Inkuraġġieh biex Jaqra l-Bibbja mill-Ġdid
Hekk ġagħlu jagħmel il-browxer Ktieb għan-Nies Kollha lil wieħed raġel mill-Messiku. Dan hu dak li kiteb dwar il-browxer:
“Il-mod ġdid u raġunevoli kif is-suġġetti huma preżentati jħajjar lill-qarrej biex jaqra l-Bibbja. . . . Jien stess ħadt pjaċir naqra l-introduzzjoni, ir-referenzi, u s-suġġetti ‘Ktieb Li “Jitkellem” B’Lingwi Ħajjin,’ ‘Jistaʼ Dan Il-Ktieb Ikun Fdat?,’ u ‘Jaqbel Dan Il-Ktieb Max-Xjenza?’ Kull wieħed minnhom hu sempliċi, ibbażat fis-sod, u mirqum bl-istampi. . . .
“Personalment, ġejt inkuraġġit ferm minn din l-informazzjoni. Jien kelli l-pjaċir li naqra l-Bibbja kollha, imma l-ewwel ħaġa li għamilt wara li qrajt dan il-browxer kien li nikseb Bibbja b’tipa kbira. Issa, ġimgħa wara, qed naqra l-Bibbja b’iktar entużjażmu u bix-xewqa li nitgħallem iktar.”
Aħna fiduċjużi li int ukoll se tibbenefika ħafna jekk taqra dan il-browxer mill-aħjar taʼ 32 paġna, Ktieb għan-Nies Kollha. Int tistaʼ tikseb kopja billi timla u timposta dan il-kupun fl-indirizz muri fuq il-kupun jew fl-indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
□ Ibagħtuli l-browxer Ktieb għan-Nies Kollha.
Indika liema lingwa _
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.
[Sors tal-Istampa f’paġna 32]
The Trustees of the Chester Beatty Library, Dublin ▸