Tafha t-Tweġiba?
(It-tweġibiet għal dan il-kwizz jistgħu jinstabu fil-versi ċitati mill-Bibbja, u l-lista sħiħa taʼ tweġibiet hija stampata f’paġna 27. Għal iktar tagħrif, irreferi għall-pubblikazzjoni “Insight on the Scriptures,” pubblikata mix-Xhieda taʼ Jehovah.)
1. Fil-ħolma tas-Sultan Nabukodonosor, l-anġlu x’qal li kellu jingħata lis-siġra enormi li ġiet imqaċċta, u dan x’kien ifisser? (Danjel 4:13 [4:16, NW])
2. Sansun x’tahom lill-Filistin waqt il-festa tat-tieġ tiegħu, li iktar tard ipprovdietlu l-opportunità li joqtol 30 Filisti f’Askalon? (Mħallfin 14:12-19)
3. Minħabba liġi li ma setgħetx tinbidel, liema ħakkiem taʼ Babilonja ġie mġiegħel jitfaʼ lil Danjel fil-ħofra taʼ l-iljuni? (Danjel 6:10 [6:9, NW])
4. Is-Sultan Assweru kemm-il uffiċjal tal-palazz bagħat biex iġib lis-Sultana Vasti quddiemu sabiex ikun jistaʼ juri ġmielha? (Ester 1:10)
5. Skond Ġakbu, liema żewġ affarijiet jixtieq Alla f’“reliġjon safja u bla tebgħa”? (Ġakbu 1:27, KŻ)
6. Jekk ilsir Ebrew ma kienx irid jiġi meħlus minn sidu, sidu x’kien mitlub jagħmel? (Eżodu 21:6)
7. Liema żewġ ulied subien taʼ Elijab mit-tribù taʼ Ruben appoġġaw lil Koraħ fl-irvell tiegħu kontra Mosè u Aron? (Numri 16:1-3)
8. L-Iżraelin liema ħaġa li kienet tħassar il-ġilda tagħhom ma setgħux jagħmlu? (Levitiku 19:28)
9. Min kienet omm is-Sultan Ħeżekija? (2 Slaten 18:2; 2 Kronaki 29:1)
10. Skond Salamun, x’għandha ‘kull ħaġa taħt is-semaʼ? (Koħèlet 3:1)
11. Jehovah xi kkmandah jagħmel lil Ġeremija meta s-Sultan Ġeħojakim ħaraq ir-romblu wara li semaʼ d-denunzji li kien fih? (Ġeremija 36:27-32)
12. Min kien magħruf kemm bħala qassis u kemm bħala skriba? (Neħemija 8:9)
13. Ulied Ġakobb għala rrifjutaw it-talba taʼ missierhom biex imorru lura l-Eġittu ħalli jixtru iktar ikel fi żmien il-ġuħ? (Ġenesi 43:1-5)
14. Adam b’liema mod kien magħmul fix-“xbieha taʼ Alla”? (Ġenesi 5:1)
15. Ġesù liema ħaxixa li tfuħ ħafna semma meta rrefera għall-mod skrupluż li bih ħallsu d-dieċmi l-Fariżej li injoraw “dak li hu l-aqwa fil-Liġi”? (Mattew 23:23)
16. Ġeremija kif ittestja l-ubbidjenza tar-Rekabin? (Ġeremija 35:3-6)
17. L-għaxar aħwa taʼ Ġużeppi kif irnexxielhom jidħqu b’Ġakobb billi ġagħluh jemmen li Ġużeppi ġie maqtul minn bhima salvaġġa? (Ġenesi 37:31-33)
18. Minkejja li x’uħud setgħu kienu akbar minnu, min hu l-iktar ġgant famuż imsemmi fil-Bibbja? (1 Samwel 17:4)
19. Mosè fuq liema muntanja miet wara li ra l-Art Imwiegħda? (Dewteronomju 32:49, 50)
20. It-tabernaklu u t-tempji li nbnew iktar tard, lejn liema naħa kienu jħarsu? (Numri 3:38)
Tweġibiet għall-Kwizz f’paġna 27
1. “Qalb taʼ bhima.” Li Nabukodonosor kellu jiġġennen u jaġixxi qisu bhima
2. Ħaġa moħġaġa
3. Dariju
4. Sebgħa
5. “Iżżur l-iltiema u r-romol fil-hemm tagħhom, u li żżomm lilek innifsek bla tebgħa mid-dinja”
6. Iġibu ħdejn il-bieb jew mal-ġenb tal-bieb u “jtaqqablu widintu b’xifa”
7. Datan u Abiram
8. Tatù
9. Abija, jew Abi fil-qasir
10. ‘Għandha żmienha’
11. Biex jikteb wieħed ġdid u saħansitra itwal
12. Esdra
13. Dak li kien jikkmanda fl-Eġittu kien qalilhom li ma kellhomx jerġgħu lura jekk ma jkollhomx magħhom lil ħuhom iż-żgħir, Benjamin
14. Hu kellu fakultajiet mentali u abbiltajiet li kienu ferm superjuri għal dawk tal-ħlejjaq l-oħra kollha, bħal ngħidu aħna, l-attributi divini u sens taʼ moralità
15. Nagħniegħ
16. Hu poġġa l-inbid quddiemhom u qalilhom biex jixorbuh u dan kien kontra l-kmand li ngħata lil missirijiethom
17. Huma ċappsu l-libsa twila taʼ Ġużeppi bid-demm taʼ gidi u ħaduha għand Ġakobb
18. Gulija
19. Nebu
20. Lvant