LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g98 4/8 p. 31
  • ‘Kien Qisni Qed Niekol L-​Għasel’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Kien Qisni Qed Niekol L-​Għasel’
  • Stenbaħ!—1998
  • Materjal Simili
  • Alla Huwa Trinità?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Għandek Temminha?
    Għandek Int Temmen fit-Trinità?
  • Hija b’Mod Ċar Tagħlim tal-Bibbja?
    Għandek Int Temmen fit-Trinità?
  • It-Trinità Kif Inhi Spjegata?
    Għandek Int Temmen fit-Trinità?
Ara Iżjed
Stenbaħ!—1998
g98 4/8 p. 31

‘Kien Qisni Qed Niekol L-​Għasel’

F’NOFS l-​1993, ġewwa Altus, Oklahoma, fl-​Istati Uniti, missier imħasseb, surġent fil-​Qawwa taʼ l-​Ajru Amerikana, talab għal gwida biex jgħin lil bintu, li kien qed ikollha problemi fiż-​żwieġ u kienet qed taħsibha jekk tiddivorzjax. L-​għada fil-​għodu wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah ħabbatlu l-​bieb u offrielu l-​ħarġa taʼ l-​Awake! tat-​8 taʼ Lulju, 1993, li ttrattat is-​suġġett “Divorce​—The Door to a Happier Life?” (Id-Divorzju​—Il-​Bieb għal Ħajja Iktar Ferħana?)

Għalkemm ir-​raġel qatt ma kienu għoġbuh ix-​Xhieda u qatt qabel ma kien semagħhom, mill-​ewwel aċċetta u qara r-​rivista Awake! Iktar tard wera xi skritturi u xi punti minnha lil bintu. Hu qara wkoll il-​ħarġa taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa li kien ħallielu maʼ l-​Awake! Din kien fiha artiklu li ġagħlu jaħseb fil-​fond dwar it-​twemmin li dejjem ħaddan tat-​Trinità. Hu rrealizza li t-​talba tiegħu f’konnessjoni maʼ bintu kienet qed tiġi mwieġba, u madankollu, beda jberren f’moħħu għala Alla kien qed juża nies li ma jemmnux fit-​Trinità biex iweġiblu talbu. Irraġuna li, biex iwieġeb it-​talb Alla żgur li ma kienx se juża nies li ma jgħallmux il-​verità.

B’hekk, ġie mqanqal li jċempel is-​Sala tas-​Saltna tax-​Xhieda taʼ Jehovah biex jakkwista xi letteratura li tispjega iktar fid-​dettall it-​twemmin tagħhom rigward it-​Trinità. Ir-​raġel li wieġeb it-​telefon kien qed jattendi għal-​laqgħa taʼ l-​anzjani Kristjani. Is-​surġent mar immedjatament fis-​Sala tas-​Saltna, fejn ngħatalu l-​ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art u l-​browxer Għandek Int Temmen fit-​Trinità?

Dik il-​lejla stess, ir-​raġel qara l-​browxer kollu. Waqt li kien qed jaqrah sar tant eċċitat li, iktar tard kif qal hu, kellu jieqaf ftit u jgħid lilu nnifsu, ‘Ikkalma ftit. Dan ma jistax ikun. Din ħaġa li ma titwemminx.’ Il-​browxer ippreżenta l-​prova tal-​Bibbja kontra d-​duttrina tat-​Trinità tant ċar li meta qrah, hu spjega, “kien sempliċement qisni qed niekol l-​għasel.” L-​għada fil-​għaxija attenda għal-​laqgħa tax-​Xhieda taʼ Jehovah għall-​ewwel darba u tgħaxxaq b’dak li samaʼ.

Wara l-​ewwel studju tiegħu tal-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Jehovah u diskussjoni bir-​reqqa dwar il-​ħarsa tal-​Bibbja fuq it-​tipjip, qered is-​sigaretti li kellu u qatt ma reġaʼ pejjep. Kien jinżamm studju tal-​Bibbja miegħu diversi drabi kull ġimgħa. Tliet xhur wara li qara l-​browxer dwar it-​Trinità, u wara li rtira mill-​militar, beda jieħu sehem fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar pubbliku max-​Xhieda. Tliet xhur wara ssimbolizza d-​dedikazzjoni tiegħu lil Alla Jehovah u tgħammed. Issa qed jaqdi bħala ministru full-time.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja