LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 6/8 p. 30
  • Mingħand il-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mingħand il-Qarrejja
  • Stenbaħ!—2002
  • Materjal Simili
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2002
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2004
Stenbaħ!—2002
g02 6/8 p. 30

Mingħand il-​Qarrejja

Mingħand l-​editur: Is-​serje t’artikli fuq quddiem bit-​titlu “Il-​Ħajja—Taʼ Min Jgħixha!” (8 taʼ Novembru, 2001) qanqlet l-​interess taʼ ħafna qarrejja. Dan iġibilna sodisfazzjon kbir, għax “Stenbaħ!” jipprova jippreżenta informazzjoni prattika u bbażata minn fuq il-​Bibbja li tistaʼ tgħin lin-​nies minn kull nazzjon, razza, u sfond reliġjuż biex ikampaw b’suċċess mal-​problemi taʼ llum.

Jien ilni żmien twil naqra Stenbaħ! imma qatt ma effettwani daqs kemm effettwawni s-​serje t’artikli “Il-​Ħajja—Taʼ Min Jgħixha!” Sena ilu ħassejtni ddisprata għall-​aħħar, u ridt immut. Dawn l-​artikli assigurawni li Alla jifhem id-​dgħjufijiet tiegħi.

S. H., Ġappun

Kont ilni nħossni skuraġġita għall-​aħħar minħabba l-​attakk li sar fuq it-​Twin Towers fi New York. Xi drabi ġewni ħsibijiet taʼ suwiċidju imma qatt ma aċċettajt il-​fatt li kien hemm xi ħaġa mhux normali fija. Jien se nikseb l-​għajnuna li għandi bżonn u nsegwi s-​suġġerimenti mniżżlin fl-​artiklu.

M. M., Stati Uniti

Minħabba li saħħti xejn m’hi tajba, kienu jiġuni ħsibijiet li ntemm ħajti darba għal dejjem. Jien ġieli semmejt xi ħaġa dwar dan, anki b’ċajta, biex nara r-​reazzjoni taʼ l-​oħrajn. Qabiżli d-​dmugħ meta qrajt li Alla dejjem qiegħed hemm lest biex jismagħna u li jimpurtah minna. Din ir-​rivista bidlitli kompletament il-​ħarsa tiegħi lejn il-​ħajja.

T.E.J., Kanada

Ilni snin inbati minn dipressjoni, u reċentement kont qed naħseb serjament li ntemm ħajti. Hekk kif kont lesta biex noħroġ mill-​bieb, ftakart li l-​aħħar artiklu fis-​serje t’artikli fi Stenbaħ! issuġġerixxa li titkellem maʼ xi ħadd. Għalhekk għarraft b’kollox lil żewġi. Dan id-​dewmien żammni lura milli nwettaq dak li kelli f’moħħi. Din is-​serje salvatli ħajti!

M. B., Stati Uniti

Ftit tal-​ġimgħat qabel ma ħarġet din ir-​rivista, sibt ruħi nħares lejn tazza mimlija pilloli taʼ l-​irqad u niffaċċja d-​dilemma spjegata fl-​artiklu: “Niblagħhom jew le?” Ir-​rivista tagħkom tatni d-​determinazzjoni li għandi bżonn biex ngħix. Xi mard jistaʼ jeffettwa l-​moħħ sal-​punt li jġagħalna nirrifjutaw ix-​xewqa li ngħixu, imma kemm tħossok titqanqal meta tara kif Alla saħansitra jieħu interess f’nies li jidhru li tilfu l-​apprezzament għar-​rigal tal-​ħajja.

E. S., Italja

Stajt naqsam din l-​informazzjoni li sibt f’dawn l-​artikli mat-​tabib tiegħi. Għedtlu kemm kont sibthom t’għajnuna. Il-​fatt li nistaʼ nkun ċerta li għandi valur f’għajnejn Alla jqanqalni biex ngħix. Dejjem nitlob biex tibqgħu toħorġu iktar artikli bħal dawn!

J. S., Stati Uniti

Kont naħseb li ħadd ma jistaʼ jifhimni, u bdejt inħoss li kien ikun aħjar li kieku mitt. Iżda, permezz taʼ dawn l-​artikli, stajt niftakar liema kienet l-​iktar ħaġa importanti f’ħajti. Qatt iktar ma se naħseb dwar li rrid immut!

M. M., Ġappun

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja