LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/14 pp. 14-15
  • Żjara fl-Italja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żjara fl-Italja
  • Stenbaħ!—2014
Stenbaħ!—2014
g 1/14 pp. 14-15
Il-​kosta tal-​Italja

PAJJIŻI U POPLI

Żjara fl-​Italja

Mappa tal-​Italja

L-​ITALJA hija pajjiż taʼ kuntrasti—minn xtut twal sa katini taʼ muntanji mħarbtin; minn sjuf jikwu fin-​Nofsinhar għal xtiewi inġazzati fit-​Tramuntana. Hija wkoll pajjiż vulkaniku, iżda ftit vulkani biss—bħalma huma Stromboli u l-​Muntanja Etna—huma attivi.

L-​Italja hija waħda mill-​iktar pajjiżi fl-​Ewropa miżgħudin bin-​nies. Għaddiet minn taħt idejn ħafna popli, inkluż l-​Għarab, il-​Biżantini, il-​Griegi, in-​Normanni, u l-​Feniċi.

Turisti jagħmlu dawra bil-​gondola

It-​turisti jagħmlu dawra bil-​gondola li tgħaddi mill-​ħafna kanali taʼ Venezja

Il-​pajjiż hu mogħni b’teżori storiċi u artistiċi. Fdalijiet tal-​qedem Griegi u Rumani jew arkitettura Barokka u taʼ żmien ir-​Rinaxximent qegħdin bħallikieku jiddandnu f’ħafna mill-​bliet kbar u żgħar tal-​Italja. Xogħlijiet taʼ pittura, statwi tal-​irħam, u funtani jagħtu l-​krettu tagħhom lil artisti bħal Bernini, Michelangelo, u Raphael.

L-​ikel hu xi ħaġa importanti fil-​ħajja taʼ kuljum u ħafna drawwiet huma marbutin mat-​tisjir lokali. L-​għaġin spiss jingħata bħala l-​ewwel platt, u wara jisserva laħam jew ħut bil-​ħaxix. Iż-​żejt taż-​żebbuġa jintuża bl-​abbundanza għax jiġi prodott hemmhekk fuq skala kbira. Il-​pizza u r-​risotto huma żewġ platti Taljani popolari.

Platt għaġin

L-​għaġin hu ikel bażiku tal-​kċina Taljana

It-​Taljani magħrufin li huma dħulin, ospitabbli, u soċjevoli. Huma jħobbu jaqbdu diskursati m’oħrajn, allura huwa komuni li tara n-​nies iparlaw fil-​pjazez jew mitlufin f’xi diskursata vivaċi waqt xi passiġġata.

Il-​biċċa l-​kbira mill-​popolazzjoni tal-​Italja jgħidu li huma Kattoliċi Rumani, imma ftit imorru l-​knisja regolarment. Jintqal li l-​influwenza tal-​knisja battiet fl-​aħħar għaxriet taʼ snin. Dan għaliex in-​nies injoraw regoli li ilhom żmien twil stabbiliti dwar l-​abort u d-​divorzju.

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova sejrin tajjeb fl-​Italja. Huma magħrufin sew li jgħallmu l-​Bibbja bħala parti mill-​ministeru pubbliku tagħhom, kif ukoll li jgħixu skont il-​prinċipji tagħha. Hemm iktar minn 3,000 kongregazzjoni tax-​Xhieda taʼ Ġeħova madwar il-​pajjiż, u ħafna minn dawn il-​kongregazzjonijiet qed jilħqu lil nies li jitkellmu b’lingwi oħrajn minbarra t-​Taljan. Il-​bżonn għal tagħlim mill-​Bibbja b’lingwi barranin jidher mill-​fatt li matul perijodu reċenti t’għaxar snin, in-​numru tan-​nies barranin fl-​Italja ttriplika.

Il-​Muntanji Dolomiti

Id-​Dolomiti, katina taʼ muntanji fil-​Grigal tal-​Italja

KONT TAF?

Għalkemm il-​Belt tal-​Vatikan qiegħda f’Ruma, ilha pajjiż indipendenti sa mill-​1929, u b’hekk titqies bħala art barranija miċ-​ċittadini tal-​Italja.

FATTI INTERESSANTI

  • Popolazzjoni: 61,000,000

  • Belt kapitali: Ruma

  • Klima: Mediterranja fin-​Nofsinhar, bi xtiewi moderati u sjuf twal u sħan; bħal tal-​muntanji fit-​Tramuntana, bi xtiewi kesħin

  • Pajjiż: Fil-​biċċa l-​kbira muntanjuż, b’kosta taʼ kważi 7,500 kilometru

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja