LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 5/8 p. 32
  • Kif Tistaʼ Tgawdi Ħajja Ferħana fil-Familja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tistaʼ Tgawdi Ħajja Ferħana fil-Familja
  • Stenbaħ!—2000
Stenbaħ!—2000
g00 5/8 p. 32

Kif Tistaʼ Tgawdi Ħajja Ferħana fil-​Familja

“ISSA ili 40 sena naqra r-​rivisti tat-​Torri taʼ l-​Għassa u taʼ Stenbaħ!,” tikteb Graciela mill-​Arġentina, fl-​Amerka t’Isfel. “Illum, wara daqstant snin, nistaʼ verament ngħid li dawn għenuni f’kulma kelli bżonn. Għenuni matul tfuliti u żgħożiti, matul l-​għerusija u ż-​żwieġ, u fit-​trobbija tas-​sitt itfal li għandi.

“Ir-​rivisti jgħinu lili u lil żewġi biex inrabbu lill-​erbat itfal tagħna li għadhom jgħixu d-​dar magħna. Ir-​rivisti nużahom biex nitkellem maʼ wliedi u maʼ l-​għalliema tagħhom fl-​iskola. Lit-​tobba qrajtilhom direttament minn Stenbaħ! meta ddiskutejt magħhom dwar xi problemi taʼ saħħa. Bl-​għajnuna tas-​serje t’artikli li kienu ħarġu bit-​titlu “Help for Children With Learning Disabilities” (Għajnuna għal Tfal bi Problemi taʼ Tagħlim, 22 taʼ Frar, 1997), indunajna li waħda mill-​bniet tagħna għandha din it-​tip taʼ problema.”

Il-pubblikazzjonijiet tal-​Watch Tower Society jistgħu jgħinu lill-​familji biex ikampaw mal-​ħafna problemi li jinqalgħu u biex igawdu ħajja ferħana flimkien. Per eżempju, il-​ktieb taʼ 192 paġna, Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja, jistaʼ jgħin lil irġiel u nisa miżżewġin, ġenituri, tfal, u nanniet—iva, lil kull membru tal-​familja. Xi wħud mill-​kapitli mimlijin tagħlim huma “Ħarreġ lit-​Tfal Tiegħek mill-​Infanzja,” “Għin lill-​Adolexxent Tiegħek Biex Jiffjorixxi,” “Ipproteġi lill-​Familja Tiegħek minn Influwenzi Distruttivi”, u “Int Tistaʼ Tegħleb Problemi li Jagħmlu Ħsara lill-​Familja.”

Biex tikseb kopja tal-​ktieb, jekk jogħġbok imla u ibgħat il-​kupun t’hawn taħt, billi tuża l-​indirizz provdut jew indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista. B’hekk tkun tistaʼ tirċievi suġġerimenti speċifiċi li jistgħu jgħinuk issolvi l-​problemi u jkollok ħajja ferħana bħala familja kif il-​Ħallieq xtaqha li tkun.

□ Ibagħtuli kopja tal-​ktieb Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja.

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.

[Stampa f’paġna 32]

Graciela u l-​familja tagħha

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja