LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 7/10 p. 29
  • Il-Munqar tal-Għasfur taʼ San Martin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Munqar tal-Għasfur taʼ San Martin
  • Stenbaħ!—2010
  • Materjal Simili
  • Werrej
    Stenbaħ!—2010
  • L-Itwal Triq fid-Dinja li Tgħaddi minn ġo Mina
    Stenbaħ!—2002
  • Tara int il-​bżonn biex tħarreġ oħrajn?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
Stenbaħ!—2010
g 7/10 p. 29

Ġie Disinjat?

Il-​Munqar tal-​Għasfur taʼ San Martin

● Peress li tivvjaġġa b’veloċità taʼ kważi 300 kilometru fis-​siegħa, il-​ferrovija Ġappuniża taʼ veloċità kbira hi waħda mill-​iktar ferroviji li tiġri fid-​dinja. Sa ċertu punt, is-​suċċess tagħha hu grazzi għal għasfur żgħir—l-​għasfur taʼ San Martin. Għala?

Ikkunsidra: Biex ifittex ikla delizzjuża, l-​għasfur taʼ San Martin jistaʼ jogħdos mingħajr ma jtajjar ħafna ilma. Dan il-​fatt interessa lil Eiji Nakatsu, inġinier li mexxa l-​provi tal-​ferrovija taʼ veloċità kbira. Hu ħaseb dwar kif l-​għasfur taʼ San Martin jadatta ruħu b’ħeffa kbira mill-​arja b’reżistenza baxxa għall-​ilma b’reżistenza għolja. Kien importanti li tinstab it-​tweġiba biex tissolva problema partikulari li kellha din il-​ferrovija. “Meta ferrovija tidħol b’ħeffa kbira ġo mina dejqa,” jispjega Nakatsu, “din tiġġenera mewġ tal-​pressjoni tal-​arja li bil-​mod il-​mod jikber f’mewġ kbir ħafna. Dan jasal sal-​ħruġ tal-​mina bil-​veloċità tal-​ħoss, u jiġġenera mewġ bi frekwenza baxxa li jipproduċi ħoss kbir u vibrazzjoni ajrudinamika tant qawwija li residenti li jgħixu 400 metru ’l bogħod ilmentaw mal-​awtoritajiet.”

Ittieħdet id-​deċiżjoni li l-​parti taʼ quddiem tal-​ferrovija taʼ veloċità kbira tiġi disinjata fuq il-​munqar tal-​għasfur taʼ San Martin. X’kien ir-​riżultat? Din il-​ferrovija issa tivvjaġġa b’veloċità t’10 fil-​mija iktar u taħli 15 fil-​mija inqas enerġija. Iżjed minn hekk, il-​pressjoni tal-​arja li tipproduċi l-​ferrovija tnaqqset bi 30 fil-​mija. B’hekk, m’hemmx ħoss kbir hekk kif il-​ferrovija tgħaddi minn ġo mina.

Int X’Taħseb? Il-​munqar tal-​għasfur taʼ San Martin ġie b’kumbinazzjoni? Jew ġie disinjat?

[Sors tal-istampa f’paġna 29]

Għasfur taʼ San Martin jogħdos: Woodfall/Photoshot; ferrovija taʼ veloċità kbira: AP Photo/Kyodo

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja