Meta jmut xi tifel
◼ Il-mewt taʼ tifel jew tifla hija trawmatika għal dawk li jibqgħu ħajjin, speċjalment għall-ġenituri. Omm li binha taʼ 16-il sena miet bil-ħruq f’inċident traġiku qalet imnikkta: “Alla ma jħalliniex immutu minflok it-tfal tagħna, lanqas ma jħallina mmutu magħhom.”
Madankollu, ma kinitx bla tama, bħalma spjegat hi stess: “Alla wriena l-verità dwar il-mewt, u din iżżomm lili u lil żewġi milli nimtlew bl-imrar jew niġġennu.” Hi rrikonoxxiet li “ma kienx Alla tagħna li għamel hekk lit-tifel tagħna, u l-iskop Tiegħu hu li jirxoxta lill-mejtin f’ġenna taʼ l-art. F’moħħna nistgħu naraw lit-tifel tagħna ħaj, f’saħħtu u ferħan, fost il-ħbieb u l-familja tiegħu.”
Xorta waħda, anki dawk b’tama soda fil-wegħda t’Alla taʼ l-irxoxt għandhom bżonn il-faraġ li din l-omm aċċettat bil-gratitudni mingħand ħafna ħbieb. Hi qalet: “Ħafna mill-ħsibijiet Skritturali u atti taʼ qalb tajba li ntwerejna ġew mill-browxer Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut. Aħna ħeġġiġna lil kulmin kien magħna biex jaqrah sabiex ikun jistaʼ jifhimna aħjar, kif ukoll jifhem in-niket li se nkomplu nħossu.”
Forsi int jew xi ħadd li taf jistaʼ wkoll jikseb faraġ billi jaqra l-browxer Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut. Tistaʼ tibgħat għal kopja billi timla l-kupun t’hawnhekk u tibagħtu fl-indirizz muri fuq il-kupun jew f’indirizz adattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-rivista.CT100
□ Mingħajr ebda obbligu, nixtieqkom tibagħtuli kopja tal-browxer Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut.
□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-Bibbja fid-dar bla ħlas.