LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 7/8 p. 3
  • Il-Ferħ u l-Isfidi taʼ l-Adoloxxenza

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ferħ u l-Isfidi taʼ l-Adoloxxenza
  • Stenbaħ!—2004
  • Materjal Simili
  • L-Adoloxxenza Preparazzjoni Biex Isiru Adulti
    Stenbaħ!—2011
  • Nippreparaw l-Adoloxxenti Biex Isiru Adulti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Meta l-Adoloxxent Tiegħek Jibda Jiddubita mit-Twemmin Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Paġna 2
    Stenbaħ!—2004
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2004
g04 7/8 p. 3

Il-​Ferħ u l-​Isfidi taʼ l-​Adoloxxenza

L-​ADOLOXXENZA tistaʼ tkun żmien meraviljuż fil-​ħajja. Tabilħaqq, ħafna adoloxxenti hekk iħarsu lejha. U ħafna adulti għandhom memorji sbieħ taʼ l-​adoloxxenza tagħhom.

Fl-istess ħin, irridu nammettu li qed ngħixu fi “żmien iebes” u kritiku. (2 Timotju 3:1) Dan żied il-​pressjoni fuq iż-​żgħażagħ, pressjoni differenti minn dik li kellhom jiffaċċjaw il-​ġenerazzjonijiet taʼ qabilhom. Forsi għalhekk li Sabrina Solin Weill, editriċi esekuttiva taʼ rivista għall-​adoloxxenti, tiddeskrivi l-​esperjenza tagħhom bħala waħda mimlija sfidi. Tixbah lil xi ħadd miexi fuq ħabel imdendel fl-​arja u m’għandu xejn taħtu biex jilqgħu jekk jaqaʼ. Tabilħaqq, f’dan il-​perijodu mqalleb tal-​ħajja l-​adoloxxenti jistgħu jħossuhom bla grazzja, ansjużi, u mħawdin. Weill tikteb: “Fiż-​żmien taʼ ħajjithom fejn la huma tfal u lanqas adulti, l-​adoloxxenti jridu jiffaċċjaw l-​iktar aspetti diffiċli tat-​tfulija u tal-​ħajja taʼ l-​adulti.”

Jekk int adoloxxenti, kif tistaʼ tkampa maʼ l-​isfidi li tiffaċċja? Jekk int il-​ġenitur taʼ adoloxxenti, kif tistaʼ tiġi megħjun tiftakar kemm kienu diffiċli dawn is-​snin għalik u b’hekk tifhem aħjar minn xiex għaddej ibnek jew bintek? F’din is-​serje t’artikli nistiednu kemm liż-​żgħażagħ u kemm lill-​adulti biex jagħtu ħarsa iktar mill-​qrib lejn l-​adoloxxenza. Dan se jgħin liż-​żgħażagħ mhux biss ikampaw iżda wkoll jirnexxu fl-​adoloxxenza tagħhom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja