LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 12/8 pp. 13-22
  • Tafha t-Tweġiba?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tafha t-Tweġiba?
  • Stenbaħ!—2001
Stenbaħ!—2001
g01 12/8 pp. 13-22

Tafha t-​Tweġiba?

(It-tweġibiet għal dan il-​kwizz jistgħu jinstabu fil-​versi ċitati mill-​Bibbja, u l-​lista sħiħa taʼ tweġibiet hija stampata f’paġna 22. Għal iktar tagħrif, irreferi għall-​pubblikazzjoni “Insight on the Scriptures,” pubblikata mix-​Xhieda taʼ Jehovah.)

1. Skond Pietru, liema affarijiet “jitqabdu kontra r-​ruħ”? 1 Pietru 2:11)

2. Is-​Sultan Nabukodonosor x’irrikonoxxa dwar Jehovah wara li ġie lura f’sensih? (Danjel 4:31, 32 [4:34, 35, NW])

3. Għal liema raġuni Ġesù ma “ħalla lil ħadd mgħobbi b’xi ħaġa jaqsam mit-​tempju”? (Mark 11:16)

4. Is-​Sultan Sanħerib taʼ l-​Assirja liema mħatra għamillu lis-​Sultan Ħeżekija taʼ Ġuda? (2 Slaten 18:23)

5. Ġesù x’inkuraġġixxa li jsir minflok il-​ħalf bl-​addoċċ? (Mattew 5:37)

6. Skond il-​Liġi Mosajka, x’kellu jsir, saħansitra lil qarib viċin, jekk dan jgħawwi lil xi ħadd biex jaqdi allat oħra? (Dewteronomju 13:7-11 [13:6-10, NW])

7. Skond il-​wegħda li Jehovah għamel lil Abraham, kemm kellhom jinstabu nies ġusti biex il-​bliet taʼ Sodoma u Gomorra ma jinqerdux? (Ġenesi 18:32)

8. Kif miet is-​Sultan Sawl? (1 Samwel 31:3, 4)

9. Għużża għala ġie maqtul meta pprova jżomm l-​Arka milli taqaʼ? (Numri 4:15, 19, 20; 2 Samwel 6:6, 7)

10. Liema belt Maċedonjana ġiet imsemmija għall-​alla xemx tal-​Griegi? (Atti 17:1)

11. Liema espressjoni Biblika tindika direzzjoni mil-​lvant? (Apokalissi 16:12, Saydon)

12. Is-​sultan David għal kemm-il sena saltan fuq Iżrael?

13. Fejn kien qiegħed jistrieħ Ġesù meta tkellem mal-​mara Samaritana? (Ġwann 4:6)

14. Għala huwa neċessarju li ‘taħrab it-​tpaċpiċ fieragħ u ħażin [‘li jħassar dak li hu qaddis,’ NW]’? (2 Timotju 2:16)

15. X’kien jisimhom it-​tlett itfal taʼ Noè? (Ġenesi 10:1)

16. Evidentement, mill-​Gadin taʼ ħila kbira li “marru għal maʼ David” fid-​deżert, liema mill-​11 intqal li “kien jiswa daqs elf”? (1 Kronaki 12:8-14, Karm Żammit)

17. Liema kumment taʼ mogħdrija għamel Ġesù meta d-​dixxipli tiegħu ddiżappuntawh billi raqdu fil-​lejla li ġie tradut? (Mark 14:38)

18. Ġesù minn liema linja taʼ sultan Iżraeli ġie? (Rumani 1:3)

19. Liema erbaʼ nisa huma msemmijin b’mod speċifiku bħala li marru fuq il-​qabar taʼ Ġesù biex jidilkuh bil-​fwejjaħ? (Mark 16:1; Luqa 24:10)

It-​Tweġibiet għall-​Kwizz f’paġna 22

1. “Ix-​xewqat tal-​ġisem”

2. Li setegħtu hi setgħa “għal dejjem,” u ħadd ma jistaʼ jżommu milli jwettaq l-​iskop tiegħu

3. Għax kienu qed jużaw il-​bitħa tat-​tempju biex iqassru t-​triq għal partijiet oħra tal-​belt

4. Li jagħtih 2,000 żiemel jekk kien kapaċi jsib rikkieba għal fuqhom

5. “Ħa jkun id-​diskors tagħkom, ‘Iva, iva’, ‘Le, le’”

6. Kellu jiġi maqtul

7. Għaxra

8. Wara li ġie midrub diversi drabi bil-​vleġeġ tal-​Filistin, hu qatel lilu nnifsu billi nxteħet fuq ix-​xabla tiegħu stess

9. Il-​kmand t’Alla kien li fl-​ebda ċirkustanza ma kellha tintmess l-​Arka minn persuna mhux awtorizzata

10. Apollonja

11. “In-​naħa taʼ tlugħ ix-​xemx”

12. 40

13. Ħdejn il-​bir taʼ Ġakobb

14. “Huma se jibqgħu sejrin mill-​ħażin għall-​agħar”

15. Sem, Ħam, u Ġafet

16. Għeser

17. “L-​ispirtu, iva, irid; imma l-​ġisem dgħajjef”

18. David

19. Marija taʼ Magdala, Salomi, Ġwanna u Marija omm Ġakbu

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja