LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 2/8 p. 32
  • Kemm Huma Kapaċi Jitgħallmu t-Tfal Tiegħek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kemm Huma Kapaċi Jitgħallmu t-Tfal Tiegħek?
  • Stenbaħ!—2004
Stenbaħ!—2004
g04 2/8 p. 32

Kemm Huma Kapaċi Jitgħallmu t-​Tfal Tiegħek?

Il-​kbar taʼ spiss ma jindunawx kemm it-​tfal kapaċi jitgħallmu. Madankollu, it-​tfal ġeneralment jitgħallmu lingwa ġdida iżjed malajr mill-​ġenituri tagħhom. Sakemm ikollhom erbaʼ snin, xi tfal ikunu jitkellmu b’żewġ lingwi jew iktar. Is-​sena l-​oħra, Rhonda, mara minn Auburn, f’Washington, l-​Istati Uniti, li kienet tiddubita kemm it-​tfal kapaċi jitgħallmu, kitbet: “Grazzi talli ħallejtuni nammetti li verament kont żbaljata.”

Rhonda spjegat li kienet qrat esperjenza fil-​ħarġa tat-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Novembru, 1988, ir-​rivista l-​oħra tagħna, u qalet: “F’paġna 8, kien hemm kumment minn omm tifel t’erbaʼ snin u nofs li qalet li meta kienet qed taqralu mill-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja u waqfet għal ftit, it-​tifel tagħha kompla l-​istorja kelma b’kelma. Hi żiedet li kien tgħallem bl-​amment l-​ewwel 33 storja tal-​ktieb, inkluż l-​ismijiet diffiċli tal-​postijiet u tan-​nies. Irrid nammetti li dakinhar kont naħseb li dan kien impossibbli. Fil-​fatt kont żbaljata. Issa jien omm tifla t’erbaʼ snin li hi stess tgħallmet bl-​amment ħafna mill-​istejjer fil-​ktieb Stejjer mill-​Bibbja.”

X’għamilt int biex tinkuraġġixxi lit-​tfal tiegħek jitgħallmu? Tistaʼ titlob kopja tal-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja, ktieb taʼ 256 paġna b’116-il storja dwar nies u ġrajjiet fil-​Bibbja. Sempliċement imla l-​kupun t’hawnhekk u ibagħtu fl-​indirizz muri fuq il-​kupun jew f’indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Mingħajr ebda rbit nitlob kopja tal-​ktieb Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja?

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja