LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 10/8 p. 31
  • Wirja taʼ Dawl minn Ħlejjaq Taħt il-Baħar

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Wirja taʼ Dawl minn Ħlejjaq Taħt il-Baħar
  • Stenbaħ!—2004
  • Materjal Simili
  • Kif Jeffettwawk il-Kuluri
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • “Dawl Perfett”
    Stenbaħ!—2002
  • Mostri Kbar tal-Ibħra Fondi
    Stenbaħ!—2010
  • Iċ-Ċelluli Ħomor Tiegħek—X’Meravilja!
    Stenbaħ!—2006
Stenbaħ!—2004
g04 10/8 p. 31

Wirja taʼ Dawl minn Ħlejjaq Taħt il-​Baħar

Hu u jgħum taħt ix-​xifer tal-​blat, wieħed bugħaddas ra siċċa twila 60 ċentimetru li kienet imdendla fin-​nofs taʼ daħla fil-​blat u bilkemm setaʼ jinduna biha għax kienet bidlet il-​kulur tagħha fi blu fil-​griż bħall-​isfond taʼ madwarha biex ma tingħarafx. Meta l-​bugħaddas resaq qrib, is-​siċċa bidlet il-​kulur tagħha f’aħmar skur ileqq. Meta resaq lura, inbidlet fil-​kulur oriġinali tagħha. Qatt ħsibt dwar kif dawn il-​molluski tant sbieħ jibdlu l-​kulur tagħhom—xi ħaġa li għandhom komuni maʼ ċerti speċi taʼ qarnit u klamari?

Is-sigriet jinsab fil-​kromatofori, tip taʼ ċelluli li għandhom fil-​ġilda u li bihom jistgħu jibdlu l-​kulur tagħhom. In-​nervituri jikkaġunaw ġbid fil-​muskoli li jirregolaw id-​daqs taċ-​ċelluli, u b’hekk iġagħlu lil din il-​ħlejqa tibdel il-​kulur tagħha u toħloq disinji differenti taʼ kuluri.

Barra milli jikkontrollaw il-​kulur, ħafna speċi taʼ klamari jipproduċu wkoll id-​dawl tagħhom stess. Dan huwa l-​istess bħalma jagħmel il-​firefly, xorta taʼ farfett li jarmi d-​dawl bħal musbieħ il-​lejl. Dan it-​tip taʼ dawl li jitfgħu, magħruf aħjar bħala bijofosforexxenza, jinsab f’ħafna ħlejjaq oħra tal-​baħar bħall-​bram u l-​gambli, u jirriżulta minn reazzjonijiet kimiċi kumplessi f’ċelluli msejħin photocytes jew minn organi msejħin photophores. Jistaʼ jirriżulta wkoll minn attività taʼ batterji dawwala li jgħixu f’dawn il-​ħlejjaq.

Fil-każ li semmejna qabel, iċ-​ċelluli u l-​organi li jitfgħu d-​dawl għandhom kimika jisimha luciferin li tirreaġixxi maʼ l-​ossiġnu meta jkun hemm tip t’enzima partikulari, u joħolqu dawl li ġeneralment ikun blu fl-​aħdar. Ftit mill-​organi li jixegħlu, jgħid il-​ġurnal Scientific American, “għandhom apparat elaborat li għandu lenti li tiffoka, filter tal-​kulur, jew speċi taʼ għatu li jinfetaħ u jingħalaq. Dan iservi bħala swiċċ li jitfi u jixgħel. Il-​klamari li għandhom kemm il-​photophores u kemm il-​kromatofori fil-​ġilda tagħhom jistgħu jikkontrollaw kemm il-​kulur u kemm il-​qawwa tad-​dawl li jipproduċu.”

Il-ħlejjaq li jiddu billi jużaw il-​batterji li jitfgħu d-​dawl jakkomodaw lil dawn il-​batterji f’organi speċjali tad-​dawl li għandhom provvista abbundanti taʼ demm. Id-​demm iġorr in-​nutriment lill-​batterji, u b’hekk jitħallas “il-​kont taʼ l-​elettriku.”

[Sorsi taʼ l-​Istampa f’paġna 31]

Inset: Courtesy Jeffrey Jeffords/www.divegallery.com

© David Nicholson/Lepus/Photo Researchers, Inc.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja