LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 8/8 p. 31
  • Il-Verità Moħbija għal 50 Sena—Għala?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Verità Moħbija għal 50 Sena—Għala?
  • Stenbaħ!—2000
  • Materjal Simili
  • Hija l-Pjaneta Art Ikkundannata għall-Qerda?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Periklu—Pjanti Qattiela!
    Stenbaħ!—2004
  • Fatti tal-Istorja, Mhux Ħrejjef
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
Stenbaħ!—2000
g00 8/8 p. 31

Il-​Verità Moħbija għal 50 Sena—Għala?

Rum hija gżira żgħira, parti mill-​Inner Hebrides fil-​punent tal-​kosta taʼ l-​Iskozja. Madwar 70 sena ilu, is-​sid taʼ din il-​gżira tat permess lill-​botaniku John Heslop Harrison biex jistudja l-pjanti li kien hemm fuqha. Hu kien professur taʼ l-​università u membru tar-​Royal Society, soċjetà prestiġjuża fil-​Britannja.

Matul is-​snin taʼ wara, Harrison irrapporta li hemmhekk kien sab ħafna speċi rari. Dawn kienu pjanti li kienu rawhom jikbru biss mijiet taʼ kilometri ’l bogħod fin-​naħa t’isfel. Harrison kien ġie mfaħħar ħafna għall-​kisbiet li għamel u l-​fama tiegħu żdiditlu. Imma iktar ma bdiet titwal il-​lista tiegħu taʼ pjanti rari, iktar bdew jissuspettaw ħażin botaniċi oħra.

Fl-1948, John Raven, aċċetta l-​isfida li jistħarreġ il-​każ. Hu kien professur fl-​Università taʼ Cambridge li jispeċjalizza f’xogħlijiet letterarji tal-​Greċja jew taʼ Ruma tal-​qedem u kien ukoll dilettant ħafna tal-​botanika. Imma r-​rapport tiegħu qatt ma ġie pubblikat. Minflok, ġie moħbi xi mkien, u kien biss fl-​1999 li saru jafu x’fih. Għala? Għax Raven kien sab provi li Harrison kien daħaq bin-​nies. Bħalma ġie rapportat fir-​rivista New Scientist, il-​pjanti kienu ġew kultivati xi mkien ieħor u meħuda baxx baxx f’Rum.

Raven kellu ċerta xeħta fejn jidħlu l-​pjanti fl-​ambjent naturali tagħhom. Hu malajr induna li maʼ l-​għeruq taʼ ħafna mill-​“iskoperti” taʼ Harrison, kien hemm ċertu ħaxix ħażin li kien komuni fl-​Ingilterra imma rari f’Rum. Pjanti oħra kienu milquta minn xorta taʼ nemusa li kienet instabet f’żewġ postijiet biss fil-​Britannja. Wieħed minnhom kien il-​ġnien taʼ Harrison fl-​Ingilterra. Iktar provi ħarġu mill-​għeruq taʼ pjanta li kellhom frak tal-​kwarz imqabbad magħhom. Dan il-​kwarz kien differenti ħafna mill-​kwarz naturali li jinsab f’Rum.

Kien għad baqaʼ iktar x’jinkixef. Saru jafu li dak li kien qal Harrison fuq il-​friefet u l-​ħanfus tal-​gżira kien kollu gideb. The Sunday Telegraph Magazine irrapportat li resident f’Rum kien stqarr li l-​professur kien iħobb iwarrab xi friefet jew pjanti fil-​moħbi, biex kull sena taparsi jsib xi ħaġa ġdida. Allura Harrison għala qatt ma nkixef?

Ir-riċerkatur Karl Sabbagh jikkonkludi li d-​deċiżjoni li ma tittieħed l-​ebda azzjoni kienet att taʼ ħniena biex jipproteġu l-​familja taʼ Harrison. Imma jistaʼ jkun li qagħdu lura wkoll minħabba l-​fatt li Harrison kien bniedem taʼ poter u mhux taʼ min jiksirha miegħu. Sabbagh josserva wkoll li l-​kxif taʼ kif kienu l-​fatti “setaʼ tefaʼ dawl ikrah fuq il-​professjoni kollha tal-​botanika.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja