LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g99 11/8 pp. 22-24
  • Nintroduċulek l-Irish Wolfhound

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nintroduċulek l-Irish Wolfhound
  • Stenbaħ!—1999
  • Materjal Simili
  • Il-Bibbja taʼ Bedell—Pass żgħir għal fehma aħjar tal-Bibbja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Il-Ġuħ il-Kbir Irlandiż—Ġrajja taʼ Mewt u Emigrazzjoni
    Stenbaħ!—2002
  • Il-barkiet jiġu milli nagħmlu dak li jitlob minna Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • Alla, l-Istat, u Int
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
Ara Iżjed
Stenbaħ!—1999
g99 11/8 pp. 22-24

Nintroduċulek l-​Irish Wolfhound

MINN KORRISPONDENT TAʼ STENBAĦ! FL-​IRLANDA

“Dan il-​ġgant ġentili mid-​dinja tal-​klieb.”

Dak kien mod wieħed kif ġie deskritt l-​Irish wolfhound. Ġieli rajt xi wieħed minnhom? Huwa minnu li fl-​Irlanda m’għadekx issib ilpup. Imma xi darba kienu jeżistu. Anki ħnieżer slavaġ u ċriev ġganteski kienu jeżistu. Jingħad li l-​aħħar lupu fl-​Irlanda nqatel madwar mitejn sena ilu. Qabel dak iż-​żmien, il-​wolfhounds kienu magħrufin li jikkaċċjaw l-​ilpup kif ukoll annimali kbar oħra. Storja iktar reċenti titkellem dwar wolfhound li ntbagħat fir-​Rocky Mountains, fl-​Istati Uniti. Fl-​1892, skond ma tgħid l-​istorja, dan “waħdu qatel erbgħin lupu matul xitwa waħda.” Iżda m’għandekx għalfejn tinkwieta. Il-​wolfhounds la jikkaċċjaw lin-​nies u lanqas joqtluhom!

SKOND xi storjografi, il-​wolfhound x’aktarx li kien stabbilixxa ruħu sew fl-​Irlanda sas-​sena 500 Q.E.K. Iktar tard in-​nies Ċeltiċi wżaw lill-​wolfhounds għal affarijiet oħra minbarra l-​kaċċa. Il-​leġġendi u l-​istorja juru li l-​klieb kienu jmorru wkoll għall-​battalja flimkien mas-​slaten u l-​gwerriera Irlandiżi.

Il-fama li ħa l-​wolfhound bħala razza taʼ kelb speċjali ferm infirxet mad-​dinja kollha. Il-​wolfhounds ittieħdu saħansitra Ruma biex jintwerew fl-​arena. Dokumenti dwar konslu Ruman bl-​isem taʼ Kwintu Awrelju Simmaku jgħidulna li dan kiteb ittra fis-​sena 393 E.K. biex jirringrazzja lil ħuh talli bagħat sebaʼ Irish wolfhounds f’Ruma. Milli jidher dawn il-​klieb kienu tassew jeċċitawhom lir-​Rumani. “In-​nies kollha taʼ Ruma baqgħu mistagħġba bihom,” kiteb Simmaku, “u kienu taʼ l-​idea li dawn inġiebu hawnhekk f’gaġeġ tal-​ħadid.”

Għandu mnejn li d-​daqs kbir tal-​klieb ta l-​impressjoni li dawn bilfors li kellhom jiġu trasportati f’gaġeġ tal-​ħadid. Il-​klieb irġiel huma twal 86 ċentimetru mill-​art sa spallithom, imma xi wħud huma ħafna akbar minn hekk. L-​akbar wolfhound li nafu bih kien itwal minn 100 ċentimetru sa spallejh. Il-​klieb nisa huma ġeneralment xi 5 ċentimetri iqsar mill-​klieb irġiel. It-​tul jagħmilha faċli għalihom biex jieklu kulma jsibu. Ir-​rumanzier Skoċċiż Sir Walter Scott wissa lil wieħed minn ħbiebu biex joqgħod attent waqt il-​ħin taʼ l-​ikel. Inkella, il-​wolfhound tiegħu, li kien “twil madwar żewġ metri mill-​ponta taʼ mnieħru sa denbu,” kien “jiblagħlu l-​platt b’kollox mingħajr ma jtallaʼ sieq waħda fuq il-​mejda jew fuq is-​siġġu.”

Meta jitwieldu, dawn il-​klieb ma tantx ikun fihom. Kulma jkunu jiżnu mat-​twelid huwa madwar 0.7 taʼ kilogramm, imma malajr jikbru. Waħda mara li tħobbhom ħafna qalet li dawn il-​klieb huma “ħlejjaq żgħar affaxxinanti” meta jkunu ġriewi, imma mbagħad jinbidlu “b’ħeffa taʼ l-​għaġeb minn kobob imbaċċin għal esseri ħelwin u mgħaddmin, fejn ħlief saqajn twal ma tarax.”

Dawn il-​klieb ma tantx jinbħu. Huma iktar it-​tip b’saħħithom u kwieti. Imma meta jinbħu, jagħmlu ħoss li tibqaʼ tiftakru. Xi nies jirrakkontaw dwar wieħed raġel li malli samaʼ n-​nebħa taʼ wolfhound qal li din kienet “l-​iktar nebħa ħoxna u malinkonika li qatt [kien] samaʼ.”

L-Irish wolfhound ġie deskritt bħala kelb li “jidher qalil, b’għajnejn li jinfdu sa ġewwa, ħuġbejn imqanfdin, u pil griż skur u oħxon”​—it-​tip taʼ kelb li malli tarah, abbli tkun tixtieq li tevitah. Imma ntqal ukoll li dawn “tant huma mansi li t-​tfal jistgħu jilagħbu magħhom.” Bħalma qal wieħed li jrabbihom u li jaf x’inhu jgħid, dawn, fil-​fatt, huma “ħelwin għall-​aħħar.” U dawn m’humiex griżi biss fil-​kulur. Xi wħud minnhom għandhom pil abjad, isfar kulur il-​qamħ, aħmar, jew iswed.

Il-kittieb famuż Irlandiż Oliver Goldsmith tgħidx kemm faħħarhom dawn il-​klieb. “L-​Irish wolfdog,” hu qal, “huwa sabiħ u maestuż għall-​aħħar . . . , l-​akbar wieħed li qatt deher fid-​dinja fost il-​klieb kollha.” Kien ovvju li hu baqaʼ impressjonat bid-​dehra mqanfda u attraenti tagħhom, inkluż il-​ħuġbejn, ix-​xagħar taʼ l-​għajnejn, u l-​mustaċċi li jagħtuhom dik id-​dehra li ġiet imsejħa “l-​vera bixra Irlandiża.”

Allura, għala kienu kważi spiċċaw bħala razza? Raġuni waħda kienet il-​popolarità li kellhom. L-​ammiraturi kienu jqisuhom bħala li kienu t-​tip taʼ rigal prezzjuż li setaʼ jintbagħat lil nies importanti bħalma kienu l-​monarki. Għaldaqstant dawn ġew “imfittxijin u mibgħutin barra l-​pajjiż lejn kull rokna tad-​dinja.” Bħala riżultat, dawn inxterrdu f’numri żgħar maʼ kullimkien. Minbarra dan, wara li spiċċa l-​użu tagħhom bħala kaċċaturi taʼ l-​ilpup, bħala speċi ma baqgħux jagħtu kashom iktar fl-​Irlanda.

Fl-1839, wieħed li jħobb il-​wolfhounds kiteb hekk dwar il-​qagħda tal-​biki li kienu jinsabu fiha: “Hija ħasra li din ir-​razza nobbli taʼ klieb qed tispiċċa daqshekk malajr, u ma jistax jiġi evitat il-​fatt li f’temp taʼ ftit snin din se tispiċċa estinta sakemm ma jsirux xi sforzi straordinarji.” Tant kien baqaʼ ftit minnhom li kienet xi ħaġa komuni għan-​nies li jsostnu li l-​wolfhound li kellhom huma kien “l-​aħħar wieħed mir-​razza tagħhom.” Imma dawn ma mitux għalkollox.

Dawn ġew salvati permezz taʼ l-​‘isforzi straordinarji’ taʼ wħud bħal George A. Graham. Fl-​1862 hu ra l-​istat imwiegħer li kienu jinsabu fih, u ġabar kemm felaħ mill-​wolfhounds li kien baqaʼ. Bil-​mod għaqli taʼ kif nissel minnhom, hu pprovda l-​pedament meħtieġ biex jirrestawrahom għal fejn qegħdin illum. Mingħajru, qal storjografu fl-​1893, “din ir-​relikwa taʼ kelb minn razza setgħana abbli kienet tkun estinta s’issa.”

Phyllis Gardner, waħda li tammira dawn il-​klieb u li hi rispettata fit-​tnissil taʼ l-​Irish wolfhounds, kitbet: “Xejn ma huwa fatta f’din id-​dinja, imma, jekk neskludu l-​katastrofi, donnu jidher li din ir-​razza nobbli rnexxielha taħrab milli tiġi estinta, u għadha qed issir dejjem iktar popolari.”

[Stampa f’paġna 23]

Ġriewi tal-​wolfhound, taʼ madwar erbaʼ ġimgħat

[Stampi f’paġna 23]

Il-​wolfhound b’temperament kwiet, f’Newtownards, l-​Irlanda taʼ Fuq

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja