X’taf Dwar Ġesù?
Mara taʼ 84 sena li tgħix fl-Istati Uniti qalet rigward L-Aqwa Bniedem Li Qatt Għex, ktieb mimli stampi li fih 448 paġna dwar il-ħajja taʼ Ġesù Kristu: “Qrajt il-Bibbja kollha f’diversi żminijiet, u l-Aqwa Bniedem għenni biex nifhem aħjar il-qari tiegħi tal-Bibbja.” Għaliha, il-ktieb jagħmel ir-rakkonti tal-ħajja taʼ Ġesù fil-Bibbja iżjed vivaċi.
“Qatt ma nixbaʼ naqra l-ktieb,” kitbet. “Qrajtu sebaʼ darbiet u erġajt bdejt naqrah. Qalbi titqanqal permezz tal-kwalitajiet meraviljużi taʼ Ġesù. Meta naqra l-kapitli dwar l-aħħar ġimgħa taʼ ħajjet Ġesù fuq l-art, inħossni mweġġaʼ bit-trattament ħażin li rċieva, speċjalment matul is-sigħat finali tiegħu u bil-mewt tiegħu fuq iz-zokk tat-tortura. Madankollu, hu gglorifika lil Missierna tas-sema, Jehovah.”
Fil-ktieb L-Aqwa Bniedem Li Qatt Għex, sar sforz biex jiġi ppreżentat kull avveniment fil-ħajja taʼ Ġesù fuq l-art li hemm rrakkontat fl-erbaʼ Evanġelji. Dan jistaʼ jgħinek titgħallem iżjed dwar Ġesù. Jekk tixtieq tirċievi kopja jew tixtieq li jkollok studju tal-Bibbja bla ħlas fid-dar, jekk jogħġbok ikteb lil Watch Tower, The Ridgeway, London NW7 1RN, jew fl-indirizz li japplika għalik f’paġna 5.