Int Mistieden Se Tkun Hemm?
MISTIEDEN GĦAL XIEX? Għall-iktar laqgħa importanti li ssir kull sena mix-Xhieda taʼ Jehovah—il-kommemorazzjoni tal-mewt taʼ Kristu, ibbażata fuq l-Ikla taʼ Fil-Għaxija tal-Mulej li waqqaf hu. Ir-rakkont taʼ Mattew jgħidilna: “Ġesù ħa l-ħobż f’idejh, qal il-barka, qasmu, newwlu lid-dixxipli u qal: ‘Ħudu, kulu, dan hu [“ifisser,” NW] ġismi.’ Mbagħad ħa l-kalċi f’idejh, radd il-ħajr, newwlilhom il-kalċi u qal: ‘Ixorbu lkoll minnu, għax dan hu [“ifisser,” NW] demmi, id-demm tal-Patt, li jixxerred għall-kotra għall-maħfra tad-dnubiet.’”—Mattew 26:26-28.
Is-sinifikat taʼ dan il-kliem se jiġi spjegat fiċ-ċelebrazzjoni taʼ l-Ikla taʼ Fil-Għaxija tal-Mulej taʼ din is-sena, li se tkun il-Ħamis, 28 taʼ Marzu, wara nżul ix-xemx. Nittamaw li int tkun hemm. Jekk jogħġbok iċċekkja max-Xhieda taʼ Jehovah lokali għall-ħin eżatt u l-post fejn se tinżamm il-laqgħa fil-lokalità tiegħek. Żgur li se tkun milqugħ tajjeb.