LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g03 6/8 pp. 12-20
  • Tafha t-Tweġiba?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tafha t-Tweġiba?
  • Stenbaħ!—2003
Stenbaħ!—2003
g03 6/8 pp. 12-20

Tafha t-​Tweġiba?

(It-tweġibiet għal dan il-​kwizz jistgħu jinstabu fil-​versi ċitati mill-​Bibbja, u l-​lista sħiħa tat-​tweġibiet hija stampata f’paġna 20. Għal iktar informazzjoni, irreferi għall-​pubblikazzjoni “Insight on the Scriptures,” pubblikata mix-​Xhieda taʼ Jehovah.)

1. Meta ‘kien qiegħed ifittex biex jeħodha mal-​Filistin,’ Sansun lil min għażel biex tkun martu? (Mħallfin 14:​1-4)

2. Bħalma spjega Ġesù, jekk wieħed ikun qaddej t’Alla, lil min ma jistax jaqdi fl-​istess ħin? (Luqa 16:13)

3. Liema antenat tal-​Messija sar ir-​raġel taʼ Rut? (Rut 4:13)

4. Liema pronunzja taʼ l-​isem divin jippreferu l-​biċċa l-​kbira mill-​istudjużi Lhud?

5. Minħabba l-​ħażen estrem taʼ Ġeżabel, Jehovah x’bassar minn qabel dwarha? (1 Slaten 21:23)

6. Abraham għal liema raġuni xtara l-​għar taʼ Makfela minn “ulied Ħet”? (Ġenesi 23:​19, 20)

7. Liema espressjoni, li oriġinalment tfisser li xxammar libsa għall-​attività fiżika, hija użata fl-​Iskrittura biex tindika preparazzjoni ħalli nħabirku għal attività mentali u spiritwali? (Ġob 38:3)

8. Liema tifel taʼ Adam u Eva twieled meta Adam kellu 130 sena? (Ġenesi 5:3)

9. Iżrael, minħabba d-​dnub taʼ min sofra telfa maʼ Għaj? (Ġożwè 7:20)

10. X’kien jisimha l-​kuruna li kienu jużaw fil-​bidu? (2 Slaten 11:​12, NW)

11. Ladarba Marija ma kellhiex biżżejjed flus biex toffri ħaruf bħala sagrifiċċju wara t-​twelid taʼ Ġesù, il-​Liġi x’kienet tħalliha toffri minflok? (Luqa 2:24)

12. Pawlu kif identifika lilu nnifsu fil-​biċċa l-​kbira mill-​ittri ispirati li kiteb? (Efesin 1:1)

13. Meta pprova jġiegħel lil-​Lhud iċedu, iż-​żebliħ tas-​Sultan Assirjan Sanħerib għala kien mimli stmerrija għal Ħeżekija? (Isaija 36:​14, 15, 18-20)

14. Fejn kien l-​appostlu Pawlu meta rċieva s-​sejħa: “Ejja l-​Maċedonja u għinna”? (Atti 16:​8, 9)

15. Il-​veġġent Ħanani għala ċanfar lis-​Sultan twajjeb Asa taʼ Ġuda wara li kien qeda lealment għal snin sħaħ? (2 Kronaki 16:7)

16. Skond Ġesù, wieħed għal kemm żmien għandu jibqaʼ jżomm sħiħ biex ikun jistaʼ jsalva? (Mark 13:13)

Tweġibiet għall-​Kwizz f’paġna 20

1. Mara Filistija minn Timna

2. Il-​flus

3. Bogħaż

4. Yahweh

5. “Lil Ġeżabel għad jikluha l-​klieb”

6. Biex jużah bħala post għad-​dfin għal martu, Sara

7. “Ħażżem bħal qalbieni ġenbejk”

8. Set

9. Għakan

10. Dijadema

11. “Par gamiem jew żewġ bċieċen”

12. Bħala appostlu taʼ Kristu Ġesù

13. Għax Sanħerib ftaħar li Jehovah kien bla qawwa, bħalma wrew li kienu l-​allat taʼ l-​artijiet li kien diġà rebaħ qabel

14. Fi Troas, fil-​port taʼ l-​Asja Minuri

15. Minħabba li f’dak iż-​żmien, għal xi raġuni li mhix magħrufa, is-​Sultan Asa daħal f’alleanza mas-​sultan tas-​Sirja minflok ma straħ fuq Jehovah

16. “Sa l-​aħħar”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja