Tafha t-Tweġiba?
(Tistaʼ ssib it-tweġibiet għal dan il-kwizz fil-versi ċitati mill-Bibbja, u l-lista sħiħa tat-tweġibiet hija stampata hawn taħt. Għal iktar informazzjoni, irreferi għall-pubblikazzjoni “Insight on the Scriptures,” pubblikata mix-Xhieda taʼ Ġeħova.)
1. Għalkemm Ġuda kellu f’moħħu li jikteb lil ħutu Kristjani dwar is-salvazzjoni li lkoll kellhom komuni bejniethom, minflok x’kien hemm bżonn li jagħmel? (Ġuda 3)
2. Kleofa u sieħbu kienu fi triqithom lejn liema raħal meta ngħaqad magħhom Ġesù Kristu f’ġisem materjali? (Luqa 24:13-32)
3. Skond ir-rakkont Bibliku, l-Għaxar Kmandamenti b’liema mezz inkitbu fuq żewġ twavel tal-ġebel? (Eżodu 31:18)
4. Il-“ħafna nisa barranin” li żżewweġ Salamun u li ‘dawrulu qalbu għal wara allat oħra,’ taʼ liema nazzjonalitajiet kienu? (1 Slaten 11:1, 4)
5. Minkejja l-ħafna mirakli li għamel Ġesù, ħutu liema ħaġa kienu qed jonqsu li jagħmlu? (Ġwanni 7:5)
6. Għalkemm tnejn minn ulied is-Sultan David, Absalom u Adonija, f’okkażjonijiet differenti kkonfoffaw biex jiħdulu t-tron, liema wieħed kien kważi rnexxielu? (2 Samwel 16:15-22; 1 Slaten 1:9-11, 38-53)
7. Kemm kien jiżen is-silġ simboliku li waqaʼ meta s-sebaʼ anġlu ferraʼ l-bieqja tiegħu tal-korla t’Alla? (Rivelazzjoni 16:21)
8. L-Iskrittura x’tirrikjedi li jagħmlu dawk tal-kongregazzjoni meta xi membru jiġi mkeċċi? (1 Korintin 5:11)
9. F’viżjoni li kellu, Eżekjel ra lil nisa Ebrej apostati jibku lil liema alla falz? (Eżekjel 8:14)
10. Agur, il-kittieb taʼ Proverbji kapitlu 30, għala talab li ma jingħatax “la faqar u lanqas għana”? (Proverbji 30:8, 9)
11. Liema sinjal ngħata lil Ħeżekija biex jiżgurah li Ġeħova kien se jfejqu u kien se jiddefendi lil Ġerusalemm mill-Assirjani? (Isaija 38:5-8)
12. X’għamel is-Samaritan li aġixxa taʼ ġâr tajjeb għal dak ir-raġel imsawwat u mitluq għal mejjet li sab fi triqtu lejn Ġeriko? (Luqa 10:34)
13. X’kien jilbes fuq rasu l-qassis il-kbir taʼ Iżrael? (Eżodu 28:37)
14. F’żewġ okkażjonijiet, Abraham għala qal li Sara kienet oħtu? (Ġenesi 12:19; 20:2)
15. X’kienu l-ismijiet tal-muntanji fejn kellhom jiġu mlissna l-barkiet li jiġu mill-ħarsien tal-Liġi t’Alla u s-saħtiet li jiġu jekk din ma tiġix imħarsa? (Dewteronomju 11:29)
16. Minn liema belt kien Sawl, l-ewwel sultan taʼ Iżrael? (1 Samwel 10:24-26)
17. X’kien jismu s-sultan li tefaʼ lil Danjel fil-ħofra taʼ l-iljuni? (Danjel 6:10, 17 [6:9, 16, NW])
Tweġibiet tal-Kwizz
1. Biex iħeġġiġhom ‘jiġġieldu bl-aħrax għall-fidi’
2. Għemmaws
3. “Bis-sabaʼ taʼ Alla”
4. “Minn Mowab, minn Għammon, minn Edom, minn Sidon, u minn fost il-Ħittin”
5. “Jeżerċitaw il-fidi”
6. Absalom
7. Talent (madwar 20.4 kilo)
8. Biex ma jkollhomx kuntatt soċjali maʼ l-individwu
9. Tammuż
10. Sabiex ma jkunx minfuħ bih innifsu u jiċħad lil Ġeħova jew jisraq u jkasbar l-isem t’Alla
11. Id-dell tax-xemx resaq lura għaxar tarġiet fuq it-taraġ taʼ Aħaż
12. Dewwielu u nfaxxalu l-ġrieħi, ħadu f’lukanda, u ħa ħsiebu
13. Turbant
14. Peress li Sara kienet mara sabiħa, Abraham beżaʼ li Fargħun u s-Sultan Abimelek joqtluh sabiex jiħduha b’marthom
15. Il-Muntanja Gariżim (barkiet); il-Muntanja Għebal (saħtiet)
16. Gibgħa
17. Dariju