LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 11/8 p. 32
  • ‘X’Aktarx li Salvali Ħajti!’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘X’Aktarx li Salvali Ħajti!’
  • Stenbaħ!—2002
Stenbaħ!—2002
g02 11/8 p. 32

‘X’Aktarx li Salvali Ħajti!’

“MA TANTX tajt kas is-​sintomi li bdejt inħoss,” spjega Claus, li kien ilu jbati bi qtugħ taʼ nifs għal xi ftit ġimgħat. Imma mbagħad ġrat xi ħaġa li ġagħlitu jbiddel il-​mod taʼ ħsieb tiegħu.

“Jien inżomm kopji taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! li ġew pubblikati ftit taż-​żmien ilu fuq il-​komodina taʼ ħdejn is-​sodda,” jgħid Claus. “Lejla minnhom qbadt il-​ħarġa taʼ l-​Awake! tat-​22 taʼ Marzu, 2001, u x’ħin ftaħtha ġie quddiemi l-​artiklu ‘The Marvels of the Circulatory System’ (Il-Meravilji tas-​Sistema taċ-​Ċirkulazzjoni). Wara li qrajt l-​artiklu rrealizzajt li s-​sintomi li bdejt inħoss kienu dawk t’anġina.”

Fi żmien qasir, Claus għamel xi testijiet mediċi fil-​klinika tal-​lokal, u dawn kixfu li kellu l-​arterji tal-​qalb misdudin. Il-​medikazzjoni bdiet mingħajr telf taʼ żmien. It-​tabib qal lil Claus li kien tassew fortunat, għax li kieku ma ħax il-​kura neċessarja għall-​kundizzjoni tiegħu setaʼ jagħtih attakk tal-​qalb li setaʼ jkun fatali. Claus kiteb lill-​pubblikaturi taʼ din ir-​rivista: “Stenbaħ! x’aktarx li salvali ħajti!”

Stenbaħ! jagħmel iktar milli jitkellem dwar il-​meravilji tal-​ħolqien bħalma hu l-​ġisem tal-​bniedem. L-​iskop taʼ Stenbaħ! huwa preżentat f’paġna 4 taʼ din ir-​rivista: “L-​iktar importanti, din ir-​rivista tibni fiduċja fil-​wegħda tal-​Ħallieq għal dinja ġdida mimlija paċi u sigurtà.”

Fi qbil maʼ dan l-​iskop, ġie provdut il-​browxer bl-​isem X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja? Kif Tistaʼ Ssibu? Tistaʼ titlob kopja billi timla l-​kupun t’hawnhekk u tibagħtu fl-​indirizz muri fuq il-​kupun jew f’indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Ibagħtuli kopja tal-​browxer X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja? Kif Tistaʼ Ssibu?

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja