LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/11 pp. 16-17
  • Il-Proċess Meraviljuż tat-Twelid

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Proċess Meraviljuż tat-Twelid
  • Stenbaħ!—2011
  • Materjal Simili
  • Il-Ħajja—Għotja Mingħand Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Stenbaħ!—2011
g 4/11 pp. 16-17

Il-​Proċess Meraviljuż tat-​Twelid

SA FL-​AĦĦAR l-​istennija taʼ disaʼ xhur għaddiet, u t-​tarbija tant mixtieqa waslet biex titwieled.a L-​għonq tal-​utru tal-​omm li qed tistenna tarbija baqaʼ magħluq sew, u b’hekk il-​fetus inżamm protett fil-​ġuf. Imma issa l-​għonq tal-​utru tagħha jirqaq, jirtab, u jinfetaħ. B’hekk, jibda l-​miraklu tat-​twelid.

X’hemm wara l-​proċess meraviljuż tat-​twelid? Mid-​diversi fatturi involuti, tnejn huma speċjalment tal-​għaġeb. L-​ewwel, jiżdied l-​ossitosin, ormon li l-​moħħ jipproduċi. Kemm l-​irġiel kif ukoll in-​nisa jipproduċu din is-​sustanza, imma l-​omm tqila jkollha kwantità kbira minnha meta jibda l-​uġigħ tal-​ħlas, u din iġġiegħel l-​għonq tal-​utru jinfetaħ u jkun hemm ġbid fl-​utru.

Hu misteru kif il-​glandola pitwitarja tal-​omm li qed tistenna tarbija tkun taf meta għandha tibda żżid il-​produzzjoni taʼ dan l-​ormon. Il-​ktieb Incredible Voyage—Exploring the Human Body jistqarr: “B’xi mod, moħħha jinduna li għalaq iż-​żmien tat-​tqala u li wasal il-​ħin biex il-​muskoli b’saħħithom tal-​utru . . . jibdew ix-​xogħol qasir iżda erojku tagħhom.”

It-​tieni fattur involut f’dan il-​proċess hu l-​irwol tal-​plaċenta (is-​sekonda), li ma tibqax tipproduċi proġesteron. Matul it-​tqala, il-​proġesteron ma ħalliex li jkun hemm uġigħ qawwi (contractions). Imma issa, mingħajr ir-​restrizzjoni tal-​proġesteron, fl-​utru jibda jkun hemm il-​ġbid. Ġeneralment, bejn wieħed u ieħor wara 8 sigħat u 13-​il siegħa taʼ wġigħ tal-​ħlas, it-​tarbija tiġi imbottata ’l barra mill-​għonq tal-​utru rilassat u miftuħ. Wara, toħroġ ukoll il-​plaċenta.

Issa, it-​tarbija li jkun għadha kif twieldet trid tadatta ruħha malajr għal kundizzjonijiet ġodda tal-​ħajja, li huma differenti ferm minn dawk fil-​ġuf t’ommha. Pereżempju, waqt li kienet fil-​ġuf, il-​pulmuni tal-​fetus kienu mimlijin fluwidu tal-​borqom (amniotic), li ġie imbottat ’il barra meta t-​tarbija għaddiet minn ġol-​passaġġ tat-​twelid. Issa, il-​pulmuni jridu jimtlew bl-​arja biex tibda tieħu n-​nifs, li l-​bidu tiegħu ġeneralment jiġi indikat bl-​ewwel bikja. Bidliet drastiċi jseħħu wkoll fil-​qalb u fil-​bqija tas-​sistema ċirkulatorja. Kavità li tgħaqqad iż-​żewġ atriji tal-​qalb u vina li tgħaddi minn ħdejn iċ-​ċirkulazzjoni tal-​pulmun jingħalqu, sabiex id-​demm jgħaddi minn ġol-​pulmuni, u b’hekk id-​demm ikun jistaʼ jassorbi l-​ossiġnu. Verament hu tal-​iskantament kif it-​tarbija tadatta ruħha għad-​dinja taʼ barra daqshekk malajr.

Il-​proċess kollu kemm hu tal-​uġigħ tal-​ħlas u tat-​twelid ifakkarna fil-​kliem tal-​Bibbja: “Għal kollox hemm żmien stabbilit; iva, kull ħaġa taħt is-​smewwiet għandha waqtha.” Dan jinkludi “żmien għat-​twelid.” (Ekkleżjasti 3:1, 2) Żgur li se taqbel li din is-​serje taʼ ġrajjiet bijokimiċi u fiżiċi, li jseħħu fi ftit sigħat biss, jippontaw b’mod elokwenti lejn id-​disinn min-​naħa tal-​Ħallieq tagħna, li l-​Bibbja ssejjaħlu “s-​sors tal-​ħajja.”—Salm 36:9; Ekkleżjasti 11:5.

[Nota taʼ taħt]

a Iż-​żmien tat-​tqala ġeneralment idum bejn 37 u 42 ġimgħa.

[Dijagramma/Stampi f’paġni 16, 17]

Il-​Proċess tat-​Twelid

1 Il-​pożizzjoni tal-​fetus qabel l-​uġigħ tal-​ħlas

2 Il-​moviment tal-​fetus lejn il-​passaġġ tat-​twelid

3 Il-​ftuħ tal-​għonq tal-​utru

4 Joħroġ il-​fetus

[Dijagramma]

(Għall-formazzjoni sħiħa tat-test, ara pubblikazzjoni)

1

plaċenta

vaġina

għonq tal-​utru

2

3

4

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja