Ktieb li Jistaʼ Jgħin Jsalva ż-Żwiġijiet
IS-SENA L-OĦRA, waħda mara jisimha Leslie, f’Louisiana, ġewwa l-Istati Uniti taʼ l-Amerika, irċiviet telefonata minn rappreżentanta taʼ l-Università taʼ Tulane. Il-mara li ċemplet qaltilha li l-Università taʼ Tulane, kif ukoll università oħra, kienet qed tagħmel stħarriġ dwar koppji f’Louisiana li għadhom kif iżżewġu.
Wara li qablet li tieħu sehem f’dan l-istħarriġ, il-mara rċiviet kwestjonarju, imlietu, u bagħtitu flimkien maʼ kopja tal-ktieb Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja. Spjegat li hi u r-raġel tagħha kienu Xhieda taʼ Jehovah u li kienu studjaw dan il-ktieb flimkien biex jippreparaw għaż-żwieġ tagħhom.
Ftit tal-ġimgħat wara, id-direttur taʼ dan l-istħarriġ bagħtilha ittra li kienet tgħid: “Aħna fiduċjużi li koppji bħalkom jistgħu jgħallmuna naraw x’nistgħu nagħmlu biex ikollna żwiġijiet li jiffjorixxu u li jkunu b’saħħithom. Il-fatt li ġejtu minn ambjenti daqshekk differenti huwa importanti minħabba li dan taʼ spiss jistaʼ joħloq tensjoni fiż-żwieġ. Imma billi ppreparajtu għall-ħajja miżżewġa, speċjalment permezz taʼ materjal bħall-ktieb li bgħattu, ikun jistaʼ jgħinkom tittrattaw b’suċċess xi differenzi li jistgħu jqumu. U naturalment, li wieħed ikollu bażi tajba tar-reliġjon hija l-iktar ħaġa importanti fiż-żwieġ. It-tnejn li intom fortunati li tistgħu taqsmu flimkien fidi soda u fiduċja li Alla jistaʼ jgħinkom.
“Poġġejt il-kopja tal-ktieb li bgħattuli fuq l-iskrivanija tiegħi fejn kulħadd jistaʼ jaraha, u meta l-istudenti tiegħi jiġu għandi għal xi parir dwar iż-żwieġ, nurihielhom. Qatt ma kont rajtu dan il-ktieb partikulari. Hu tassew meraviljuż.”
Aħna nemmnu li int ukoll se ssib dan il-ktieb taʼ siwi. Jekk tixtieq kopja tiegħu, imla l-kupun t’hawn taħt u ibagħtu fl-indirizz muri fuqu stess jew f’indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista. Se tirċievi suġġerimenti speċifiċi li jistgħu jgħinuk issolvi l-problemi u jkollok ħajja tal-familja hienja bħal dik li l-Ħallieq riedha tkun.
□ Ibagħtuli kopja tal-ktieb Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja.
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.