Parir Għaqli għaż-Żgħażagħ
Waqt li kien qed joffri r-rivisti ħdejn qorti f’Kalifornja, l-Istati Uniti, Bill, wieħed mix-Xhieda taʼ Jehovah, ġie avviċinat minn raġel li talbu jara r-rivisti kollha taʼ Stenbaħ! li Bill kellu miegħu. Bill jirrakkonta: “Ftit qabel xi pubblikaturi fil-kongregazzjoni kienu tawni xi rivisti qodma, allura stajt nurih varjetà kbira minnhom.
“Ir-raġel malajr għażel mir-rivisti u ġabar dawk li kien għadu ma qarax. Hu staqsa jekk setax jieħu r-rivisti kollha li kien għażel. Introduċa lilu nnifsu bħala ħaddiem tat-tribunal tal-kontea u qal li kien jieħu ħsieb xi żgħażagħ bi problemi billi jagħtihom il-pariri. Hu spjega li kien jieħu Stenbaħ! biex b’hekk setaʼ jagħmel kopja taʼ l-artikli ‘Iż-Żgħażagħ Jistaqsu.’ Imbagħad kien jagħmel l-artikli skond is-suġġett tagħhom u jpoġġihom ġo fajl. Kien iħallihom disponibbli biex iqassamhom liż-żgħażagħ li kien jgħin permezz tal-pariri li kien jagħtihom. Ir-raġel qal: ‘Is-suġġetti li fihom jinkludu problemi komuni li qed inikktu liż-żgħażagħ illum.’ Hu faħħar lix-Xhieda taʼ Jehovah għall-informazzjoni tant utli li jippubblikaw biex jgħinu liż-żgħażagħ. Hu żied jgħid li kien se jkun qiegħed ifittixni fil-ġimgħat taʼ wara ħalli jieħu xi rivisti ġodda taʼ Stenbaħ! li setaʼ jkolli.”
Ħafna mill-informazzjoni pubblikata fis-serje “Iż-Żgħażagħ Jistaqsu” tidher fil-ktieb Iż-Żgħażagħ Jistaqsu—Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom. Int tistaʼ tikseb kopja taʼ dan il-ktieb taʼ 320 paġna, billi timla l-kupun t’hawnhekk u tibagħtu fl-indirizz provdut mal-kupun jew fl-indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.
□ Nixtieq nirċievi kopja tal-ktieb Iż-Żgħażagħ Jistaqsu—Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom.
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.