LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 3/14 p. 16
  • Ġilda tas-serp

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġilda tas-serp
  • Stenbaħ!—2014
  • Materjal Simili
  • Is-Serp tar-Ram Aħmar
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Il-Ġilda Tiegħek—“Sur taʼ Belt”
    Stenbaħ!—2004
  • Dmugħ fi Flixkun tal-Ġild
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Stenbaħ!—2014
g 3/14 p. 16
Serp tielaʼ maʼ siġra

ĠIET DISINJATA?

Il-​ġilda tas-​serp

MINĦABBA li jitkaxkru mingħajr saqajn, is-​sriep għandhom bżonn ġilda b’saħħitha li tistaʼ tiflaħ għal tħakkik kontinwu. Xi speċi minnhom jitilgħu maʼ zkuk taʼ siġar li ma jkunux lixxi, filwaqt li oħrajn jidħlu taħt ramel li jobrox. X’jagħmel lill-​ġilda tas-​serp daqshekk reżistenti?

Ikkunsidra: Il-​ġilda tas-​sriep tistaʼ tvarja fil-​ħxuna u l-​għamla minn speċi għall-​oħra. Madankollu, il-​ġilda taʼ sriep differenti għandha xi ħaġa komuni: Hi tkun iebsa minn barra u bil-​mod il-​mod tirtab iżjed ’il ġewwa. Dan għala hu taʼ vantaġġ? “Materjal li jkun iebes minn barra u gradwalment jirtab iżjed ’il ġewwa jistaʼ jifrex l-​effett taʼ daqqa fuq erja ikbar,” tgħid ir-​riċerkatriċi Marie-​Christin Klein. L-​għamla unika tal-​ġilda tas-​serp tippermetti li jkun hemm dik il-​qabda meħtieġa bejnu u l-​art biex ikun jistaʼ jiċċaqlaq, u fl-​istess ħin tqassam l-​istess ammont taʼ pressjoni li tiġi minn ġebel ippontat biex ikun hemm inqas ħsara lill-​ġilda. Huwa importanti li l-​ġilda tas-​serp isservih kemm jistaʼ jkun ladarba s-​sriep normalment jibdluha kull xahrejn jew tliet xhur biss.

Affarijiet li jkun fihom il-​kwalitajiet misjubin fil-​ġilda tas-​serp jistgħu jkunu utli fil-​qasam tal-​mediċina—pereżempju, biex isiru partijiet artifiċjali tal-​ġisem li ma jkunux jiżolqu u li jservu ħafna iktar. Ukoll, makkinarju li għandu x’jaqsam mal-​conveyor belts u li jixbah l-​għamla tal-​ġilda tas-​serp għandu mnejn ikollu inqas bżonn lubrikanti li jniġġsu.

Int x’taħseb? Il-​ġilda tas-​serp ġiet bl-​evoluzzjoni? Jew ġiet disinjata?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja