L-Artiklu “Ħarsa Lejn id-Dinja” Jiġi Użat fl-Iskola
EDELMIRA, tfajla taʼ 15-il sena fl-Istati Uniti taʼ l-Amerika, użat ir-rivista Stenbaħ! b’mod effettiv. Hi kitbet dan f’ittra lill-pubblikaturi:
“Kull nhar taʼ Ġimgħa jkollna l-inkarigu biex nirrapportaw fuq ġrajja kurrenti. Qrajt ir-rivista Stenbaħ! tat-8 taʼ Mejju, 2000, u ddeċidejt li nibbaża r-rapport tiegħi fuq is-suġġett ‘Kumpanija tat-Tabakk Tammetti li t-Tipjip Jikkaġuna l-Kanċer’ fl-artiklu “Ħarsa Lejn id-Dinja.” Ġbart dan fil-qosor u qrajtu lill-klassi. L-għalliema u l-istudenti qagħdu attenti ħafna. Meta spiċċajt, waħda minn sħabi tal-klassi staqsietni—quddiem il-klassi kollha—jekk ħadtx ħafna ħin biex insib din l-informazzjoni. Jien tajtha r-rivista Stenbaħ! Hi bdiet taqraha bil-ħerqa, u tifel fil-kongregazzjoni tagħna li jkun magħha fil-lezzjoni taʼ wara qal li meta raha, hi kienet għadha qed taqraha. Issa trid li tibqaʼ tirċievi kull ħarġa tar-rivista Stenbaħ! kif ukoll ir-rivista li tmur id f’id magħha It-Torri taʼ l-Għassa.
“Din l-esperjenza ġagħlitni nħossni kburija li jien waħda mix-Xhieda taʼ Jehovah. Għallmitni li għandna ħafna opportunitajiet biex nitkellmu dwar Jehovah.” Edelmira tikkonkludi l-ittra tagħha: “Nixtieq nirringrazzjakom għax-xogħol iebes tagħkom f’li tagħmlu dawn ir-rivisti. Jekk jogħġobkom ibqgħu stampaw l-artikli ‘Ħarsa Lejn id-Dinja’!”