baqra u l-ors se jieklu flimkien,

U l-frieħ tagħhom se jimteddu flimkien.

L-iljun se jiekol it-tiben bħall-barri.

 8 It-tarbija li għadha tieħu l-ħalib se tilgħab fuq il-ħofra tal-kobra,

U t-tifel li qataʼ l-ħalib se jqiegħed idu fejn jgħix serp velenuż.

 9 Dawn la se jagħmlu ħsara

U lanqas se jeqirdu xi ħaġa fuq il-muntanja qaddisa kollha tiegħu,

Għax l-art se tkun mimlija bl-għarfien dwar Ġeħova

Bħalma l-baħar hu mimli bl-ilma.*

10 Dakinhar, il-wieħed li hu mill-familja* taʼ Ġesse se jkun bħala sinjal għan-nies.

Lejh se jduru l-popli għall-gwida,*

U l-post taʼ mistrieħ tiegħu se jsir glorjuż.

11 Dakinhar, Ġeħova se juri l-qawwa tiegħu għat-tieni darba, biex jgħin lil dawk li baqaʼ mill-poplu tiegħu. Hu se jġibhom lura mill-Assirja, mill-Eġittu, minn Patros, minn Kus, minn Għelam, mis-Sinar,* minn Ħamat, u mill-gżejjer. 12 Hu se jgħolli arblu bħala sinjal għall-popli u jiġbor l-imxerrdin t’Iżrael, u se jiġbor flimkien l-imferrxin taʼ Ġuda mill-erbaʼ kantunieri tal-art.

13 Efrajm mhux se jibqaʼ jgħir,

U dawk li jobogħdu lil Ġuda se jispiċċaw fix-xejn.

Efrajm mhux se jgħir għal Ġuda,

U Ġuda mhux se jobgħod lil Efrajm.

14 Huma se jinżlu malajr mill-għoljiet* tal-Filistin lejn il-Punent;

Flimkien jisirqu lin-nies tal-Lvant.

Huma se jieħdu taħt idejhom lil Edom u Mowab,

U l-Għammonin se jkunu taħt it-tmexxija tagħhom.

15 Ġeħova se jaqsam* il-golf* tal-baħar Eġizzjan

U jxejjer il-ponn fuq ix-Xmara.*

Bin-nifs* jaħraq tiegħu, hu se jnixxef is-sebaʼ fergħat tax-xmara,*

U se jħalli lin-nies jaqsmuha bil-mixi.

16 Se jkun hemm triq prinċipali mill-Assirja għall-poplu tiegħu li jifdal,

Bħalma kien hemm għal Iżrael dakinhar li ħarġu mill-art tal-Eġittu.

12 Dakinhar, int żgur li se tgħid:

“Nirringrazzjak Ġeħova,

Għax għalkemm kont irrabjat miegħi,

Issa m’għadekx, u farraġtni.

 2 Alla hu dak li jsalvani.

Jien se nafda fih u mhux se nibżaʼ;

Għax Jah* Ġeħova hu s-saħħa u l-qawwa tiegħi,

U hu sar dak li jsalvani.”

 3 Intom se ttellgħu l-ilma bil-ferħ

Mill-għejun tal-ilma li jġibu s-salvazzjoni.

 4 U dakinhar se tgħidu:

“Irringrazzjaw lil Ġeħova, użaw ismu meta titolbu,

Għidu lill-popli b’dak li għamel!

Xandru li ismu hu kbir.

 5 Faħħru bil-kant lil* Ġeħova, għax hu għamel affarijiet tal-għaġeb.

Ħa jkun dan magħruf mal-art kollha.

 6 “Għajtu u werżqu bil-ferħ, nies taʼ Sijon,

Għax il-Qaddis t’Iżrael li qiegħed fostkom hu kbir.”

13 Dan hu messaġġ taʼ ġudizzju kontra Babilonja li jien Isaija bin Għamoż rajt f’viżjoni:

 2 Alla jgħid: “Għollu arblu bħala sinjal fuq muntanja bla siġar.

Għajtulhom, xejrulhom,

Biex jidħlu mill-bibien tan-nies importanti.

 3 Jien tajt il-kmand lil dawk li għażilt.*

Ġbart lill-gwerriera tiegħi, li jifirħu u huma kburin,

Biex jikkastigaw lil dawk li jirrabjawni.

 4 Qegħdin tisimgħuh il-ħoss taʼ folla fil-muntanji?

Qed jinstemaʼ ħoss taʼ ħafna nies!

Qegħdin tisimgħuh l-istorbju sħiħ li qed jagħmlu s-saltniet,

L-istorbju tal-popli miġburin flimkien?

Jien, Ġeħova tal-armati, qed niġbor l-armata għall-gwerra.

 5 Jien Ġeħova u l-armata tiegħi ġejjin minn pajjiż ’il bogħod,

Min-naħa l-oħra tad-dinja,*

Biex neqirdu l-art kollha.

 6 Ibku għax il-jum li jien Ġeħova għażilt hu qrib!

Dakinhar, jien, Dak li Nistaʼ Kollox, se nġib qerda.

 7 Huwa għalhekk li kulħadd se jibżaʼ

U jdejhom se jiddgħajfu.

 8 In-nies qed jippanikjaw.

Qed jiġihom uġigħ f’daqqa u jaqbadhom uġigħ tal-ħlas,

Bħal mara li qed twelled.

Huma jħarsu lejn xulxin bil-biżaʼ,

U wiċċhom juri kemm qed ibatu.

 9 Il-jum li jien Ġeħova għażilt ġej

B’korla u rabja kbira.

Din il-ġurnata mhu se turi ħniena maʼ ħadd,

Biex tagħmel l-art ħerba u biex teqred lill-midinbin* li hemm fiha.

10 Għax l-istilel u l-gruppi tal-istilel*

Mhux se jitfgħu dawl;

Meta titlaʼ x-xemx se jkun hemm id-dlam,

U l-qamar mhux se jitfaʼ d-dawl tiegħu.

11 Jien se nitlob kont min-nies tal-art għall-ħażen li għamlu

U kont minn dawk mill-agħar għad-dnubiet li għamlu.

Se nġib fix-xejn il-kburija tal-prużuntużi,

U se numilja lill-mexxejja kattivi li huma kburin.

12 Jien se nagħmel lil sempliċi bniedem rari iktar mid-deheb irfinut,

U l-bnedmin rari iktar mid-deheb t’Ofir.

13 Jien, Ġeħova tal-armati, se nriegħed is-sema,

U dakinhar li nkun irrabjat ħafna,

Nheżżeż l-art minn postha.

14 Bħalma ċerva taħrab tiġri mill-kaċċatur u bħal merħla mingħajr ragħaj,

Kull wieħed se jmur lura għand in-nies tiegħu;

Kull wieħed se jaħrab lejn il-pajjiż tiegħu.

15 Kull min jinstab se jiġi minfud b’arma,

U kull min jinqabad se jiġi maqtul b’xabla.

16 It-tfal tagħhom se jqattgħuhom biċċiet quddiem għajnejhom,

Se jisirqulhom djarhom,

U se jistupraw lin-nisa tagħhom.

17 Kontrihom se nibgħat il-Medin,

Li l-fidda mhi xejn għalihom

U bid-deheb ma jifirħux.

18 Il-qaws tagħhom se jfarrak lill-irġiel żgħażagħ;

Huma la se jitħassru t-trabi

U lanqas it-tfal.

19 U Babilonja, l-iktar glorjuża mis-saltniet,

Il-belt sabiħa li tagħmel lill-Kaldin kburin,

Se jiġrilha bħal meta Alla qered lil Sodoma u Gomorra.

20 Mhux se jkun hemm iktar nies jgħixu fiha,

Il-ġenerazzjoni tal-futur mhux se jgħixu hemm.

L-ebda Għarbi mhu se jarma t-tinda tiegħu hemm,

U l-ebda ragħaj mhu se jħalli l-imrieħel tiegħu jistrieħu hemm.

21 L-annimali tad-deżert se jistrieħu hemm;

Id-djar tagħhom se jkunu mimlijin bil-kokk imperjali.

Hemmhekk se jgħixu n-ngħam,*

U l-mogħoż slavaġ* se jaqbżu ’l hemm u ’l hawn.

22 Annimali slavaġ se jgħajtu fit-torrijiet tagħha

U l-klieb slavaġ se jgħajtu fil-palazzi lussużi tagħha.

Iż-żmien tal-kastig tagħha hu qrib, u mhux se jdum.”

14 Għax Ġeħova se juri ħniena maʼ Ġakobb u jerġaʼ jagħżel lil Iżrael. Hu se jgħinhom jissetiljaw* fl-art tagħhom, u r-residenti barranin se jgħixu u jingħaqdu mad-dar taʼ Ġakobb. 2 U n-nies tal-popli se jiħduhom u jġibuhom lura fil-post tagħhom, u l-Iżraelin se jżommuhom bħala lsiera rġiel u nisa fl-art taʼ Ġeħova. L-Iżraelin se jieħdu lsiera lil dawk li huma kienu lsiera tagħhom, u jkunu fuq dawk li kienu jġegħluhom jaħdmu.

3 Dakinhar li Ġeħova jagħtikom mistrieħ mill-uġigħ u jeħliskom mill-inkwiet u mix-xogħol iebes li kellkom tagħmlu bħala lsiera, 4 intom se tgħidu dan il-proverbju* kontra r-re taʼ Babilonja:

“Kif spiċċa dak li ġiegħel lil oħrajn jaħdmu!

Spiċċat il-moħqrija!

 5 Ġeħova kisser il-ħatar tal-ħżiena,

Il-bastun tal-mexxejja,

 6 Il-bastun taʼ dak li b’rabja ma jiqafx isawwat il-popli,

Taʼ dak li jrażżan il-popli bir-rabja u b’persekuzzjoni li ma tiqafx.

 7 L-art kollha qed tistrieħ u mingħajr problemi.

In-nies qed jgħajtu bil-ferħ.

 8 Anki s-siġar tal-ġnibru u ċ-ċedri tal-Libanu

Jifirħu minħabba fik.

Huma jgħidu, ‘Minn mindu waqajt,

Ħadd ma ġie biex jaqtagħna għall-injam.’

 9 Anki l-Qabar* qed iħares ’il quddiem

Għal meta tinżel hemm.

Minħabba fik, qajjem lil dawk li huma bla saħħa fil-mewt,

Lill-mexxejja ħorox* kollha tal-art.

Dan iġiegħel lir-rejiet kollha tal-popli jqumu minn fuq it-tronijiet tagħhom.

10 Kollha kemm huma jgħidulek,

‘Anki int sirt dgħajjef bħalna.

Sirt bħalna.

11 Il-kburija tiegħek u l-mużika li daqqewlek

Niżlu fil-Qabar.*

Id-dud qiegħed mifrux taħtek bħal sodda,

U l-ħniex qed jgħattik.’

12 Int li qisek stilla tiddi taʼ meta jisbaħ,

Waqajt mis-sema.

Int li rbaħt lill-popli,

Ġejt imwaddab mal-art.

13 Int għedt f’qalbek, ‘Se nitlaʼ fis-sema.

Se ngħolli t-tron tiegħi ’l fuq mill-istilel t’Alla,

U se noqgħod bilqiegħda fuq il-muntanja fejn jagħtu qima,

Fl-iktar postijiet ’il bogħod fit-Tramuntana.

14 Jien se nitlaʼ ’l fuq mis-sħab;

Se nsir bħall-Iktar Għoli.’

15 “Minflok, int se titniżżel fil-Qabar,*

Fl-iktar parti fonda tal-ħofra.

16 Dawk li jarawk se jiċċassaw lejk;

Huma jifluk u jistaqsu,

‘Dan ir-raġel li kien iriegħed l-art,

Li ġiegħel is-saltniet jirtogħdu,

17 Li ġab id-dinja bħal deżert

U rebaħ il-bliet tagħha?

Dan ir-raġel li ma riedx iħalli lill-priġunieri tiegħu jmorru d-dar?’

18 Ir-rejiet l-oħrajn kollha tal-popli,

Iva, ilkoll kemm huma, ġew midfunin b’mod onorabbli,

Kull wieħed fil-qabar tiegħu.

19 Imma int intremejt mingħajr ma ġejt midfun,

Bħal fergħa* mibgħuda;

Int mgħotti b’iġsma li nqatlu bix-xabla

Li ġew mitfugħin f’ħofra mimlija ġebel,

Bħal ġisem mejjet li jgħaddu minn fuqu.

20 Int mhux se tiġi midfun mar-rejiet,

Għax qridt lill-pajjiż tiegħek stess

U qtilt lill-poplu tiegħek stess.

Min se jiġi minn dawk li jagħmlu l-ħażen mhux se jibqaʼ jissemma.

21 Ippreparaw post fejn jinqatlu t-tfal tiegħu

Minħabba l-ħtija taʼ missirijiethom,

Ħalli ma jsirux b’saħħithom, jieħdu l-art f’idejhom,

U jimlewha bil-bliet tagħhom.”

22 Ġeħova tal-armati jgħid: “Jien se nattakkahom.”

Ġeħova jgħid: “U minn Babilonja se nneħħi lill-isem tagħha, lil kull min jibqaʼ fiha, lid-dixxendenti tagħha, u l-ġenerazzjonijiet kollha li jiġu wara.”

23 Ġeħova tal-armati jgħid: “Jien nagħmilha post għall-porkuspini* u nimlieha bl-għadajjar, u jien se niknisha bl-ixkupa tal-qerda.”

24 Ġeħova tal-armati ħalef:

“Bħalma kelli f’moħħi se jiġri,

U bħalma ddeċidejt se jseħħ.

25 Se nfarrak lill-Assirjan* fil-pajjiż tiegħi,

U se ngħaffġu fuq il-muntanji tiegħi.

Il-madmad tiegħu mhux se jibqaʼ fuq il-poplu tiegħi,

U t-tagħbija tiegħu se titneħħa minn fuq spallithom.”

26 Dan hu li ġie deċiż kontra l-art kollha,

U din hi l-qawwa t’Alla li hu lest li juża biex jikkastiga lill-popli kollha.

27 Għax Ġeħova tal-armati ddeċieda dan,

U min jistaʼ jfixklu?

Hu lest li juża l-qawwa tiegħu biex jikkastiga,

U min jistaʼ jżommu lura?

28 Fis-sena li r-Re Aħaż miet, Alla ta dan il-messaġġ:

29 “Nies tal-Filistja, ħadd minnkom m’għandu jifraħ,

Sempliċement għax tkisser il-bastun taʼ dak li kien isawwatkom.

Għax mis-serp* se joħroġ serp velenuż,

U n-nisel tiegħu se jkun serp ħafif b’velenu jaħraq bħan-nar.

30 It-tfal tal-batuti se jieklu sa ma jixbgħu,

U l-foqra se jorqdu b’moħħhom mistrieħ.

Imma jien se noqtol lill-poplu* tiegħek bil-ġuħ,

U dawk li jifdal minnek se jmutu.

31 Ibku ħdejn il-bieb! Għajtu fil-belt!

Kollha kemm intom se taqtgħu qalbkom, nies tal-Filistja!

Għax ġej ammont kbir taʼ suldati mit-Tramuntana,

Huma bħal sħaba taʼ duħħan, u ħadd minnhom ma jinqataʼ għalih.”

32 Kif għandhom iwieġbu lill-messaġġiera tal-poplu?

Għandhom iwiġbuhom li Ġeħova qiegħed il-pedament taʼ Sijon,

U li l-batuti tal-poplu tiegħu se jsibu protezzjoni fiha.

15 Dan hu messaġġ taʼ ġudizzju kontra Mowab:

Ar taʼ Mowab ġiet imsikkta

Minħabba li tħarbtet f’lejl.

Kir taʼ Mowab ġiet imsikkta

Minħabba li tħarbtet f’lejl.

 2 In-nies taʼ Mowab telgħu lejn it-Tempju* u Dibon,

Lejn il-postijiet għall-qima biex jibku.

Huma qed jibku fuq li jibku għal Nebo u Medeba.

Huma jqaxxru xagħarhom u jaqtgħu d-daqna.

 3 Fit-toroq huma jilbsu l-ħwejjeġ tal-ixkora.

Fuq il-bjut u fil-pjazez jibku fuq li jibku;

Huma jinżlu jibku.

 4 In-nies taʼ Ħesbon u Elegħale jgħajtu;

Leħinhom jinstemaʼ sa Ġaħas.

Hu għalhekk li l-irġiel armati taʼ Mowab jibqgħu jgħajtu.

Il-poplu* qed jirtogħod.

 5 Qalbi qed tgħajjat bl-uġigħ minħabba Mowab.

Il-poplu tiegħu ħarab sa Sogħar u Għeglat-selisija.

Huma jibku waqt li telgħin it-telgħa taʼ Luħit;

Fi triqithom lejn Ħoronajm, huma jgħajtu minħabba d-diżastru.

 6 Għax l-ilmijiet taʼ Nimrim nixfu;

Il-ħxejjex nixfu,

Il-ħaxix spiċċa u m’għad fadal xejn aħdar.

 7 Hu għalhekk li qed iġorru dak li fadlilhom fl-imħażen u mill-ġid;

Huma qed jaqsmu l-wied fejn jikbru s-siġar tal-luq.

 8 Għax l-għajjat qed jirbombja mat-territorju taʼ Mowab.

Il-biki wasal s’Eglajm;

Il-biki wasal sa Bir-elim.

 9 Għax l-ilmijiet taʼ Dimon imtlew bid-demm,

U Alla għandu iktar affarijiet lesti kontra Dimon.

Hu se jibgħat iljuni għal dawk li jaħarbu minn Mowab

U għal dawk li jkun fadal fil-pajjiż.

16 Ibagħtu muntun lill-mexxej tal-pajjiż,

Minn Sela jgħaddi mid-deżert

Lejn il-muntanja tal-belt taʼ Sijon.

 2 Bħalma għasfur jiġi mkeċċi mill-bejta tiegħu,

Hekk se jiġrilhom in-nies taʼ Mowab ħdejn l-ilmijiet baxxi tal-Arnon.

 3 “Agħtu pariri, agħmlu li ddeċidejtu.

Fl-aqwa tal-ġurnata agħtuhom protezzjoni b’dell li jkun skur daqs il-lejl.

Aħbu lil dawk imxerrdin, u tittradixxux lil dawk li qed jaħarbu.

 4 Jalla l-imferrxin tiegħi jgħixu fik, Mowab.

Sir post fejn jinħbew fik minħabba dak li jeqred.

Min jaħqar lil oħrajn se jiġi fi tmiemu,

Il-qerda se tispiċċa,

U dawk li jgħaffġu fuq oħrajn mhux se jibqgħu jeżistu fuq l-art.

 5 Imbagħad re mill-familja taʼ David se jpoġġi fuq it-tron.

Hu se jkun leali u t-tmexxija tiegħu se tkun soda u bbażata fuq l-imħabba u lealtà;*

Hu se jiġġudika b’mod ġust u jagħmel ġustizzja malajr.

 6 Aħna smajna kemm huma kburin in-nies taʼ Mowab.

Smajna li huma suppervi, kburin, u rrabjati ħafna;

Imma l-paroli fil-vojt tagħhom se jiġi fix-xejn.

 7 Għalhekk, dawk kollha f’Mowab se jibku għal Mowab;

Ilkoll se jibku fuq li jibku.

Dawk li huma msawtin se jagħmlu d-dwejjaq minħabba ċ-ċapep taż-żbib taʼ Kir-ħareset.

 8 Għax l-għelieqi taʼ Ħesbon nixfu,

U anki d-dielja taʼ Sibma.

Il-mexxejja tal-poplu għaffġu fuq il-friegħi tagħha mimlijin għeneb

Li kienu jaslu sa Ġagħżer,

U xterdu fid-deżert.

Il-friegħi tagħha nfirxu u waslu sal-baħar.

 9 Hu għalhekk li se nibki minħabba d-dielja taʼ Sibma bħalma nibki għal Ġagħżer.

Bid-dmugħ tiegħi se nxarrabkom għasra, Ħesbon u Elegħale,

Għax m’għadux jinstemaʼ l-għajjat minħabba l-frott tas-sajf tagħkom u l-ħsad tagħkom.*

10 Il-ferħ ittieħed mill-ġnien tas-siġar tal-frott,

U m’hemmx għanjiet taʼ ferħ jew għajjat fl-għelieqi tad-dwieli.

Ħadd mhu qed jagħsar l-għeneb fil-post fejn jingħasar l-għeneb.

Għax jien waqqaft l-għajjat.

11 Bħal kordi t’arpa qed nitriegħed minn ġewwa

Minħabba li jien imdejjaq għal Mowab,

U jien imdejjaq ħafna minħabba Kir-ħareset.

12 Anki meta n-nies taʼ Mowab jagħmlu sforz kbir biex iqimu fil-post taʼ qima u jmorru jitolbu fis-santwarju tagħhom, dan se jkun għalxejn.

13 Hekk kien qal Ġeħova dwar Mowab. 14 U issa Ġeħova jgħid: “Fi żmien tliet snin, bħas-snin taʼ ħaddiem mikri,* il-glorja taʼ Mowab se tkun iddiżonorata, se jkun hemm konfużjoni sħiħa, u dawk li jibqgħu se jkunu vera ftit u dgħajfa.”

17 Dan hu messaġġ taʼ ġudizzju kontra Damasku:

“Damasku mhux se tibqaʼ belt,

U se ssir ħerba.

 2 Il-bliet t’Għarogħer se jkunu abbandunati;

Dawn se jsiru biss postijiet fejn l-imrieħel jimteddu

U ma jbeżżagħhom ħadd.

 3 Il-bliet iffortifikati se jisparixxu minn Efrajm,

U s-saltna se tisparixxi minn Damasku;

Il-glorja taʼ dawk li jifdal mis-Sirja

Se tkun bħal dik tal-Iżraelin,”* jgħid Ġeħova tal-armati.

 4 “Dakinhar, il-glorja taʼ Ġakobb se tonqos,

U l-ġisem b’saħħtu tiegħu se jirqaq.

 5 Dan se jkun bħal meta xi ħadd jaħsad l-għelieqi taċ-ċereali*

U jiġbor is-sbul,

Bħal meta xi ħadd ilaqqat iċ-ċereali fil-Wied* taʼ Refajm.

 6 Tilqit biss se jifdal.

Bħal meta tiġi mfarfra siġra taż-żebbuġ

U jifdal żewġ jew tliet żebbuġiet misjurin fil-fergħa l-iktar għolja tagħha,

U erbgħa jew ħamsa fil-friegħi li jagħmlu l-iktar frott,” jgħid Ġeħova l-Alla t’Iżrael.

7 Dakinhar il-bniedem se jfittex l-għajnuna mingħand Dak li għamlu, u se jittama fil-Qaddis t’Iżrael. 8 Hu mhux se jittama fl-artali li għamel; u mhux se jittama fix-xogħol taʼ jdejh, la fl-arbli sagri* u lanqas fl-artali tal-inċens.

 9 Dakinhar il-bliet iffortifikati tiegħu se jsiru bħal post abbandunat fil-bosk,

Bħal fergħa li ġiet abbandunata quddiem l-Iżraelin;

Se jkun hemm ħerba.

10 Għax int insejt l-Alla li jsalvak;

Int ma ftakartx fil-Blata tal-fortizza tiegħek.

Hu għalhekk li ħawwilt xtieli sbieħ,

U għamilthom maʼ fergħa taʼ stranġier.*

11 Matul il-ġurnata, int tagħmel ilqugħ madwar ix-xtieli tiegħek b’attenzjoni,

Filgħodu tara li ż-żrieragħ ikunu diġà qed jinbtu,

Imma mhux se jkun hemm ħsad meta tkun ma tiflaħx ħafna u jkollok uġigħ li ma jitfejjaqx.

12 Isimgħu l-konfużjoni taʼ ħafna popli!

Huma qed jitqallbu bħall-baħar!

Isimgħu l-istorbju tal-ġnus,

Li qed jagħmlu ħoss bħal taʼ ilmijiet b’saħħithom!

13 Il-ġnus se jagħmlu ħoss bħal taʼ ħafna ilmijiet.

Alla se jikkoreġihom u huma jaħarbu ’l bogħod,

Huma se jaħarbu bħalma r-riħ iġorr il-qoxra taż-żerriegħa fuq il-muntanji,

Huma se jaħarbu bħalma riħ b’saħħtu jġorr ħaxix niexef.

14 Filgħaxija, se jkun hemm it-twerwir.

Qabel ma jisbaħ, mhux se jkun hemm għedewwa.

Hekk se jiġrilhom dawk li qed iħarbtuna,

U dawk li qed jisirquna.

18 Ħażin għall-pajjiż tal-insetti li jvenvnu ġwinħajhom

Fir-reġjun tax-xmajjar tal-Etjopja!

 2 Il-pajjiż qed jibgħat lil xi wħud bil-baħar

Biex jaqsmu l-ilmijiet bid-dgħajjes tal-papiru billi jgħid:

“Morru, messaġġiera ħfief,

Għand ġens b’nies twal u b’ġilda lixxa,

Għand poplu li jbeżżaʼ n-nies kullimkien,

Għand ġens b’saħħtu u rebbieħ,

Li l-pajjiż tiegħu qed jittiekel mix-xmajjar.”

 3 Nies li toqogħdu mal-art kollha,

Dak li se taraw se jkun qisu arblu bħala sinjal fuq il-muntanji,

U se tisimgħu bħal ħoss taʼ qarn jindaqq.

 4 Għax hekk qalli Ġeħova:

“Se nibqaʼ għall-kwiet u nħares lejn il-post* stabbilit tiegħi,

Se nħares b’mod kalm bħad-dawl tax-xemx li jsaħħan l-għelieqi,

U se nkun kwiet bħan-nida li toqgħod fis-sħana tal-ħsad.

 5 Għax qabel il-ħsad,

Meta d-dwieli jarmu u l-għeneb isir,

Il-friegħi żgħar se jinqatgħu bil-minġel,

U r-rimjiet irqaq se jinqalgħu u jitneħħew.

 6 Il-ġisem tagħhom se jitħalla għall-għasafar tal-priża tal-muntanji

U għall-bhejjem.

L-għasafar tal-priża se jqattgħu s-sajf jieklu minnhom,

U l-bhejjem kollha se jqattgħu żmien il-ħsad jieklu minnhom.

 7 Dak iż-żmien se jingħata rigal lil Ġeħova tal-armati,

Mingħand ġens b’nies twal u b’ġilda lixxa,

Mingħand poplu li jbeżżaʼ n-nies kullimkien,

Mingħand ġens b’saħħtu u rebbieħ,

Li l-pajjiż tiegħu qed jittiekel mix-xmajjar.

Dar-rigal se jingħata fuq il-Muntanja Sijon, il-post li jissejjaħ bl-isem taʼ Ġeħova tal-armati.”

19 Dan hu messaġġ taʼ ġudizzju kontra l-Eġittu:

Ġeħova riekeb fuq sħaba li għaddejja bil-ħeffa u ġej l-Eġittu.

L-allat li ma jiswew għal xejn tal-Eġittu se jirtogħdu quddiemu,

U l-Eġizzjani se jibżgħu ħafna.*

 2 “Jien se nġiegħel l-Eġizzjani jiħduha kontra l-Eġizzjani,

U huma se jiġġieldu kontra xulxin,

Kull wieħed kontra ħuh u l-ġar tiegħu,

Belt kontra belt, u saltna kontra saltna.

 3 Dawk fl-Eġittu se jitħawdu,

U jien se nfixkel il-pjanijiet tagħhom.

Huma se jduru lejn allat li ma jiswew għal xejn,

U lejn is-sħaħar, il-medji tal-ispirti, u n-nies li jbassru l-futur.

 4 Lill-Eġizzjani se nagħtihom f’idejn sid kiefer,

U re aħrax se jmexxi fuqhom,” jgħid il-Mulej il-veru, Ġeħova tal-armati.

 5 L-ilma tal-baħar se jisparixxi,

U x-xmara se tinxef u ssir qoxqox.

 6 Ix-xmajjar se jintnu;

Il-kanali tan-Nil tal-Eġittu se jitbaxxew u jinxfu.

Il-qasab u l-ħaxix li jikbru fl-ilma se jitmermru.

 7 Il-pjanti tul ix-Xmara Nil, mal-bokka tan-Nil,

U l-art kollha li hi miżrugħa tul in-Nil se jinxfu.

Dawn se jittajru u ma jibqgħux jeżistu.

 8 U s-sajjieda se jagħmlu d-dwejjaq,

Dawk li jitfgħu s-snanar fin-Nil se jibku,

U dawk li jifirxu x-xbieki tagħhom fl-ilma se jonqsu.

 9 Dawk li jagħmlu d-drapp mill-kittien

U dawk li jagħmlu d-drapp abjad bil-magna tal-insiġ se jkollhom jistħu.

10 L-Eġizzjani li jinsġu se jħossuhom imkissrin,

U l-ħaddiema kollha li huma mikrija se jsewdu qalbhom.

11 Il-mexxejja taʼ Sogħan huma boloh.

L-iktar nies għorrief li jagħtu l-pariri lill-Fargħun jagħtu pariri bla sens.

Kif tistgħu tgħidu lill-Fargħun:

“Jien niġi min-nies għorrief

U mir-rejiet tal-qedem”?

12 Allura fejn huma l-irġiel għorrief tiegħek?

Ħa jgħidulek huma jekk jafu xi ddeċieda Ġeħova tal-armati dwar l-Eġittu.

13 Il-mexxejja taʼ Sogħan aġixxew bi bluha;

Il-mexxejja taʼ Nof* ġew imqarrqin;

Il-kapijiet tat-tribujiet tal-Eġittu żvijaw lin-nies.

14 Ġeħova se jitfaʼ lill-Eġizzjani f’konfużjoni;

Dawk li jmexxu fl-Eġittu jiżvijaw lin-nies għalkollox,

Bħal xi ħadd fis-sakra li jiżloq fir-remettar tiegħu.

15 U l-Eġizzjani mhux se jkollhom iktar xogħol x’jagħmlu,

Kemm il-kbar u ż-żgħar,* u kemm l-importanti u mhumiex.*

16 Dakinhar l-Eġittu jsir bħal mara, jitriegħed u jibżaʼ minħabba li Ġeħova tal-armati jxejjer il-ponn kontrih. 17 U l-art taʼ Ġuda se ssir xi ħaġa li twerwer l-Eġittu. Anki jekk biss jisimgħu dwarha, l-Eġizzjani se jibżgħu minħabba dak li ddeċieda Ġeħova tal-armati kontrihom.

18 Dakinhar se jkun hemm ħamest ibliet fl-art tal-Eġittu li n-nies tagħhom jitkellmu bil-lingwa taʼ Kangħan u jaħilfu li se jkunu leali lejn Ġeħova tal-armati. Waħda mill-bliet se tissejjaħ Il-Belt tal-Qerda.

19 Dakinhar se jkun hemm artal għal Ġeħova f’nofs l-art tal-Eġittu, u kolonna għal Ġeħova fil-fruntiera tiegħu. 20 Dawn se jkunu bħala sinjal u xhieda għan-nies biex jiftakru f’Ġeħova tal-armati fl-art tal-Eġittu, għax in-nies se jgħajtu lil Ġeħova għall-għajnuna minħabba dawk li jaħqruhom. Hu se jibagħtilhom lil xi ħadd impressjonanti biex isalvahom. 21 Ġeħova se jsir magħruf mal-Eġizzjani, u l-Eġizzjani se jsiru jafu lil Ġeħova dakinhar, u huma se joffru sagrifiċċji, jagħtu rigali, u jagħmlu wegħda lil Ġeħova u jżommuha. 22 Ġeħova se jikkastiga lill-Eġittu. Se jikkastigah u jfejjaq lin-nies tiegħu. Huma se jerġgħu lura lejn Ġeħova, u hu se jaċċetta t-talb bil-ħniena tagħhom u jfejjaqhom.

23 Dakinhar se jkun hemm triq prinċipali mill-Eġittu għall-Assirja. Imbagħad l-Assirjani jiġu l-Eġittu, u l-Eġizzjani jmorru l-Assirja, u l-Eġizzjani u l-Assirjani jaqdu lil Alla flimkien. 24 Dakinhar, in-nies t’Iżrael se jingħaqdu mal-Eġizzjani u l-Assirjani, huma se jkunu barka fl-art, 25 għax Ġeħova tal-armati se jberikhom u jgħid: “Ħa jkun imbierek l-Eġittu, li hu l-poplu tiegħi, l-Assirja li hi xogħol idejja, u Iżrael li hu l-wirt tiegħi.”

20 Fis-sena li r-Re Sargon tal-Assirja bagħat lit-Tartan* f’Asdod, hu ġġieled kontra Asdod u rebaħha. 2 Dak iż-żmien Ġeħova kien tkellem permezz t’Isaija bin Għamoż, u qallu: “Mur, neħħi l-libsa tal-ixkora minn maʼ ġenbejk, u neħħi s-sandli.” Hu hekk għamel, u mexa għarwien* u ħafi.

3 Imbagħad Ġeħova qal: “Bħalma l-qaddej tiegħi Isaija mexa għarwien u ħafi għal tliet snin bħala sinjal u twissija taʼ x’se jiġri lill-Eġittu u l-Etjopja, 4 hekk ir-re tal-Assirja se jmexxi lill-Eġizzjani u l-Etjopjani li jieħu fl-eżilju. Se jieħu lis-subien u l-irġiel akbar fl-età, għarwenin, ħafjin, u bil-warrani jidher. Iva, l-Eġittu se jkollu jistħi. 5 Dawk li ttamaw fl-Etjopja u li kienu kburin bl-Eġittu* żgur li se jibżgħu u se jkollhom jistħu. 6 Dakinhar in-nies li jgħixu f’din l-art taʼ mal-baħar se jgħidu, ‘Ara x’ġara lil dawk li ttamajna fihom, li ħrabna għandhom biex jgħinuna u jeħilsuna mir-re tal-Assirja! Issa kif se naħarbu?’”

21 Dan hu messaġġ taʼ ġudizzju kontra d-deżert li qisu baħar:*

Ġej diżastru bħal riħ taʼ tempesta li se jkaxkar min-Nofsinhar,

Minn deżert, minn pajjiż tal-biżaʼ.

 2 Jien rajt viżjoni li tbeżżaʼ:

Dak li jqarraq, qed iqarraq,

U dak li jeqred, qed jeqred.

Itlaʼ, Għelam! Assedja, Medja!

Jien se nwaqqaf it-tbatija kollha li ġabet* fuq in-nies.

 3 Hu għalhekk li qed inbati ħafna.*

Għandi wġigħ f’daqqa,

Bħal taʼ mara li qed twelled.

Jien inkwetat wisq biex nismaʼ;

U mħawwad wisq biex nara.

 4 Qalbi qed tgħaġġel; jien qed nirtogħod bil-biżaʼ.

Il-ħin taʼ bejn inżul ix-xemx u d-dlam li tant kont inħobb qed iwerwirni.

 5 Armaw il-mejda u rranġaw is-siġġijiet!

Kulu u ixorbu!

Mexxejja, qumu u idilku t-tarka* biż-żejt.

 6 Għax Ġeħova qalli:

“Poġġi lil xi ħadd għassa biex jgħidlek dak li jara.”

 7 Hu ra karru tal-gwerra b’żewġt iżwiemel,

Karru tal-gwerra bil-ħmir,

U karru tal-gwerra bl-iġmla.

Hu qagħad għassa u kien attent ħafna.

 8 Imbagħad bħal iljun, għajjat:

“Ġeħova, jien qiegħed fuq it-torri tal-għassa l-ġurnata kollha,

U kull lejl inkun fil-post tal-għassa.

 9 Qed nara ġejjin

Irġiel fuq karru tal-gwerra b’żewġt iżwiemel!”

Imbagħad qal b’leħen għoli:

“Waqgħet! Waqgħet Babilonja!

L-istatwi minquxin kollha tal-allat tagħha qegħdin imfarrkin mal-art!”

10 Poplu tiegħi li ġejt midrus bħaċ-ċereali,*

Il-prodott* tal-post tiegħi fejn jiġu sseparati ċ-ċereali,*

Jien għedtlek dak li smajt mingħand Ġeħova tal-armati, l-Alla t’Iżrael.

11 Dan hu messaġġ taʼ ġudizzju kontra Duma:*

Xi ħadd qed jgħajjatli mis-Segħir:

“Għassies, kemm se jdum biex jisbaħ?

Għassies, kemm se jdum biex jisbaħ?”

12 L-għassies iwieġeb:

“Filgħodu jrid jiġi, u l-lejl ukoll.

Jekk intom tridu tistaqsu, staqsu.

Erġgħu ejjew!”

13 Dan hu messaġġ taʼ ġudizzju kontra d-deżert:*

Grupp taʼ nies minn Dedan li qed tivvjaġġaw,

Intom se tqattgħu l-lejl fil-foresta li hemm fid-deżert.

14 Nies li toqogħdu fil-pajjiż taʼ Tema,

Ġibu l-ilma għal min hu bil-għatx

U ħobż għal dawk li qed ifittxu post taʼ protezzjoni.

15 Għax huma ħarbu mix-xwabel, mix-xabla li taqtaʼ,

Mill-qaws milwi,* u mill-krudeltà tal-gwerra.

16 Għax Ġeħova qalli: “Fi żmien sena, bħall-perjodu taʼ żmien taʼ ħaddiem mikri,* il-glorja kollha taʼ Kedar se tiġi fix-xejn. 17 Dawk li jifdal mill-gwerriera taʼ Kedar li jużaw il-qaws se jkunu ftit, għax dan qalu Ġeħova l-Alla t’Iżrael.”

22 Dan hu messaġġ taʼ ġudizzju dwar il-Wied tal-Viżjoni:*

Xi ġralek biex in-nies kollha tiegħek telgħu fuq il-bjut?

 2 Il-belt tiegħek kienet mimlija konfużjoni,

Storbju, u kburija.

Dawk li nqatlu ma nqatlux bix-xabla,

Lanqas ma mietu fil-battalja.

 3 Id-dittaturi kollha tiegħek ħarbu flimkien.

In-nies qabduhom bħala priġunieri mingħajr ma użaw il-qaws.

Dawk kollha li nstabu ttieħdu bħala priġunieri,

Avolja kienu ħarbu ’l bogħod ħafna.

 4 Għalhekk jien għedt: “Tħarsux lejja.

U jien se nibki fuq li nibki.

Tinsistux biex tfarrġuni

Minħabba l-qerda tal-poplu tiegħi,*

 5 Għax hija ġurnata taʼ konfużjoni, telfa, u paniku

Fil-Wied tal-viżjoni.

Dan ġej mingħand is-Sid taʼ Kollox,* Ġeħova tal-armati.

Is-sur qed jitwaqqaʼ,

U l-biki tan-nies għall-għajnuna qed jinstemaʼ mill-muntanja.

 6 In-nies t’Għelam ġabru l-barżakka tal-vleġeġ

U saqu l-karrijiet u ż-żwiemel tal-gwerra,

U n-nies taʼ Kir ippreparaw* it-tarka.

 7 L-aqwa widien* tagħkom

Se jkunu mimlijin bil-karrijiet tal-gwerra,

Iż-żwiemel se jieħdu posthom f’bieb il-belt,

 8 U se titneħħa l-protezzjoni taʼ Ġuda.

“Dakinhar int se tafda fl-armi li jinżammu fid-Dar tal-Foresta, 9 u intom se taraw ħafna xquq kbar fil-Belt taʼ David u se tiġbru l-ilma mill-għadira t’isfel. 10 Intom se tgħoddu d-djar taʼ Ġerusalemm u se twaqqgħu d-djar biex issaħħu s-sur. 11 Se tagħmlu ġibjun bejn iż-żewġt iswar għall-ilma tal-għadira l-qadima, imma mhux se tafdaw fil-Ħallieq Grandjuż tagħha, u mhux se taħsbu fil-Wieħed li għamilha żmien twil ilu.

12 Dakinhar, is-Sid taʼ Kollox, Ġeħova tal-armati,

Se jgħidilkom biex tibku u tkunu mdejqin,

Biex tqaxxru xagħarkom u tilbsu l-ixkora.

13 Imma minflok, qed tiċċelebraw u tifirħu,

Qed toqtlu l-baqar u n-nagħaġ,

Qed tieklu l-laħam u tixorbu l-inbid.

Intom tgħidu, ‘Ejja nieklu u nixorbu, għax għada se mmutu.’”

14 Imbagħad smajt lil Ġeħova tal-armati jgħid: “‘Dan l-iżball mhux se jinħafrilkom sakemm tmutu,’ jgħid is-Sid taʼ Kollox, Ġeħova tal-armati.”

15 Is-Sid taʼ Kollox, Ġeħova tal-armati jgħid: “Mur għand il-prokuratur Sebna, li jieħu ħsieb il-palazz, u għidlu, 16 ‘X’int tagħmel hawn, u xi dritt għandek biex tqattaʼ post għad-dfin tiegħek hawn?’ Hu qed iqattaʼ l-post tad-dfin tiegħu fuq għolja; hu qed iqattaʼ qabar għalih innifsu fi rdum. 17 ‘Ġeħova se jaqbdek qabda sew u jwaddbek ’l isfel b’mod vjolenti. 18 Hu żgur se jagħmlek kobba ssikkata u jwaddbek bħal ballun f’art kbira. Hemmhekk se tmut, u hemmhekk se jibqgħu l-karrijiet glorjużi tiegħek. Dan se jkun taʼ diżunur għad-dar tas-sid tiegħek. 19 U jien se nneħħik mill-post tiegħek u se nkeċċik mill-pożizzjoni li għandek.

20 “‘Dakinhar jien se nsejjaħ lill-qaddej tiegħi Eljakim it-tifel taʼ Ħilkija, 21 u se llibbsu l-libsa tiegħek, u norbot sew madwaru t-terħa tiegħek, u nagħtih l-awtorità tiegħek. Hu se jkun bħal missier għan-nies li joqogħdu Ġerusalemm u għall-poplu taʼ Ġuda. 22 Jien se npoġġilu fuq spallejh iċ-ċavetta tad-dar taʼ David. Ħadd mhu se jagħlaq il-bibien li jiftaħ; u ħadd mhu se jiftaħ il-bibien li jagħlaq. 23 Jien se nsammru bħal musmar f’ħajt sod, u hu jsir bħala tron t’unur għad-dar taʼ missieru. 24 L-unur* kollu tad-dar taʼ missieru se jkun imdendel miegħu, u d-dixxendenti u t-tfal* se jistrieħu fuqu bħalma r-reċipjenti żgħar, ir-reċipjenti forma taʼ skutella, u l-ġarar kbar jistrieħu fuq il-musmar.

25 “Ġeħova tal-armati jgħid: ‘Dakinhar il-musmar li hu msammar f’ħajt sod se jitneħħa, jiġi mqaċċat, u jaqaʼ, u t-tagħbija li kellu fuqu se taqaʼ u titkisser, għax Ġeħova stess qalu dan.’”

23 Dan hu messaġġ taʼ ġudizzju kontra Tir:

Ibku rġiel li taħdmu fuq il-vapuri taʼ Tarsis!

Għax il-port tkisser u ma tistgħux tidħlu fih.

Saru jafu b’dan mill-art taʼ Kittim.

 2 Oqogħdu kwieti, intom li tgħixu fl-art taʼ mal-baħar.

In-negozjanti taʼ Sidon li jaqsmu l-baħar għamlukom sinjuri.

 3 Iċ-ċereali* taʼ Siħor* u l-ħsad tan-Nil

Ittieħdu fuq ħafna ilmijiet.

Tir u l-popli qalgħu l-flus minn dan.

 4 Missek tistħi Sidon, fortizza ħdejn il-baħar,

Għax il-baħar qal:

“Ma kellix uġigħ tal-ħlas, u ma wellidtx,

Jien lanqas ma rabbejt ġuvintur jew tfajliet.”

 5 Bħalma n-nies kellhom uġigħ kbir meta semgħu dwar l-Eġittu,

Hekk se jħossuhom meta jisimgħu dwar Tir.

 6 Aqsmu lejn Tarsis!

Ibku, nies li toqogħdu fl-art taʼ mal-baħar!

 7 Hi din il-belt tagħkom li ilha ferriħija minn żmien twil ilu?

In-nies tagħha ssetiljaw f’pajjiżi ’l bogħod.

 8 Min iddeċieda dan kontra Tir,

Li kienet tinkariga l-mexxejja,

Li l-merkanti tagħha kienu prinċpijiet,

U li n-negozjanti tagħha kienu stmati mal-art kollha?

 9 Ġeħova tal-armati stess iddeċieda dan,

Biex ma jħallihiex tkompli titkabbar minħabba s-sbuħija tagħha,

U biex jumilja lil dawk kollha li ġew onorati fid-dinja.

10 Nies taʼ Tarsis, infirxu mal-pajjiż bħax-Xmara Nil.

M’għadx hemm post għall-vapuri.*

11 Alla uża l-qawwa tiegħu fuq il-baħar;

Hu riegħed is-saltniet.

Ġeħova kkmanda li jinqerdu għalkollox il-fortizzi tal-Feniċja.

12 Hu jgħid: “Intom mhux se tifirħu iktar,

Nies taʼ Sidon* li ġejtu maħqurin.

Qumu, morru l-Kittim.

Lanqas hemm mhu se ssibu l-paċi.”

13 Ħarsu lejn l-art tal-Kaldin.

Kienu l-Kaldin u mhux l-Assirjani

Li għamluha post fejn jgħixu l-annimali slavaġ tad-deżert.

Huma ramaw it-torrijiet tagħhom biex jattakkaw;

Huma waqqgħu għalkollox it-torrijiet b’saħħithom tagħha

U ġabuha fix-xejn.

14 Ibku rġiel li taħdmu fuq il-vapuri taʼ Tarsis,

Għax il-fortizza tagħkom inqerdet.

15 Dakinhar Tir se tiġi minsija għal 70 sena, daqs kemm jgħix re. Fit-tmiem tas-70 sena, Tir se jiġrilha bħalma hemm fl-għanja tal-prostituta:

16 “Prostituta minsija, aqbad arpa u mur madwar il-belt.

Doqqha bis-sengħa;

Kanta ħafna għanjiet

Ħalli jiftakruk.”

17 Meta jispiċċaw is-70 sena, Ġeħova se jiftakar f’Tir. Hi se terġaʼ tibda titħallas u tipprostitwixxi ruħha mas-saltniet kollha tad-dinja. 18 Imma l-qligħ u l-ħlas tagħha se jsiru xi ħaġa qaddisa għal Ġeħova. Hi la se taħżen u lanqas tfaddal, għax il-ħlas se jmur għan-nies taʼ Ġeħova biex huma jieklu sa ma jixbgħu u jilbsu sabiħ.

24 Ġeħova qed ineħħi lil kulħadd minn fuq l-art* u jagħmilha ħerba.

Qed jaqlibha taʼ taħt fuq u jxerred lin-nies tagħha.

 2 Se jkun l-istess għal kulħadd:

In-nies bħall-qassis,

Il-qaddej bħal sidu,

Il-qaddejja bħas-sinjura tagħha,

Il-bejjiegħ bħal min jixtri,

Min isellef bħal min jissellef,

U min għandu jagħti bħal min għandu jieħu.

 3 L-art se tkun vojta għalkollox.

Se jinħataf kulma hemm fiha,

Għax Ġeħova qalu dan.

 4 L-art qed titnikket;* qed tispiċċa.

L-art m’għadhiex tipproduċi; qed issir ħerba.

In-nies importanti tal-art iddgħajfu.

 5 L-art tniġġset min-nies tagħha,

Għax huma injoraw il-liġijiet,

Bidlu r-regoli,

U kisru l-patt li kellu jibqaʼ għal dejjem.*

 6 Hu għalhekk li s-saħta qed teqred l-art,

U dawk li jgħixu fiha huma ħatjin.

Hu għalhekk li n-nies tal-art naqsu,

U baqaʼ biss ftit.

 7 L-inbid ġdid u d-dielja nixfu,

U dawk ferħanin f’qalbhom qed jibku.

 8 Waqaf il-ħoss ferrieħi tat-tanburlin,

Anki l-istorbju taʼ dawk li jixxalaw,

U l-ħoss ferrieħi tal-arpa.

 9 Huma jixorbu l-inbid imma ma jkantawx,

U l-alkoħol itegħmuh morr.

10 Il-belt abbandunata hi mkissra.

U kull dar hi magħluqa ħalli ħadd ma jidħol.

11 Huma qed jibku fit-toroq għax m’hemmx inbid.

Il-ferħ kollu sparixxa;

M’għadx hemm ferħ fil-pajjiż.

12 Il-belt tħalliet ħerba;

U bieb il-belt ġie mkisser għalkollox.

13 Għax hekk se jsir il-poplu tiegħi fl-art, fost in-nies tal-ġnus:

Bħal dak li jifdal f’siġra taż-żebbuġ wara li tiġi mfarfra,

U bħal ftit għeneb li jifdal wara li jinqataʼ.

14 Dawk li jifdal se jgħollu leħinhom,

Se jgħajtu bil-ferħ.

Mill-baħar* dawn se jxandru dwar il-glorja taʼ Ġeħova.

15 Għalhekk, se jfaħħru lil Ġeħova fil-Lvant.

Huma se jfaħħru l-isem taʼ Ġeħova l-Alla t’Iżrael fil-gżejjer.

16 Mit-tarf tal-art smajna l-kant:

“Ħa tingħata glorja lill-Alla l-Ġust!”

Imma jien ngħid: “Miskin jien, miskin jien!

Jaħasra għalija! In-nies jittradixxu u jqarrqu b’oħrajn;

Iva, huma jkomplu jittradixxu u jqarrqu bihom.”

17 Nies tal-art, hemm lesti għalikom biżaʼ, ħofor, u nases.

18 Kull min jipprova jaħrab mill-ħoss tal-biżaʼ se jaqaʼ fil-ħofra,

U min jitlaʼ mill-ħofra se jinqabad fin-nassa.

Għax il-bibien tas-sema se jinfetħu,

U l-art se titheżżeż.

19 L-art inqasmet;

L-art theżżet;

L-art iċċaqalqet ħafna.

20 L-art tixxengel bħal raġel fis-sakra,

U tiċċaqlaq ’l hemm u ’l hawn bħal tinda fir-riħ.

Id-dnubiet tan-nies tagħha tant huma tqal,

Li se jwaqqgħuha u ma terġax tqum.

21 Dakinhar Ġeħova se jiġġudika l-armata tas-sema

U r-rejiet tal-art.

22 Huma se jiġu miġburin

Bħal ħabsin f’ħofra,

U se jinqaflu f’ħabs taħt l-art.

Wara ħafna żmien huma se jiġu ġġudikati.

23 Ġeħova tal-armati sar Re fuq il-Muntanja Sijon u f’Ġerusalemm.

Hu tant se jmexxi bi glorja quddiem l-anzjani tan-nies tiegħu*

Li l-qamar kwinta se jidher imdallam

U x-xemx se tidher imċajpra meta mqabblin miegħu.

25 Ġeħova, int l-Alla tiegħi.

Jien infaħħrek u nsebbaħ lil ismek,

Għax int għamilt affarijiet tal-għaġeb,

Iddeċidejt dawn l-affarijiet żmien twil ilu,

U għamilt dak li għedt u wrejt li int taʼ min jafdak.

 2 Għax int ġibt il-belt balla ġebel,

Il-belt iffortifikata farraktha,

Il-fortizza tal-barranin m’għadhiex iktar belt,

U qatt mhu se terġaʼ tinbena.

 3 Hu għalhekk li poplu b’saħħtu se jigglorifikak;

In-nies kattivi tal-belt se jibżgħu minnek.

 4 Int sirt bħal fortizza għall-batut,

Bħal fortizza għall-fqir li hu inkwetat,

Post taʼ kenn mill-maltempata,

U dell meta jkun hemm is-sħana.

Meta r-rabja taʼ dawk kattivi tkun bħal xita qawwija li tfaqqaʼ mal-ħajt

 5 U bħas-sħana f’art niexfa,

Int issikket l-istorbju tal-għedewwa.

Il-kant taʼ dawk kattivi se jiġi msikket

Bħalma s-sħana tonqos bid-dell tas-sħab.

 6 Fuq din il-muntanja, Ġeħova tal-armati

Se jagħmel ikla kbira għan-nies kollha.

Fiha se jkun hemm l-aqwa ikel u l-itjeb laħam,

U nbid mill-ifjen u tal-aqwa kwalità.

 7 Fuq din il-muntanja, hu se jneħħi l-velu li qed jgħatti lill-popli kollha

U d-drapp li qiegħed imgeżwer mal-ġnus kollha.

 8 Hu se jeqred* il-mewt għal dejjem,

U Ġeħova s-Sid ta’ Kollox* se jimsaħ id-dmugħ taʼ kulħadd.

Il-poplu tiegħu ġie mwaqqaʼ għaċ-ċajt mal-art kollha,

Imma hu se jneħħi dan it-tmaqdir minn fuqhom,

Għax Ġeħova hekk qal.

 9 Dakinhar huma se jgħidu:

“Dan hu l-Alla tagħna!

Aħna ttamajna fih,

U hu salvana.

Dan hu Ġeħova!

Aħna ttamajna fih.

Ejja nifirħu ħafna għax hu salvana.”

10 Ġeħova se jipproteġi din il-muntanja bil-qawwa tiegħu,

U Mowab se jitgħaffeġ fil-pajjiż tiegħu stess

Bħalma t-tiben jitgħaffeġ mad-demel.

11 Hu se jniżżel idu bis-saħħa fuq Mowab

Bħalma għawwiem iniżżel idu bis-saħħa meta jgħum.

Hu se jnaqqaslu s-suppervja bid-daqqiet taʼ jdejh.

12 Hu se jwaqqaʼ l-belt iffortifikata bis-swar għoljin tagħha

U jitfagħha mal-art fit-trab.

26 Dakinhar se jkantaw din l-għanja fl-art taʼ Ġuda:

“Aħna għandna belt b’saħħitha.

Hu jipproteġina bħas-swar tagħha u l-ġebel taʼ taħthom.

 2 Iftħu l-bibien ħalli jkun jistaʼ jidħol il-poplu ġust,

Poplu li jobdi lil Alla.

 3 Int se tipproteġi lil dawk li jistrieħu kompletament fuqek;

Int tgħinhom jibqaʼ jkollhom il-paċi,

Għax huma fik jafdaw.

 4 Afdaw f’Ġeħova għal dejjem,

Għax Jah* Ġeħova hu l-Blata taʼ dejjem.

 5 Għax hu umilja lil dawk li joqogħdu fl-għoli.

Hu jbaxxi lill-belt li qiegħda fl-għoli.

Iniżżilha ’l isfel lejn l-art;

Hu jwaddabha fit-trab.

 6 Din se titgħaffeġ taħt saqajn l-imsejknin,

Taħt sieq il-batuti.”

 7 It-triq tal-ġust hi ġusta.

Għax int* ġust,

Int se twitti t-triq tal-ġust.

 8 Ġeħova, hekk kif nagħmlu skont il-ġudizzji tiegħek,

Aħna nittamaw fik.

Aħna* napprezzaw ħafna lil ismek u se niftakruh.*

 9 Billejl nixxennaq għall-gwida tiegħek b’qalbi* kollha,

Iva, nibqaʼ nfittxek bil-ħeġġa kollha;

Għax meta int tiġġudika l-art,

In-nies tagħha jitgħallmu dwar il-ġustizzja.

10 Anki jekk turi ħniena mal-ħażin,

Hu mhux se jitgħallem il-ġustizzja.

Anki jekk jgħix fl-art tal-ġusti, hu xorta se jagħmel il-ħażin,

U hu mhux se jara l-kobor tiegħek, Ġeħova.

11 Ġeħova, int tuża l-qawwa tiegħek, imma l-għedewwa ma jarawhiex.

Huma se jaraw li int tħobb ħafna* lill-poplu tiegħek u se jkollhom jistħu.

Iva, in-nar se jeqred lill-għedewwa tiegħek.

12 Ġeħova, int se tagħtina l-paċi,

Għax kulma għamilna,

Għamilnieh bis-saħħa tiegħek.

13 Ġeħova l-Alla tagħna, apparti int, kien hemm sidien oħrajn li mexxew fuqna,

Imma aħna nfaħħru lil ismek biss.

14 Huma mejtin; mhux se jgħixu.

Bla qawwa fil-mewt, mhux se jqumu.

Għax int ikkastigajthom u qridthom

Ħalli n-nies ma jibqgħux jiftakruhom.

15 Ġeħova, int kabbart il-poplu tiegħek,

Iva, kabbart il-poplu;

Int igglorifikajt lilek innifsek.

Wessajt ħafna l-fruntieri tal-pajjiż.

16 Ġeħova, meta kienu qed ibatu, daru lejk għall-għajnuna;

Huma talbu lilek minn taħt l-ilsien meta ddixxiplinajthom.

17 Ġeħova, int ġegħeltna nħossuna

Bħal mara tqila li waslet biex twelled,

Li jkollha l-uġigħ tal-ħlas u tgħajjat bl-uġigħ.

18 Konna qisna nisa tqal u kellna l-uġigħ tal-ħlas,

Imma bħallikieku wellidna r-riħ.

Ma salvajniex il-pajjiż,

U ma twieled ħadd biex jgħix hemm.

19 Alla qal: “Il-mejtin tiegħek se jgħixu.

L-iġsma mejtin tal-poplu tiegħi* se jqumu.

Intom li qegħdin fit-trab,

Qumu u għajtu bil-ferħ!

Għax in-nida li tiġi fuqkom hi bħan-nida taʼ filgħodu,*

U l-art se tħalli lil dawk li qegħdin bla qawwa fil-mewt jieħdu l-ħajja.*

20 “Poplu tiegħi, mur, idħol fil-kmamar taʼ ġewwa tiegħek,

U agħlaq il-bibien warajk.

Staħba għal ftit sakemm ma nibqax irrabjat.*

21 Għax jien, Ġeħova, se niġi mill-post fejn ngħix

Biex nitlob kont min-nies tal-art għall-iżball tagħhom,

U l-art se tikxef id-demm li ġie mxerred fuqha

U mhux se tkompli taħbi lin-nies tagħha li nqatlu.”

27 Dakinhar Ġeħova se juża x-xabla kbira tiegħu li taqtaʼ u tal-biżaʼ

Biex jikkastiga lil-Levjatan,*

Is-serp li jiċċaqlaq b’ħeffa u jitgħawweġ.

Hu se joqtol lis-serp il-kbir li jgħix fil-baħar.

 2 Dakinhar għandkom tkantawlha:*

“Għalqa tad-dwieli li tagħmel ħafna nbid!

 3 Jien, Ġeħova, qed nipproteġiha.

Nagħtiha l-ilma l-ħin kollu.

Jien nipproteġiha lejl u nhar

Biex ħadd ma jagħmlilha l-ħsara.

 4 Jien m’għadnix irrabjat magħha.

Jekk xi ħadd jitfagħli l-għollieq u l-ħaxix ħażin quddiemi,

Jien ngħaffiġhom u naħraqhom f’daqqa, u niggwerra kontrih.

 5 Għalhekk, ħa jiġi għandi għall-protezzjoni.

Ħa jagħmel paċi miegħi;

Ħa jagħmel paċi miegħi.”

 6 Fil-jiem li ġejjin, Ġakobb se jrabbi l-għeruq

U jsir b’saħħtu bħal siġra kbira.

Iżrael se jsir bħal siġra kbira mimlija fjuri.

Huma se jagħmlu l-frott mal-pajjiż kollu.

 7 Għandu hu jiġi msawwat bl-istess ħruxija?

Jew għandu jiġi maqtul b’mod tant vjolenti?

 8 B’għajta li tbeżżaʼ, int se tiġġieled magħha meta tibgħatha ’l hemm.

Hu se jkeċċiha bir-riħ qawwi tiegħu li hu bħar-riħ mil-Lvant.

 9 Għalhekk, dan hu l-mod taʼ kif l-iżball taʼ Ġakobb se jitpatta,

U meta jinħafirlu d-dnub, dan se jkun ir-riżultat:

Hu se jġib il-ġebel kollu tal-artal

Bħal ġebel tal-ġir li ġie mitħun,

U mhux se jifdal arbli sagri* u artali tal-inċens.

10 Għax mhu se jifdal ħadd fil-belt iffortifikata;

Il-postijiet fejn jirgħaw l-annimali se jkunu mitluqa u abbandunati bħal deżert.

Hemmhekk il-barri żgħir* se jirgħa, jimtedd,

U jiekol il-friegħi tagħha.

11 Meta l-friegħi żgħar tagħha jinxfu,

In-nisa jmorru hemm, ikissruhom,

U jużawhom għan-nar.

Għax dan il-poplu mhux kapaċi jifhem.

Hu għalhekk li Dak li Għamilhom mhux se jurih ħniena,

U Dak li Ħalqu mhux se jitħassru.

12 Poplu t’Iżrael, bħalma xi ħadd ifarfar il-frott minn siġra u jiġbru waħda waħda, Ġeħova se jiġbor lilkom li intom imxerrdin billi jibda mix-Xmara* sal-wied tal-Eġittu. 13 Dakinhar se jindaqq qarn kbir, u dawk li waslu biex imutu fl-art tal-Assirja u dawk li huma mferrxin fl-art tal-Eġittu se jiġu u jmilu quddiem Ġeħova fuq il-muntanja qaddisa f’Ġerusalemm.

28 Is-sakranazzi t’Efrajm iqisu l-belt tagħhom

Bħala kuruna* li tagħti fl-għajn*

U fjura sabiħa fuq il-muntanja tal-wied fertili.

Imma n-nies hemmhekk huma fis-sakra minħabba l-inbid.

Ħażin għalihom għax il-fjura sabiħa tagħhom se tispiċċa!

 2 Ġeħova għandu lil xi ħadd b’saħħtu u qawwi.

Hu se jsabbatha mal-art bis-saħħa

Bħal maltempata bir-ragħad u s-silġ, riefnu li jeqred,

U bħal maltempata b’dulluvju kbir t’ilma.

 3 Il-kuruni li jagħtu fl-għajn* li jilbsu s-sakranazzi t’Efrajm

Se jintrifsu taħt is-saqajn.

 4 U l-fjura sabiħa t’Efrajm li qed tispiċċa

U li qiegħda fuq il-muntanja tal-wied fertili,

Se ssir bħat-tina tal-bidu taʼ qabel is-sajf.

Meta xi ħadd jaraha, jaqtagħha u jiblagħha malajr.

5 Dakinhar, Ġeħova tal-armati se jsir bħal kuruna glorjuża u kuruna tal-fjuri mill-isbaħ* għal dawk li jifdal mill-poplu tiegħu. 6 Hu se jġiegħel lill-imħallfin* ikunu jixtiequ jiġġudikaw b’mod ġust, u se jagħti s-saħħa lil dawk li jiddefendu bieb il-belt mill-attakki tal-għadu.

 7 Il-qassisin u l-profeti jiżvijaw minħabba l-inbid;

Ix-xorb alkoħoliku tagħhom iġegħelhom jixxenglu.

Huma jiżvijaw minħabba l-alkoħol;

L-inbid ifixkilhom,

U huma jixxenglu bl-alkoħol tagħhom;

Huma jaraw viżjonijiet li jġegħluhom jiżvijaw,

U jitfixklu meta jagħmlu ġudizzju.

 8 Għax l-imwejjed tagħhom mimlijin b’remettar li jqażżek.

M’hemmx post nadif.

 9 Huma jgħidu: “Lil min se jgħallem,

U lil min se jispjega l-messaġġ?

Lil dawk li għadhom kif qatgħu l-ħalib,

U li għadhom kif tneħħew minn maʼ sider ommhom?

10 Għax dejjem kmand wara kmand, kmand wara kmand,

Regola wara regola, regola wara regola,*

Ftit hawn u ftit hemm.”*

11 Alla se jkellem lil dan il-poplu permezz taʼ wħud li jtemtmu u li jitkellmu b’lingwa barranija. 12 Hu darba qalilhom: “Dan hu l-post taʼ mistrieħ. Ħa jistrieħ l-għajjien; dan hu l-post taʼ serħan,” imma huma ma ridux jisimgħu. 13 Allura Ġeħova se jgħidilhom:

“Kmand wara kmand, kmand wara kmand,

Regola wara regola, regola wara regola,*

Ftit hawn u ftit hemm,”

Ħalli meta jimxu jitfixklu, jaqgħu lura,

Jitfarrku, jidħlu f’nassa, u jinqabdu.

14 Għalhekk isimgħu l-kelma taʼ Ġeħova, intom li tiftaħru,

Intom il-mexxejja taʼ dan il-poplu f’Ġerusalemm,

15 Għax tgħidu: “Għamilna patt mal-Mewt,

U arranġament* mal-Qabar.*

Meta jgħaddi dulluvju qawwi f’daqqa,

Ma jilħaqniex,

Għax il-gidba li nafdaw fiha se tipproteġina,

U l-qerq se jaħbina.”

16 Għalhekk, Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* jgħid:

“Jien qed inqiegħed f’Sijon bħala pedament ġebla li wriet li hi taʼ kwalità,

L-iktar ġebla importanti* u prezzjuża taʼ pedament sod.

Kull min juri li għandu fidi fiha mhux se jippanikja.

17 Jien se nuża l-ġustizzja bħala l-ħabel tal-kejl

U s-sewwa bħala l-invell.*

Is-silġ se jiknes il-protezzjoni li hi gidba,

U l-ilmijiet se jgħarrqu l-post fejn tistaħbew.

18 Il-patt tagħkom mal-Mewt se jitħassar

U l-arranġament tagħkom mal-Qabar* ma jibqax.

Meta jgħaddi dulluvju qawwi f’daqqa,

Se jfarrakkom.

19 Kull darba li jgħaddi,

Se jkaxkarkom miegħu,

Għax se jgħaddi kull filgħodu,

Matul il-ġurnata u matul il-lejl.

It-twerwir biss se jġegħelhom jifhmu l-messaġġ.”*

20 Għax is-sodda hi qasira wisq biex wieħed jimtedd fuqha,

U l-liżar dejjaq wisq biex jitgeżwer fih.

21 Għax Ġeħova se jaġixxi bħalma għamel fuq il-Muntanja Perasim;

Hu se jieħu azzjoni bħalma għamel fil-wied* taʼ ħdejn Gibegħon,

Biex jagħmel ix-xogħol tiegħu, ix-xogħol stramb tiegħu,

U jagħmel dak li għandu jagħmel, ix-xogħol mhux tas-soltu tiegħu.

22 Twaqqgħux kollox għaċ-ċajt,

Ħalli l-ktajjen tagħkom ma jiġux iktar issikkati,

Għax jien smajt mis-Sid taʼ Kollox Ġeħova tal-armati

Li hu ddeċieda li jeqred il-pajjiż kollu.*

23 Agħtu kas u isimgħu leħni;

Oqogħdu attenti u isimgħu dak li ngħid.

24 Min jaħrat ma jibqax jaħrat il-ġurnata kollha qabel jitfaʼ ż-żerriegħa.

Ma jibqax ikisser u jwitti l-ħamrija.

25 Meta jwitti l-wiċċ tagħha,

Hu jxerred il-kemmun* iswed u jiżraʼ l-kemmun normali.

Hu jiżraʼ wkoll il-qamħ, il-millieġ,* u x-xgħir* fil-post tagħhom,

U l-ispelta mat-tarf.

26 Alla jgħallmu* dak li hu ġust u jittrennjah.

27 Għax il-kemmun iswed ma jiġix imfarrak bis-slitta tad-dris,

U r-rota tal-karru ma tgħaddix fuq il-kemmun normali.

Minflok, il-kemmun iswed jingħata daqqiet bil-bastun,

U l-kemmun normali bil-ħatar.

28 Jekk xi ħadd ikun qed jidres iċ-ċereali li se juża għall-ħobż bis-slitta,

Ma joqgħodx iġibu trab.

Hu ma jibqax jidirsu.

U jekk jgħaddi minn fuqu bil-karru miġbud biż-żwiemel, ma jġibux trab.

29 Dan il-kliem ukoll ġej minn Ġeħova tal-armati,

Li l-pariri tiegħu huma* tal-għaġeb,

U li dejjem jirnexxi f’dak li jagħmel.*

29 “Ħażin għal Arjel,* il-belt fejn David ikkampja!

Komplu ċċelebraw il-festi tagħkom

Sena wara sena.

 2 Imma jien se nġib inkwiet fuq Arjel,

U se jkun hemm dwejjaq u biki,

U għalija hi se ssir bħal artal.

 3 Jien se nikkampja minn kull naħa biex niġġieled kontrik,

U se nassedjak b’ħajt taʼ zkuk ippontati

U se ntellaʼ kontrik strutturi tal-assedju.

 4 Int se tkun umiljat u mitfugħ fl-art;

U minn hemm se titkellem,

U minħabba t-trab, kliemek mhux se jkun ċar.

Leħnek se jiġi mill-art,

Bħal-leħen tal-medjum tal-ispirti,

U kliemek ikun bħal tpespis mit-trab.

 5 Il-folla tal-għedewwa* tiegħek se jkunu bħal trab fin,

Il-folla tat-tiranni se tkun bħal qoxra taʼ żerriegħa li tittajjar.

U dan se jiġri f’ħakka t’għajn, f’daqqa waħda.

 6 Jien, Ġeħova tal-armati se nipproteġik

Bir-ragħad, b’terremot, b’ħoss kbir,

B’riefnu, b’tempesta, u bil-fjammi tan-nar li jeqirdu.”

 7 Imbagħad il-folla tal-ġnus kollha li qed jiggwerraw kontra Arjel,

Se jsiru bħal ħolma, viżjoni billejl.

Din il-folla hi dawk kollha li qed jiggwerraw kontriha,

It-torrijiet tal-assedju kontra tagħha,

U dawk li qed iġibulha l-inkwiet.

 8 Iva, se jiġri eżatt bħal meta xi ħadd bil-ġuħ joħlom li qed jiekol,

Imma jqum bil-ġuħ,

U bħal meta xi ħadd bil-għatx joħlom li qed jixrob,

Imma jqum għajjien u bil-għatx.

Hekk se jiġrilha l-folla tal-ġnus kollha

Li qed tiġġieled kontra l-Muntanja Sijon.

 9 Għandkom tistagħġbu u tibliehu;

Agħmu lilkom infuskom ħalli ma tarawx.

Il-mexxejja tagħkom fis-sakra, imma mhux bl-inbid;

Huma qed jixxenglu, imma mhux bl-alkoħol.

10 Għax Ġeħova ġegħelkom torqdu fil-fond;

Hu għalaq għajnejn il-profeti,

U għatta ras il-viżjonarji.*

11 Għalikom kull viżjoni ssir bħall-kliem fi ktieb issiġillat. Meta jagħtuh lil xi ħadd li jaf jaqra, jgħidulu: “Aqra dan b’leħen għoli, jekk jogħġbok,” u hu jgħid: “Ma nistax, għax issiġillat.” 12 U meta jagħtu l-ktieb lil xi ħadd li ma jafx jaqra, jgħidulu: “Aqra dan, jekk jogħġbok,” u hu jgħid: “Ma nafx naqra.”

13 Ġeħova jgħid: “Dawn in-nies iqimuni b’dak li jgħidu

U jfaħħruni bi kliemhom,

Imma ma jħobbunix,

U r-rispett* li għandhom lejja hu bbażat fuq dak li jgħidu n-nies.

14 Għalhekk, jien se nerġaʼ nagħmel affarijiet tal-għaġeb lil dawn in-nies,

Xi ħaġa tal-għaġeb waħda wara oħra;

U l-għerf taʼ dawn l-irġiel għorrief se jiġi fix-xejn,

U l-abbiltà li jifhmu tal-irġiel għaqlin se tisparixxi.”

15 Ħażin għal dawk li jagħmlu minn kollox

Biex jaħbu l-pjanijiet* tagħhom minn Ġeħova.

Dak li għamlu jsir f’post mudlam,

Waqt li jgħidu: “Min se jarana, min jaf bina?”

16 Kemm tafu tgħawġu l-affarijiet!*

Għandu min jagħmel il-fuħħar jitqies daqs it-tafal?

Jistaʼ oġġett jgħid dwar dak li għamlu:

“Int m’għamiltnix”?

U għandu dak li ġie fformat jgħid dwar dak li fformah:

“Dak ma jifhimx”?

17 Fi ftit żmien ieħor il-Libanu se jsir ġnien tas-siġar tal-frott,

U dan il-ġnien se jitqies bħala foresta.

18 Dakinhar dawk li ma jisimgħux se jisimgħu l-kliem tal-ktieb,

U dawk li ma jarawx se jaraw, għax se jkunu ħielsa mid-dlam u s-swidija.

19 Dawk umli se jifirħu ħafna b’Ġeħova,

U l-foqra se jifirħu bil-Qaddis t’Iżrael.

20 Għax mhux se jkun hemm iktar tiranni,

Mhux se jibqgħu jeżistu dawk li jiftaħru,

U se jinqerdu dawk kollha li moħħhom biex jagħmlu l-ħsara:

21 Dawk li jakkużaw falz lil oħrajn,

Dawk li jagħmlu n-nases lil min jiddefendi ruħu* f’bieb il-belt,

U dawk li bl-argumenti bla sens tagħhom ma jagħmlux ġustizzja mal-ġusti.

22 Għalhekk, Ġeħova li feda* lil Abraham, jgħid lid-dar taʼ Ġakobb:

“Ġakobb mhux se jistħi iktar,

U wiċċu mhux se jibqaʼ jidher iddiżappuntat.*

23 Għax meta jara lit-tfal tiegħu madwaru,

Li huma xogħol idejja,

Huma se jqaddsu lil ismi;

Iva, huma se jqaddsu lill-Qaddis taʼ Ġakobb,

U huma se juru rispett kbir lill-Alla t’Iżrael.

24 Dawk li jiżvijaw se jifhmu,

U dawk li jgergru se jkunu lesti li jitgħallmu.”

30 Ġeħova jgħid: “Ħażin għan-nies rashom iebsa,

Li jagħmlu l-pjanijiet tagħhom u mhux tiegħi,

Li jintrabtu bi ftehim,* imma mhux bl-ispirtu tiegħi,

Sabiex ikomplu jżidu d-dnubiet tagħhom.

 2 Huma jmorru l-Eġittu mingħajr ma jistaqsuni,*

Biex ikollhom il-protezzjoni tal-Fargħun*

U jistkennu fid-dell tal-Eġittu.

 3 Imma intom se tistħu għax fdajtu fil-protezzjoni tal-Fargħun,

Intom se tkunu umiljati għax fittixtu lill-Eġittu għall-għajnuna.*

 4 Għax il-mexxejja huma f’Sogħan,

U l-messaġġiera waslu Ħanes.

 5 Kulħadd se jkollu jistħi

Għax l-Eġizzjani huma poplu li ma jistgħu jgħinu lil ħadd.

Huma la joffru għajnuna u lanqas benefiċċju,

Imma jġibu biss mistħija u tmaqdir.”

6 Dan hu messaġġ taʼ ġudizzju kontra l-bhejjem tan-Nofsinhar:

Mill-art fejn hemm l-inkwiet u t-tbatija,

Fejn hemm l-iljun jgħajjat,

Il-lifgħa, u s-serp ħafif b’velenu jaħraq bħan-nar,

Il-messaġġiera se jġorru l-ġid tagħhom fuq il-ħmir,

U l-provvisti tagħhom fuq l-iġmla.

Imma dawn l-affarijiet mhux se jkunu taʼ benefiċċju għan-nies.*

 7 Għax l-għajnuna tal-Eġittu hi għalxejn,

Għalhekk, jien sejjaħtlu: “Raħab* li ma jagħmel xejn.”

 8 “Issa mur u ikteb dan fuq tavla quddiemhom,

U naqqxu fi ktieb,

Ħalli dan iservi bħala xhieda permanenti għall-futur.

 9 Għax huma poplu ribelluż, tfal qarrieqa,

Tfal li mhumiex lesti jisimgħu l-liġi* li tajthom jien, Ġeħova.

10 Huma jgħidu lill-profeti,* ‘Tarawx,’

U lil dawk li jaraw il-viżjonijiet, ‘Tgħidulniex viżjonijiet veri.

Għidulna affarijiet li jogħġbuna; immaġinaw dehriet qarrieqa.

11 Warrbu mit-triq it-tajba; żvijaw mit-triq.

Tibqgħux tkellmuna dwar il-Qaddis t’Iżrael.’”

12 Għalhekk, il-Qaddis t’Iżrael jgħid:

“Peress li rrifjutajtu l-kelma tiegħi,

U qed tafdaw fil-frodi

U tistrieħu fuq il-qerq,

13 L-iżball tagħkom se jkun bħal ħajt imkisser,

Bħal ħajt għoli u mmejjel li daqt jaqaʼ.

Dan se jaqaʼ f’daqqa, f’ħakka t’għajn.

14 Dan se jitkisser bħal ġarra kbira tal-fuħħar.

Tant se jitfarrak li ma jifdalx biċċa kbira biżżejjed

Biex jinġabar il-faħam jaqbad min-nar

Jew biex jittellaʼ ftit ilma minn għadira.”*

15 Għax Ġeħova s-Sid taʼ Kollox,* il-Qaddis t’Iżrael, jgħid:

“Jekk tridu ssalvaw, għandkom tiġu lura għandi u tistennewni naġixxi;

Jekk tibqgħu kalmi u tafdaw fija, se tkunu b’saħħitkom.”

Imma ma ridtux tagħmlu dan.

16 Minflok intom għedtu: “Le, se naħarbu fuq iż-żwiemel!”

U hekk se tagħmlu.

“U se nirkbu fuq żwiemel li jiġru ħafna!”

Anki dawk li se jiġru warajkom se jkunu ħfief.

17 Minħabba t-theddida taʼ wieħed se jitriegħdu 1,000;

Minħabba t-theddida taʼ ħamsa, intom se taħarbu

Sakemm dawk li jifdal minnkom ikunu bħal arblu fuq il-quċċata taʼ muntanja,

Bħal sinjal fuq għolja.

18 Imma Ġeħova qed jistenna bil-paċenzja biex jurikom qalb tajba,

U hu se jaġixxi biex iħenn għalikom.

Għax Ġeħova hu Alla tal-ġustizzja.

Dawk kollha li jibqgħu jistennew* lilu se jkunu ferħanin.

19 Meta l-poplu taʼ Sijon imur lura Ġerusalemm, intom mhux se tibku. Hu żgur se jurikom qalb tajba meta titolbuh għall-għajnuna; hu se jwiġibkom malli jismagħkom. 20 Għalkemm se jagħtikom it-tbatija bħall-ħobż u l-moħqrija bħall-ilma, Ġeħova l-Għalliem Grandjuż mhux se jibqaʼ jistaħba minnkom, u intom se taraw lill-Għalliem Grandjuż tagħkom b’għajnejkom stess. 21 Jekk tiżvijaw mit-triq it-tajba u tmorru lejn il-lemin jew ix-xellug, intom se tisimgħu leħen minn warajkom jgħid: “Din hi t-triq. Imxu fiha.”

22 U intom se tniġġsu l-istatwi mnaqqxin tagħkom miksijin bil-fidda u l-istatwi tal-metall* miksijin bid-deheb. Kull wieħed minnkom se jwarrabhom bħalma jagħmel b’biċċa maħmuġa,* u jgħidilhom: “Itilqu ’l hemm!”* 23 U hu se jagħti x-xita għaż-żerriegħa li tiżirgħu, u l-prodott tal-għalqa* se jkun abbundanti u tajjeb. Dakinhar, l-imrieħel tagħkom se jirgħaw f’post spazjuż mimli ħaxix. 24 Il-baqar u l-ħmir li jaħdmu fl-għalqa se jieklu għalf mill-aqwa li jiġi maħdum bil-pala u l-furkettun. 25 Dakinhar li jkun hemm qatla kbira, meta jaqgħu t-torrijiet, se jkun hemm xmajjar fuq kull muntanja għolja u kull għolja kbira. 26 Dakinhar li Ġeħova jinfaxxa l-ksur li għandu l-poplu tiegħu u jfejqilhom il-feriti gravi mid-daqqiet li tahom, id-dawl tal-qamar kwinta se jsir bħal tax-xemx u d-dawl tax-xemx se jsir b’saħħtu sebaʼ darbiet iktar, bħad-dawl taʼ sebat ijiem.

27 Ġeħova* ġej mill-bogħod

B’rabja kbira u mdawwar bi sħab oħxon.

Xofftejh mimlijin rabja,

U lsienu hu bħal nar li jeqred.

28 L-ispirtu* tiegħu hu bħal ħafna xita qawwija li tasal sal-għonq,

Biex jgħaddi lill-ġnus mill-għarbiel tal-qerda;

U l-popli se jkollhom ħadida max-xedaq li se tiżvijahom.

29 Imma l-għanja tagħkom se tkun bħal dik li titkanta billejl

Meta tippreparaw* għal festa,

U qalbkom se tifraħ bħal xi ħadd li jimxi mal-ħoss taʼ flawt

Fi triqtu lejn il-muntanja taʼ Ġeħova, għand il-Blata t’Iżrael.

30 Ġeħova se jsemmaʼ l-leħen glorjuż tiegħu

U juri l-qawwa tiegħu hekk kif jikkastiga l-għedewwa fir-rabja tiegħu,

Bi fjamma taʼ nar li jeqred,

B’xita qawwija, ragħad, u silġ.

31 Għax minħabba l-leħen taʼ Ġeħova, l-Assirja se titwerwer;

Hu se jsawwatha b’bastun.

32 Kull darba li Ġeħova jagħti daqqa

Lill-Assirjani bil-bastun biex jikkastigahom

Se jindaqqu t-tanburlini u l-arpi,

Hekk kif hu jxejjer idu kontrihom fil-battalja.

33 Hu diġà pprepara post biex jeqridhom,*

Dan hu ppreparat ukoll għar-re.

Il-post li hu* għamel għall-munzell tal-injam hu fond u wiesaʼ.

Fih hemm ammont kbir t’injam għan-nar.

Ġeħova se jqabbdu bin-nifs tiegħu

Li hu bħal xmara taʼ kubrit.*

31 Ħażin għal dawk li jinżlu l-Eġittu għall-għajnuna,

Li jistrieħu fuq iż-żwiemel,

Li jafdaw fil-karrijiet tal-gwerra għax huma ħafna,

U fiż-żwiemel tal-gwerra* għax huma b’saħħithom.

Huma ma jafdawx fil-Qaddis t’Iżrael

U ma jfittxux lil Ġeħova.

 2 Imma hu għaref u se jġib diżastru fuqhom,

Hu mhux se jmur lura minn kelmtu.

Hu se jaġixxi kontra l-grupp taʼ nies ħżiena

U kontra dawk li jgħinu lil min jagħmel il-ħażin.

 3 Imma l-Eġizzjani huma sempliċi bnedmin, u ma jistgħux jitqabblu m’Alla;

Iż-żwiemel tagħhom huma sempliċi annimali, u mhux spirti.

Meta Ġeħova juża l-qawwa tiegħu,

Dawk li joffru l-għajnuna se jitfixklu;

Kull min jingħata l-għajnuna se jaqaʼ;

Huma se jinqerdu kollha fl-istess ħin.

 4 Għax Ġeħova qalli:

“Iljun b’saħħtu jgħajjat fuq il-priża tiegħu.

Hu ma jibżax mill-għajjat taʼ grupp taʼ ragħajja li nġabru kontrih

U lanqas ma jiddejjaq mill-istorbju tagħhom.

Bl-istess mod, Ġeħova tal-armati se jinżel biex jiggwerra

Għall-Muntanja Sijon u l-għolja tagħha.

 5 Ġeħova tal-armati se jiddefendi lil Ġerusalemm bħalma għasfur itir fuq iż-żgħar tiegħu.

Hu se jiddefendiha u jeħlisha.

Hu se jipproteġiha u jsalvaha.”

6 “Poplu t’Iżrael, li rribellajtu kontrija apposta, ejjew lura għandi. 7 Għax intom dnibtu u għamiltu allat tad-deheb u l-fidda li ma jiswew għal xejn, imma dakinhar kollha kemm intom se twarrbuhom.

 8 L-Assirjani se jmutu bix-xabla li mhix taʼ raġel;

U xabla li mhix taʼ bniedem se toqtolhom.

Huma se jaħarbu minħabba x-xabla,

U l-irġiel żgħażagħ tagħhom se jiġu mġiegħla jagħmlu xogħol taʼ bilfors.

 9 Dak li jittamaw fih* se jaħrab bil-biżaʼ,

U l-mexxejja tagħhom se jitwerwru minħabba l-arblu bħala sinjal,” jgħid Ġeħova,

Li d-dawl* tiegħu hu f’Sijon u l-forn tiegħu f’Ġerusalemm.

32 Re se jmexxi bis-sewwa,

U hemm mexxejja li se jmexxu bil-ġustizzja.

 2 Kull wieħed minnhom se jkun bħal post taʼ kenn mir-riħ,

Ilqugħ* mill-maltempata,

Bħal widien bl-ilma f’art mingħajr ilma,

U bħad-dell taʼ blata kbira f’art niexfa.

 3 Imbagħad, għajnejn dawk li jistgħu jaraw mhux se jibqgħu magħluqin,

U dawk li jistgħu jisimgħu se joqogħdu attenti.

 4 Dawk li ma jaħsbuhiex se jimmeditaw fuq l-għarfien,

U dawk li jtemtmu se jitkellmu sew u ċar.

 5 Il-wieħed ħażin mhux se jibqaʼ jissejjaħ ġeneruż,

U l-bniedem bla prinċipji mhux se jissejjaħ importanti;

 6 Għax il-wieħed ħażin se jitkellem bla sens.

Hu se jippjana affarijiet taʼ ħsara f’qalbu

Biex iħajjar lil oħrajn għall-apostasija,*

Biex jgħid dak li mhux veru kontra Ġeħova,

Biex iġiegħel lil min hu* bil-ġuħ jibqaʼ mingħajr ikel,

U biex iċaħħad lil min hu bil-għatx milli jixrob xi ħaġa.

 7 Il-pjanijiet taʼ dak li m’għandux prinċipji huma ħżiena.

Hu jħajjar lil oħrajn jagħmlu affarijiet tal-mistħija

Biex jeqred lill-batut bil-gideb,

Anki meta l-fqir jgħid dak li hu sew.

 8 Imma l-ġeneruż iħobb jagħti,

U hu se jibqaʼ jkun ġeneruż.

 9 Nisa li ma jinteressakom minn xejn, qumu u isimgħu minn leħni!

Bniet li ma tinkwetaw fuq xejn, oqogħdu attenti għal dak li ngħid!

10 Fi ftit iktar minn sena, intom li ma tinkwetaw fuq xejn se titkexkxu,

Għax mhux se jinġabar prodott meta jispiċċa l-ħsad tal-għeneb.

11 Triegħdu, nisa li ma jinteressakom minn xejn!

Tkexkxu, intom li ma tinkwetaw fuq xejn!

Neħħu l-ħwejjeġ

U ilbsu ħwejjeġ tal-ixkora maʼ ġenbejkom.

12 Ħabbtu fuq sidirkom biex turu l-uġigħ li għandkom

Minħabba dak li ġara lill-għelieqi u d-dwieli li jagħtu l-frott.

13 Għax l-art tal-poplu tiegħi se tkun mimlija bl-għollieq u x-xewk;

Dawn se jgħattu d-djar kollha li darba kienu mimlijin ferħ,

Iva, se jgħattu l-belt ferriħija.

14 Għax it-torri ffortifikat ġie mitluq;

Il-belt storbjuża ġiet abbandunata.

Għofel u t-torri tal-għassa saru post mitluq għal dejjem,

Post li jifirħu bih il-ħmir slavaġ,

U jirgħaw fih l-imrieħel.

15 Dawn se jibqgħu hekk sakemm Alla jagħtina l-ispirtu tiegħu,

Id-deżert isir ġnien tas-siġar tal-frott,

U dan il-ġnien isir foresta.

16 Imbagħad żgur li se jkun hemm il-ġustizzja

Fid-deżert u fil-ġnien tas-siġar tal-frott.

17 Ir-riżultat tal-ġustizzja vera se jkun il-paċi,

Il-ġustizzja vera se ġġib trankwillità u sigurtà għal dejjem.

18 Il-poplu tiegħi se jgħix f’post fil-paċi,

Fis-sigurtà, u b’mod trankwill.

19 Imma s-silġ se jiċċattja l-foresta,

U l-belt se tinqered għalkollox.

20 Ferħanin intom li tiżirgħu ħdejn l-ilmijiet kollha,

U li l-barri u l-ħmar tagħkom qegħdin fl-għalqa.*

33 Ħażin għalik, int li teqred lil oħrajn u li għadek ma nqridtx;

Int li tqarraq u li ma ġejtx imqarraq!

Meta tieqaf teqred lil oħrajn, int se tiġi meqrud.

Meta tieqaf tqarraq, int se tiġi mqarraq.

 2 Ġeħova, ħenn għalina.

Aħna nittamaw fik.

Saħħaħna kull filgħodu,

U salvana fi żmien taʼ tbatija.

 3 In-nies jaħarbu meta jisimgħu ħoss qawwi.

Meta tieħu azzjoni, il-ġnus jinfirxu.

 4 Bħalma l-ġurati jkaxkru kulma jsibu quddiemhom, hekk se tiġi mkaxkra l-priża tagħkom.

In-nies se jaqbżu fuqha bħal ħafna ġurati.

 5 Ġeħova se jiġi mfaħħar,

Għax hu jgħix fis-sema.

Hu se jgħin lin-nies taʼ Sijon jaġixxu bil-ġustizzja.

 6 Hu l-wieħed li jipproteġikom.

Dak li hu taʼ valur kbir

Hu l-mod tal-għaġeb kif qed isalvakom, l-għerf u l-għarfien li qed jagħtikom, u r-rispett kbir* li għandkom għal Ġeħova.

 7 L-irġiel kuraġġużi tagħhom qed jgħajtu fit-triq;

Il-messaġġiera tal-paċi jibku fuq li jibku.

 8 It-toroq prinċipali vojta;

Ħadd ma jgħaddi mit-toroq.

L-għadu kiser il-patt;

Hu ma jinteressahx mill-bliet,

U ma jagħti kas taʼ ħadd.

 9 L-art tibki* u tispiċċa fix-xejn.

Il-Libanu qed jistħi għax spiċċa fix-xejn.

Is-Saron saret bħad-deżert,

U l-Basan u l-Karmel qed iwaqqgħu l-weraq tagħhom.

10 Ġeħova jgħid: “Issa se nieħu azzjoni,

Issa se nuri s-saħħa tiegħi

U se nigglorifika lili nnifsi.

11 Il-pjanijiet tagħkom u dak li tagħmlu ma jiswew għal xejn bħal ħaxix niexef u tiben.

L-attitudni ħażina tagħkom se tiblagħkom bħan-nar.

12 Il-popli se jsiru bħal dak li jifdal mill-ġir maħruq.

Se jinħarqu bħax-xewk maqtugħ.

13 Intom li qegħdin ’il bogħod, isimgħu x’se nagħmel!

U intom li qegħdin qrib, agħrfu s-saħħa tiegħi.

14 Il-midinbin* f’Sijon imwerwrin;

L-apostati qed jitriegħdu u jgħidu:

‘Min minna jistaʼ jgħix fejn in-nar qed jiblaʼ kollox?

Min minna jistaʼ jgħix fin-nirien li ma jintfewx?’

15 Il-wieħed li l-ħin kollu jagħmel dak li hu tajjeb,

Li jgħid il-verità,

Li jirrifjuta qligħ diżonest u bil-qerq,

Li ma jaċċettax tixħim,*

Li ma jismax il-pjanijiet għal qtil,

U li jagħlaq għajnejh biex ma jarax il-ħażen

16 Se jgħix fl-għoli;

U l-post taʼ protezzjoni* tiegħu se jkun fi blat li diffiċli biex jintlaħaq.

Hu dejjem se jkollu l-ħobż,

U l-ilma qatt mhu se jispiċċalu.”

17 Intom se taraw re fl-aqwa tiegħu;

Se taraw art ’il bogħod.

18 Se tiftakru f’dan* iż-żmien tal-biżaʼ u tistaqsu lilkom infuskom:

“Fejn hu s-segretarju?

Fejn hu dak li jħallas it-taxxa?

Fejn hu dak li jgħodd it-torrijiet?”

19 Mhux se taraw iżjed nies arroganti,

Nies li l-lingwa tagħhom ma tifhimhiex,

Li meta jitkellmu jinstemgħu qed itemtmu u ma tifhimhomx.

20 Ħarsu lejn Sijon, il-belt fejn niċċelebraw il-festi tagħna!

Se taraw li Ġerusalemm hi post li fih tgħix fil-paċi,

Tinda li qatt mhu se tiċċaqlaq.

L-imsiemer tagħha qatt mhu se jinqalgħu,

U l-ħbula tagħha mhux se jinqatgħu.

21 Hemmhekk, il-Maestuż Ġeħova,

Se jipproteġina bħalma x-xmajjar u l-kanali wesgħin jipproteġu belt.

Fejn l-ebda vapur tal-gwerra ma jmur,

U l-ebda vapur tal-għaġeb ma jgħaddi minn hemm.

22 Għax Ġeħova hu l-Imħallef tagħna,

Ġeħova hu l-Wieħed li Jagħtina l-Liġi,

Ġeħova hu r-Re tagħna;

Hu l-Wieħed li se jsalvana.

23 Il-ħbula tal-vapuri tal-għadu se jiddendlu;

Ma jistgħux iżommu l-arblu wieqaf u lanqas jiftħu l-qlugħ.

Dak iż-żmien, se tinqasam priża kbira;

Anki min izappap se jieħu ħafna ġid.

24 U ħadd minn dawk li jgħixu hemm ma jgħid: “Jien marid.”

In-nies li jgħixu fl-art se jinħafrilhom l-iżball tagħhom.

34 Ġnus, ejjew viċin ħalli tisimgħu,

U intom il-popli, oqogħdu attenti.

Ħa tismaʼ l-art u kulma fiha,

Id-dinja u kull ħaġa li tgħix fiha.

 2 Għax Ġeħova hu rrabjat għall-ġnus kollha,

U hu inkorlat għall-armati kollha tagħhom.

Hu se jeqridhom għalkollox;

Se joqtolhom.

 3 Il-maqtulin tagħhom se jintremew,

U l-intiena tal-iġsma mejtin tagħhom se tkun kullimkien;

Il-muntanji se jinħallu minħabba d-demm* tagħhom.

 4 L-armata kollha tas-sema se titħassar,

U s-sema se tiġi mgerba bħal skroll.

L-armata kollha tagħhom se tinxef u taqaʼ,

Bħalma werqa niexfa taqaʼ mid-dielja

U tina niexfa mis-siġra tat-tin.

 5 “Għax fis-sema x-xabla tiegħi se tkun mimlija bid-demm.

Biha se nagħmel ġudizzju fuq Edom,

Fuq il-poplu li jien irrid neqred għalkollox.

 6 Jien, Ġeħova, għandi xabla; din se tkun miksija bid-demm.

Se tkun miksija bix-xaħam,

Bid-demm tal-imtaten żgħar u l-bdabad,

Bix-xaħam tal-kliewi tal-imtaten.

Għax jien, Ġeħova, se nagħmel sagrifiċċju f’Bosra

U qatla kbira fl-art t’Edom.

 7 Il-barrin slavaġ se jinżlu magħhom,

Il-barrin żgħar mal-barrin kbar u b’saħħithom.

L-art t’Edom se tkun imxarrba għasra bid-demm,

U t-trab tagħha se jkun mgħarraq bix-xaħam.”

 8 Għax Ġeħova għażel jum biex jagħmel vendetta mill-għedewwa tiegħu,

Għażel sena biex jikkastiga lin-nies li għamlu l-ħsara lil Sijon.

 9 Ix-xmajjar tagħha* se jinbidlu f’żift,

It-trab tagħha f’kubrit,*

U l-art tagħha se ssir bħal żift jaqbad.

10 Din mhux se tintefa, la billejl u lanqas binhar;

Id-duħħan tagħha se jibqaʼ tielaʼ għal dejjem.

Se tibqaʼ mħarbta minn ġenerazzjoni għal oħra;

Ħadd mhu se jgħaddi minnha għal dejjem taʼ dejjem.

11 Se tkun post għall-pellikan u l-porkuspin,*

U l-kokka tal-qrun u ċ-ċawlun se jgħixu fiha.

Alla se jkejjilha b’ħabel tal-kejl u b’lenza biċ-ċomb

Biex juri li se ssir vojta u ma tiswa xejn.

12 M’hemm ħadd min-nies importanti tagħha li se jsir re,

U l-mexxejja kollha tagħha se jiġu fix-xejn.

13 Fit-torrijiet iffortifikati tagħha se jitlaʼ x-xewk,

U fil-fortizzi tagħha l-ħurrieq u l-għollieq.

Se ssir post fejn jinħbew il-klieb slavaġ

U post fejn jgħix in-ngħam.*

14 L-annimali tad-deżert se jiltaqgħu mal-annimali li jgħajtu,

U l-mogħoż slavaġ* se jgħajtu lil xulxin.

Iva, hemmhekk il-buqrajq* jissetilja u jsib post taʼ mistrieħ.

15 Hemmhekk is-serp se jagħmel il-bejta tiegħu, ibid,

Ifaqqas il-bajd, u jipproteġi liż-żgħar.

Iva, hemmhekk se jinġabru l-isqra, kull seqer mas-sieħba tiegħu.

16 Fittxu fil-ktieb taʼ Ġeħova u aqrawh b’leħen għoli:

L-ebda wieħed minnhom mhu se jonqos;

Ħadd minnhom mhu se jkun mingħajr is-sieħba,

Għax hu Ġeħova li ta l-kmand,

U l-ispirtu tiegħu li ġabarhom flimkien.

17 Hu l-Wieħed li tefaʼ x-xorti għalihom,

U idu stess kejlet il-post li tahom.*

Dan se jkun tagħhom għal dejjem;

Se jibqgħu jgħixu fih, jgħaddi kemm jgħaddi żmien.

35 Ix-xagħri u l-art niexfa se jifirħu,

U l-pjanura tad-deżert se tifraħ u twarrad bħaż-żagħfran.

 2 Żgur li se twarrad;

Din se tifraħ u tgħajjat bil-ferħ.

Lilha se tingħata l-glorja tal-Libanu,

U s-sbuħija tal-Karmel u tas-Saron.

In-nies se jaraw il-glorja taʼ Ġeħova, is-sbuħija tal-Alla tagħna.

 3 Saħħu l-idejn dgħajfin

U ssodaw l-irkopptejn li qed jitriegħdu.

 4 Għid lil dawk ansjużi:*

“Kunu kuraġġużi. Tibżgħux.

L-Alla tagħkom stess se jiġi biex jagħmel vendetta,

Alla se jiġi biex jikkastiga.

Hu ġej u se jsalvakom.”

 5 Dak iż-żmien, dawk li ma jarawx se jaraw

U dawk li ma jisimgħux se jibdew jisimgħu.

 6 Dak iż-żmien, dawk li jzappu se jaqbżu bħaċ-ċriev

U dawk li ma jitkellmux se jgħajtu bil-ferħ.

Mix-xagħri se joħorġu l-ilmijiet,

U mill-pjanura tad-deżert ix-xmajjar.

 7 L-art qoxqox se ssir għadira bil-qasab,

U l-art bil-għatx se ssir għejun tal-ilma.

Fil-post fejn jistrieħu l-klieb slavaġ,

Se jkun hemm ħaxix aħdar u papiru.

 8 U se jkun hemm triq prinċipali,

Iva, triq li tissejjaħ it-Triq tal-Qdusija.

Din se tkun għal dak li jimxi fit-triq.

Min mhux nadif, ma jgħaddix minnha,

L-ebda iblah mhu se jimxi fiha.

 9 Ebda ljun mhu se jkun hemm,

U ebda bhima feroċi mhu se tmur fiha.

Mhumiex se jkunu hemm.

Dawk biss li ġew mixtrijin lura mill-eżilju se jimxu fiha.

10 Dawk mifdijin* minn Ġeħova se jmorru lura Sijon b’għajjat taʼ ferħ.

Il-ferħ tagħhom qatt mhu se jispiċċa.

Se jkunu kuntenti u ferħanin

U mhux se jibku u jkunu mdejqin.

36 Fl-14-il sena tat-tmexxija tar-Re Ħeżekija, Sennakerib ir-re tal-Assirja telaʼ kontra l-bliet iffortifikati kollha taʼ Ġuda u ħadhom f’idejh. 2 Ir-re tal-Assirja bagħat lir-Rabsake* b’armata kbira minn Lakis għal għand ir-Re Ħeżekija f’Ġerusalemm. Huma qagħdu ħdejn il-kanal tal-għadira taʼ fuq, li qiegħed fit-triq prinċipali li tagħti għall-għalqa tal-ħassiel. 3 Imbagħad ħarġu jiltaqgħu miegħu Eljakim bin Ħilkija, li kien jieħu ħsieb il-palazz, Sebna s-segretarju, u Ġowaħ bin Asaf ir-reġistratur.

4 Għalhekk ir-Rabsake qalilhom: “Jekk jogħġobkom għidu lil Ħeżekija, ‘Hekk jgħid ir-re l-kbir, ir-re tal-Assirja: “Għala int daqshekk fiduċjuż? 5 Int qed tgħid, ‘Għandi l-istrateġija u l-qawwa biex niggwerra,’ imma dan hu kliem bla sens. F’min fdajt biex tażżarda tirribella kontrija? 6 Int tafda fl-appoġġ taʼ qasba mkissra, l-Eġittu, li jekk xi ħadd iserraħ magħha tidħol fil-pala t’idu u ttaqqabhielu. Hekk hu l-Fargħun, ir-re tal-Eġittu, għal kull min jafdah. 7 Jew forsi tgħiduli, ‘Aħna nafdaw f’Ġeħova l-Alla tagħna.’ Mhux tiegħu kienu l-postijiet għall-qima u l-artali li neħħa Ħeżekija, filwaqt li qal lil Ġuda u Ġerusalemm biex imilu quddiem dan l-artal?”’ 8 Mela issa jekk jogħġbok, agħmel imħatra maʼ sidi r-re tal-Assirja: Jien nagħtik 2,000 żiemel jekk int kapaċi ssib biżżejjed rikkieba għal fuqhom. 9 Int li tafda fl-Eġittu għall-karrijiet u r-rikkieba taż-żwiemel, tistaʼ tegħleb gvernatur wieħed li hu l-iċken mill-qaddejja taʼ sidi? 10 Taħseb li jien tlajt kontra dan il-pajjiż biex neqirdu mingħajr il-permess taʼ Ġeħova? Ġeħova nnifsu qalli, ‘Itlaʼ kontra dan il-pajjiż u eqirdu.’”

11 Għal dan, Eljakim, Sebna, u Ġowaħ qalu lir-Rabsake: “Jekk jogħġbok, tkellem magħna bil-lingwa Aramajka,* għax aħna nifhmuha; tkellimniex bil-lingwa tal-Lhud għax in-nies taʼ fuq is-sur qed jisimgħu.” 12 Imma r-Rabsake qalilhom: “Jaqaw sidi bagħatni ngħid dan il-kliem lil sidkom u lilkom biss? Mhux anki lill-irġiel taʼ fuq is-sur, dawk li se jieklu ħmieġhom stess u jixorbu l-pipì tagħhom stess magħkom?”

13 Imbagħad ir-Rabsake għajjat b’leħen għoli bil-lingwa tal-Lhud: “Isimgħu l-kelma tar-re l-kbir, ir-re tal-Assirja. 14 Hekk jgħid ir-re, ‘Tħallux lil Ħeżekija jqarraq bikom, għax hu ma jistax jeħliskom. 15 U tħallux lil Ħeżekija jikkonvinċikom tafdaw f’Ġeħova billi jgħidilkom: “Żgur li Ġeħova se jeħlisna, u din il-belt ma tingħatax f’idejn ir-re tal-Assirja.” 16 Tisimgħux minn Ħeżekija, għax hekk jgħid ir-re tal-Assirja: “Agħmlu paċi miegħi u ċedu,* u kull wieħed minnkom jiekol mid-dielja u mit-tina tiegħu u jixrob l-ilma tal-ġiebja tiegħu, 17 sakemm niġi u niħodkom f’art bħal tagħkom. Art li tipproduċi ħafna ċereali* u għeneb biex tagħmlu l-ħobż u l-inbid. 18 Tħallux lil Ħeżekija jqarraq bikom billi jgħidilkom, ‘Ġeħova se jeħlisna.’ Jaqaw kien hemm xi wieħed mill-allat tal-popli li ħeles lil artu minn taħt idejn ir-re tal-Assirja? 19 Fejn huma l-allat taʼ Ħamat u Arfad? Fejn huma l-allat taʼ Sefarwajim? Ħelsuha lis-Samarija minn taħt idejja? 20 Min fost l-allat kollha ħeles lil artu minn taħt idejja, biex Ġeħova jeħles lil Ġerusalemm minn taħt idejja?”’”

21 Imma huma baqgħu siekta u ma wiġbuh xejn, għax il-kmand tar-re kien: “Twiġbuhx.” 22 U Eljakim bin Ħilkija, li kien jieħu ħsieb il-palazz, Sebna s-segretarju, u Ġowaħ bin Asaf ir-reġistratur marru għand Ħeżekija bi ħwejjiġhom imċarrtin u qalulu x’qal ir-Rabsake.

37 Malli r-Re Ħeżekija semaʼ dan, hu ċarrat ħwejġu u libes ħwejjeġ tal-ixkora u daħal fid-dar taʼ Ġeħova. 2 Wara bagħat lil Eljakim, li kien jieħu ħsieb il-palazz, lil Sebna s-segretarju, u lill-kapijiet tal-qassisin għand il-profeta Isaija bin Għamoż lebsin ħwejjeġ tal-ixkora. 3 Huma qalulu: “Hekk jgħid Ħeżekija, ‘Dan hu jum taʼ dwejjaq, tgħajjir, u diżunur. Għax aħna bħal mara li waslet biex twelled imma m’għandhiex saħħa tagħmel dan. 4 Għandu mnejn Alla Ġeħova semaʼ dak kollu li qal ir-Rabsake, li ntbagħat minn sidu r-re tal-Assirja biex iwaqqaʼ għaċ-ċajt lill-Alla l-ħaj. Forsi Alla Ġeħova jitlob kont minnhom minħabba dak li semaʼ. Mela, itlob għalina li għad fadal hawn.’”

5 Għalhekk, il-qaddejja tar-Re Ħeżekija marru għand Isaija, 6 u hu qalilhom biex jgħidu lil sidhom: “Hekk jgħid Ġeħova: ‘Tibżax mill-kliem li smajt, li bih il-qaddejja tar-re tal-Assirja dgħaw* kontrija. 7 Se nqiegħed ħsieb f’moħħu* ħalli meta jismaʼ rapport, imur lura lejn pajjiżu. U nagħmel ċert li jmut bix-xabla f’pajjiżu stess.’”

8 Wara li r-Rabsake semaʼ li r-re tal-Assirja kien telaq minn Lakis, hu mar lura għandu u sabu jiġġieled kontra Libna. 9 Ir-re semaʼ li r-Re Tirħaka tal-Etjopja ħareġ jiġġieled kontrih. Meta semaʼ dan, reġaʼ bagħat messaġġiera għand Ħeżekija u qalilhom: 10 “Hekk għidulu lir-Re Ħeżekija taʼ Ġuda, ‘Tħallix lill-Alla tiegħek li qed tafda fih iqarraq bik billi jgħidlek: “Ġerusalemm mhix se tingħata f’idejn ir-re tal-Assirja.” 11 Int smajt kif ir-rejiet tal-Assirja qerdu lill-pajjiżi kollha. Taħseb li se teħlisha int biss? 12 Ħelsuhom l-allat tal-popli li missirijieti qerdu? Fejn huma Gożan, Ħaran, Reżef, u n-nies t’Għeden li kienu f’Tel-assar? 13 Fejn hu r-re taʼ Ħamat, ir-re t’Arfad, u r-re tal-bliet taʼ Sefarwajim, taʼ Ħena, u taʼ Iwwa?’”

14 Ħeżekija ħa l-ittri mingħand il-messaġġiera u qrahom. Imbagħad telaʼ lejn id-dar taʼ Ġeħova u firixhom quddiem Ġeħova. 15 U Ħeżekija beda jitlob lil Ġeħova u jgħid: 16 “Ġeħova tal-armati, l-Alla t’Iżrael, li qiegħed bilqiegħda fuq it-tron fuq* il-kerubini, int waħdek l-Alla l-veru tas-saltniet kollha tal-art. Int għamilt is-sema u l-art. 17 Jekk jogħġbok Ġeħova, ismaʼ! Iftaħ għajnejk u ara, Ġeħova! Ismaʼ l-kliem kollu li Sennakerib bagħat biex iwaqqaʼ għaċ-ċajt lill-Alla l-ħaj. 18 Huwa fatt, Ġeħova, li r-rejiet tal-Assirja ħarbtu l-artijiet kollha kif ukoll l-art tagħhom. 19 U tefgħu l-allat tal-artijiet kollha fin-nar, għax ma kinux allat imma għamluhom in-nies mill-injam u l-ġebel. Kien għalhekk li setgħu jeqirduhom. 20 Ġeħova Alla tagħna, salvana minn idejh sabiex is-saltniet kollha tal-art ikunu jafu li int biss Alla, Ġeħova.”

21 Isaija bin Għamoż bagħat jgħid lil Ħeżekija: “Hekk jgħid Ġeħova l-Alla t’Iżrael, ‘Peress li tlabt lili dwar ir-Re Sennakerib tal-Assirja, 22 Ġeħova qal hekk kontrih:

“Il-verġni bint Sijon maqdritek, hi waqqgħatek għaċ-ċajt.

Bint Ġerusalemm xenglet rasha minn warajk.

23 Lil min waqqajt għaċ-ċajt u dgħajt kontrih?

Kontra min għollejt leħnek

U għollejt għajnejk b’arroganza?

Kontra l-Qaddis t’Iżrael!

24 Bil-qaddejja tiegħek waqqajt għaċ-ċajt lil Ġeħova u għedt,

‘Bil-ħafna karrijiet tal-gwerra li għandi

Jien se nitlaʼ fl-għoli tal-muntanji,

L-iktar partijiet ’il bogħod tal-Libanu.

Jien naqtaʼ s-siġar taċ-ċedri kbar tiegħu, l-aħjar siġar tal-ġnibru tiegħu.

Jien nidħol fl-iktar postijiet fl-għoli u taʼ kenn, fil-foresti sbieħ tiegħu.

25 Inħaffer bjar u nixrob ilmijiet;

U b’qiegħ saqajja nnixxef ix-xmajjar* tal-Eġittu.’

26 Ma smajtx? Sa minn żmien twil ilu hekk iddeċidejt li nagħmel.

Minn żmien ilu ppreparajt dan.

Issa se nġiegħlu jseħħ.

Int se tirrovina l-bliet iffortifikati u ġġibhom abbandunati.

27 In-nies li joqogħdu fihom ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn;

Se jibżgħu u jistħu.

Se jiddgħajfu u jsiru bħall-ħaxix tal-għelieqi u bħall-ħaxix aħdar,

Bħall-ħaxix taʼ fuq il-bjut li jinħaraq bir-riħ mil-Lvant.

28 Imma jien naf tajjeb meta int toqgħod bilqiegħda, meta toħroġ, meta tidħol,

U meta tkun irrabjat ħafna għalija,

29 Għax ir-rabja kbira li għandek għalija u l-għajjat tiegħek waslu f’widnejja.

Għalhekk se nqiegħed il-ganċ tiegħi fi mnieħrek u ħadida* bejn xofftejk,

U nieħdok lura minn fejn ġejt.”

30 “‘U dan ikun is-sinjal għalik:* Din is-sena int tiekol dak li jikber waħdu.* U fit-tieni sena tiekol iċ-ċereali* li jinbtu fl-istess post. Imma fit-tielet sena tiżraʼ ż-żerriegħa u taħsad, u tħawwel l-għelieqi bid-dwieli u tiekol frotthom. 31 Dawk li jibqgħu ħajjin mid-dar taʼ Ġuda se jrabbu l-għeruq bħall-pjanti u jkollhom il-frott. 32 Minn Ġerusalemm se joħorġu n-nies li jifdal, u dawk li jaħarbu se joħorġu mill-Muntanja Sijon. Ġeħova tal-armati se jagħmel dan bil-ħeġġa.

33 “‘Għalhekk, Ġeħova jgħid dan dwar ir-re tal-Assirja:

“Ma jidħolx f’din il-belt,

Jew jispara vleġġa fiha,

Jew jersaq lejha b’tarka,

Jew itellaʼ kontriha rampa għall-assedju.”’

34 ‘Mit-triq li ġie minnha se jerġaʼ lura;

Ma jidħolx f’din il-belt,ʼ jgħid Ġeħova.

35 ‘Jien niddefendi din il-belt u nsalvaha minħabba fija stess

U minħabba l-qaddej tiegħi David.’”

36 U l-anġlu taʼ Ġeħova ħareġ u qatel 185,000 raġel fil-kampijiet tal-Assirjani. Meta n-nies qamu kmieni filgħodu, sabuhom kollha mejtin. 37 Għalhekk, ir-Re Sennakerib tal-Assirja rtira mill-battalja u mar lura Ninwe. 38 U waqt li kien qed imil fit-tempju tal-alla tiegħu Nisrok, it-tfal tiegħu Adrammelek u Sareser qatluh bix-xabla u mbagħad ħarbu lejn l-art t’Ararat. U ibnu Esar-ħaddon sar re minfloku.

38 Dak iż-żmien Ħeżekija marad u kien wasal biex imut. Il-profeta Isaija bin Għamoż daħal ħdejh u qallu: “Hekk jgħid Ġeħova: ‘Agħti istruzzjonijiet lil taʼ darek, għax se tmut; mhux se jgħaddilek.’” 2 Għalhekk, Ħeżekija dar wiċċu mal-ħajt u beda jitlob lil Ġeħova: 3 “Nitolbok bil-ħniena Ġeħova, jekk jogħġbok ftakar kif jien imxejt quddiemek lealment u b’qalb sħiħa, u għamilt dak li hu tajjeb f’għajnejk.” U Ħeżekija beka fuq li beka.

4 Imbagħad Ġeħova qal lil Isaija: 5 “Erġaʼ lura u għid lil Ħeżekija, ‘Hekk jgħid Ġeħova l-Alla tal-antenat tiegħek David: “Jien smajt it-talba tiegħek u rajt id-dmugħ tiegħek. Jien se nżidlek 15-il sena oħra maʼ ħajtek, 6 u neħles lilek u lil din il-belt minn idejn ir-re tal-Assirja, u niddefendi lil din il-belt. 7 Dan hu s-sinjal mingħand Ġeħova biex Ġeħova jurik li se jagħmel dak li qal: 8 Jien se nagħmel li d-dell tax-xemx li niżel fuq it-taraġ* t’Aħaż imur lura għaxar tarġiet.”’” Għalhekk, id-dell li kien diġà niżel mar lura għaxar tarġiet.

9 Kompożizzjoni li ġiet miktuba mir-Re Ħeżekija taʼ Ġuda meta marad u rkupra mill-marda tiegħu.

10 Jien għedt: “F’nofs ħajti

Se jkolli mmur fil-Qabar.*

Se niġi mċaħħad mill-kumplament tas-snin li baqagħli.”

11 Jien għedt: “M’iniex se nara lil Jah,* mhux se nkun fost dawk li huma ħajjin u li jaraw lil Jah.

Mhux se nħares iktar lejn il-bnedmin

Meta nkun maʼ dawk li qegħdin fil-post fejn m’hemmx ħajja.

12 Il-post fejn noqgħod hu bħat-tinda tar-ragħajja

Li żżarmat u nġarret.

Kebbibt ħajti bħalma xi ħadd li jinseġ bin-newl ikebbeb biċċa drapp li tkun lesta;

Hu jaqtagħni bħalma biċċa drapp titneħħa minn man-newl.

Minn filgħodu sa filgħaxija tibqaʼ ġġibni fix-xejn.

13 Jien nipprova nibqaʼ kalm sa filgħodu.

Bħal iljun, hu jibqaʼ jkisser l-għadam tiegħi kollu;

Minn filgħodu sa filgħaxija tibqaʼ ġġibni fix-xejn.

14 Bħar-rundun u l-għasfur tal-għana,* jien se nibqaʼ npespes;

Jien se nibqaʼ ngorr bħall-ħamiema.

Għajejt nistennieh biex jgħinni u għedt:

‘Ġeħova, jien qed inbati ħafna.

Jekk jogħġbok, għinni.’*

15 X’nistaʼ ngħid?

Hu tkellem miegħi u aġixxa.

Jien se nkun umli sakemm indum ħaj

Minħabba l-inkwiet kbir li kelli.*

16 ‘Ġeħova, permezz taʼ dawn l-affarijiet* jgħix kull bniedem,

U bihom nieħu n-nifs.

Int se tagħtini saħħti lura u żżommni ħaj.

17 Minflok ma kelli l-paċi, kelli inkwiet kbir;

Imma għax tħobbni,*

Int salvajtni mill-mewt.*

Int tfajt id-dnubiet kollha tiegħi wara dahrek.*

18 Għax il-Qabar* ma jistax jigglorifikak,

Il-mewt ma tistax tfaħħrek.

Dawk li jinżlu fil-ħofra ma jistgħux jittamaw fil-lealtà tiegħek.

19 Il-ħajjin biss jistgħu jfaħħruk,

Bħalma jien nistaʼ nagħmel dan illum.

Missier jistaʼ jagħti l-għarfien lit-tfal tiegħu dwar il-lealtà tiegħek.

20 Ġeħova, salvani,

U l-jiem kollha taʼ ħajjitna ndoqqulek l-għanjiet

Bl-istrumenti tal-korda fid-dar tiegħek, Ġeħova.’”

21 Imbagħad Isaija qal: “Ġibu ċappa tin niexef u ppressat u idilkuha fuq il-musmar tiegħu ħalli jfiq.” 22 Ħeżekija kien staqsa: “X’inhu s-sinjal li se nitlaʼ fid-dar taʼ Ġeħova?”

39 Dak iż-żmien ir-re taʼ Babilonja, Merodak-baladan bin Baladan, bagħat xi ittri u rigal lil Ħeżekija għax kien semaʼ li kien marad. 2 Ħeżekija laqaʼ mill-qalb lill-messaġġiera* u wriehom it-teżori tiegħu: il-fidda, id-deheb, iż-żejt tal-balzmu u żejt prezzjuż ieħor, l-armi kollha, u kulma kien hemm. Hu wriehom kulma kellu fil-palazz u fis-saltna kollha tiegħu.

3 Imbagħad il-profeta Isaija mar għand ir-Re Ħeżekija u staqsieh: “X’qalu dawn l-irġiel u minn fejn ġew?” U Ħeżekija qallu: “Ġew mill-bogħod, minn Babilonja.” 4 Wara staqsieh: “X’raw fil-palazz tiegħek?” Ħeżekija wieġbu: “Kollox raw. Ma kien hemm xejn li ma wrejthomx mill-post fejn jinżammu t-teżori.”

5 Imbagħad Isaija qal lil Ħeżekija: “Ismaʼ dak li jgħid Ġeħova tal-armati, 6 ‘Għad jiġi ż-żmien li kulma hemm fil-palazz tiegħek u kulma ħażnu missirijietek sal-lum se jinġarr lejn Babilonja. Xejn ma jitħalla,ʼ jgħid Ġeħova. 7 ‘U xi tfal li se jkollok jittieħdu u jsiru uffiċjali tal-palazz tar-re taʼ Babilonja.’”

8 Għal dan Ħeżekija qal lil Isaija: “Dak li qal Ġeħova permezz tiegħek hu tajjeb.” Imbagħad żied: “Għax se jkun hemm il-paċi u s-sigurtà* fi żmieni.”

40 L-Alla tagħkom jgħid, “Inkuraġġixxu, inkuraġġixxu lill-poplu tiegħi.

 2 Kellmu lil Ġerusalemm biex tilħqulha qalbha,

U għidulha li x-xogħol taʼ bilfors tagħha tlesta,

Li hi pattiet għall-ħtija tagħha.

Hi rċiviet il-kastig kollu għad-dnubiet tagħha mingħand Ġeħova.”

 3 Instemaʼ leħen fid-deżert:

“Ippreparaw it-triq taʼ Ġeħova!

Agħmlu triq prinċipali għall-Alla tagħna li tgħaddi mid-deżert.

 4 Ħa jimtela kull wied,

U jitbaxxew kull muntanja u għolja.

L-art imħarbta għandha tiġi nvellata,

U l-art mimlija ġebel illixxata.

 5 Imbagħad se tintwera l-glorja taʼ Ġeħova,

U n-nies kollha se jarawha,

Għax dan qalu Ġeħova.”

 6 Ismaʼ! Xi ħadd qed jgħid: “Għajjat!”

U ieħor staqsa: “X’se ngħajjat?”

“In-nies kollha huma bħal ħaxix.

L-imħabba u l-lealtà* tagħhom huma bħall-fjuri tal-għelieqi.

 7 Il-ħaxix jinxef

U l-fjuri jidbielu,

Għax Ġeħova* jonfoħ fuqhom.

In-nies żgur li huma bħal ħaxix.

 8 Il-ħaxix jinxef

U l-fjuri jidbielu,

Imma l-kelma t’Alla tagħna tibqaʼ għal dejjem.”

 9 Itlaʼ fuq muntanja għolja,

Mara li qed iġġib aħbar tajba għal Sijon.

Għolli leħnek sew,

Mara li qed iġġib aħbar tajba għal Ġerusalemm.

Għolli leħnek. Tibżax.

Għid lill-bliet taʼ Ġuda: “Hawn hu l-Alla tagħkom.”

10 Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* se jiġi u juri s-saħħa tiegħu.

Hu se jmexxi bil-qawwa t’idu.

Il-premju li se jagħti qiegħed għandu,

U l-paga li se jagħti qiegħda quddiemu.

11 Hu se jieħu ħsieb* il-merħla tiegħu bħal ragħaj,

Jiġbor il-ħrief b’idu,

U jġorrhom viċin qalbu.*

Hu jmexxi bi ħlewwa lil dawk li jitimgħu lill-frieħ tagħhom.

12 Min jistaʼ jżomm l-ilmijiet kollha fil-pala t’idu,

U jkejjel is-sema b’xiber?*

Min jistaʼ jiġbor it-trab tal-art kollha f’kejla,*

Jew jiżen il-muntanji u l-għoljiet f’miżien?

13 Min jistaʼ jkejjel* l-ispirtu taʼ Ġeħova,

U min jistaʼ jgħallmu u jagħtih il-pariri?

14 Mingħand min ħa parir biex ikun jistaʼ jifhem,

Jew min għallmu jagħmel dak li hu ġust,

Jew tah l-għarfien,

Jew urieh kif għandu jifhem verament?

15 Il-popli huma bħal qatra f’barmil,

U jitqiesu bħal kisja trab f’miżien.

Hu jgħolli l-gżejjer bħal trab fin.

16 Lanqas is-siġar tal-Libanu mhuma biżżejjed biex iżommu n-nar tal-artal jaqbad,

U l-annimali slavaġ tiegħu mhumiex biżżejjed għall-offerta tal-ħruq.

17 Il-popli kollha huma bħal xi ħaġa li ma teżistix quddiemu,

Hu jqishom li mhuma xejn, li mhumiex vera.

18 Maʼ min tistgħu tqabbluh lil Alla?

Maʼ xiex tistgħu xxebbhuh?

19 Il-ħaddiem tas-sengħa jagħmel idolu,*

Il-ħaddied jiksih bid-deheb

U jaħdem ktajjen tal-fidda.

20 Raġel jagħżel siġra li ma titmermirx

Biex jagħmel idolu.

Hu jfittex ħaddiem tas-sengħa

Biex jipprepara statwa skolpita li ma tinqelibx.

21 Ma tafux?

Ma smajtux?

Ma qalulkomx mill-bidu dwar dan?

Ma fhimtux l-evidenza li ilha hemm minn meta tqiegħdu l-pedamenti tal-art?

22 Hemm Wieħed li jgħix ’il fuq miċ-ċirku* tal-art,

U dawk li joqogħdu fiha huma bħall-ġurati.

Hu qed iġebbed is-sema bħal drapp fin,

U jifrixha bħal tinda li toqgħod fiha.

23 Hu jġib fix-xejn l-awtorità tal-uffiċjali taʼ pożizzjoni għolja,

U jagħmel lill-imħallfin* tal-art ma jiswew għal xejn.

24 Huma bħal pjanti li għadhom kemm ġew imħawlin,

Bħal żerriegħa li għadha kemm ġiet miżrugħa,

U z-zokk tagħhom bilkemm jilħaq jagħmel l-għeruq,

Li ma jonfoħx ir-riħ fuqhom, inixxifhom, u jtajjarhom bħat-tiben.

25 Il-Qaddis jgħid: “Min hu daqsi biex tqabbluh miegħi?

26 Ħarsu lejn is-sema.

Min ħalaqhom l-istilel kollha?

Il-Wieħed li joħroġhom bħal armata u li jgħoddhom waħda waħda;

Hu jgħajtilhom kollha b’isimhom.

Peress li għandu ammont kbir t’enerġija* u saħħa tal-għaġeb,

Kollha qegħdin posthom.

27 Ġakobb, Iżrael, għala tgħid,

‘Ħajti hi moħbija minn Ġeħova,

Alla jinjora l-inġustizzji li għaddej minnhom’?

28 Ma tafx? Ma smajtx?

Ġeħova, il-Ħallieq taʼ kulma hawn fuq l-art, hu Alla għal dejjem.

Hu qatt ma jegħja jew ikun bla saħħa.

Ħadd ma jistaʼ jifhem l-għerf tiegħu.*

29 Hu jagħti s-saħħa lil min hu għajjien

U qawwa kbira lil min m’għandux saħħa.

30 It-tfal se jegħjew u jkunu bla saħħa,

U l-ġuvintur se jitfixklu u jaqgħu,

31 Imma dawk li jittamaw f’Ġeħova se jerġaʼ jkollhom is-saħħa.

Huma se jogħlew bil-ġwienaħ bħall-ajkli.

Se jiġru u ma jkunux bla saħħa;

Jimxu u ma jegħjewx.”

41 “Intom li toqogħdu fil-gżejjer, oqogħdu kwieti u isimgħuni;*

Intom il-popli, erġgħu iksbu s-saħħa tagħkom.

Ersqu lejja u mbagħad tkellmu.

Ejjew flimkien u jien niġġudikakom.

 2 Min ta l-qawwa lil xi ħadd mil-Lvant?*

Min għajjatlu biex jaqdih* ħalli jagħmel ġustizzja,

Biex jagħtih f’idejh il-popli,

U jgħinu jirbaħ lir-rejiet?

Min qed iġibhom trab bix-xabla tiegħu,

U jferrixhom bil-qaws tiegħu bħal tiben li jtir mar-riħ?

 3 Hu jiġri warajhom u jgħaddi mingħajr tfixkil

F’toroq li qatt m’għadda minnhom.

 4 Min għamel dan

U għajjat lill-ġenerazzjonijiet mill-bidu?

Jien, Ġeħova, jien l-Ewwel Wieħed;

In-nies imorru u jiġu imma jien nibqaʼ l-istess.”

 5 In-nies tal-gżejjer raw x’għamel u bdew jibżgħu.

Dawk li joqogħdu fit-truf tal-art bdew jitriegħdu.

Huma nġabru flimkien.

 6 Kull wieħed jgħin lil sieħbu,

U jgħid lil ħuh: “Kun kuraġġuż.”

 7 Għalhekk, il-ħaddiem tas-sengħa jsaħħaħ lill-ħaddied;

Dak li jillixxa bil-martell isaħħaħ lil dak li juża l-mazza fuq l-inkwina.

Hu jgħid li l-ħadid ġie mwaħħal sew.

Imbagħad l-istatwa titwaħħal bl-imsiemer ħalli ma taqax.

 8 “Imma Iżrael, int il-qaddej tiegħi,

Ġakobb, int il-wieħed li jien għażilt,

Id-dixxendent tal-ħabib* tiegħi Abraham.

 9 Lilek ħadtek minn truf l-art,

U għajjattlek mill-iktar partijiet ’il bogħod.

Jien għedtlek, ‘Int il-qaddej tiegħi;

Jien għażiltek; ma warrabtekx.

10 Tibżax, għax jien miegħek.

Tkunx ansjuż, għax jien l-Alla tiegħek.

Jien se nsaħħek, iva, jien se ngħinek.

Se nżommok sod b’idi l-leminija, bl-id li tagħmel dak li hu sewwa.’

11 Dawk kollha li jirrabjaw miegħek se jkollhom jistħu u se jiġu umiljati.

Dawk li jiġġieldu kontrik se jiġu fix-xejn u jisparixxu.

12 Int se tfittex irġiel li jiġġieldu miegħek, imma mhux se ssibhom.

L-irġiel li jiggwerraw kontrik se jsiru bħal xi ħaġa li ma teżistix u li mhi assolutament xejn.

13 Għax jien, Ġeħova l-Alla tiegħek, qed naqbdek minn idek il-leminija

U ngħidlek, ‘Tibżax. Jien se ngħinek.’

14 Tibżax Ġakobb, daqsxejn taʼ dudu,*

Nies t’Iżrael, jien se ngħinkom,” jgħid Ġeħova, Dak li Jixtrikom Lura, il-Qaddis t’Iżrael.

15 “Jien għamiltek bħal slitta tad-dris,

Bħal għodda tad-dris li taqtaʼ ħafna.

Int se tkisser il-muntanji u tfarrakhom,

U l-għoljiet se ġġibhom bħal qoxra taʼ żerriegħa.

16 Int se tgħollihom fl-arja,

U r-riħ iġorrhom;

Riefnu se jxerridhom.

Int se tifraħ minħabba dak li għamel Ġeħova,

U se tiftaħar minħabba dak li għamel il-Qaddis t’Iżrael.”

17 “Dawk fil-bżonn u l-foqra qed ifittxu l-ilma, imma m’hemmx.

Ilsienhom niexef minħabba l-għatx li għandhom.

Jien, Ġeħova, se ngħinhom.

Jien, l-Alla t’Iżrael, mhux se nitlaqhom.

18 Se nagħmel xmajjar fuq l-għoljiet li ma jitlaʼ xejn fuqhom

U għejun tal-ilma fil-pjanuri fil-widien.

Se nbiddel ix-xagħri f’għadajjar bil-qasab

U l-art niexfa f’għejun tal-ilma.

19 Fid-deżert se nħawwel siġar taċ-ċedri,

Tal-akaċja, tar-riħan, u tal-arżnu.

Fil-pjanura tad-deżert se nħawwel siġar tal-ġnibru,

Tal-fraxxnu, u taċ-ċipress,

20 Ħalli n-nies kollha jkunu jistgħu jaraw, ikunu jafu,

Joqogħdu attenti, u jifhmu

Li Ġeħova għamel dan,

U l-Qaddis t’Iżrael ħalqu.”

21 Ġeħova jgħid, “Ippreżentaw il-każ tagħkom.”

Ir-Re taʼ Ġakobb jgħid, “Ġibu l-provi tagħkom.”

22 “Ġibu l-evidenza u għidulna l-affarijiet li se jiġru.

Għidulna dwar l-affarijiet li ġraw,*

Ħalli nkunu nistgħu nirriflettu fuqhom* u nkunu nafu r-riżultat tagħhom.

Jew għidulna l-affarijiet li ġejjin.

23 Għidulna x’se jiġri fil-futur,

Ħalli nkunu nafu li intom allat.

Iva, agħmlu xi ħaġa, tajjeb jew ħażin,

Ħalli nibqgħu mistagħġbin meta narawha.

24 Intom xi ħaġa li ma teżistix,

U dak li tagħmlu ma jiswa xejn.

Kull min jagħżel li jqim lilkom hu taʼ min jobogħdu.

25 Jien tajt il-qawwa lil xi ħadd mit-Tramuntana, u dan se jiġi.

Hu se jsejjaħ ismi minn fejn titlaʼ x-xemx.*

Se jgħaffeġ fuq il-mexxejja* bħallikieku kienu tafal,

Bħalma xi ħadd li jaħdem il-fuħħar jgħaffeġ tafal frisk.

26 “Min qal dan mill-bidu biex stajna nkunu nafu,

Jew min qal dan mill-passat biex stajna ngħidu, ‘Għandu raġun’?

Infatti, ħadd minnkom ma ħabbar dan!

Ħadd ma qalu!

Ma smajna xejn mingħandkom!”

27 Jien kont l-ewwel wieħed li għedt lil Sijon: “Ara x’se jiġri!

U f’Ġerusalemm se nibgħat messaġġier b’aħbar tajba.

28 Imma bqajt infittex, u ma kien hemm ħadd;

Ma kien hemm ħadd fosthom li jagħti parir.

Għalkemm bqajt nistaqsihom, ħadd ma wieġeb.

29 Kollha kemm huma inutli.*

Mhuma kapaċi jagħmlu xejn.

L-istatwi tal-metall* tagħhom huma bħal riħ u bħal xi ħaġa mhix vera.

42 Dan hu l-qaddej tiegħi, li jien ngħin!

Dak li għażilt u li jien ferħan ħafna bih!*

Jien tajtu l-ispirtu tiegħi.

Hu se juri lill-popli x’inhi ġustizzja.

 2 Hu mhux se jgħajjat u lanqas jgħolli leħnu.

Mhux se jsemmaʼ leħnu fit-triq.

 3 Qasba mkissra ma jaqsamhiex,

U lampa tnemnem ma jitfihiex.

Hu se jkun leali u se jġib il-ġustizzja.

 4 Hu mhux se jegħja u lanqas mhu se jaqtaʼ qalbu.

Hu se jagħmel il-ġustizzja fuq l-art;

U n-nies tal-gżejjer se jibqgħu jistennew il-liġi* tiegħu.

 5 L-Alla l-veru Ġeħova,

Dak li Ħalaq is-sema u l-Alla l-Grandjuż li firixha,

Il-Wieħed li għamel l-art u dak li tipproduċi,

Il-Wieħed li jagħti n-nifs lin-nies fiha,

U l-ħajja* lil dawk li jimxu fuqha, jgħid:

 6 “Jien, Ġeħova, għajjattlek biex tagħmel il-ġustizzja;

Żammejtlek idek.

Se nipproteġik u se tkun bħal patt bejni u n-nies,

U bħal dawl għall-popli,

 7 Biex tiftaħ għajnejn dawk li ma jarawx,

U biex toħroġ lill-ħabsi mill-ħabs taħt l-art

U lil dawk li huma bilqiegħda fid-dlam mill-ħabs.

 8 Jien Ġeħova. Dan hu ismi.

Il-glorja tiegħi mhu se nagħtiha lil ħadd,*

Lanqas it-tifħir tiegħi lill-istatwi minquxin.

 9 L-affarijiet li għedtilkom dwarhom żmien ilu ġraw;

Issa qed ngħidilkom affarijiet ġodda,

U se nagħmel dan qabel ma jibdew jidhru.”

10 Kantaw għanja ġdida lil Ġeħova,

Faħħruh sat-trufijiet tal-art,

Intom li tkunu fuq il-baħar u kulma fih,

Intom il-gżejjer u n-nies li joqogħdu fihom.

11 Ħa jgħollu leħinhom id-deżert u l-bliet taʼ ġo fih,

L-irħula fejn jgħix Kedar.

Ħa jgħajtu bil-ferħ in-nies li jgħixu fil-blat.

Ħa jgħajtu minn fuq il-qċaċet tal-muntanji.

12 Ħa jagħtu glorja lil Ġeħova,

U jfaħħruh fil-gżejjer.

13 Ġeħova se joħroġ biex jiġġieled bħal raġel b’saħħtu.

Hu se jkun bħal gwerrier ħerqan biex imur għall-battalja.

Hu se jgħajjat, iva, se jgħajjat għajta taʼ gwerra;

Hu se juri li hu iktar b’saħħtu mill-għedewwa tiegħu.

14 Alla jgħid: “Ilni ħafna nżomm kwiet.

Bqajt m’għedt xejn u żammejt lura.

Bħal mara li qed twelled,

Jien se nokrob, nonfoħ, u nieħu nifsijiet fil-fond.

15 Se nkisser il-muntanji u l-għoljiet,

U nnixxef il-ħaxix kollu tagħhom.

Ix-xmajjar se nbiddilhom f’art niexfa*

U l-għadajjar bil-qasab innixxifhom.

16 Se mmexxi lil dawk li ma jarawx fi triq li ma jafux

U nġegħelhom jgħaddu minn toroq li mhumiex familjari magħhom.

Se nbiddel quddiemhom id-dlam f’dawl,

U l-art imħarbta f’art lixxa.

Dawn l-affarijiet se nagħmel għalihom, u mhux se nabbandunahom.”

17 Dawk li jafdaw fl-istatwi minquxin,

Dawk li jgħidu lill-istatwi tal-metall:* “Intom l-allat tagħna,”

Se jkollhom imorru lura jistħu ħafna.

18 Isimgħu, intom li ma tisimgħux;

Ħarsu u agħtu kas, intom li ma tarawx.

19 Hemm xi ħadd li ma jarax ħlief il-qaddej tiegħi?

Min ma jismax bħall-messaġġier li nibgħat?

Hemm xi ħadd li ma jarax bħal dak li ġie ppremjat?

Min ma jarax bħall-qaddej taʼ Ġeħova?

20 Int tara ħafna affarijiet, imma ma tagħtix kas.

Int tismaʼ, imma ma tobdix.

21 Minħabba li hu ġust,

Ġeħova jrid juri kemm il-liġi* hi tajba u glorjuża.

22 Imma dan hu poplu li serquh u ħadulu kollox;

Kollha huma maqbudin fl-għerien u moħbijin fil-ħabsijiet.

Huma ġew misruqin, imma m’hemm ħadd biex isalvahom,

Ħadulhom kollox u m’hemm ħadd biex jgħid: “Ġibuhom lura!”

23 Min fostkom se jismaʼ dan?

Min se jagħti kas u jobdi biex jibbenefika fiż-żmien li ġej?

24 Min ta lil Ġakobb biex jiħdulu kollox

U lil Iżrael biex jisirquh?

Mhux Ġeħova, il-Wieħed li dnibna kontrih?

Huma jirrifjutaw li jgħixu bil-mod kif irid hu,

U ma jobdux il-liġi* tiegħu.

25 Hu kien irrabjat ħafna magħhom

U kkastigahom bi gwerra.

Din ħarqet kulma kien hemm madwarhom, imma ma tawx kas.

Il-fjammi tagħha telgħu kontrihom, imma ma ħabblux rashom.

43 Ġakobb, Ġeħova hu l-Ħallieq tiegħek,

Iżrael, hu l-Wieħed li għamlek.

Hu jgħid: “Tibżax, għax jien xtrajtek lura.

Jien għajjattlek b’ismek.

Int tiegħi.

 2 Meta tgħaddi mill-ilmijiet, jien se nkun miegħek,

Meta tgħaddi mix-xmajjar, dawn mhux se jgħerrquk.

Meta tgħaddi min-nar, mhux se tinħaraq,

U l-fjamma mhux se xxawtek.

 3 Għax jien Ġeħova l-Alla tiegħek,

Il-Qaddis t’Iżrael, Dak li Jsalvak.

Jien tajt l-Eġittu, l-Etjopja, u lil Seba

Bħala fidwa* għalik.

 4 Għax int prezzjuż għalija,

Ġejt onorat, u jien inħobbok.

Allura se nagħti popli minflokok

U ġnus biex insalva lil ħajtek.

 5 “Tibżax, għax jien miegħek.

Jien se nġib lit-tfal tiegħek mil-Lvant

U niġborkom flimkien mill-Punent.

 6 Jien se ngħid lit-Tramuntana, ‘Ġibhom!’

U lin-Nofsinhar, ‘Iżżommhomx lura.

Ġib lit-tfal subien tiegħi mill-bogħod, u lit-tfal bniet tiegħi minn truf l-art,

 7 Lil kull min jissejjaħ b’ismi

U lil kull min ħlaqt għall-glorja tiegħi stess,

Li lilu għamilt.’

 8 Oħroġ il-poplu li għalkemm għandu għajnejn, ma jarax,

U għalkemm għandu widnejn, ma jismax.

 9 Ħa jinġabru f’post wieħed il-ġnus kollha,

U l-popli flimkien.

Min fosthom jistaʼ jgħid l-affarijiet li se jiġru?

Jew isemmgħulna l-ewwel affarijiet?*

Ħa jagħtu x-xhieda tagħhom biex juru li għandhom raġun,

Jew ħa jisimgħu u jgħidu, ‘Dan hu veru!’”

10 Ġeħova jgħid: “Intom ix-xhieda tiegħi,

Iva, il-qaddej tiegħi li jien għażilt,

Sabiex tkunu tafuni u tafdawni,*

U tifhmu li jien l-istess Wieħed.

Qabli ma kien hemm ebda Alla ieħor,

U warajja mhu se jkun hemm ħadd.

11 Jien Ġeħova, u jien biss nistaʼ nsalva lil ħaddieħor.”

12 Ġeħova jgħid: “Jien il-Wieħed li għedt dak li se jiġri, li salvajtkom, u li għamilt dan magħruf

Meta ma kien hemm ebda alla barrani fostkom.

Intom ix-xhieda tiegħi, u jien l-Alla l-veru.

13 Ukoll, jien dejjem l-istess Wieħed;

Ħadd ma jistaʼ jiħodli xejn minn idi.

Meta naġixxi, ħadd ma jistaʼ jfixkilni.”

14 Hekk jgħid Ġeħova, Dak li Jixtrikom Lura, il-Qaddis t’Iżrael:

“Minħabba fikom se nibgħat armata f’Babilonja u nwaqqaʼ l-istaneg kollha tal-bibien,

U l-Kaldin, li jkunu fuq il-vapuri tagħhom, se jgħajtu minħabba d-dwejjaq li jkollhom.

15 Jien Ġeħova, il-Qaddis tagħkom, Dak li Ħalaq lil Iżrael, ir-Re tagħkom.”

16 Ġeħova hu l-Wieħed li għamel triq fil-baħar

U passaġġ minkejja li kien hemm ilmijiet qawwijin.

17 Hu l-Wieħed li ġiegħel joħroġ il-karru tal-gwerra u ż-żiemel,

U l-armata mal-gwerriera b’saħħithom.

Hu jgħid: “Huma se jimteddu u ma jqumux.

Se jispiċċaw fix-xejn bħalma tintefa ftila.”

18 “Tiftakrux l-affarijiet taʼ qabel,

U toqogħdux thewdnu fuq il-passat.

19 Jien qed nagħmel xi ħaġa ġdida;

Anki issa qed tidher.

M’intomx tagħrfuha?

Se nagħmel triq fix-xagħri

U xmajjar fid-deżert.

20 L-annimali slavaġ, il-klieb slavaġ,

U n-ngħam* se jonorawni,

Għax jien nipprovdi ilma fix-xagħri

U xmajjar fid-deżert.

Dan għamiltu biex jixrob minnhom il-poplu li jien għażilt,

21 Il-poplu li għamilt għalija nnifsi

Ħalli jkun jistaʼ jfaħħarni.

22 Imma int ma tlabtx lili biex ngħinek, Ġakobb,

Għax xbajt minni, Iżrael.

23 Int ma ġibtlix nagħaġ għall-offerti sħaħ tal-ħruq,

U lanqas ma gglorifikajtni bis-sagrifiċċji tiegħek.

Jien ma ġegħeltekx iġġibli rigal,

U lanqas dejjaqtek billi tlabtek inċens abjad.

24 Ma xtrajtlix qasba aromatika,

U ma ssodisfajtnix bix-xaħam tas-sagrifiċċji tiegħek.

Minflok, int taqqaltni bid-dnubiet tiegħek

U għejjejtni bl-iżbalji tiegħek.

25 Jien il-Wieħed li qed inħassar għalkollox in-nuqqasijiet* tiegħek minħabba ismi stess,

U mhux se niftakar id-dnubiet tiegħek.

26 Ejja nġibu l-każ tagħna kontra xulxin; jekk insejt xi ħaġa, fakkarni;

Għidli l-verżjoni tiegħek biex turi li għandek raġun.

27 L-ewwel missier tiegħek* dineb,

U l-kelliema* tiegħek stess irribellaw kontrija.

28 Għalhekk, se niddiżonora l-kapijiet tat-tempju.

Jien se nagħti lil Ġakobb biex jinqered

U nġiegħel lil Iżrael jiġi mgħajjar.

44 “Ismaʼ, Ġakobb il-qaddej tiegħi,

U Iżrael li jien għażilt.

 2 Ġeħova, il-Ħallieq tiegħek u Dak li għamlek,

Li għenek minn mindu kont f’żaqq ommok,* jgħid:

‘Tibżax, Ġakobb il-qaddej tiegħi,

Ġesurun* li jien għażilt.

 3 Għax jien se nitfaʼ l-ilma fuq l-art bil-għatx,

U n-nixxigħat tal-ilma fuq art niexfa.

Jien se nagħti l-ispirtu tiegħi lit-tfal tiegħek,

U l-barka tiegħi lid-dixxendenti tiegħek.

 4 Huma se jinbtu bħall-ħaxix,

Bħas-siġar tal-luq ħdejn nixxigħat tal-ilma.

 5 Wieħed se jgħid: “Jien taʼ Ġeħova.”

Ieħor se jsejjaħ lilu nnifsu Ġakobb,

U jerġaʼ ieħor se jikteb fuq idu: “Jien taʼ Ġeħova.”

U jieħu isem Iżrael.’

 6 Ġeħova, ir-Re t’Iżrael

U Dak li Jixtrih Lura, Ġeħova tal-armati jgħid:

‘Jien l-ewwel u l-aħħar,

M’hemmx Alla ħliefi.

 7 Jekk hemm xi ħadd bħali,

Ħa jitkellem, jgħidli, u jagħtini prova!

Hemm xi ħadd minn dakinhar li jien għażilt il-poplu taʼ żmien twil ilu,

Li jistaʼ jgħid l-affarijiet li se jiġru daqt

U li għad iridu jiġru?

 8 Titwerwrux

U tħallux il-biżaʼ twaqqafkom milli taġixxu.

Jien għedt minn qabel u informajt dwar dan lil kull wieħed minnkom.

Intom ix-xhieda tiegħi.

Hemm Alla ieħor ħliefi?

Le, m’hemmx Blata oħra li naf biha.’”

 9 Dawk kollha li jagħmlu l-istatwi minquxin mhuma xejn,

U l-affarijiet li tant jgħożżu mhux se jkunu taʼ benefiċċju.

Bħala xhieda tagħhom, dawn* ma jarawx u ma jafu xejn.

Għalhekk, dawk li jagħmluhom se jiġu mġiegħla jistħu.

10 Min se jifforma alla jew jagħmel statwa tal-metall*

Li mhix taʼ benefiċċju?

11 Dawk li jagħmluha miegħu se jiġu mġiegħla jistħu.

Il-ħaddiema tas-sengħa huma sempliċi bnedmin.

Ħa jinġabru flimkien u jieħdu posthom.

Huma se jiġu mwerwrin u mġiegħla jistħu flimkien.

12 Il-ħaddied jaħdem il-ħadid fuq il-ġamar bl-għodda tiegħu.

Hu jifformah bl-imrietel,

U jaħdmu bis-saħħa t’idu.

Imbagħad jaqbdu l-ġuħ u jiġi bla saħħa;

Hu ma jixrobx ilma, u għalhekk jegħja.

13 Dak li jonqox l-injam jiftaħ il-ħabel tal-kejl u jimmarka l-forma bil-ġibs aħmar.

Hu jaħdimha bil-furmatur u jimmarkaha bil-kumpass.

Jagħmilha fil-forma sabiħa taʼ bniedem

Biex ipoġġiha f’dar.*

14 Hemm wieħed li xogħlu hu li jaqtaʼ s-siġar taċ-ċedri.

Hu jagħżel ċertu tip taʼ siġra, is-siġra tal-ballut,

U jieħu ħsiebha biex tikber b’saħħitha fost is-siġar tal-foresta.

Hu jħawwel siġra tar-rand, u tkabbarha x-xita.

15 Imbagħad titqattaʼ biċċiet biex il-bniedem iqabbad in-nar.

Ftit minnha jużah biex isaħħan lilu nnifsu;

Jagħmel nar u jaħmi l-ħobż.

Imma minnha jagħmel ukoll alla, u jqimu.

Hu jagħmilha statwa minquxa, u jinżel għarkupptejh quddiemha.

16 Nofsha jaħraqha fin-nar;

B’dan in-nofs hu jixwi l-laħam li jiekol, u jkun sodisfatt.

Ukoll isaħħan lilu nnifsu permezz tan-nar u jgħid:

“X’naqra nar għandi biex isaħħanni!”

17 Imma l-bqija taz-zokk jagħmlu alla, statwa minquxa.

Hu jinżel għarkupptejh quddiemha u jqimha.

Jitlob lilha u jgħid:

“Salvani, għax int l-alla tiegħi.”

18 Dawn in-nies ma jafu xejn u ma jifhmux,

Għax għajnejhom magħluqin u ma jistgħux jaraw,

U l-kundizzjoni taʼ qalbhom ma tħallihomx jifhmu.

19 Ħadd ma joqgħod jaħseb

Jew għandu l-għarfien jew l-abbiltà li jifhem biex jgħid:

“Nofs iz-zokk ħraqtu fin-nar,

U fuq il-ġamar tiegħu ħmejt il-ħobż u xwejt il-laħam biex niekol.

Allura, għandi nagħmel il-bqija tiegħu f’xi ħaġa moqżieża?

Għandi nqim biċċa njama minn siġra?”

20 Hu bħal xi ħadd li qed jiekol l-irmied.

Il-qalb qarrieqa tiegħu fixklitu.

Hu ma jistax isalva lilu nnifsu, u lanqas jgħid:

“F’idi* għandi xi ħaġa ma tiswa għal xejn.”

21 “Ġakobb, Iżrael, ftakar f’dawn l-affarijiet,

Għax int il-qaddej tiegħi.

Jien għamiltek, u int il-qaddej tiegħi.

Jien mhux se ninsiek, Iżrael.

22 Se nħassar in-nuqqasijiet tiegħek

U ngħatti d-dnubiet tiegħek bi sħaba.

Ejja lura għandi, għax jien se nixtrik lura.

23 Sema, għajjat bil-ferħ,

Għax Ġeħova għamel dan!

Postijiet fondi tal-art, għajtu bil-ferħ taʼ rebħa!

Muntanji, foresta,

U s-siġar kollha tagħkom, għajtu bil-ferħ!

Għax Ġeħova reġaʼ xtara lil Ġakobb,

U wera s-sbuħija tiegħu permezz t’Iżrael.”

24 Ġeħova, Dak li Jixtrik Lura,

Li fformak minn meta kont f’żaqq ommok, jgħid:

“Jien Ġeħova, li għamilt kollox.

Jien frixt is-sema waħdi,

U għamilt l-art.

Min kien hemm miegħi?

25 Jien qed infixkel is-sinjali taʼ dawk li jparlaw fil-vojt,*

U jien il-Wieħed li qed inġiegħel l-isħaħar jaġixxu bħal boloh;

Il-Wieħed li qed infixkel lin-nies għorrief

U nbiddel l-għarfien tagħhom fi bluha.

26 Jien il-Wieħed li qed inwettaq dak li jgħid il-qaddej tiegħi

U nagħmel kulma jbassru l-messaġġiera tiegħi.

Jien il-Wieħed li dwar Ġerusalemm ngħid, ‘Se jkun hemm in-nies jgħixu fiha,’

U dwar il-bliet taʼ Ġuda, ‘Se jerġgħu jinbnew,

U se nerġaʼ nibni dak li sar ħerba’.

27 Jien il-Wieħed li ngħid lill-ilmijiet fondi, ‘Evaporaw,

U jien se nnixxef ix-xmajjar kollha tagħkom’.

28 Jien il-Wieħed li ngħid dwar Ċiru, ‘Hu r-ragħaj li għażilt.

Hu se jagħmel dak kollu li rrid jien.

Jien il-Wieħed li ngħid dwar Ġerusalemm, ‘Se terġaʼ tinbena,’

U dwar it-tempju, ‘Se jitqiegħed il-pedament tiegħu.’”

45 Ġeħova qallu hekk lil Ċiru, il-wieħed li għażel,*

Li qabdu minn idu l-leminija

Biex ikun jistaʼ jirbaħ il-popli quddiemu,

Ineħħi l-armi tar-rejiet,*

U jiftaħlu l-bibien li jintlewew fi tnejn

Ħalli lanqas il-bibien tal-belt ma jingħalqu:

 2 “Jien immur qablek,

U nwitti l-għoljiet.

Il-bibien tar-ram inkissirhom,

U l-istaneg tal-ħadid naqtagħhom.

 3 Jien se nagħtik it-teżori li qegħdin fid-dlam

U t-teżori moħbijin fil-postijiet sigrieti,

Biex tkun taf li jien Ġeħova,

L-Alla t’Iżrael, li qed ngħajjatlek b’ismek.

 4 Jien qed ngħajjatlek b’ismek

Minħabba l-qaddej tiegħi Ġakobb u l-magħżul tiegħi Iżrael.

Għalkemm ma kontx tafni, ismek se jiġi onorat.

 5 Jien Ġeħova, u m’hemmx ieħor.

M’hemmx Alla ieħor ħliefi.

Għalkemm ma kontx tafni, jien se nsaħħek*

 6 Ħalli n-nies mil-Lvant sal-Punent*

Ikunu jafu li m’hemmx ħliefi.

Jien Ġeħova, u m’hemmx ieħor.

 7 Jien nagħmel id-dawl u d-dlam,

Inġib il-paċi u l-inkwiet;

Jien, Ġeħova, qed nagħmel dawn l-affarijiet kollha.

 8 Ħa tinżel il-ġustizzja mis-sema bħax-xita,

U ħa tqattar mis-sħab.

Bħalma l-art tipproduċi ħafna meta tagħmel ix-xita,

Il-poplu tiegħi se jiġi salvat u jgawdi kundizzjonijiet ġusti.

Jien, Ġeħova, għamiltu dan.”

 9 Ħażin għal min jargumenta* maʼ Dak li Għamlu,*

Għax hu sempliċi biċċa fuħħar

Fost biċċiet tal-fuħħar oħra li hemm mal-art!

Għandu t-tafal jgħid lil Dak li jagħmel il-fuħħar:* “X’qed tagħmel?”

Jew għandu x-xogħol jgħid lil min qed jagħmlu: “Int bla jdejn”?*

10 Ħażin għal min jgħid lil missier: “Taʼ min se ssir missier?”

U lil mara: “X’se twelled?”

11 Ġeħova, il-Qaddis t’Iżrael, il-Wieħed li ħalqu, jgħid:

“Tażżarda tistaqsini x’se jiġri?

Se tikkmandani x’nagħmel bit-tfal tiegħi u b’dak li għamilt?

12 Jien għamilt id-dinja u ħlaqt il-bniedem fiha.

Frixt is-sema b’idejja stess,

U tajt kmandi lil kulma hemm fiha.”

13 Ġeħova tal-armati jgħid:

“Peress li jien ġust, għażilt lil xi ħadd

U se niddrittalu t-triqat tiegħu.

Hu l-wieħed li se jibnili l-belt

U se jeħles lill-eżiljati tiegħi b’xejn u mingħajr tixħim.”

14 Ġeħova jgħid:

“Il-qligħ tal-Eġittu,* kulma jbigħ l-Etjopja,* u n-nies twal taʼ Seba

Se jiġu għandek u jsiru tiegħek.

Huma se jimxu warajk marbutin bil-ktajjen.

Se jiġu għandek, imilu quddiemek,

U b’rispett jgħidulek, ‘Alla żgur li qiegħed miegħek,

U m’hemm ħadd iktar; m’hemmx Alla ieħor.’”

15 Alla t’Iżrael, Dak li Jsalva,

Int Alla li mhux dejjem turi dak li qed tagħmel.

16 Huma se jiġu mġiegħla jistħu u jkunu umiljati;

Dawk kollha li jagħmlu l-idoli se jitilqu ddiżonorati.

17 Imma Ġeħova se jsalva lilek, Iżrael, għal dejjem.

Int qatt mhu se tiġi mġiegħel tistħi jew tiġi ddiżonorat.

18 Għax Ġeħova,

Il-Ħallieq tas-sema, l-Alla l-veru,

Il-Wieħed li fforma l-art, Dak li Għamilha u stabbilieha fis-sod,

Li ma ħalaqhiex għalxejn,* imma biex ikun hemm il-ħajja fiha, jgħid:

“Jien Ġeħova, u m’hemmx ieħor.

19 Jien ma tkellimtx f’post moħbi, f’art mudlama;

M’għedtx lid-dixxendenti taʼ* Ġakobb,

‘Fittxuni imma l-isforzi tagħkom se jkunu għalxejn.’

Jien Ġeħova, li ngħid dak li hu sewwa u veru.

20 Inġabru u ejjew.

Ejjew intom li ħrabtu mill-popli.

Dawk li jġorru magħhom l-istatwi minquxin

U jitolbu lil alla li ma jistax isalvahom, ma jafu xejn.

21 Ġibu r-rapport tagħkom, ippreżentaw il-każ tagħkom.

Ħa jikkonsultaw flimkien.

Min qal dan minn ħafna qabel

U semmieh minn żmien twil ilu?

Mhux jien, Ġeħova?

M’hemmx Alla ieħor;

Alla ġust u Dak li Jsalva, m’hemmx ieħor ħliefi.

22 Nies kollha tal-art, duru lejja u tiġu salvati,

Għax jien Alla, u m’hemmx ieħor.

23 Jien ħlift bija nnifsi;

Dak li ngħid hu veru

U se jirnexxi:

Kulħadd se jmil quddiemi,

Jaħlef li hu leali lejja,

24 U jgħid, ‘Ġeħova dejjem jagħmel dak li hu ġust u hu b’saħħtu.

Dawk kollha rrabjati ħafna għalih se jiġu quddiemu u jistħu.

25 Permezz taʼ Ġeħova, id-dixxendenti t’Iżrael

Se juru li huma ġusti u se jiftaħru bih.’”

46 L-allat Bel u Nebo huma bħal bnedmin li qed jitgħawġu ’l isfel.

L-idoli tagħhom tgħabbew fuq il-bhejjem tat-tagħbija

Bħal bagalji li jtaqqlu l-annimali għajjenin.

 2 Huma jitgħawġu ’l isfel flimkien;

Ma jistgħux isalvaw it-tagħbija,*

U huma stess imorru fil-jasar.

 3 “Isimgħu minni, dar taʼ Ġakobb, u intom kollha li għad fadal mill-Iżraelin,

Li kont hemm għalikom minn meta twilidtu, u ġarrejtkom minn mindu kontu f’żaqq ommkom.

 4 Jien se nibqaʼ l-istess anki meta tixjieħu;

Jien se nibqaʼ nappoġġakom anki meta xagħarkom isir griż.

Bħalma għamilt, jien se nġorrkom, nappoġġakom, u nsalvakom.

 5 Hemm xi ħadd daqsi biex tqabbluh miegħi?

Maʼ min se tqabbluni jew ixxebbhuni?

 6 Hemm dawk li joħorġu ammont kbir taʼ deheb mill-borża tal-flus tagħhom;

Huma jiżnu l-fidda,

Iqabbdu ħaddied biex jagħmilhielhom f’alla,

Imbagħad jinxteħtu fl-art quddiemu u jqimuh.*

 7 Huma jerfgħuh fuq spallejhom;

Iġorruh u jpoġġuh f’postu.

Dan jibqaʼ hemm u ma jiċċaqlaqx minn postu.

Huma jgħajtulu, imma ma jwiġibx;

Ma jistaʼ jsalva lil ħadd mill-inkwiet.

 8 Ftakru dan u kunu kuraġġużi.

Żommu dan f’moħħkom, intom li tiksru l-liġi.

 9 Ftakru fl-affarijiet tal-passat,* f’dawk taʼ żmien twil ilu.

Ftakru li jien Alla,* u m’hemmx ieħor.

Jien Alla, u m’hemm ħadd bħali.

10 Mill-bidu, jien ngħid x’se jiġri,

U minn żmien twil ilu, ngħid l-affarijiet li għadhom ma sarux.

Jien ngħid, ‘Dak li niddeċiedi* se jsir żgur,

U se nagħmel dak li jogħġobni.’

11 Qed ngħajjat lil għasfur tal-priża minn fejn titlaʼ x-xemx,*

U r-raġel minn art ’il bogħod biex jagħmel dak li ddeċidejt.*

Jien għedtu dan, u se nara li jsir.

Daħħaltu f’moħħi, u se nagħmlu wkoll.

12 Isimgħu minni, intom taʼ raskom iebsa,

Intom li qegħdin ’il bogħod milli tagħmlu dak li hu sew.

13 Iż-żmien li fih se nuri l-ġustizzja hu qrib;

Mhux ’il bogħod.

Jien mhux se ndum biex insalva n-nies.

Se nsalva lil Sijon, u nagħti s-sbuħija tiegħi lil Iżrael.”

47 Inżel u poġġi fit-trab,

Tifla verġni taʼ Babilonja.

Poġġi mal-art fejn m’hemmx iktar tron,

Tifla tal-Kaldin,

Għax in-nies qatt iktar mhu se jgħidu li int delikata u mfissda.

 2 Ħu mitħna tal-idejn u itħan id-dqiq.

Neħħi l-velu tiegħek.

Inżaʼ d-dublett u ikxef saqajk.

Aqsam ix-xmajjar.

 3 In-nies se jarawk għarwiena

U se jaraw għala ġejt imġiegħla tistħi.

Se nagħmel vendetta minnek, u ħadd mhu se jwaqqafni.*

 4 “Dak li jixtrina lura,

Li jismu Ġeħova tal-armati,

Hu l-Qaddis t’Iżrael.”

 5 Oqgħod bilqiegħda kwieta u mur fid-dlam,

Tifla tal-Kaldin;

Mhux se jibqgħu jgħajtulek Reġina tas-Saltniet.

 6 Jien irrabjajt ħafna man-nies tiegħi,

Ħallejthom jiġu mniġġsin,

U tajthom f’idejk.

Imma int ma wrejthomx ħniena.

Anki lix-xjuħ għabbejthom b’madmad tqil.

 7 Int għedt: “Jien se nibqaʼ r-Reġina għal dejjem.”

Dawn l-affarijiet ma ħadthomx bis-serjetà;

Ma tajtx kas kif se jispiċċaw.

 8 Issa ismaʼ dan, int li tħobb tixxala,

Li tpoġġi bilqiegħda fis-sigurtà, u li f’qalbek tgħid:

“M’hemm ħadd bħali. Apparti jien m’hemm ħadd iktar.

Jien mhux se nsir armla.

Jien qatt mhu se nitlef it-tfal.”

 9 Imma dawn iż-żewġ affarijiet se jiġrulek f’daqqa, f’ġurnata waħda:

Se titlef it-tfal u ssir armla.

Dawn żgur se tgħaddi minnhom

Minħabba* l-ħafna maġija tiegħek u l-qawwa tal-magħmul kollu li tagħmel.

10 Int fdajt fil-ħażen tiegħek.

Int għedt: “Ħadd mhu jarani.”

L-għerf u l-għarfien tiegħek żvijawk,

U f’qalbek tgħid: “M’hemm ħadd bħali. Apparti jien m’hemm ħadd iktar.”

11 Imma fuqek ġej il-gwaj,

U l-ebda maġija mhu se twaqqfu.

Se jiġi fuqek diżastru u mhux se jirnexxilek tevitah.

Se jkollok ħerba f’daqqa li qatt ma tkun għaddejt minnha.

12 Mela kompli agħmel il-magħmul u l-ħafna maġija tiegħek

Li ħdimt iebes għalihom mindu kont żgħira.

B’hekk, forsi tkun tistaʼ tibbenefika;

Forsi n-nies jibżgħu minnek.

13 Int għejejt daqskemm għandek min jagħtik pariri.

Ħa jiġu u jsalvawk

Dawk li jqimu s-sema* u li jħarsu lejn l-istilel,

Dawk li meta jkun hemm qamar ġdid jgħidulek x’se jiġrilek.

14 Huma bħal tiben.

In-nar se jaħraqhom.

Ma jistgħux isalvaw lilhom infushom mill-qawwa tal-fjamma.

Dawn il-fjammi mhumiex bħal faħam biex iżommu s-sħana,

U dan in-nar mhux biex xi ħadd joqgħod quddiemu.

15 Hekk se jiġrilhom dawk li jagħmlu l-maġija,

Dawk li ħdimt iebes magħhom mindu kont żgħira.

Huma ma jafux fejn sejrin, kull wieħed minnhom se jmur f’direzzjoni differenti.*

Ħadd mhu se jkun hemm biex isalvak.

48 Isimgħu dan, dar taʼ Ġakobb,

Intom li ssejħu lilkom infuskom bl-isem t’Iżrael,

Li ġejtu minn* Ġuda,

Li taħilfu bl-isem taʼ Ġeħova,

U li titolbu lill-Alla t’Iżrael,

Għalkemm ma tagħmlux dan b’mod sinċier u ma tagħmlux dak li hu tajjeb.

 2 Għax intom tgħidu li intom mill-belt qaddisa

U li tiddependu mill-Alla t’Iżrael,

Li ismu hu Ġeħova tal-armati.

 3 “Fil-passat, jien għedtilkom x’se jiġri fil-futur.

Dan għedtu jien stess

U għamiltu magħruf.

F’daqqa waħda, aġixxejt fuq dan u hekk ġara.

 4 Peress li kont naf li intom raskom iebsa,

Li għonqkom tal-ħadid u moħħkom tar-ram,

 5 Jien għedtilkom minn żmien twil ilu.

Jien semmajtilkom dan qabel ma ġara,

Ħalli ma tgħidux, ‘L-idolu tiegħi għamel dan;

L-istatwa minquxa tiegħi u l-istatwa tal-metall* tiegħi kkmandaw dan.’

 6 Intom smajtu u rajtu dan kollu.

M’intomx se titkellmu m’oħrajn dwar dan?

Mil-lum ’il quddiem, qed inħabbrilkom affarijiet ġodda,

Sigrieti moħbijin sew li ma kontux tafu bihom.

 7 Issa qed jinħolqu, u m’ilhomx ħafna żmien,

Dawn huma affarijiet li qatt ma smajtu bihom,

B’hekk ma tistgħux tgħidu, ‘Diġà nafu bihom.’

 8 Le, intom ma ridtux tisimgħu u ma fhimtux,

Fil-passat ma tajtux kas.

Għax jien naf li intom tqarrqu ħafna,

U ġejtu msejħin midinbin minn mindu twilidtu.

 9 Imma minħabba ismi, jien mhux se nirrabja;

Minħabba l-glorja tiegħi, jien mhux se naġixxi kontrikom

U mhux se neqridkom.

10 Jien irfinajtkom, imma mhux bħall-fidda.

Jien ħallejtkom tbatu ħalli nirfinakom* bħal meta l-metall jiġi mdewweb f’forn.

11 Fil-fatt, jien se naġixxi minħabba fija stess,

Għax ma nistax niġi mniġġes.

Jien ma nagħti l-glorja tiegħi lil ħadd.*

12 Ismaʼ minni, Ġakobb, Iżrael li jien għażilt.

Jien l-istess Wieħed. Jien l-ewwel u jien ukoll l-aħħar.

13 B’idi poġġejt il-pedament tal-art,

U b’idi l-leminija frixt is-sema.

Meta ngħajtilhom, dawn iqumu flimkien.

14 Inġabru flimkien kollha kemm intom u isimgħu.

Min fost l-allat* qal dawn l-affarijiet?

Il-wieħed* li jien, Ġeħova, inħobb

Se jagħmel dak li nixtieq kontra Babilonja,

U se juża l-qawwa tiegħu kontra l-Kaldin.

15 Jien stess għedt dan, u jien għajjattlu.

Jien ġibtu, u se jirnexxi f’dak li jagħmel.

16 Ejjew ħdejja u isimgħu dan.

Mill-bidu nett jien ma ħbejt xejn.

Minn meta ġara, jien kont hemm.”

U issa Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* bagħat lili, Isaija, u l-ispirtu tiegħu għandkom.

17 Ġeħova, Dak li Jixtrikom Lura, il-Qaddis t’Iżrael, jgħid:

“Jien Ġeħova l-Alla tagħkom,

Il-Wieħed li ngħallimkom għall-ġid tagħkom,

Il-Wieħed li nurikom kif għandkom tgħixu.*

18 Kemm nixtieq li tagħtu kas il-kmandamenti tiegħi!

Kieku l-paċi li jkollkom tkun bħal xmara

U t-tajjeb li tagħmlu jkun bħall-mewġ tal-baħar.

19 Dawk li jiġu minnkom u d-dixxendenti tagħkom

Se jkunu daqs ir-ramel.

Isimhom mhux se jitneħħa jew jinqered minn quddiemi.”

20 Oħorġu minn Babilonja!

Aħarbu mill-Kaldin!

Agħmlu dan b’għajjat taʼ ferħ! Xandru dwar dan!

Agħmluh magħruf sa truf l-art.

Għidu: “Ġeħova xtara lura lill-qaddej tiegħu Ġakobb.

21 Huma ma qabadhomx l-għatx meta mexxiehom fid-deżert.

Hu ħarġilhom l-ilma mill-blata;

Qasam blata u ħarġilhom ħafna ilma.”

22 Ġeħova jgħid: “Il-ħżiena mhux se jkunu fil-paċi.”

49 Intom li toqogħdu fil-gżejjer, isimgħuni,

Intom popli li toqogħdu ’l bogħod, agħtu kas.

Ġeħova għajjatli qabel twilidt.

Hu semma ismi minn meta kont għadni f’żaqq ommi.

 2 Hu għamilli lsieni bħal xabla taqtaʼ;

Ħbieni fid-dell t’idu.

Hu għamilni bħal vleġġa misnuna;

Ħbieni fil-barżakka tiegħu.

 3 Hu qalli: “Iżrael, int il-qaddej tiegħi.

Permezz tiegħek, se nuri s-sbuħija tiegħi.”

 4 Imma jien għedt: “Ħdimt iebes għalxejn.

Użajt saħħti għal xi ħaġa li ma teżistix, li ma tiswa għal xejn.

Imma Ġeħova żgur se jagħmel ġustizzja miegħi,

U l-Alla tiegħi se jagħtini l-premju.”*

 5 U issa Ġeħova, il-Wieħed li għamilni f’żaqq ommi bħala l-qaddej tiegħu,

Qalli biex nerġaʼ nġib lil Ġakobb quddiemu,

Biex l-Iżraelin ikunu miġburin għandu.

Jien se niġi gglorifikat f’għajnejn Ġeħova,

U l-Alla tiegħi se jkun sar is-saħħa tiegħi.

 6 Hu qalli: “Int m’intix biss il-qaddej tiegħi

Biex tqajjem it-tribujiet taʼ Ġakobb

U biex terġaʼ ġġib in-nies t’Iżrael li baqgħu ħajjin,

Imma bgħattek ukoll bħala d-dawl tal-popli,

Biex tkun il-mezz kif insalva n-nies tal-art kollha.”

7 Ġeħova, Dak li Jixtri Lura lil Iżrael, il-Qaddis tiegħu, jgħid hekk lil dak li ġie mmaqdar, lill-wieħed li l-poplu jobogħdu, lill-qaddej tal-mexxejja:

“Minħabba dak li se jaraw, ir-rejiet se jqumu

U l-mexxejja se jinżlu għarkopptejhom,

Għax Ġeħova, li hu leali,

Il-Qaddis t’Iżrael, għażlek.”

 8 Ġeħova jgħid:

“Jien wiġibtek meta kien iż-żmien biex nurik ħniena,

U għentek meta kien iż-żmien biex tiġi salvat;

Bqajt nipproteġik biex tkun bħal patt bejni u bejn in-nies,

U terġaʼ tirranġa l-art kif kienet

Ħalli jerġgħu jieħdu l-wirt tagħhom li kien abbandunat,

 9 Biex tgħid ukoll lill-ħabsin, ‘Oħorġu!’

U lil dawk li qegħdin fid-dlam, ‘Ejjew fid-dawl!’

Huma se jkunu bħal nagħaġ

Se jkollhom x’jieklu maġenb it-toroq, u fil-passaġġi* kollha se jsibu x’jieklu.

10 La se jkunu bil-ġuħ u lanqas bil-għatx,

La tixwihom is-sħana u lanqas ma tisreġ fuqhom ix-xemx.

Għax jien Dak li qed nurihom ħniena se mmexxihom,

U se niggwidahom lejn għejun tal-ilma.

11 Il-muntanji tiegħi kollha se nagħmilhom toroq,

U se ngħolli t-toroq prinċipali tiegħi.

12 In-nies ġejjin mill-bogħod ħafna,

Hemm minnhom ġejjin mit-Tramuntana u mill-Punent,

U oħrajn ġejjin mill-art taʼ Sinim.”

13 Sema, għajjat bil-ferħ, u art ifraħ.

Ħalli l-muntanji jifirħu b’għajjat taʼ ferħ.

Għax Ġeħova farraġ lill-poplu tiegħu,

U hu juri ħniena man-nies tiegħu li qed ibatu.

14 Imma Sijon baqgħet tgħid:

“Ġeħova abbandunani, u Ġeħova nsieni.”

15 Tistaʼ omm tinsa lit-tarbija tagħha,

Jew ma turix ħniena mat-tifel li welldet?

Anki jekk dawn in-nisa jinsew, jien qatt ma ninsiek.

16 Ismek miktub fuq il-pali taʼ jdejja.

Is-swar tiegħek huma dejjem quddiemi.

17 It-tfal tiegħek se jħaffu biex jiġu lura.

Dawk li ħarbtuk u qerduk, jitilqu minnek.

18 Ħares madwarek.

Kollha qed jinġabru flimkien.

Ġejjin għandek.

Ġeħova jgħid: “Naħlef bija nnifsi l-Alla l-ħaj,

Li se tiżżejjen bihom qisek qed tilbes ħwejjeġ sbieħ,

U se torbothom miegħek bħalma għarusa tilbes ġiżirana.

19 Għalkemm kont meqruda u abbandunata, u l-art tiegħek kienet ħerba,

Issa tant se jkun hemm nies jgħixu fik li se jkunu mrassin,

U dawk li belgħuk se jkunu ’l bogħod ħafna.

20 It-tfal li twildulek meta mitulek it-tfal l-oħra se jgħidulek,

‘Dan il-post mimli nies.

Għandi bżonn l-ispazju biex ngħix hawn.’

21 U int tgħid f’qalbek,

‘Jien mara li mituli t-tfal u ma jistax ikolli iktar,

Eżiljata u priġuniera,

Allura min hu l-missier taʼ dawn it-tfal li ngħatawli?

Min rabbiehom?

Lili ħallewni waħdi,

Allura minn fejn ġew?’”

22 Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* jgħid:

“Se nagħmel sinjal b’idi għall-ġnus,

U se ngħolli l-arblu bħala sinjal għall-popli.

Huma se jerfgħu u jġibu lis-subien tiegħek,

U lill-bniet tiegħek se jġorruhom fuq spallejhom.

23 Ir-rejiet se jieħdu ħsiebek,

U l-prinċipessi tagħhom se jkunu l-qaddejja tiegħek.

Se jmilu quddiemek b’wiċċhom mal-art

U jilagħqu t-trab taʼ saqajk;

U se jkollok tkun taf li jien Ġeħova;

Dawk li jittamaw fija mhux se jkollhom għal xiex jistħu.”

24 Jistaʼ xi ħadd jieħu lil min diġà nqabad minn raġel b’saħħtu,

Jew jistgħu jinħelsu l-ħabsin minn idejn it-tirann?

25 Imma Ġeħova jgħid:

“Anki l-ħabsin taʼ raġel b’saħħtu se jinħelsu

U dawk maqbudin mit-tirann se jiġu salvati minn taħt idejh.

Jien se niħodha kontra dawk li jiħduha kontrik

U se nsalva lit-tfal tiegħek.

26 Se nġiegħel lil dawk li jittrattawk ħażin jieklu laħamhom stess,

U se jiskru b’demmhom stess bħalma jiskru bi nbid ħelu.

U n-nies kollha se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova,

Dak li Nsalvak u Dak li Nixtrik Lura,

L-Alla b’Saħħtu taʼ Ġakobb.”

50 Ġeħova jgħid:

“Fejn hu ċ-ċertifikat tad-divorzju t’ommkom, li jien keċċejt?

Jew begħtkom jien għax kelli d-dejn maʼ xi ħadd?

Kien minħabba l-iżbalji tagħkom stess li ġejtu mibjugħin,

U minħabba n-nuqqasijiet tagħkom stess li ommkom tkeċċiet.

 2 Allura għala ma kien hawn ħadd meta ġejt?

Għala ħadd ma wieġeb meta għajjattilkom?

Jaqaw idi qasira wisq biex insalvakom,

Jew m’għandix qawwa jien biex neħliskom?

Bil-kmand tiegħi jinxef il-baħar;

Jien inbiddel ix-xmajjar f’deżert.

Il-ħut taʼ ġo fihom jinten minħabba n-nuqqas t’ilma,

U jmut minħabba n-nixfa.

 3 Is-sema libbistha bid-dlam,

U għattejtha bil-ħwejjeġ tal-ixkora.”

 4 Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* għallimni dak li għandi ngħid,*

Ħalli nkun naf kif inwieġeb* lill-għajjien b’kelma tajba.*

Hu jqajjimni kull filgħodu;

Hu jagħmilni lest biex nismaʼ* bħal xi ħadd li jiġi mgħallem.

 5 Ġeħova s-Sid taʼ Kollox tani l-abbiltà li nifhem,

U jien ma kontx ribelluż.

Ma mortx fid-direzzjoni opposta.

 6 Jien tajt dahri lil dawk li kienu qed isawtuni

U l-wardiet taʼ wiċċi lil dawk li qalgħuli d-daqna.

Meta għajruni u beżquli, ma ħbejtx wiċċi.

 7 Imma Ġeħova s-Sid taʼ Kollox se jgħinni.

Hu għalhekk li mhux se nħossni umiljat.

Hu għalhekk li jien determinat li nibqaʼ sod,*

U naf li mhux se niġi mġiegħel nistħi.

 8 Dak li jgħid li jien ġust, hu qrib.

Min jistaʼ jakkużani?*

Ejjew niffaċċjaw lil xulxin.

Min għandu każ kontrija?

Ħa jersaq lejja.

 9 Ġeħova s-Sid taʼ Kollox se jgħinni.

Min se jgħid li jien ħati?

Huma lkoll se jitmermru bħall-ħwejjeġ.

Il-kamla se tikolhom.

10 Intom li tirrispettaw ħafna lil* Ġeħova

U li tisimgħu l-leħen tal-qaddej tiegħu,

Għalkemm timxu fi dlam ċappa u mingħajr dawl,

Afdaw fl-isem taʼ Ġeħova u kunu fiduċjużi li se jgħinkom.*

11 “Intom ilkoll li qed tqabbdu n-nar,

Imxu fid-dawl tan-nar

U fost ix-xrar tan-nar li qabbadtu.

Mingħandi se tirċievu dan il-kastig:

Se timteddu minħabba li jkollkom uġigħ kbir.

51 “Isimgħuni, intom li qed tistinkaw biex tagħmlu dak li hu sewwa,

Intom li qed tfittxu lil Ġeħova.

Aħsbu dwar il-blata li minnha ġejtu maqtugħin

U dwar il-barriera li ġejtu minnha.

 2 Aħsbu dwar missierkom Abraham

U dwar Sara li wilditkom.

Għax hu kien waħdu meta għajjattlu,

U jien beriktu u għamiltu ħafna.

 3 Għax Ġeħova se jfarraġ lil Sijon.

Hu se jirranġa* l-postijiet kollha mħarbtin tagħha,

Ix-xagħri tagħha se jagħmlu bħall-Għeden,

U l-pjanura tad-deżert tagħha bħall-ġnien taʼ Ġeħova.

In-nies fiha se jkunu kuntenti u ferħanin,

Se juru li huma grati u jkantaw għanjiet sbieħ.

 4 Poplu tiegħi, agħti kasi,

Ġens tiegħi, ismagħni.

Għax se toħroġ liġi mingħandi,

U se nagħmel il-ġustizzja tiegħi bħala dawl għan-nies.

 5 Dalwaqt se nagħmel ġustizzja.

Żgur li se nsalvakom,

U se nuża l-qawwa tiegħi biex niġġudika lin-nies.

In-nies tal-gżejjer se jittamaw fija,

U se jistennew li jien naġixxi.

 6 Ħarsu ’l fuq lejn is-sema

U ’l isfel lejn l-art.

Għax is-sema se tinfirex bħad-duħħan;

L-art se titmermer bħall-ħwejjeġ,

U dawk li joqogħdu fiha se jmutu bħan-nemus.

Imma s-salvazzjoni tiegħi se tibqaʼ għal dejjem,

U l-ġustizzja tiegħi qatt mhu se tiġi fix-xejn.

 7 Isimgħuni, intom li tafu dak li hu sewwa,

Intom in-nies li għandkom il-liġi* tiegħi f’qalbkom.

Tibżgħux mit-twaqqigħ għaċ-ċajt tan-nies,

U titwerwrux minħabba li jgħajrukom.

 8 Għax kamla se tikolhom bħalma tiekol il-ħwejjeġ;

Il-kamla tal-ħwejjeġ* se ġġibhom fix-xejn bħalma tagħmel lis-suf.

Imma l-ġustizzja tiegħi se tibqaʼ għal dejjem,

U s-salvazzjoni tiegħi għall-ġenerazzjonijiet kollha.”

 9 Jalla Ġeħova jgħolli idu!

Iva, ħa jgħolli idu biex juri l-qawwa tiegħu.

Jalla jgħolliha bħalma għamel żmien twil ilu, fil-ġenerazzjonijiet tal-passat.

Mhux int li ġibt lil Raħab* biċċiet,

Li niffidt il-monstru tal-baħar?

10 Mhux int il-wieħed li nixxift il-baħar, il-ħafna ilmijiet tiegħu?

Il-wieħed li għamilt triq fil-fond tal-baħar biex jgħaddu minnha dawk li xtrajt lura?

11 Dawk li Ġeħova feda* se jiġu lura.

Huma se jiġu Sijon b’għajjat taʼ ferħ,

U l-ferħ tagħhom mhu se jispiċċa qatt.

Se jkunu kuntenti u ferħanin,

U mhux se jibku jew ikunu mdejqin.

12 Alla jgħid: “Jien stess se nfarraġkom.

Għala għandek* tibżaʼ minn bniedem li se jmut,

U minn bin il-bniedem li jinxef bħall-ħaxix aħdar?

13 Jien Ġeħova, Dak li Għamiltek,

Jien il-Wieħed li frixt is-sema u għamilt il-pedament tal-art.

Għala nsejtni?

Il-ġurnata kollha tibżaʼ mir-rabja taʼ dak li jaħqrek,*

U ħsibt li jistaʼ jeqirdek.

Imma issa fejn hi r-rabja taʼ dak li jaħqrek?

14 Dalwaqt se jinħeles min hu marbut bil-ktajjen;

Hu mhux se jmut jew imur fil-ħofra,

U se jkollu x’jiekol.

15 “Imma jien Ġeħova l-Alla tiegħek,

Li nċaqlaq il-baħar u nagħmel il-mewġ tiegħu qawwi ħafna.

Jien jisimni Ġeħova tal-armati.

16 Se ngħidlek dak li għandek ixxandar,

U se nipproteġik b’idi,

Sabiex inqiegħed is-sema postha u nagħmel il-pedament tal-art

U ngħid lil Sijon, ‘Int il-poplu tiegħi.’

17 Ġerusalemm, stenbaħ! Stenbaħ! Qum!

Jien, Ġeħova, tajtek it-tazza tar-rabja kbira tiegħi u int xrobt minnha.

Int xrobt mit-tazza tal-inbid;

Int battalt it-tazza, u b’hekk qed tixxengel.

18 Ħadd mit-tfal kollha li wellidt mhu hemm biex jiggwidak,

U ħadd mit-tfal kollha li rabbejt mhu qed iżommlok idek.

19 Se jiġrulek dawn iż-żewġ affarijiet.

Qerda u ħerba, u se tiffaċċja l-ġuħ u gwerra.

Min se jħoss għalik?

Min se jfarrġek?

20 It-tfal tiegħek tahom ħass ħażin.

Huma mimdudin f’kull kantuniera tat-triq

Bħal nagħaġ slavaġ f’xibka.

Huma se jesperjenzaw bis-sħiħ ir-rabja u l-kastig tiegħi, Ġeħova l-Alla tiegħek.”

21 Jekk jogħġbok, ismaʼ dan,

Int li qisek mara li qed tbati u fis-sakra, għalkemm mhux bl-inbid.

22 Hekk jgħid Ġeħova l-Mulej tiegħek, l-Alla tiegħek li jiddefendi l-poplu tiegħu:

“Se nieħu minn idek it-tazza li ġġiegħlek tixxengel.

It-tazza tal-inbid, it-tazza tar-rabja kbira tiegħi;

Qatt iktar mhu se terġaʼ tixrob minnha.

23 Se nqegħedha f’idejn dawk li qed jaħqruk,

Dawk li qalulek,* ‘Imtedd ħalli ngħaddu minn fuqek!’

Għalhekk int għamilt dahrek bħall-art,

U bħal triq biex jgħaddu minnha.”

52 Stenbaħ! Stenbaħ! Saħħaħ lilek innifsek, Sijon!

Ilbes il-ħwejjeġ sbieħ tiegħek, Ġerusalemm, il-belt qaddisa!

Għax mhux se jidħlu iktar fik dawk mhux ċirkonċiżi u dawk mhux nodfa.

 2 Qum mit-trab, tfarfar, u oqgħod bilqiegħda, Ġerusalemm.

Ħoll dak li għandek marbut m’għonqok, belt taʼ Sijon li ġejt maqbuda.

 3 Għax Ġeħova jgħid:

“Intom ġejtu mibjugħin b’xejn,

U se tiġu mixtrijin lura mingħajr flus.”

 4 Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* jgħid:

“Għall-ewwel, il-poplu tiegħi niżel l-Eġittu biex jgħix bħala barrani;

Imbagħad l-Assirja ħaqru għalxejn b’xejn.”

 5 Ġeħova jgħid: “Allura issa x’għandi nagħmel?

Għax il-poplu tiegħi ttieħed b’xejn.”

Ġeħova jgħid: “Dawk li qed imexxu fuqu jiftaħru dwar dan

U l-ġurnata kollha ismi jiġi ttrattat b’nuqqas taʼ rispett.

 6 Għal din ir-raġuni, il-poplu tiegħi se jsir jaf lil ismi;

Għal din ir-raġuni, dakinhar se jsir jaf li jien qed nitkellem.

Jien qed ngħid dan!”

 7 Kemm hu sabiħ dak* li ġej minn fuq il-muntanji b’aħbar tajba,

Dak li jxandar il-paċi,

Dak li jġib aħbar tajba taʼ xi ħaġa aħjar,

Dak li jxandar dwar is-salvazzjoni,

U dak li jgħid lil Sijon: “L-Alla tiegħek sar Re!”

 8 Ismaʼ! L-għassiesa tiegħek għollew leħinhom.

Huma qed jgħajtu flimkien bil-ferħ,

Għax se jaraw b’mod ċar lil Ġeħova jiġbor lura lil Sijon.

 9 Ifirħu, għajtu bil-ferħ flimkien, postijiet imħarbtin taʼ Ġerusalemm,

Għax Ġeħova farraġ lill-poplu tiegħu; hu xtara lura lil Ġerusalemm.

10 Ġeħova wera l-qawwa qaddisa tiegħu lill-popli kollha;

Dawk kollha fuq l-art se jaraw dak li għamel l-Alla tagħna biex isalva l-poplu tiegħu.*

11 Intom li qed iġġorru l-għodod tad-dar taʼ Ġeħova,

Itilqu, itilqu, oħorġu minn hemm, tmissu xejn li mhuwiex nadif!

Oħorġu minn ġo nofsha u ibqgħu nodfa.

12 M’intomx se toħorġu bl-għaġla,

U mhux se taħarbu tiġru,

Għax Ġeħova se jkun quddiemkom,

U l-Alla t’Iżrael se jkun warajkom biex jipproteġikom.

13 Il-qaddej tiegħi se jaġixxi bl-għaqal.

Hu se jingħata pożizzjoni importanti,

Se jiġi onorat, u mfaħħar ħafna.

14 Bħalma kien hemm ħafna li ċċassaw lejh u stagħġbu

Meta d-dehra tiegħu kienet sfigurata iktar minn taʼ kull bniedem

U tant kemm inbidel li ma kienx jidher bħall-bniedem,

15 Hekk se jbellah ħafna popli.

Ir-rejiet se jagħlqu ħalqhom* quddiemu,

Għax huma se jaraw dak li ħadd ma qalilhom,

U se jaħsbu dwar dak li ma kinux semgħu.

53 Hemm xi ħadd li wera fidi f’dak li semaʼ mingħandna?*

U lil min intweriet l-id b’saħħitha tiegħek, Ġeħova?

 2 Il-qaddej se jiġi bħal fergħa żgħira quddiemu,* bħal għerq minn art niexfa.

Hu ma jidhirx speċjali jew impressjonanti;

U meta narawh, id-dehra tiegħu ma tiġbidniex lejh.

 3 In-nies kienu jobogħduh u jevitawh,

Kien raġel li jaf x’inhu l-uġigħ u familjari mal-mard.

Wiċċu kien bħallikieku moħbi minna.*

Hu kien mibgħud, u aħna ma tajniex kasu.

 4 Fil-fatt, hu stess ħa l-mard tagħna,

U tgħabba bl-uġigħ tagħna.

Imma aħna qisnieh li Alla kkastigah, ġiegħlu jimrad, u jbati.

 5 Imma hu ġie mniffed minħabba n-nuqqasijiet tagħna;

Hu bata ħafna minħabba l-iżbalji tagħna.

Hu tgħabba bil-kastigi ħalli nkunu fil-paċi m’Alla,

U minħabba l-feriti tiegħu, aħna fiqna.

 6 Aħna bħal nagħaġ mitlufin,

Li kull wieħed mar fejn fettillu,

U Ġeħova tefaʼ l-ħtija kollha tagħna fuqu.

 7 Hu kien maħqur, u ħalla lil oħrajn iweġġgħuh,

Imma kien jibqaʼ kwiet.

Hu ttieħed bħal nagħġa għall-qatla,

U bħal ħaruf li jkunu qed jaqtgħulu s-suf,

Imma kien jibqaʼ kwiet.

 8 Hu kien maħqur u ttieħed mingħajr ma ngħata ġudizzju b’mod ġust;

U min se jimpurtah dwar id-dettalji tal-ġenerazzjoni tiegħu?*

Għax hu tneħħa minn mal-ħajjin;

Minħabba n-nuqqasijiet tal-poplu tiegħi, hu ngħata d-daqqa tal-mewt.

 9 Għalkemm ma kien għamel xejn ħażin*

U ma kien qal xejn biex iqarraq,

Hu ngħata qabar* mal-ħżiena

U meta miet indifen mas-sinjuri.

10 Imma Ġeħova ddeċieda li hu jgħaddi minn tbatija kbira u ħallieh jimrad.

Alla, jekk tippreżenta ħajtu* bħala offerta għall-ħtija,

Hu se jara lil dawk li jiġu minnu u jgħix ħajja twila.

Permezz tiegħu jseħħ dak li trid int* Ġeħova.

11 Minħabba l-uġigħ kbir tiegħu,* hu se jara xi jkun għamel u jkun sodisfatt.

Wara li għadda minn ħafna,* il-wieħed ġust, il-qaddej tiegħi,

Se jgħin lil ħafna nies biex jitqiesu ġusti,

U se jġorr l-iżbalji tagħhom bħal tagħbija.

12 Minħabba f’hekk, jien se nagħtih sehem maʼ ħafna oħrajn,

U se jqassam dak li jieħdu mill-gwerra maʼ dawk b’saħħithom,

Għax hu ta ħajtu*

U tqies bħala wieħed li kiser il-liġi.

Hu ġarr id-dnubiet taʼ ħafna nies,

U talab għal dawk li kisru l-liġi.

54 “Għajjat bil-ferħ, mara li ma jistax ikollok tfal!

Ifraħ u ibki bil-ferħ, int li qatt ma kellek l-uġigħ tal-ħlas,

Għax dik li hi abbandunata għandha ħafna iktar tfal

Mill-mara li għandha raġel,”* jgħid Ġeħova.

 2 “Kabbar it-tinda tiegħek biex ikollok iktar spazju.

Ġebbed il-biċċiet tad-drapp tat-tabernaklu kbir tiegħek.

Iżżommx lura, tawwal il-ħbula tat-tinda tiegħek,

U saħħaħ l-imsiemer tagħha.

 3 Għax int se tinfirex lejn il-lemin u lejn ix-xellug.

Dawk li se jiġu minnek se jmexxu lill-popli

U jgħixu fil-bliet abbandunati.

 4 Tibżax, għax mhux se jkollok għal xiex tistħi;

Tħossokx umiljata, għax mhux se tiġi ddiżappuntata.

Għax se tinsa l-mistħija taʼ meta kont żgħira,

U mhux se tiftakar iżjed id-diżunur taʼ meta kont armla.”

 5 “Għax il-Ħallieq Grandjuż qisu r-raġel tiegħek,*

Ismu hu Ġeħova tal-armati,

U l-Qaddis t’Iżrael hu Dak li Jixtrik Lura.

Hu se jissejjaħ l-Alla tal-art kollha.

 6 Meta Ġeħova għajjatlek, int kont bħal mara abbandunata u mdejqa ħafna,*

Bħal mara li żżewġet meta kienet żgħira u mbagħad ġiet imwarrba,” jgħid l-Alla tiegħek.

 7 “Abbandunajtek għal ftit biss,

Imma se nġibek lura bi ħniena kbira.

 8 Jien irrabjajt ħafna u ħbejt wiċċi minnek għal ftit,

Imma se nħenn għalik bi mħabba u lealtà* li jibqgħu għal dejjem,” jgħid Ġeħova, Dak li Jixtrik Lura.

 9 “Għalija, dan hu bħal żmien Noè.

Bħalma ħlift li l-ilmijiet taʼ Noè mhux se jiksu iżjed l-art,

Naħlef li ma nkunx irrabjat iżjed miegħek jew nikkastigak.

10 Il-muntanji jistgħu jitneħħew

U l-għoljiet jistgħu jitriegħdu,

Imma l-imħabba u l-lealtà li nurik ma jitneħħewx minnek,

U lanqas il-patt taʼ paċi tiegħi mhu se jitriegħed,” jgħid Ġeħova, il-Wieħed li jurik ħniena.

11 “Mara li qed tbati minħabba t-tempesti u li m’intix imfarrġa,

Jien qed inqiegħed il-ġebel tiegħek b’tajn b’saħħtu

U l-pedament tiegħek biż-żaffir.

12 Jien se nagħmel is-swar tiegħek tar-rubini,

Il-bibien tiegħek tal-ħaġar ileqq,*

U l-fruntieri tiegħek tal-ħaġar prezzjuż.

13 It-tfal kollha tiegħek se jiġu mgħallmin minn Ġeħova,

U huma se jkollhom ħafna paċi.

14 Int se tkun b’saħħtek għax tagħmel dak li hu ġust.

Ħadd mhu se jaħqrek,

Mhu se tibżaʼ minn xejn u ma jkollokx għal xiex titwerwer,

Għax mhu se jersaq lejk xejn tal-biżaʼ.

15 Jekk xi ħadd jattakkak,

Dan ma jkunx għax ikkmandajtu jien.

Kull min jiġi biex jattakkak se jitlef.”

16 “Jien stess ħlaqt il-ħaddiem tas-sengħa

Li jonfoħ fuq in-nar tal-faħam u jagħmel arma.

Jien stess ħlaqt ukoll il-wieħed li juża l-armi biex jeqred.

17 Għalhekk, ebda arma li ssir biex tagħmillek il-ħsara mhu se tirnexxi,

U int se tikkundanna lil kull min jakkużak.

Dan hu l-wirt li jien, Ġeħova, qed nagħti lill-qaddejja tiegħi.

Jien inqishom ġusti,” jgħid Ġeħova.

55 Ejjew ħudu l-ilma, intom kollha li għandkom l-għatx.

Ejjew ixtru u kulu, intom li m’għandkomx flus.

Iva, ejjew ixtru l-inbid u l-ħalib mingħajr flus u b’xejn.

 2 Għala tkomplu tħallsu l-flus għal dak li mhux ħobż,

U għala tonfqu dak li taqilgħu* għal dak li ma jagħtikomx sodisfazzjon?

Isimgħuni sew, u kulu ikel tajjeb,

U se tieħdu* ħafna pjaċir b’ikel bnin.

 3 Agħtu kasi* u ejjew għandi.

Isimgħuni u tibqgħu ħajjin,*

U jien inkun lest li nagħmel patt magħkom li jibqaʼ għal dejjem

Fi qbil mal-wegħda taʼ mħabba u lealtà* li għamilt maʼ David.

Din il-wegħda hi taʼ min jafdaha.*

 4 Jien għamiltu xhud,

Mexxej, u kmandant għall-popli.

 5 Int* se tgħajjat lil poplu li ma tafx,

U nies li ma jafukx se jiġu jiġru għandek

Minħabba Ġeħova l-Alla tiegħek, il-Qaddis t’Iżrael,

Għax hu se jigglorifikak.

 6 Fittxu lil Ġeħova waqt li jistaʼ jinstab.

Għajtulu waqt li qiegħed qrib.

 7 Ħalli l-ħażin ibiddel il-mod kif jgħix

U dak mill-agħar ibiddel il-mod kif jaħseb.

Ħa jerġaʼ lura għand Ġeħova, li se jkollu ħniena minnu,

Għand l-Alla tagħna, li jaħfer bil-kbir.*

 8 Ġeħova jgħid: “Għax il-ħsibijiet tiegħi mhumiex bħall-ħsibijiet tagħkom,

U dak li nagħmel jien mhuwiex bħal dak li tagħmlu intom.

 9 Daqskemm is-sema hi ogħla mill-art,

Daqshekk hu bil-wisq aħjar dak li nagħmel jien minn dak li tagħmlu intom

U l-ħsibijiet tiegħi mill-ħsibijiet tagħkom.

10 Meta jinżlu x-xita u l-borra mis-sema

Ma jerġgħux lura hemm qabel ixarrbu l-art, u b’hekk din tinbet u tagħmel il-frott.

U n-nies ikollhom x’jiżirgħu u x’jieklu.

11 Hekk se jiġri minn dak li ngħid.

Mhux se jiġi lura għandi mingħajr riżultati,

Imma żgur li dak li ngħid se jitwettaq kif jogħġobni,*

U żgur li se jsir bħalma għedt.

12 Għax intom se toħorġu bil-ferħ,

U se tinġiebu lura fil-paċi.

Il-muntanji u l-għoljiet se jifirħu quddiemkom b’għajjat taʼ ferħ,

U s-siġar se jċapċpu jdejhom.

13 Minflok l-għollieq se tikber is-siġra tal-ġnibru.

U minflok il-ħurrieq is-siġra tar-riħan.

Dawn l-affarijiet se jagħmlu lil Ġeħova magħruf,

U jkunu sinjal għal dejjem li qatt ma jinqered.”

56 Hekk jgħid Ġeħova:

“Ibqgħu agħmlu l-ġustizzja u dak li hu sew,

Għax daqt se nsalvakom

U nurikom kemm jien ġust.

 2 Ferħan hu dak li jagħmel

U jobdi l-liġijiet tiegħi,

Li jqis il-ġurnata tas-Sabat bħala ġurnata qaddisa,

U li joqgħod attent li ma jagħmel xejn ħażin.

 3 Il-barrani li jqim lil Ġeħova m’għandux jgħid,

‘Ġeħova żgur se jifridni minn mal-poplu tiegħu.’

U l-ewnuku* m’għandux jgħid, ‘Jien bħal siġra niexfa.’”

4 Għax hekk jgħid Ġeħova, “Lill-ewnuki li jobdu s-sabatijiet tiegħi, li jagħmlu dak li nieħu pjaċir bih, u li jżommu mal-patt tiegħi

 5 Se nagħtihom post fid-dar tiegħi u ’l ġewwa mis-swar tiegħi, u se niftakar isimhom.

Dawn huma aħjar minn tfal subien u bniet.

Jien se nara li isimhom ikun miktub għal dejjem,

U li ma jiġix fix-xejn.

 6 Lill-barranin li jiġu għandi, Ġeħova, biex iqimuni,

Biex iħobbu l-isem tiegħi, Ġeħova,

U biex ikunu l-qaddejja tiegħi,

Lil dawk li jżommu s-Sabat u ma jiddiżonorawhx

U li jżommu mal-patt tiegħi,

 7 Ukoll se nġibhom lejn il-muntanja qaddisa tiegħi

U se nferraħhom fid-dar tiegħi tat-talb.

Se naċċetta fuq l-artal tiegħi l-offerti sħaħ tal-ħruq u s-sagrifiċċji tagħhom,

Għax dari se tissejjaħ dar tat-talb għall-popli kollha.”

8 Ġeħova s-Sid taʼ Kollox,* li qed jiġbor l-imxerrdin t’Iżrael, jgħid:

“Se niġbor oħrajn maʼ dawk li diġà huma miġburin.”

 9 Ejjew kulu, intom l-annimali slavaġ kollha,

U l-annimali slavaġ kollha fil-foresta.

10 L-għassiesa tiegħu huma għomja, ħadd minnhom mhu jagħti kas.

Huma bħal klieb muti li ma jistgħux jinbħu.

Qed jonfħu bi lsienhom barra u mimdudin; huma jħobbu jorqdu.

11 Huma klieb li l-ħin kollu jridu jieklu;*

Qatt ma jixbgħu.

Huma ragħajja li mhux kapaċi jifhmu.

Kulħadd mar għal triqtu;

Kull wieħed minnhom jara kif jistaʼ jagħmel qligħ diżonest u jgħid:

12 “Ejjew, ħa nġib ftit inbid

U nixorbu sakemm niskru.

U għada jkun bħal-lum, imma ħafna aħjar!”

57 Il-ġust sparixxa,

Imma ħadd ma jimpurtah.

In-nies leali jmutu,

Imma ħadd mhu jifhem li l-ġust miet minħabba l-inkwiet.

 2 Hu jkun fil-paċi.

Dawk kollha li jagħmlu dak li hu sew se jistrieħu fil-qabar.*

 3 “Imma ersqu viċin,

Tfal taʼ saħħara,

Tfal taʼ raġel li jagħmel adulterju u taʼ prostituta.

 4 B’min qed tidħqu?

Kontra min qed tiftħu ħalqkom u toħorġu lsienkom barra?

Intom mhux it-tfal tal-midinbin

U taʼ dawk li jqarrqu?

 5 Intom mhux it-tfal taʼ dawk li għandhom xewqat sesswali bla kontroll fost is-siġar kbar

U taħt kull siġra b’saħħitha,

Li joqtlu lit-tfal fil-widien bejn ix-xquq tal-blat?

 6 Int* tagħżel l-idoli magħmulin mill-ġebel,

B’hekk, dan il-ġebel se jkollok bħala wirt.

Anki lilhom tferraʼ offerti tax-xorb u tagħti rigali.

Għandi jien inkun sodisfatt* b’dawn l-affarijiet?

 7 Int ippreparajt is-sodda* tiegħek fuq muntanja għolja,

U tlajt hemm biex toffri sagrifiċċju.

 8 Int għamilt sinjal bħala tifkira wara l-bieb u l-koxxa tal-bieb.

Int tlaqtni u nżajt il-ħwejjeġ;

Tlajt u għamilt spazju fis-sodda.

Għamilt patt mal-maħbubin tiegħek.

Int kont tieħu gost torqod magħhom,*

U ċċassajt lejn l-organu maskili.

 9 Int inżilt għand Melek* biż-żejt

U b’ħafna fwieħa.

Int bgħatt lill-messaġġiera tiegħek ’il bogħod,

U għalhekk li nżilt fil-Qabar.*

10 Int għejejt bil-ħafna vjaġġi tiegħek,

Imma m’għedtx, ‘M’għandix tama!’

Int erġajt issaħħaħt,

U għalhekk ma qtajtx qalbek.*

11 Minn min bżajt u twerwirt

Biex bdejt tigdeb?

Int ma ftakartx fija.

Ma kien jimpurtak minn xejn.

Peress li jien bqajt sieket u ma tajtx kas dak li għamilt,*

Int ma bżajtx minni.

12 Jien se nikxef it-taparsi sewwa tiegħek u dak li għamilt,

U dawn mhux se jkunu taʼ ġid għalik.

13 Meta tgħajjat għall-għajnuna,

Il-ħafna idoli tiegħek mhux se jsalvawk.

Ir-riħ ikaxkarhom kollha

U ż-żiffa ttajjarhom ’l hemm.

Imma kull min idur lejja għall-protezzjoni se jiret l-art

U jkollu l-muntanja qaddisa tiegħi.

14 Se jintqal, ‘Agħmlu, agħmlu triq! Ippreparawha!

Neħħu kull tfixkil mit-triq tal-poplu tiegħi.’”

15 Għax l-Iktar Għoli, li jgħix għal dejjem

U li ismu hu qaddis, jgħid:

“Jien ngħix fil-post għoli u qaddis,

Imma qiegħed ukoll maʼ dawk li huma mdejqin* u umli,

Biex ninkuraġġixxi lill-umli

U nagħti s-saħħa lill-batuti.

16 Għax jien mhux se niħodha kontrihom

Jew nibqaʼ rrabjat magħhom għal dejjem.

Għax inkella n-nies jiddgħajfu minħabba fija

U anki l-ħlejjaq l-oħra li għamilt u li jieħdu n-nifs.

17 Jien kont irrabjat ħafna minħabba d-dnub tiegħu f’li jirsisti biex jagħmel qligħ diżonest,

Għalhekk ikkastigajtu, ħbejt wiċċi, u kont irrabjat ħafna.

Imma hu baqaʼ jirribella u jagħmel dak li jrid.

18 Jien rajt dak li għamel,

Imma se nfejqu, niggwidah,

U nfarraġ lilu u lil dawk taʼ miegħu li huma mdejqin.”

19 Ġeħova jgħid: “Jien qed noħloq kliem taʼ tifħir.

Dawk li qegħdin ’il bogħod u dawk li qegħdin viċin se jibqaʼ jkollhom il-paċi,

U jien se nfejjaqhom.”

20 “Imma l-ħżiena huma bħal baħar imqalleb li ma jistax jikkalma,

U dan jibqaʼ jaqlaʼ l-alka u l-ħama.

21 M’hemmx paċi għall-ħżiena,” jgħid l-Alla tiegħi.

58 Hu qalli: “Għajjat kemm tiflaħ; iżżommx lura!

Għolli leħnek bħall-ħoss taʼ qarn.

Għid lill-poplu tiegħi bir-ribelljoni tagħhom,

U lid-dar taʼ Ġakobb bid-dnubiet tagħhom.

 2 Huma jfittxuni jum wara ieħor,

U juru li jieħdu pjaċir ikunu jafu kif nixtieqhom jgħixu,

Bħallikieku kienu poplu li jagħmlu dak li hu sewwa

U li ma telqux il-kmandamenti tiegħi, l-Alla tagħhom.

Huma jitolbuni biex nagħmel ġudizzju ġust,

Bħallikieku jieħdu pjaċir jersqu lejja, u jgħidu:

 3 ‘Għala ma taraniex meta nsumu?

U għala ma tindunax meta numiljaw ruħna?’

Għax dakinhar li somtu, intom kien moħħkom fl-interessi tagħkom stess,

U ħqartu lill-ħaddiema tagħkom.

 4 Is-sawm tagħkom jispiċċa f’argumenti u ġlied,

U tagħtu bil-ponn bla ħniena.*

Ma tistgħux issumu b’dan il-mod u tippretendu li jien nismagħkom fis-sema.

 5 Għandu s-sawm li għedtilkom biex tagħmlu jkun hekk?

Għandha l-ġurnata li ssumu tkun biss biex tumiljaw ruħkom,

Tniżżlu raskom bħal ħaxix twil,

U timteddu fuq ħwejjeġ tal-ixkora u l-irmied?

Taħsbu li jien, Ġeħova, se nieħu pjaċir b’dawn il-ġranet li ssumu?

 6 Le, is-sawm li għedtilkom biex tagħmlu hu dan:

Li tneħħu l-ktajjen li saru b’inġustizzja,

Li tħollu l-irbit tal-madmad,

Teħilsu lil min hu maħqur,

U tkissru fi tnejn kull madmad;

 7 Li taqsmu l-ħobż tagħkom maʼ min hu bil-ġuħ,

Li ddaħħlu fid-dar tagħkom lil min hu fqir u m’għandux dar,

Li tlibbsu lil min m’għandux ħwejjeġ,

U li ma twarrbux lil dawk li jiġu minnkom.

 8 Imbagħad id-dawl tagħkom se jiddi bħad-dawl taʼ meta jkun qed jisbaħ,

U se tfiqu malajr.

Il-ġustizzja tagħkom se tkun quddiemkom,

U jien, Ġeħova, se nkun warajkom biex nipproteġikom bil-glorja tiegħi.

 9 Imbagħad se tgħajtuli, u jien, Ġeħova, se nwieġeb;

Se tgħajtuli għall-għajnuna, u jien se ngħidilkom, ‘Se ngħinkom!’

Jekk tneħħu minn fostkom il-madmad

U ma tibqgħux tippontaw subgħajkom u titkellmu bi ħdura,

10 Jekk lil min hu bil-ġuħ tagħtuh dak li tixtiequ intom stess,

U lil min hu batut* tagħtuh dak li għandu bżonn,

Imbagħad id-dawl tagħkom se jiddi anki fid-dlam,

U s-swidija tagħkom se tkun bħal nofsinhar.

11 Jien, Ġeħova, dejjem se mmexxikom

U nagħtikom dak li għandkom bżonn* anki f’art niexfa;

Jien se nsaħħaħkom,

U intom se tkunu bħal ġnien li jkun imsoqqi sew

U bħal għajn tal-ilma li l-ilma tagħha ma jispiċċa qatt.

12 Minħabba fikom se jerġgħu jinbnew il-postijiet li ilhom ħerba,

U intom se terġgħu tqiegħdu l-pedamenti li kienu ħerba fil-ġenerazzjonijiet tal-passat.

Intom se tissejħu dawk li jsewwu s-swar imkissra,

Dawk li jirranġaw it-toroq biex in-nies joqogħdu ħdejhom.

13 Jekk minħabba s-Sabat, il-jum qaddis tiegħi, intom iżżommu lura* milli tagħmlu dak li jaqbel lilkom,

U ssejħu s-Sabat jum taʼ pjaċir, jum qaddis għal Ġeħova, u ġurnata li għandha tiġi gglorifikata,

U tigglorifikawh minflok ma tfittxu l-interessi tagħkom stess u tparlaw fil-vojt,

14 Imbagħad jien, Ġeħova, se nkun ir-raġuni għall-ferħ tagħkom.

Ukoll, jien se nagħtikom il-postijiet għoljin tal-art biex tmexxu fuqhom.

Se nagħtikom tieklu mill-wirt* taʼ missierkom Ġakobb,

Għax jien, Ġeħova, għedt dan.”

59 Id Ġeħova mhix qasira wisq biex issalva,

U widintu mhix magħluqa* biex tismaʼ.

 2 Le, imma kienu l-iżbalji tagħkom li sseparawkom mill-Alla tagħkom.

Id-dnubiet tagħkom ġegħluh jaħbi wiċċu minnkom,

U hu jirrifjuta li jismagħkom.

 3 Għax idejkom huma mċappsin bid-demm,

U s-swabaʼ tagħkom huma maħmuġin bid-dnubiet li għamiltu.

Intom tgħidu l-gideb, u titkellmu dwar dak li hu ħażin.

 4 Ħadd ma jiftaħ kawża għall-ġustizzja,

Ħadd ma jmur il-qorti u jgħid il-verità.

Huma jafdaw f’xi ħaġa li mhux vera u jitkellmu bla sens.

Jippjanaw dak li hu ħażin u jagħmlu l-ħsara.

 5 Huma jfaqqsu l-bajd taʼ serp velenuż.

Kull min jiekol il-bajd tagħhom imut,

U mill-bajda li titkisser joħroġ serp velenuż.

Huma jinsġu l-għanqbuta taʼ brimba biex jagħmlu d-drapp.

 6 Imma mhux se jkollhom biżżejjed biex jagħmlu libsa,

U lanqas biex jitgħattew.

Dak li jagħmlu jġib il-ħsara,

U huma vjolenti.

 7 Huma jiġru biex jagħmlu l-ħażen,

U jgħaġġlu biex joqtlu nies innoċenti.

Huma moħħhom biex jagħmlu l-ħażin;

Kulma jagħmlu jġib diżastru u dwejjaq.

 8 Huma ma jafux kif iżommu l-paċi m’oħrajn,

Ma jagħmlu xejn li hu ġust.

Huma jgħawġu triqathom;

U kull min jimxi fihom mhux se jkollu l-paċi.

 9 Għalhekk il-ġustizzja hi ’l bogħod minna,

U s-sewwa ma tilħaqniex.

Aħna nibqgħu nittamaw għad-dawl, imma hemm id-dlam;

Nittamaw għad-dija, imma nibqgħu mexjin fis-swidija.

10 Bħall-għomja, nibqgħu mmissu l-ħajt biex nimxu;

Nibqgħu nagħmlu hekk bħal dawk li m’għandhomx għajnejn.

Aħna nitfixklu f’nofsinhar bħallikieku fid-dlam taʼ filgħaxija;

Fost dawk b’saħħithom qisna mejtin.

11 Aħna nibqgħu ngergru bħall-orsijiet

U ngemgmu bi swied taʼ qalb bħall-ħamiem.

Qed nittamaw li jkollna ġustizzja, imma m’hemmx;

Qed nittamaw li niġu salvati, imma m’aħniex.

12 Għax aħna rribellajna ħafna quddiemek;

Kull dnub li għamilna juri li aħna ħatja.

Aħna konxji ħafna taʼ kemm irribellajna u kemm żbaljajna.

13 Aħna dnibna kontra Ġeħova u rrifjutajnieh;

Injorajna lill-Alla tagħna.

Aħna bdejna nitkellmu dwar il-moħqrija u r-ribelljoni;

Naħsbu dwar il-gideb li nistgħu ngħidu u mbagħad ngħiduh.

14 In-nies jirrifjutaw li jagħmlu l-ġustizzja.

Ħadd mhu ġust.

Fil-pjazza ħadd ma jgħid il-verità,*

U l-wieħed ġust ma jistax jidħol hemm.

15 M’hemm ħadd li qed jgħid il-verità,*

U kull min jieqaf jagħmel il-ħażen jiġi misruq.

Ġeħova ra dan u ma ħax pjaċir,*

Għax ma kienx hemm ġustizzja.

16 Hu ra li ma kien hemm ħadd biex jgħin,

U baqaʼ ċċassat li ma kien hemm ħadd jaqbeż għalihom.

Allura rebaħ bis-saħħa tiegħu,

U għen lilu nnifsu bil-ġustizzja tiegħu stess.

17 Imbagħad libes il-ġustizzja bħalma jilbes il-kurazza,

U l-elmu tas-salvazzjoni* f’rasu.

Hu libes il-ħwejjeġ tal-vendetta bħal meta jilbes il-ħwejjeġ tiegħu.

Hu geżwer lilu nnifsu biż-żelu bħalma jagħmel b’libsa.*

18 Hu se jpattihielhom skont dak li għamlu:

Se jirrabja maʼ dawk li jiħduha kontra tiegħu, se jikkastiga lill-għedewwa tiegħu,

U lin-nies tal-gżejjer se jagħtihom dak li ħaqqhom.

19 Dawk mill-Punent se jibżgħu mill-isem taʼ Ġeħova

U dawk mil-Lvant se jibżgħu mill-glorja tiegħu,

Għax Ġeħova se jiġi bħal kurrent qawwi taʼ xmara

Li jimbottah l-ispirtu tiegħu.

20 Ġeħova jgħid: “Dak li Jixtri Lura ġej Sijon,

Għal dawk li jiġu minn Ġakobb u li waqfu jagħmlu l-ħażen.”

21 Ġeħova jgħid: “Dan hu l-patt tiegħi magħhom.” Ġeħova jgħid: “Jien tajtkom l-ispirtu u għedtilkom x’għandkom tgħidu. Jien se nagħmel hekk magħkom, mat-tfal tagħkom, u mat-tfal tat-tfal tagħkom,* minn issa u għal dejjem.”

60 “Qum mara, agħti d-dawl, għax id-dawl tiegħek beda jiddi.

Il-glorja taʼ Ġeħova qed tiddi fuqek.

 2 Għax id-dlam se jgħatti l-art

U dalma kbira se tgħatti lill-popli;

Imma Ġeħova se jiddi fuqek,

U l-glorja tiegħu se tidher fuqek.

 3 Il-popli se jiġu għad-dawl tiegħek

U r-rejiet għad-dija tleqq tiegħek.*

 4 Ħares madwarek!

Huma nġabru kollha u ġejjin għandek.

It-tfal subien u bniet tiegħek jibqgħu ġejjin mill-bogħod,

U lill-bniet tiegħek qed jerfgħuhom.

 5 F’dak iż-żmien, int se tara dan u wiċċek jixgħel bil-ferħ,

U qalbek se tħabbat iktar u tifraħ,

Għax l-affarijiet prezzjużi li hemm fil-baħar se jingħatawlek;

Il-ġid tal-popli se jiġi għandek.

 6 Ammont kbir t’iġmla minn Midjan u Għefa

Se jiksu l-pajjiż tiegħek.*

In-nies kollha minn Xeba se jiġu u jġibu magħhom

Deheb u inċens abjad.

Huma se jfaħħru lil Ġeħova.

 7 L-imrieħel kollha taʼ Kedar se jiġu għandek.

L-imtaten taʼ Nebajot se jinġiebu għandek.

Huma se jiġu aċċettati bħala sagrifiċċji fuq l-artal tiegħi,

U jien se nsebbaħ id-dar glorjuża* tiegħi.

 8 Min huma dawn li għaddejjin bħas-sħab,

U li qed itiru bħal ħamiem lejn il-post fejn joqogħdu?*

 9 In-nies tal-gżejjer jittamaw fija;

Il-vapuri taʼ Tarsis huma fuq quddiem

Biex iġibu t-tfal tiegħek mill-bogħod.

It-tfal tiegħek se jġibu d-deheb u l-fidda tagħhom

Biex ifaħħru l-isem taʼ Ġeħova l-Alla tiegħek u l-Qaddis t’Iżrael,

Għax hu se jigglorifikak.*

10 Il-barranin se jibnulek is-swar,

U r-rejiet tagħhom se jaqduk,

Għax meta jien kont irrabjat, ikkastigajtek,

Imma bil-qalb* tajba se nħenn għalik.

11 Il-bibien tiegħek se jkunu miftuħin il-ħin kollu;

Mhux se jingħalqu, la matul il-ġurnata u lanqas billejl,

Ħalli n-nies iġibu l-ġid tal-popli,

U r-rejiet tagħhom se jkunu minn taʼ quddiem biex jagħmlu dan.

12 Għax kull poplu u saltna li ma taqdikx se tisparixxi,

U l-popli se jinqerdu għalkollox.

13 Is-siġar sbieħ tal-Libanu se jinġiebu għandek:

Is-siġar tal-ġnibru, tal-fraxxnu, u taċ-ċipress.

Dawn se jinġiebu biex isebbħu l-post fejn hemm is-santwarju tiegħi.

Jien se nonora l-post fejn nagħmel saqajja.

14 It-tfal taʼ dawk li ħaqruk se jiġu u jmilu quddiemek;

Dawk kollha li jittrattawk b’nuqqas taʼ rispett se jkollhom imilu ħdejn saqajk,

U jkollhom isejħulek il-belt taʼ Ġeħova,

Sijon tal-Qaddis t’Iżrael.

15 Minflok ma tiġi abbandunata u mibgħuda, u ħadd ma jgħaddi minnek,

Jien se nagħmlek ħaġa li taʼ min jiftaħar biha għal dejjem,

U jifraħ biha għal ġenerazzjoni wara oħra.

16 Il-popli u r-rejiet se jagħtuk dak li għandek bżonn

Bħalma omm tagħti l-ħalib tagħha lit-tarbija;

Int żgur se tkun taf li jien, Ġeħova, il-Wieħed li Nsalvak,

U li jien, l-Alla b’Saħħtu taʼ Ġakobb, Dak li Nixtrik Lura.

17 Minflok ir-ram se nġib id-deheb,

Minflok il-ħadid se nġib il-fidda,

Minflok l-injam, ir-ram,

U minflok il-ġebel, il-ħadid.

Jien se nagħtik il-paċi u l-ġustizzja,

U dawn se jkunu bħala l-imgħallmin tiegħek u bħala dawk li jagħtuk ix-xogħol.

18 Mhux se jkun hemm iktar vjolenza fil-pajjiż tiegħek

Jew qerda u ħerba ’l ġewwa mill-fruntieri tiegħek.

Int se ssejjaħ is-swar tiegħek Salvazzjoni u l-bibien tiegħek Tifħir.

19 Ix-xemx mhux se tagħtik iktar dawl matul il-ġurnata,

U lanqas il-qamar jiddi mhu se jagħtik iktar dawl,

Għax Ġeħova se jsir għalik dawl għal dejjem,

U l-Alla tiegħek se jkun is-sbuħija tiegħek.

20 Ix-xemx tiegħek qatt mhu se tinżel

U l-qamar tiegħek qatt mhu se jitlef id-dawl,

Għax Ġeħova se jsir għalik dawl għal dejjem,

U mhux se tibqaʼ tagħmel vistu.

21 Il-poplu kollu tiegħek se jkun ġust;

Huma se jkollhom l-art għal dejjem,

Huma r-rimja li jien ħawwilt,

Dak li għamilt biex insebbaħ lili nnifsi.

22 Iċ-ċkejken se jsir elf

U ż-żgħir se jsir poplu b’saħħtu.

Meta jasal iż-żmien, jien stess, Ġeħova, mhux se ndum biex nagħmel dan.”

61 L-ispirtu taʼ Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* qiegħed fuqi,

Għax Ġeħova għażilni* biex nipprietka aħbar tajba lill-umli.

Hu bagħatni biex infejjaq lil dawk taʼ qalbhom maqsuma,

Biex ngħid lill-ilsiera li se jiġu meħlusin,

Biex niftaħ għajnejn il-ħabsin,

 2 Biex inxandar li wasal iż-żmien biex Ġeħova juri ħniena*

U ż-żmien biex jivvendika ruħu mill-għedewwa,

Biex infarraġ lil dawk kollha mdejqin

 3 Biex nieħu ħsieb lil dawk li huma mdejqin minħabba dak li ġara lil Sijon,

U biex nagħtihom xi ħaġa ħalli jżejnu rashom minflok l-irmied,

Iż-żejt ħalli jifirħu minflok ma jkunu mdejqin,

U libsa ħalli jfaħħruni minflok ma jkunu qalbhom sewda.

In-nies se jsejħulhom siġar kbar tal-ġustizzja,

Li ħawwel Ġeħova biex ikunu jistgħu jigglorifikawh.*

 4 Huma se jerġgħu jibnu l-postijiet li ilhom ħerba;

Se jerġgħu jtellgħu l-postijiet li ilhom abbandunati żmien twil,

U jerġgħu jirranġaw il-bliet li kienu ħerba,

Il-postijiet li kienu ħerba fil-ġenerazzjonijiet tal-passat.

 5 “L-istranġieri se jiġu u jirgħaw l-imrieħel tagħkom,

U l-barranin se jkunu l-bdiewa tagħkom u dawk li jiħdulkom ħsieb id-dwieli.

 6 Intom se tissejħu l-qassisin taʼ Ġeħova;

In-nies se jsejħulkom il-qaddejja tal-Alla tagħna.

Intom se tużaw il-ġid tal-popli,

U tiftaħru bl-affarijiet glorjużi li tirċievu mingħandhom.

 7 Il-poplu tiegħi ġie mġiegħel jistħi, imma issa se jiġi mbierek id-doppju,

Minflok ma jkunu umiljati, huma se jgħajtu bil-ferħ peress li jiġu mberkin.

Iva, huma se jkollhom sehem doppju fl-art tagħhom

U se jifirħu għal dejjem.

 8 Għax jien, Ġeħova, inħobb il-ġustizzja,

Nobgħod is-serq u l-inġustizzja.

Jien se nkun leali magħhom billi nippremjahom

U nagħmel patt magħhom għal dejjem.

 9 Id-dixxendenti tagħhom se jkunu magħrufin mal-ġnus,

U dawk li jiġu minnhom mal-popli.

Dawk kollha li jarawhom se jindunaw

Li huma d-dixxendenti li ġew imberkin minn Ġeħova.”

10 Jien se nifraħ ħafna b’Ġeħova.

Se nifraħ bl-Alla tiegħi b’qalbi* kollha.

Għax hu libbisni l-ħwejjeġ tas-salvazzjoni;

Dawwar miegħi l-libsa* tal-ġustizzja,

Bħalma għarus jilbes turban bħal tal-qassis,

U bħal għarusa li tiżżejjen bil-ġojjelli tagħha.

11 Għax bħalma l-art tnibbet

U l-ġnien inibbet dak li ġie miżrugħ fih,

Ġeħova s-Sid taʼ Kollox

Se juri lill-popli kollha li se jagħmel ġustizzja u li se jiġi mfaħħar.

62 Minħabba Sijon, mhux se nibqaʼ b’ħalqi magħluq,

U minħabba Ġerusalemm, mhux se nibqaʼ bi kwieti

Sakemm il-ġustizzja tagħha tiddi bħal dawl qawwi,

U s-salvazzjoni tagħha taħraq bħal torċa.

 2 “Mara, il-popli se jaraw il-ġustizzja tiegħek

U r-rejiet kollha l-glorja tiegħek.

Se jgħajtulek b’isem ġdid,

Li se jagħżlu Ġeħova stess.

 3 Int se ssir bħal kuruna taʼ sbuħija f’id Ġeħova,

U bħal turban taʼ re fil-pala t’id l-Alla tiegħek.

 4 Mhux se jibqgħu jsejħulek mara abbandunata,

U l-art tiegħek mhux se tibqaʼ msejħa ħerba.

Imma int tissejjaħ L-Għaxqa Tiegħi Hi Fiha,

U l-art tiegħek se tissejjaħ Il-Miżżewġa.

Għax Ġeħova se jieħu pjaċir bik,

U l-art tiegħek se tkun bħal waħda miżżewġa.

 5 Għax bħalma żagħżugħ jiżżewweġ verġni,

In-nies tiegħek se jiżżewġu lilek.

L-Alla tiegħek se jifraħ bik

Bħalma għarus jifraħ bl-għarusa.

 6 Ġerusalemm, jien qegħedt l-għassiesa fuq is-swar tiegħek.

Minn filgħodu sa filgħaxija, dawn m’għandhomx jibqgħu siekta.

Intom li ssemmu lil Ġeħova,

Tistriħux

 7 U ibqgħu itolbu lilu sakemm jistabbilixxi lil Ġerusalemm b’mod sod,

Iva, sakemm dawk fuq l-art ifaħħruha.

 8 Ġeħova ħalef b’idu l-leminija, bl-id b’saħħitha tiegħu:

“Jien mhux se nagħti iktar iċ-ċereali* tiegħek lill-għedewwa tiegħek,

U l-barranin mhux se jixorbu l-inbid ġdid tiegħek, li tħabatt għalih.

 9 Imma dawk li jiġbru ċ-ċereali se jikluh u jfaħħru lili, Ġeħova;

U dawk li jaqtgħu l-għeneb se jixorbu l-inbid fil-btieħi qaddisin tiegħi.”

10 Għaddu, għaddu mill-bibien.

Agħmlu l-wisaʼ għan-nies.

Agħmlu t-triq prinċipali.

Neħħulha l-ġebel.

Għollu arblu bħala sinjal għall-popli.

11 Ġeħova xandar sa truf l-art:

“Għidu lill-belt taʼ Sijon,

‘Se tiġu salvati.

Il-premju li se jagħti qiegħed għandu,

U l-paga li se jagħti qiegħda quddiemu.’”

12 Huma se jissejħu l-poplu l-qaddis, dawk li nxtraw lura minn Ġeħova,

U int se tissejjaħ Imfittxija, Belt Mhux Abbandunata.

63 Min hu dan li ġej minn Edom,

Minn Bosra bi ħwejjeġ b’kuluri* jgħajtu,

Li għandu ħwejjeġ sbieħ

U qed jimmarċja bil-qawwa kbira tiegħu?

“Hu jien, il-Wieħed li ngħid dak li hu sewwa,

Il-Wieħed li għandi qawwa kbira biex insalva.”

 2 Għala l-ħwejjeġ tiegħek huma ħomor,

U għala l-ilbies tiegħek hu bħal taʼ dak li jagħsar l-għeneb?

 3 “Jien għaffiġt l-għeneb għall-inbid waħdi.

Ma kien hemm ħadd miegħi mill-popli.

Bqajt ngħaffeġ l-għedewwa tiegħi waqt li kont irrabjat,

U bqajt ngħaddi minn fuqhom waqt li kont inkorlat.

Il-ħwejjeġ tiegħi ċċappsu bid-demm tagħhom,

U tebbajt l-ilbies kollu tiegħi.

 4 Għax jien iddeċidejt meta* se nġib vendetta,

U wasal iż-żmien* li nixtri lura lill-poplu tiegħi.

 5 Fittixt, imma ma kien hemm ħadd min jgħin;

Bqajt mistagħġeb kif ħadd m’offra l-għajnuna.

Għalhekk, irbaħt bis-saħħa tiegħi,

U l-korla tiegħi stess għenitni.

 6 Jien għaffiġt lin-nies meta kont irrabjat,

Ġegħelthom jiskru bil-korla tiegħi

U ferrajt id-demm tagħhom fl-art.”

 7 Jien se nsemmi l-affarijiet li għamel Ġeħova bi mħabba u lealtà,*

Se nsemmi l-affarijiet taʼ min ifaħħarhom li għamel Ġeħova,

Dak kollu li għamel Ġeħova għalina,

Il-ħafna affarijiet tajbin li għamel għall-poplu t’Iżrael,

Minħabba li hu ħanin u juri ħafna mħabba u lealtà.

 8 Għax hu qal: “Infatti huma l-poplu tiegħi, it-tfal li se jkunu leali lejja.”*

Għalhekk, hu sar Dak li Jsalvahom.

 9 Meta kienu qed ibatu, anki hu kien qed ibati.

U l-messaġġier persunali tiegħu* salvahom.

Peress li hu mħabba u ħanin, hu xtrahom lura

U refagħhom u ġarrhom matul dawn is-snin kollha.

10 Imma huma rribellaw u dejqu lil Alla billi ħaduha kontra l-ispirtu qaddis tiegħu.*

Imbagħad, hu sar l-għadu tagħhom

U ġġieled kontrihom.

11 Huma bdew jiftakru fil-passat,

Fi żmien Mosè l-qaddej tiegħu, u qalu:

“Fejn hu l-Wieħed li ħariġhom mill-baħar flimkien mar-ragħajja tal-poplu tiegħu?

Fejn hu l-Wieħed li ta l-ispirtu qaddis tiegħu lil Mosè?*

12 Fejn hu l-Wieħed li ggwida lil Mosè bil-qawwa kbira Tiegħu,*

Li qasmilhom l-ilmijiet quddiemhom

U li għamel isem għalih innifsu, li jibqaʼ mfakkar għal dejjem?

13 Fejn hu l-Wieħed li mexxiehom minn ilmijiet għoljin,*

Ħalli jkunu jistgħu jimxu bla tfixkil

Bħal żiemel fil-kampanja?*

14 Bħalma l-annimali jistrieħu meta jinżlu fil-pjanura tal-wied,

L-ispirtu taʼ Ġeħova tahom il-mistrieħ.”

Int hekk mexxejt lill-poplu tiegħek,

Biex tagħmel isem glorjuż* għalik innifsek.

15 Ħares ’l isfel mis-sema,

Mill-post qaddis u glorjuż tiegħek li qiegħed fl-għoli.

Għala m’għadekx tagħti iktar kas u tuża l-qawwa tiegħek,

U ma titħassarniex u turi ħniena?

16 Għax int Missierna;

Għalkemm Abraham forsi ma jafniex

U Iżrael forsi ma jagħrafniex,

Int, Ġeħova, Missierna.

Int Dak li Xtrajtna Lura żmien twil ilu.

17 Ġeħova, għala tħallina* nitbiegħdu mit-triqat tiegħek?

Għala tħallina* nwebbsu rasna, u b’hekk ma nirrispettawkx?*

Erġaʼ urina ħniena, għax aħna l-qaddejja tiegħek,

Il-poplu li hu l-wirt tiegħek.

18 Il-poplu qaddis tiegħek kellu l-art għal żmien qasir.

L-għedewwa tagħna għaffġu taħt saqajhom is-santwarju tiegħek.

19 Għal ħafna żmien, aħna sirna bħal dawk li int qatt ma mexxejt fuqhom,

Bħal dawk li qatt ma ssejħu b’ismek.

64 Mank ċarratt is-sema u nżilt,

Ħalli l-muntanji jitheżżu minħabba fik.

 2 Mank inżilt bħan-nar li jqabbad il-friegħi nexfin

U jgħalli l-ilma,

Kieku l-għedewwa tiegħek kienu jsiru jafu b’ismek,

U l-popli kienu jirtogħdu quddiemek!

 3 Meta għamilt affarijiet tal-għaġeb li lanqas għaddew minn moħħna,

Int inżilt, u l-muntanji theżżu quddiemek.

 4 Minn żmien twil ilu, ħadd ma semaʼ, ta kas,

Jew ra Alla ħliefek,

Li taġixxi għal dawk li jistennewk bil-paċenzja.

 5 Int ilqajt lil dawk li jagħmlu dak li hu sew bil-ferħ

Dawk li jiftakru fik u jagħmlu li trid int.

Int kont irrabjat ħafna,

Għax aħna bqajna nidinbu għal ħafna żmien.

Allura hemm tama għalina li nsalvaw?

 6 Kollha kemm aħna sirna bħal xi ħadd mhux nadif,

U l-affarijiet tajbin kollha li għamilna huma bħal biċċa maħmuġa.*

Aħna se ninxfu bħall-weraq,

U l-iżbalji tagħna se jġorruna bħar-riħ.

 7 M’hemm ħadd li qed ifaħħar lil ismek,

U ħadd mhu qed jipprova jfittex l-għajnuna tiegħek,

Għax int ħbejt wiċċek minna,

U tħallina niġu fix-xejn* minħabba l-iżbalji tagħna.

 8 Imma issa Ġeħova, int Missierna.

Aħna t-tafal, u int Dak li tagħmel il-fuħħar;*

Aħna lkoll xogħol idejk.

 9 Ġeħova, tirrabjax iżżejjed

U tibqax tiftakar l-iżbalji tagħna għal dejjem.

Jekk jogħġbok, ftakar li aħna lkoll il-poplu tiegħek.

10 Il-bliet qaddisin tiegħek saru deżert.

Sijon saret deżert

U Ġerusalemm art abbandunata.

11 It-tempju qaddis u glorjuż* tagħna,

Fejn kienu jfaħħruk missirijietna,

Ġie maħruq bin-nar

U l-affarijiet kollha li kienu għal qalbna saru ħerba.

12 Ġeħova, meta tara dan, se tibqaʼ ma tagħmel xejn?

Se tibqaʼ kwiet u se tħallina nbatu daqshekk?

65 “Ħallejt lil dawk li ma staqsewx għalija jfittxuni;

Ħallejt lil dawk li ma kinux qed ifittxuni jsibuni.

Jien għedt, ‘Hawn jien, hawn jien!’ lil poplu li ma kienx qed isejjaħli b’ismi.

 2 Jien ftaħt idejja l-ġurnata kollha għal poplu rasu iebsa,

Għal dawk li jimxu fi triq ħażina

U jagħmlu dak li jaħsbu huma stess.

 3 Poplu li l-ħin kollu joffendini f’wiċċi,

Jagħmel sagrifiċċji fil-ġonna, u joffri d-duħħan tas-sagrifiċċji fuq il-briks.

 4 Huma jpoġġu fiċ-ċimiterji,

Jgħaddu l-lejl f’postijiet sigrieti,*

Jieklu l-laħam tal-ħnieżer,

U fir-reċipjenti tagħhom għandhom brodu b’affarijiet diżgustanti.*

 5 Huma jgħidu, ‘Oqgħod għalik. Tersaqx lejja,

Għax jien iktar qaddis minnek.’*

Huma jkomplu jirrabjawni* bħan-nar li l-ħin kollu jaqbad.

 6 Hu miktub quddiemi;

M’iniex se noqgħod kwiet,

Imma se nikkastigahom,

Se nikkastigahom għal dak kollu li għamlu

 7 U għall-iżbalji tagħhom u anki taʼ missirijiethom,” jgħid Ġeħova.

“Talli offrew id-duħħan tas-sagrifiċċji fuq il-muntanji

U maqdruni fuq l-għoljiet,

Jien se nibda billi nikkastigahom bis-sħiħ.”

 8 Hekk jgħid Ġeħova:

“Bħal meta jkun hemm għanqud għeneb li minnu tistaʼ tagħmel inbid ġdid

U xi ħadd jgħid, ‘Teqirdux, għax hemm xi ħaġa tajba* fih,’

Hekk se nagħmel minħabba l-qaddejja tiegħi;

M’iniex se neqridhom kollha.

 9 Jien se nieħu tfal mill-poplu taʼ Ġakobb,

U mill-poplu taʼ Ġuda se jkun hemm min jiret il-muntanji tiegħi;

Se jieħdu l-art dawk li nagħżel jien,

U l-qaddejja tiegħi jgħixu hemm.

10 Saron se ssir post fejn imorru jieklu n-nagħaġ

U l-Wied* t’Għakor se jsir post fejn jistrieħu l-baqar.

Dan se nagħmlu għall-poplu tiegħi li qed ifittixni.

11 Imma intom qegħdin fost dawk li qed jabbandunaw lili, Ġeħova,

Dawk li qed jinsew il-muntanja qaddisa tiegħi,

Li qed jarmaw mejda għall-alla tal-Fortuna,

U li qed jimlew it-tazzi bi nbid imħallat għall-alla tad-Destin.

12 Għalhekk, se nħallikom tinqatlu bix-xabla,

U kollha kemm intom se tmilu biex tinqatlu,

Għax jien għajjattilkom, imma ma wiġibtux,

Tkellimt, imma ma tajtux kas.

Intom bqajtu tagħmlu dak li hu ħażin f’għajnejja,

U għażiltu dak li nobgħod.”

13 Għalhekk, Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* jgħid:

“Il-qaddejja tiegħi se jieklu, imma intom tkunu bil-ġuħ.

Il-qaddejja tiegħi se jixorbu, imma intom tkunu bil-għatx.

Il-qaddejja tiegħi se jifirħu, imma intom tiġu umiljati.

14 Il-qaddejja tiegħi se jifirħu ħafna minħabba l-ferħ li għandhom f’qalbhom,

Imma intom se tibku minħabba l-uġigħ taʼ qalbkom

U se tibku ħafna minħabba d-dwejjaq li għandkom.

15 Wara li tkunu tlaqtu, dawk li nagħżel jien se jużaw isimkom bħala saħta,

U jien, Ġeħova s-Sid taʼ Kollox, se noqtol lil kull wieħed minnkom,

Imma lill-qaddejja tiegħi se ngħajtilhom b’isem ieħor.

16 B’hekk, kull min qed ifittex biex jiġi mbierek fuq l-art,

Jiġi mbierek minni, l-Alla tal-verità,*

U kull min jaħlef fuq l-art,

Se jaħlef bija, l-Alla tal-verità.*

Għax it-tbatija* taʼ qabel se tintesa;

Jien mhux se nibqaʼ naraha.

17 Jien qed nagħmel sema ġdida u art ġdida.

In-nies mhux se jiftakru l-affarijiet taʼ qabel,

U dawn mhux se jweġġgħulhom qalbhom.

18 Għalhekk, ifirħu u ibqgħu ferħanin għal dejjem b’dak li qed nagħmel.

Intom tistgħu tkunu ferħanin minħabba dak li qed nagħmel għal Ġerusalemm

U tistgħu tkunu ferħanin ħafna minħabba dak li qed nagħmel għan-nies tagħha.

19 Jien se nkun ferħan b’Ġerusalemm u nifraħ bil-poplu tiegħi.

Fiha mhux se jinstemaʼ iktar biki jew għajjat taʼ dwejjaq.”

20 “Mhux se jkun hemm iktar trabi li jgħixu ftit jiem,

Jew xiħ li ma jirnexxilux jgħix ħajtu kollha.

Għax kull min imut taʼ 100 sena se jitqies bħallikieku għadu tifel,

U midneb* se jmut minħabba li jiġi misħut, avolja jkollu 100 sena.*

21 Huma se jibnu djar u jgħixu fihom,

Se jħawlu għelieqi bid-dwieli u jieklu l-frott tagħhom.

22 Mhumiex se jibnu u joqgħod xi ħadd ieħor,

U mhux se jħawlu biex jiekol ħaddieħor.

Għax il-poplu tiegħi se jgħix daqs is-siġar,

U l-magħżulin tiegħi se jgawdu dak li jagħmlu bis-sħiħ.

23 Huma mhux se jitħabtu għalxejn,

Jew iġibu t-tfal biex jarawhom ibatu,

Għax huma u dawk li jiġu minnhom,

Huma poplu mberkin minni, Ġeħova.

24 Jien se nwiġibhom saħansitra qabel ma jgħajtuli;

Se nismagħhom waqt li jkunu għadhom qed jitkellmu.

25 Il-lupu u l-ħaruf se jieklu flimkien,

L-iljun se jiekol it-tiben bħall-barri,

U s-serp se jiekol it-trab.

Dawn mhu se jweġġgħu lil ħadd u mhu se jagħmlu ebda ħsara fuq il-muntanja qaddisa kollha tiegħi,” jgħid Ġeħova.

66 Ġeħova jgħid:

“Is-sema hi t-tron tiegħi, u l-art hi l-banketta għal saqajja.

Allura, fejn hi d-dar li tistgħu tibnuli,

U l-post fejn nistaʼ nistrieħ?”

 2 “Jien stess għamilthom dawn l-affarijiet kollha,

U hekk bdew jeżistu,” jgħid Ġeħova.

“Imma se nħares lejn min hu umli,

Imdejjaq, u li qed jitriegħed minħabba* l-kelma tiegħi.

 3 Għalija, min qed joqtol barri, hu bħal xi ħadd li qed joqtol raġel.

Min qed jissagrifika nagħġa, hu bħal min qed jikser għonq kelb.

Min qed joffri rigal, hu bħal min qed joffri d-demm taʼ ħanżir.

Min qed joffri l-inċens abjad, hu bħal min ibierek bi kliem maġiku.*

Huma jagħmlu dak li jridu,

U jieħdu pjaċir* b’dak li hu diżgustanti.

 4 Allura, jien se nagħżel kif nikkastigahom,

U se nġib fuqhom dak li jitwerwru minnu.

Għax meta għajjattilhom, ħadd ma wieġeb;

Meta tkellimt, ħadd ma semaʼ minni.

Huma baqgħu jagħmlu dak li hu ħażin f’għajnejja,

U għażlu li jagħmlu dak li nobgħod.”

 5 Isimgħu dak li qed jgħid Ġeħova, intom li qed titriegħdu* għal dak li jgħid:

“Ħutkom li jobogħdukom u li jwarrbukom minħabba ismi, jgħidu, ‘Ħa jiġi gglorifikat Ġeħova!’

Imma jien se nidher u se nferraħkom,

U huma se jkunu dawk li se jiġu mġiegħla jistħu.”

 6 Qed jinstemaʼ storbju kbir ġej mill-belt, storbju minn ġot-tempju!

Għax Ġeħova qed jagħti lill-għedewwa tiegħu dak li ħaqqhom.

 7 Hi welldet qabel ġieha l-uġigħ tal-ħlas.

Kellha tifel qabel kellha l-weġgħat tal-ħlas.

 8 Min qatt semaʼ b’ħaġa bħal din?

Jew ra affarijiet bħal dawn?

Jistaʼ pajjiż isir f’jum wieħed?

Jew jistaʼ poplu jitwieled f’daqqa?

Imma, hekk kif Sijon ġieha l-uġigħ tal-ħlas, hi welldet it-tfal tagħha.

 9 Ġeħova jgħid, “Sejjer jien inħalliha tasal sal-punt li twelled u mbagħad ma nħallihiex?”

L-Alla tiegħek jgħid, “Jew sejjer jien inġegħelha twelled, imma ma nħallix it-tarbija titwieled?”

10 Ifirħu ma’ Ġerusalemm u kunu kuntenti biha, intom ilkoll li tħobbuha.

Aqbżu bil-ferħ magħha, intom ilkoll li qed tibkuha,

11 Għax bħalma omm tagħti l-ħalib tagħha lit-tarbija sakemm tixbaʼ,

Hekk ukoll Ġerusalemm se tieħu ħsiebkom.

Intom se tkunu sodisfatti u ferħanin ħafna minħabba li ġiet igglorifikata.

12 Għax Ġeħova jgħid:

“Qed nagħtiha l-paċi bħal xmara

U l-glorja tal-popli bħal wied mifqugħ bl-ilma.

Se jitimgħukom u jġorrukom fuq ġenbejhom,

U se jilagħbu magħkom billi jgħollukom u jniżżlukom fuq irkopptejhom.

13 Bħalma omm tfarraġ lit-tifel tagħha,

Hekk se nibqaʼ nagħmel magħkom;

Intom se tiġu mfarrġin minħabba dak li jkun ġara lil Ġerusalemm.

14 Intom se taraw dan u qalbkom se tifraħ,

Se tkunu mimlijin ħajja bħall-ħaxix aħdar.

U l-qaddejja tiegħi se jsiru jafu bil-qawwa li għandi jien, Ġeħova,

Imma jien se nikkundanna lill-għedewwa tiegħi.”

15 “Għax jien, Ġeħova, se niġi bħal nar,

U l-karrijiet tiegħi bħal riefnu,

Biex lill-għedewwa tiegħi npattihielhom b’rabja kbira

U nikkastigahom bi fjammi tan-nar.

16 Għax jien, Ġeħova, se niġġudika bin-nar lin-nies kollha,

Iva, bix-xabla tiegħi;

U jien, Ġeħova, se noqtol lil ħafna.

17 “Dawk li qed iqaddsu u jnaddfu lilhom infushom biex jidħlu fil-ġonna speċjali* u jqimu alla falz, u dawk li qed jieklu l-laħam tal-ħnieżer, tal-ġrieden, u affarijiet diżgustanti oħra, se jmutu flimkien,” jgħid Ġeħova. 18 “Minħabba li naf dak li jagħmlu u l-ħsibijiet tagħhom, jien ġej biex niġbor in-nies tal-popli u l-lingwi kollha, u huma se jiġu u jaraw il-glorja tiegħi.”

19 “Se nagħmel xi ħaġa speċjali li jkunu jistgħu jaraw. Xi wħud minn dawk li ħarbu se nibgħathom għand il-popli, għand dawk li jużaw il-qaws bis-sengħa, jiġifieri dawk f’Tarsis, Pul, u Lud. Se nibgħathom ukoll għand dawk f’Tubal, Ġawan, u fil-gżejjer ’il bogħod. Għalkemm dawn ma semgħux dwari jew raw il-glorja tiegħi, huma se jitkellmu dwar il-glorja tiegħi fost il-popli. 20 Se jġibu lil ħutkom kollha mill-popli kollha bħala rigal għalija, Ġeħova, biż-żwiemel, bil-karrijiet, bil-karrijiet mgħottijin, bil-bgħula, u bl-iġmla ħfief, lejn il-muntanja qaddisa tiegħi, Ġerusalemm. Dan se jkun bħal meta n-nies t’Iżrael iġibu r-rigal tagħhom f’reċipjent nadif fid-dar tiegħi, Ġeħova,” jgħid Ġeħova.

21 “Xi wħud minnhom se niħodhom biex ikunu qassisin u oħrajn Leviti,” jgħid Ġeħova.

22 “Għax bħalma s-sema ġdida u l-art ġdida li qed nagħmel se jibqgħu jeżistu quddiemi, anki dawk li se jiġu minnkom u isimkom se jibqgħu jeżistu,” jgħid Ġeħova.

23 “In-nies kollha se jiġu u jmilu quddiemi,*

Huma se jibqgħu jagħmlu hekk kull xahar u kull ġimgħa,”* jgħid Ġeħova.

24 “U huma se jmorru u jħarsu lejn il-ġisem mejjet tan-nies li ħaduha kontrija;

Għax id-dud li qed jikolhom mhux se jmut,

U n-nar li qed jaħraqhom mhux se jintefa,

U se jsiru xi ħaġa diżgustanti għan-nies kollha.”

Ifisser “Ġeħova Jsalva.”

Jew “ma jafx lil sidu.”

Jew “li tagħmlu d-dnub.”

Jew “għarix.”

Jew “mexxejja.”

Jew “l-istruzzjoni.”

Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.

Jew “Ruħi.”

Letteralment “tat-tifel bla missier.”

Jew “il-birra tal-qamħ.”

Letteralment “mat-tifel bla missier.”

Jew “il-ħmieġ bil-lissija.”

Milli jidher is-siġar u l-ġonna għandhom x’jaqsmu mal-qima tal-idoli.

Din hi fibra qisha ħabel li tinħaraq malajr.

Jew “Fl-aħħar jiem.”

Jew “l-istruzzjoni.”

Jew “Li nifsu qiegħed fi mnifsejh.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “għal ruħhom.”

Jew “Il-Mulej Sovran.”

Jew “l-amuleti forma taʼ bebbux.”

Jew “taʼ taħt.”

Jiġifieri marka li kienet issir lil priġunier jew ilsir.

Jiġifieri jiġu umiljati għax mhux miżżewġin u m’għandhomx tfal.

Jew “u jnaddafha.”

Letteralment “għarix.”

Jew “għaxar fiddiena.” Fiddien kien kemm kienu jaħartu żewġ barrin f’ġurnata.

Ara App. B14.

Ara App. B14.

Ara App. B14.

Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “bil-ġustizzja.”

Jew “isseħħ id-deċiżjoni; iseħħu l-pariri.”

Jew “l-istruzzjoni.”

Jew “lest biex jispara.”

Letteralment “bil-leħen taʼ min kien qed isejjaħ.”

Letteralment “ġejt imsikket.”

Jew “nisel qaddis.”

Jew forsi “hu.”

Ifisser “Ftit biss se jerġgħu lura.”

Jew forsi “nwerwruh.”

Jew “nagħmlu fetħa fis-swar tiegħu.”

Jew “Il-Mulej Sovran Ġeħova.”

Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Ifisser “Alla Hu Magħna.”

Jiġifieri l-Ewfrat.

Dan l-isem jindika li n-nies kienu se jiġu malajr biex jisirqu l-pajjiż tal-għadu.

Silogħa kien kanal tal-ilma.

Jiġifieri l-Ewfrat.

Ara Is 7:14.

L-espressjoni “Alla hu magħna” hi t-tifsira tal-isem Emmanuwel bl-Ebrajk. Ara Is 7:14; 8:8.

Jew “ix-xhieda.”

Jew “l-istruzzjoni.”

Jew “se nistenna bil-ħeġġa.”

Jew “x’jgħidu x-xhieda.”

Letteralment “id-dawl taʼ meta jisbaħ.”

Jew “It-tmexxija se tkun fuq spalltu.”

Tip taʼ siġar tat-tin.

Letteralment “minn wara.”

Jew forsi “l-friegħi tal-palm u l-qasab.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “mat-tfal bla missier.”

Letteralment “lit-tfal bla missier.”

Jew “il-kastig.”

Jew “il-glorja.”

Dan jirreferi għall-poplu Assirjan irrappreżentat mir-re u l-armata tiegħu.

Letteralment “lil min mhux tal-injam?”

Jiġifieri tal-Assirjan.

Jew “il-kastig.”

Jew “il-Mulej Sovran.”

Dan jirreferi għall-poplu Assirjan irrappreżentat mir-re u l-armata tiegħu.

Jistaʼ jirreferi għaż-żejt li bih kienu jiġu magħżulin ir-rejiet t’Iżrael jew għaż-żejt li ntuża għat-torċi mit-300 raġel taʼ Gidegħon.

Dan jirreferi għall-fergħa u r-rimja fl-ewwel vers.

Letteralment “jibżaʼ minn.”

Letteralment “jibżaʼ minn.”

Jew “l-għoġol.”

Jew forsi “U l-barri żgħir u l-iljun se jieklu flimkien.”

Jew “Bħalma l-ilmijiet jiksu l-baħar.”

Letteralment “mill-għerq.”

Jew “Il-popli se jfittxuh.”

Jiġifieri Babilonja.

Letteralment “itiru għal fuq l-ispalla.”

Jew forsi “jnixxef.”

Letteralment “l-ilsien.”

Jiġifieri l-Ewfrat.

Jew “Bl-ispirtu.”

Jew forsi “hu se jaqsam ix-xmara f’sebaʼ fergħat.”

“Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew “Doqqu l-mużika għal.”

Letteralment “lill-qaddisin tiegħi.”

Letteralment “Minn tarf is-sema.”

Jew “lin-nies li jagħmlu d-dnub.”

Jew “il-kostellazzjonijiet taʼ Kesil.” Dan jistaʼ jirreferi għall-kostellazzjoni Orjun u oħrajn tal-madwar.

Jiġifieri ostriches.

Jew forsi “d-demonji li qishom mogħoż.”

Jew “jagħtihom il-mistrieħ.”

Jew “il-kliem li jwaqqaʼ għaċ-ċajt.”

Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “bdabad.”

Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “rimja.”

Dan hu annimal li għandu x-xewk u li jixbah lil qanfud.

Dan jirreferi għall-poplu Assirjan irrappreżentat mir-re u l-armata tiegħu.

Letteralment “mill-għerq tas-serp.”

Letteralment “l-għerq.”

Letteralment “id-Dar.”

Jew “Ruħu.”

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew forsi “Għax l-għajta tal-gwerra ġiet fuq il-frott tas-sajf tagħkom u l-ħsad tagħkom.”

Jew “magħdudin bir-reqqa bħalma jgħoddhom ħaddiem mikri”; jiġifieri tliet snin eżatt.

Letteralment “it-tfal t’Iżrael.”

Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.

Jew “fil-Pjanura l-Baxxa.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “alla barrani.”

Jew forsi “mill-post.”

Letteralment “qalbhom se ddub.”

Jew “Memfi.”

Letteralment “ir-ras u d-denb.”

Letteralment “ir-rimja u l-ħaxix twil.” Jew forsi “l-friegħi tal-palm u l-qasab.”

Jew “lill-kmandant.”

Jew “kemxejn imlibbes.”

Jew “jammiraw is-sbuħija tal-Eġittu.”

Milli jidher dan qed jirreferi għar-reġjun taʼ Babilonja tal-qedem.

Milli jidher qed jirreferi għal Babilonja.

Letteralment “li ġenbejja qed juġgħuni ħafna.”

Jistaʼ jkun li t-tarka tirrappreżenta r-re li se jkun hemm.

Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.

Letteralment “Bin.”

Jew “tal-qiegħa tad-dris.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Ifisser “Silenzju.” Dan hu l-isem profetiku għal Edom.

Milli jidher jirreferi għall-Arabja.

Jew “lest biex jispara.”

Jew “magħduda bir-reqqa bħalma jgħoddha ħaddiem mikri”; jiġifieri sena eżatt.

Milli jidher dan jirreferi għal Ġerusalemm.

Letteralment “it-tifla tal-poplu tiegħi.” Espressjoni poetika li forsi turi ħniena jew simpatija.

Jew “il-Mulej Sovran.”

Letteralment “kixfu.”

Jew “pjanuri baxxi.”

Letteralment “Il-piż.”

Jew “ir-rimjiet.”

Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.

Jiġifieri fergħa tax-Xmara Nil.

Jew forsi “port.”

Letteralment “Bint verġni taʼ Sidon.”

Milli jidher tirreferi għal Ġuda u Ġerusalemm.

Jew forsi “tinxef.”

Jew “il-patt tal-qedem.”

Jew “Mill-Punent.”

Letteralment “quddiem l-anzjani tiegħu.”

Letteralment “jibla’.”

Jew “il-Mulej Sovran Ġeħova.”

“Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jiġifieri Alla.

Jew “Ruħna.”

Jiġifieri aħna nixtiequ ħafna li n-nies isiru jafu lil Alla u jiftakru ismu.

Jew “b’ruħi.”

Letteralment “għandek żelu.”

Letteralment “Il-ġisem mejjet tiegħi.”

Jew forsi “bħan-nida tal-ħxejjex (tal-ħobbejż).”

Jew “l-art se twelled lil dawk bla qawwa fil-mewt.”

Jew “sakemm tgħaddi l-kundanna.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Milli jidher qed jirreferi għal Iżrael, hawnhekk qed jiġi mqabbel maʼ mara u mxebbah mʼgħalqa tad-dwieli.

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “l-għoġol.”

Jiġifieri l-Ewfrat.

Milli jidher tirreferi għall-belt kapitali, is-Samarija.

Jew “imkabbra.”

Jew “imkabbrin.”

Jew “girlanda sabiħa.”

Jew “Hu se jitfaʼ l-ispirtu tiegħu fuq l-imħallfin.”

Jew “Ħabel tal-kejl fuq ħabel tal-kejl.”

Għall-mexxejja reliġjużi l-messaġġ t’Isaija kien jinstemaʼ ripetittiv u tat-tfal.

Jew “Ħabel tal-kejl fuq ħabel tal-kejl.”

Jew forsi “kellna viżjoni.”

Jew “maʼ Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “il-Mulej Sovran Ġeħova.”

Din il-ġebla titpoġġa fil-kantuniera taʼ bini, fejn jiltaqgħu żewġ ħitan.

Jew “il-lenza biċ-ċomb.”

Jew “maʼ Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew forsi “Meta jifhmu, huma se jkunu mwerwrin ħafna.”

Jew “fil-pjanura l-baxxa.”

Jew “l-art kollha.”

Jiġifieri cumin.

Jiġifieri millet.

Jiġifieri barley.

Jew “jiddixxiplinah; jikkastigah.”

Jew “l-iskop tiegħu hu.”

Jew “l-għerf tiegħu hu kbir.”

Jistaʼ jkun li jfisser il-post fejn isir il-ħruq fuq l-artal, milli jidher jirreferi għal Ġerusalemm.

Letteralment “tal-istranġieri.”

Jiġifieri dawk li jirċievu l-viżjonijiet.

Letteralment “il-biżaʼ.”

Jew “l-iskop.”

Jew “Kemm intom imħassrin.”

Letteralment “jikkoreġi.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati, “Fidwa.”

Letteralment “wiċċu mhux se jisfar.”

Letteralment “Li jferrgħu l-offerta tal-likwidi.”

Jew “mingħajr ma jieħdu parir mingħandi.”

Letteralment “jistkennu fil-fortizza tal-Fargħun.”

Letteralment “kenn fid-dell tal-Eġittu.”

Milli jidher qed jirreferi għall-poplu taʼ Ġuda.

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “l-istruzzjoni.”

Jew “lill-veġġenti.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew forsi “ġiebja.”

Jew “il-Mulej Sovran Ġeħova.”

Jew “jistennew bil-ħeġġa.”

Jew “l-istatwi minn metall imdewweb.”

Jew “b’biċċa mċappsa bid-demm taʼ mara bit-tnixxija.”

Jew forsi “u jsejħilhom ħmieġ.”

Letteralment “u l-ħobż li tipproduċi l-art.”

Letteralment “L-isem taʼ Ġeħova.”

Jew “In-nifs.”

Jew “tqaddsu lilkom infuskom.”

Letteralment “ipprepara Tofet.”

Jiġifieri Ġeħova.

Dan jirreferi għal tip taʼ ġebla li taqbad bin-nar.

Jew “fir-rikkieba taż-żwiemel.”

Letteralment “Il-blat tagħhom.”

Jew “in-nar.”

Jew “refuġju.”

Jew “Biex jaġixxi b’nuqqas taʼ rispett.”

Jew “lir-ruħ taʼ min hu.”

Jew “li titilqu l-barri u l-ħmar tagħkom.”

Letteralment “il-biżaʼ.”

Jew forsi “nixfet.”

Jew “In-nies li jagħmlu d-dnub.”

Jew “Li jwarrab idejh biex ma jixxaħħamx.”

Jew “il-post fl-għoli taʼ sigurtà.”

Jew “F’qalbkom se timmeditaw dwar dan.”

Jew “se jkunu mgħarrqin bid-demm.”

Milli jidher qed jirreferi għal Bosra, il-belt kapitali t’Edom.

Dan jirreferi għal tip taʼ ġebla li taqbad bin-nar.

Dan hu annimal li għandu x-xewk u li jixbah lil qanfud.

Jiġifieri ostriches.

Jew forsi “d-demonji li qishom mogħoż.”

Dan hu għasfur li jixbah lil kokka.

Letteralment “qassmitilhom il-post bil-ħabel tal-kejl.”

Jew “ansjużi f’qalbhom.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati, “Fidwa.”

Jew “lill-kap taʼ dawk li jservu x-xorb.”

Jew “Sirjana.”

Letteralment “Agħmlu barka miegħi u oħorġu għandi.”

Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati, “Dagħa.”

Letteralment “spirtu fih.”

Jew forsi “bejn.”

Jew “il-kanali tan-Nil.”

Din kienet tkun imqabbda b’ħabel u tintuża biex tikkontrolla żiemel.

Jiġifieri Ħeżekija.

Jew “dak li jikber miż-żerriegħa taċ-ċereali li taqaʼ.”

Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.

Aktarx dan it-taraġ kien jintuża biex ikunu jafu l-ħin, bħalma jintuża arloġġ tax-xemx.

Letteralment “fil-bibien taʼ Xeol.” Xeol hu l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

“Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Jew forsi “ajrun.”

Letteralment “aqbeż għalija.”

Jew “taʼ ruħi.”

Jiġifieri dak li jgħid u jagħmel Alla.

Jew “tħobb lil ruħi.”

Jew “mill-ħofra tal-qerda.”

Jew “neħħejt id-dnubiet kollha tiegħi minn quddiem għajnejk.”

Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “feraħ bihom.”

Jew “il-verità.”

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “l-ispirtu taʼ Ġeħova.”

Jew “Il-Mulej Sovran Ġeħova.”

Jew “se jirgħa.”

Letteralment “f’ħobbu.”

Id-distanza bejn it-tarf tas-subaʼ l-kbir u s-subaʼ ż-żgħir meta l-id tkun miftuħa. Ara App. B14.

Jew “f’reċipjent żgħir.”

Jew forsi “jifhem.”

Jew “statwa minn metall imdewweb.”

Jew “mill-isfera.”

Jew “lill-mexxeja.”

Jew “abbundanza t’enerġija attiva.”

Jew “l-abbiltà tiegħu li jifhem.”

Jew “oqogħdu kwieti quddiemi.”

Jew “minn fejn titlaʼ x-xemx.”

Letteralment “biex jiġi ħdejn saqajh.”

Jew “In-nisel tal-ħabib; Int li tiġi mill-ħabib.”

Jiġifieri ma jistax jipproteġi lilu nnifsu u batut.

Letteralment “l-ewwel affarijiet.”

Jew “niħduhom bis-serjetà.”

Jew “mil-Lvant.”

Jew “l-uffiċjali.”

Jew “xi ħaġa li ma teżistix.”

Jew “L-istatwi minn metall imdewweb.”

Jew “li ruħi approvat!”

Jew “l-istruzzjoni.”

Letteralment “l-ispirtu.”

Jew “mhu se naqsamha maʼ ħadd.”

Letteralment “fi gżejjer.”

Jew “lill-istatwi minn metall imdewweb.”

Jew “l-istruzzjoni.”

Jew “l-istruzzjoni.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jistaʼ jkun qed jirreferi għall-ewwel affarijiet li se jiġru fil-futur.

Jew “ikollkom fidi fija.”

Jiġifieri ostriches.

Jew “l-azzjonijiet ribellużi.”

Jiġifieri Adam.

Jistaʼ jkun qed jirreferi għal dawk li jgħallmu l-Liġi.

Jew “mit-twelid.”

Ifisser “Wieħed Ġust,” titlu li jonora lil Iżrael.

Jiġifieri l-istatwi.

Jew “statwa minn metall imdewweb.”

Jew “f’niċċa.”

Letteralment “F’idi l-leminija.”

Jew “tal-profeti foloz.”

Letteralment “dilek.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati, “Midluk.”

Letteralment “il-ħżiem minn maʼ ġenbejn ir-rejiet.”

Letteralment “inħażżmek sew.”

Jew “minn tlugħ sa nżul ix-xemx.”

Jew “iħaqqaqha.”

Jew “maʼ Dak li fformah.”

Jew “lil Dak li fformah.”

Jew forsi “Jew għandu t-tafal jgħid: ‘Dak li għamilt m’għandux minn fejn taqbdu’?”

Jew forsi “Dawk li jaħdmu l-Eġittu.”

Jew forsi “l-merkanti tal-Etjopja.”

Jew forsi “biex tkun vojta.”

Jew “lil dawk li jiġu minn.”

Jiġifieri l-idoli li tgħabbew fuq l-annimali.

Letteralment “imilu quddiemu.”

Letteralment “fl-ewwel affarijiet.”

Jew “id-Divin.”

Jew “L-iskop tiegħi.”

Jew “mil-Lvant.”

Jew “l-iskop tiegħi.”

Jew forsi “u ma nuri ħniena maʼ ħadd.”

Jew forsi “Minkejja.”

Jew forsi “L-astrologi; Dawk li jaqsmu s-sema.”

Letteralment “lejn ir-reġjun tiegħu.”

Letteralment “mill-ilmijiet taʼ.”

Jew “l-istatwa minn metall imdewweb.”

Jew “Jien eżaminajtkom.” Jew forsi “Jien għażiltkom.”

Jew “Jien ma naqsam il-glorja tiegħi maʼ ħadd.”

Letteralment “fosthom.”

Jiġifieri Ċiru.

Jew “il-Mulej Sovran Ġeħova.”

Jew “immexxikom fit-triq li għandkom timxu.”

Jew “il-ħlas.”

Jew forsi “fl-għoljiet bla ħaxix.”

Jew “Il-Mulej Sovran Ġeħova.”

Jew “Il-Mulej Sovran Ġeħova.”

Letteralment “tani l-ilsien taʼ dawk mgħallma.”

Jew forsi “nsaħħaħ.”

Letteralment “b’kelma.”

Letteralment “iqajjimli widinti biex nismaʼ.”

Letteralment “għamilt wiċċi bħaż-żnied.”

Jew “jargumenta miegħi?”

Letteralment “tibżgħu minn.”

Jew “u strieħu fuqu.”

Letteralment “ifarraġ.”

Jew “l-istruzzjoni.”

Jew forsi “Id-dudu.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati, “Fidwa.”

Qed jirreferi għal Sijon.

Jew “irossok.”

Jew “qalu lil ruħek.”

Jew “Il-Mulej Sovran Ġeħova.”

Jew “Kemm huma sbieħ saqajn dak.”

Jew “se jaraw ir-rebħa tal-Alla tagħna.”

Jew “se jkunu bla kliem.”

Jew forsi “li smajna aħna?”

Jistaʼ jirreferi għal min qed jarah jew għal Alla.

Jew forsi “Hu kien bħal xi ħadd li n-nies dawru wiċċhom minnu.”

Jew “dwar il-mod kif għex?”

Jew “qatt ma kien vjolenti.”

Jew “Hu ngħata post għad-dfin.”

Jew “ruħu.”

Jew “dak li jogħġob lilek.”

Jew “it-tbatija taʼ ruħu.”

Jew “Bl-għarfien.”

Letteralment “ferraʼ ruħu sal-mewt.”

Jew “sid.”

Jew “sidek.”

Letteralment “bi spirtu mweġġaʼ.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “tal-ħaġar kulur in-nar.”

Jew “il-flus li ħdimtu iebes għalihom.”

Jew “U ruħkom se tieħu.”

Letteralment “Mejlu widnejkom lejja.”

Jew “ruħkom tibqaʼ ħajja.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “leali.”

Qed jirreferi għal Ġakobb, jew Iżrael.

Jew “jaħfer mill-qalb.”

Jew “kif irrid jien.”

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “Il-Mulej Sovran Ġeħova.”

Jew “li ruħhom ma tixbaʼ qatt.”

Letteralment “fis-sodda tagħhom.”

Qed jirreferi għal Sijon, jew Ġerusalemm.

Jew “inkun imfarraġ.”

Aktarx tirreferi għal artal pagan jew għal post taʼ qima.

Jistaʼ jirreferi għall-qima tal-idoli.

Jew forsi “r-re.”

Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Letteralment “m’għejejtx.”

Jew “u ħbejt l-affarijiet.”

Jew “niedma.”

Letteralment “tagħtu bil-ponn tal-ħażen.”

Jew “lir-ruħ li qed tbati.”

Jew “dak li ruħkom għandha bżonn.”

Letteralment “treġġgħu lura saqajkom.”

Jew “Se nferraħkom bil-wirt.”

Letteralment “tqila.”

Jew “mhu onest.”

Jew “li hu onest.”

Letteralment “u kien ħażin f’għajnejh.”

Jew “tar-rebħa.”

Jew “b’libsa bla kmiem.”

Jew “Dawn mhux se jitneħħew minn ħalqkom, minn ħalq it-tfal tagħkom, jew minn ħalq it-tfal tat-tfal tagħkom.”

Jew “għad-dija tas-sebħ tiegħek.”

Letteralment “lilek.”

Jew “sabiħa.”

Jew “il-barumbara tagħhom?”

Jew “isebbħek.”

Jew “bir-rieda.”

Jew “tal-Mulej Sovran Ġeħova.”

Letteralment “dilikni.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati, “Midluk.”

Jew “waslet is-sena li Ġeħova juri l-approvazzjoni tiegħu.”

Jew “isebbħuh.”

Jew “b’ruħi.”

Jew “il-libsa bla kmiem.”

Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.

Jew forsi “ħomor.”

Letteralment “il-jum meta.”

Letteralment “waslet is-sena.”

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Jew “mhux se jitraduni.”

Jew “l-anġlu li ġie minn ħdejh.”

Jew “nikktu l-ispirtu qaddis tiegħu.”

Letteralment “li poġġa fih l-ispirtu qaddis Tiegħu?”

Jew “li l-id glorjuża tiegħu kienet mal-id il-leminija taʼ Mosè.”

Jew “fondi.”

Jew “fid-deżert?”

Jew “sabiħ.”

Jew “iġġegħelna.”

Jew “iġġegħelna.”

Letteralment “ma nibżgħux minnek?”

Jew “biċċa mċappsa bid-demm taʼ mara bit-tnixxija.”

Letteralment “indubu.”

Jew “Dak li tifformana.”

Jew “sabiħ.”

Jew “fit-tined tal-għassiesa.”

Jew “imniġġsin.”

Jew forsi “inkella nagħtik il-qdusija tiegħi.”

Letteralment “Dan hu duħħan fit-toqob taʼ mnieħri.”

Letteralment “barka.”

Jew “il-Pjanura l-Baxxa.”

Jew “il-Mulej Sovran Ġeħova.”

Letteralment “tal-Ammen.” Jew “l-Alla leali.”

Letteralment “tal-Ammen.” Jew “l-Alla leali.”

Jew “l-inkwiet.”

Jew “dak li jagħmel id-dnub.”

Jew forsi “U l-wieħed li ma jgħixx 100 sena se jitqies misħut.”

Jew “li għandu rispett kbir lejn.”

Jew forsi “wieħed li jfaħħar idolu.”

Jew “ruħhom tieħu pjaċir.”

Jew “li għandkom rispett kbir.”

Letteralment “fil-ġonna wara dak li hemm fin-nofs.” “Dak” jistaʼ jirreferi għal idolu jew simbolu taʼ idolatrija.

Jew “iqimu lili.”

Letteralment “minn qamar ġdid sa qamar ġdid u minn sabat sa sabat.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja