LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 11/8 p. 32
  • Kif Għandhom Jiġu Dixxiplinati t-Tfal?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Għandhom Jiġu Dixxiplinati t-Tfal?
  • Stenbaħ!—2001
Stenbaħ!—2001
g01 11/8 p. 32

Kif Għandhom Jiġu Dixxiplinati t-​Tfal?

“Il-​problemi jinqalgħu meta lit-​tfal jintqalilhom li dak kollu li jagħmlu huwa tajjeb, ikun x’ikun,” tgħid il-​gazzetta tal-​Kanada National Post. Xi ġenituri jemmnu li din l-​attitudni ġġiegħel lit-​tfal ikollhom stima tagħhom infushom. Madankollu, skond il-​psikologu Roy Baumeister, “m’hemm xejn ħażin li t-​tfal ikollhom stima għolja tagħhom infushom basta din tkun ġejja minn affarijiet ġenwini li jkunu ħadmu iebes għalihom biex jiksbuhom, però l-​ġenituri għandhom jiffokaw fuq li jgħallmu lil uliedhom jikkontrollaw lilhom infushom.”

Ġenitur li jibżaʼ jikkoreġi lit-​tifel jew tifla tiegħu meta dawn jagħmlu xi ħaġa ħażina jkun qed jagħmlilhom il-​ħsara. Wara kollox, il-​korrezzjoni hija mod kif wieħed jgħallem. Minħabba f’hekk, din tgħallem lit-​tifel li jagħmel ċerti żbalji kif jevita li jerġaʼ jirrepetihom. M’għandniex xi ngħidu, il-​ġenituri jridu joqogħdu lura milli jagħtu korrezzjoni li tkun ħarxa u estrema għall-​ħażen li jkun sar. (Ġeremija 46:28) Iridu jkunu ċerti li l-​korrezzjoni m’hijiex eċċessiva. Il-​Bibbja tgħid: “Intom, missirijiet, la ddejjqux lil uliedkom, għax inkella jistgħu jaqtgħu qalbhom.”—Kolossin 3:21.

Fil-Bibbja, il-​korrezzjoni hija dejjem marbuta maʼ l-​imħabba u l-​ħlewwa, mhux mar-​rabja u l-​ħruxija. Wieħed li hu tas-​sengħa f’li jagħti l-​pariri għandu jkun “ħlejju maʼ kulħadd, . . . kollu sabar; iwiddeb bil-​ħlewwa lil dawk li ma jaqblux miegħu.” (2 Timotju 2:24, 25) B’hekk, il-​ġenituri m’għandhomx jikkoreġu lit-​tfal u jisfogaw ir-​rabja tagħhom fuqhom x’ħin jitlgħalhom. Il-​Bibbja bl-​ebda mod ma tapprova tattiċi li jistgħu jkunu taʼ ħsara għat-​tfal.

Miljuni taʼ nies madwar id-​dinja bbenefikaw mill-​pubblikazzjoni Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja li fiha 192 paġna. Fost il-​kapitli mimlijin tagħlim insibu “Ħarreġ lit-​Tfal Tiegħek mill-​Infanzja,” u “Għin lill-​Adolexxent Tiegħek Biex Jiffjorixxi.” Biex tikseb kopja tal-​ktieb, jekk jogħġbok imla u ibgħat il-​kupun t’hawn taħt, billi tuża l-​indirizz provdut jew indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista. B’hekk tkun tistaʼ tirċievi suġġerimenti speċifiċi li jistgħu jgħinuk issolvi l-​problemi u jkollok ħajja tal-​familja ferħana kif il-​Ħallieq xtaqha li tkun.

□ Ibagħtuli kopja tal-​ktieb Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja.

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja