“Ibqaʼ Qrib taʼ Ġeħova!”
Konvenzjoni Distrettwali tax-Xhieda taʼ Ġeħova
● Eluf minn dawn il-konvenzjonijiet taʼ tlett ijiem, li għandhom jibdew fl-Istati Uniti fi tmiem il-ġimgħa taʼ bejn il-21 u t-23 taʼ Mejju, se jsiru wkoll madwar id-dinja fix-xhur taʼ wara. Fl-Istati Uniti, is-sessjonijiet se jibdew kuljum fid-9:20 taʼ filgħodu b’introduzzjoni mużikali. It-tema tal-Ġimgħa, ibbażata fuq Salm 73:28, hija “Li Nersaq Qrib Alla Huwa Tajjeb Għalija.” Wara t-taħdita taċ-chairman se jkun hemm it-taħditiet “Il-Konvenzjonijiet Jgħinuna Nibqgħu Qrib taʼ Ġeħova” u “‘L-Iben Lest li Jirrivelah.’” Imbagħad fis-serje taʼ taħditiet “Imita lil Dawk li Baqgħu Qrib Ġeħova” se jiġi kunsidrat kif Abraham, Rut, Ħeżekija, u Marija għamlu dan. Il-programm taʼ filgħodu se jikkonkludi bit-taħdita prinċipali, “Kif Ġeħova Jersaq Qrib Lejna.”
L-ewwel taħdita li se ssir il-Ġimgħa waranofsinhar hija “Tweġibiet Għal Mistoqsijiet Dwar Ġeħova,” segwita mit-taħditiet “Ħalli d-Dixxiplina taʼ Ġeħova Ssawrek” u “Qatt ‘Tagħdab Kontra Ġeħova.’” Imbagħad se jkun hemm is-serje taʼ ħames taħditiet “Il-Komunikazzjoni Tgħin lill-Familji Jibqgħu Qrib taʼ Ġeħova.” Dawn huma intitolati: “Ġeħova, Dak li Jikkomunika bl-Aħjar Mod,” “Irġiel, Ikkomunikaw maʼ Martkom!,” “Nisa, Ikkomunikaw maʼ Żwieġkom!,” “Ġenituri, Ikkomunikaw maʼ Wliedkom!,” u “Tfal, Ikkomunikaw mal-Ġenituri Tagħkom!” Is-sessjoni taʼ waranofsinhar se tikkonkludi bit-taħdita “Il-Ħolqien Jirrivela lill-‘Alla l-Ħaj’!”
It-tema tas-Sibt hija “Hu Għandu Relazzjoni Intima mar-Retti,” ibbażata fuq Proverbji 3:32. Is-serje taʼ ħames taħditiet “Għin lin-Nies ‘Jerġgħu Jitħabbu m’Alla’” se tinkludi t-taħditiet “Imbegħdin Minn Alla u bla Tama,” “Hu ‘Staqsiehom,’” “Wettaq l-Irwol Tiegħek Bħala Assistent fix-Xogħol tal-Evanġelizzar,” “Irbaħhom b’Kondotta Tajba,” u “Ippersevera fil-Ministeru b’Mod Żeluż.” Wara t-taħditiet “Is-Servizz Full-Time Jsaħħaħ ir-Relazzjoni Tiegħek maʼ Ġeħova” u “Għal Dawk li Jħobbu lil Ġeħova, M’Hemm Ebda Tfixkil,” is-sessjoni se tikkonkludi bit-taħdita tal-magħmudija, imbagħad dawk li jikkwalifikaw se jingħataw l-opportunità biex jitgħammdu.
Fil-programm tas-Sibt waranofsinhar se tiġi kunsidrata serje taʼ tmien taħditiet, “Tħalli Xejn Ibiegħdek Minn Ġeħova”—“L-Isforzi Sottili taʼ Satana,” “Il-Kburija,” “Il-Flus,” “Is-Saħħa,” “Il-Karriera,” “Ir-Rikreazzjoni,” “Il-Familja,” u “It-Teknoloġija.” Wara se jkun hemm drama speċjali bis-sawnd biss intitolata “Taqtax Qalbek Meta Jikkoreġik Ġeħova!” Is-sessjoni għal dan il-jum se tispiċċa bit-taħdita “Ibqaʼ Qrib taʼ Ġeħova, Bħalma Għamel Ġeremija.”
It-tema tal-Ħadd, ibbażata fuq Ġożwè 23:8, hija “Ma’ Ġeħova . . . Għandkom Tibqgħu Mqabbdin.” Wara l-għanja u t-talba taʼ filgħodu, fis-serje taʼ taħditiet “Napprezzaw il-Personalità taʼ Ġeħova li Tiġbidna Lejh” se nirrivedu tmienja minn dawn il-kwalitajiet—“Avviċinabbli,” “Juri Empatija,” “Japprezza,” “Ġeneruż,” “Imparzjali,” “Jaħfer,” “Raġunevoli,” u “Leali.” Wara se jkun hemm it-taħdita pubblika “Kif Tistaʼ Tersaq Qrib Lejn Alla?” Is-sessjoni taʼ filgħodu se tikkonkludi bl-Istudju tat-Torri tal-Għassa taʼ kull ġimgħa fil-qosor.
Xi ħaġa speċjali l-Ħadd waranofsinhar hija d-drama bil-kostum li se tiħodna lura fl-ewwel seklu. Din hi dwar il-ħarba tal-Kristjani minn Ġerusalemm, u ġġib it-titlu “‘Imxi bil-Fidi u Mhux b’Dak li Jaraw Għajnejk.’” Wara d-drama, il-konvenzjoni se tikkonkludi bit-taħdita “Ibqaʼ ‘fil-Post Sigriet taʼ l-Iktar Għoli.’”
Ippjana minn issa biex tattendi. Sabiex issib l-eqreb post għalik, ikkuntattja s-Sala tas-Saltna lokali tax-Xhieda taʼ Ġeħova jew ikteb lil min jippubblika din ir-rivista.
www.watchtower.org