LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 4/8 p. 30
  • Mingħand il-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mingħand il-Qarrejja
  • Stenbaħ!—2002
  • Materjal Simili
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2004
Stenbaħ!—2002
g02 4/8 p. 30

Mingħand il-​Qarrejja

Il-​Mibegħda Dan l-​aħħar ġie jżurni ħija. Ma kellix idea li hu kien iqis lilu nnifsu bħala fanatiku. Hu tkellem dwar ir-​razez differenti u b’disprezz esprima l-​istmerrija tiegħu lejhom. Jien xtaqt ngħinu, imma ma kontx naf kif se naqbad nittratta s-​suġġett. Hekk kif rajt il-​ħarġa tat-​8 t’Awissu, 2001 bis-​serje “It-​Tmiem taċ-​Ċiklu tal-​Mibegħda,” kont naf li din kienet it-​tweġiba għat-​talba tiegħi.

L. B., Stati Uniti

Dak li ktibtu kien ħafna iktar milli wieħed jistaʼ jaċċetta. Intom għedtu: “Il-​Bibbja stess tgħid li l-​bnedmin imperfetti jitwieldu b’tendenzi ħżiena u difetti. (Ġenesi 6:5; Dewteronomju 32:5) M’għandniex xi ngħidu, dan il-​kliem japplika għall-​bnedmin kollha.” Imma dawn l-​iskritturi kienu indirizzati lil żewġ gruppi speċjali taʼ nies fi żmien partikulari u f’postijiet partikulari. Bl-​ebda mod ma jistgħu jiġu applikati għall-​bnedmin kollha.

D. C., Repubblika Ċeka

“Stenbaħ!” iwieġeb: Veru, dan il-​kliem kien japplika b’mod partikulari għan-​nies li għexu qabel id-​Dilluvju u għall-​ġens taʼ Iżrael. Madankollu, il-​Bibbja ripetutament tagħmilha ċara li “l-​bnedmin kollha dinbu u ċċaħħdu mill-​glorja taʼ Alla.” (Rumani 3:23; 5:12; Ġob 14:4; Salm 51:7 [51:​5, “NW”]) Għalhekk, l-​Iżraelin u n-​nies li għexu qabel id-​Dilluvju huma kwotati bħala eżempji taʼ imperfezzjoni umana.

It-​Talb Grazzi għall-​artiklu “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . Kif Jistaʼ Jgħinni t-​Talb?” (8 t’Awissu, 2001) Meta naqra kemm it-​talb għen lil ħafna żgħażagħ biex jiffaċċjaw il-​problemi tagħhom jinkuraġġini sabiex niftaħ qalbi iktar maʼ Jehovah.

D. B., Italja

L-​artiklu għenni nirrealizza li għandi bżonn relazzjoni iktar mill-​qrib m’Alla. Fl-​età tiegħi, taʼ 16-il sena, dan huwa diffiċli għall-​aħħar. Hemm ħafna tentazzjonijiet flimkien maʼ pressjoni minn taʼ mpari. Qed naħseb jekk hemmx xi mod kif nistaʼ nakkwista Bibbja.

M. A., Stati Uniti

“Stenbaħ!” iwieġeb: Saru arranġamenti biex ix-​Xhieda taʼ Jehovah jagħmlu żjara lil din il-​qarrejja u jipprovdulha Bibbja.

Jien għoġobni l-​kliem taż-​żagħżugħ Paul, meta qal li talab lil Jehovah għall-​paċi tal-​moħħ. Jien dejjem tlabt lil Jehovah jgħinni nibqaʼ bilanċjata fil-​ħajja tiegħi taʼ kuljum u fid-​deċiżjonijiet li nieħu. Issa rrid nitlob ukoll għall-​paċi tal-​moħħ. Nistgħu nitgħallmu ħafna miż-​żgħażagħ tagħna. Jien għandi 62 sena.

M. P., Awstralja

Il-​Qari tal-​Bibbja Grazzi minn qiegħ qalbi għall-​artiklu “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . Kif Nistaʼ Nagħmel il-​Qari tal-​Bibbja Iktar taʼ Gost?” (8 taʼ Settembru, 2001) Jien għandi 17-il sena u qatt ma rnexxieli nispiċċa naqra l-​Bibbja kollha għax dejjem waqaft fin-​nofs. Xi kultant dan ġara minħabba li kont inkun imħabbta ħafna, u drabi oħra ħassejt li dak li kont qed naqra ma tantx kien se jkun taʼ użu għalija. Imma ż-​żgħażagħ li jissemmew fl-​artiklu qegħdin verament jieħdu pjaċir u jibbenefikaw mill-​qari tagħhom tal-​Bibbja. Dan inkuraġġieni ħafna biex naqraha jien ukoll. Issa rrid nibqaʼ nipprova u ma naqtax qalbi.

Y. T., Ġappun

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja