LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 7/14 pp. 10-11
  • Żjara fl-Irlanda

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żjara fl-Irlanda
  • Stenbaħ!—2014
Stenbaħ!—2014
g 7/14 pp. 10-11
Il-kosta tal-Irlanda

PAJJIŻI U POPLI | L-IRLANDA

Żjara fl-Irlanda

Mappa tar-Repubblika tal-Irlanda u tal-Irlanda taʼ Fuq

L-IRLANDA hi magħmula minn żewġ pajjiżi: l-ikbar wieħed hu r-Repubblika tal-Irlanda li hu indipendenti, u l-ieħor hu l-Irlanda taʼ Fuq, li hu parti mir-Renju Unit.

Giant’s Causeway

Giant’s Causeway

L-Irlanda hi magħrufa bħala l-“Emerald Isle” (jiġifieri gżira tal-iżmerald) għax tagħmel ħafna xita, u b’hekk hemm ħafna ħdura. L-għadajjar u x-xmajjar mill-isbaħ flimkien mal-irdum u l-għoljiet żgħar ikomplu jsebbħuha.

Dar b’saqaf tat-tiben

Dar b’saqaf tat-tiben

L-Irlandiżi ssaportew ħafna diffikultajiet. Pereżempju, xi wħud jikkalkulaw li bejn wieħed u ieħor mill-1845 sal-1851, mietu xi miljun ruħ bil-ġuħ u l-mard li kien hemm minħabba li l-għelieqi tal-patata ġew impestati b’fungu. Biex jevitaw il-faqar kbir li waqaʼ fil-pajjiż, ħafna emigraw lejn pajjiżi bħall-Awstralja, il-Britannja, l-Istati Uniti, u l-Kanada. Illum, hemm xi 35 miljun Amerikan li għandhom dixxendenza Irlandiża.

L-Irlandiżi huma magħrufin għall-qalb tajba u l-ospitalità li juru. Xi wħud mill-passatempi favoriti tagħhom huma: horse riding u sports bħal cricket, rugby, futbol, u futbol Irlandiż. In-nisa b’mod partikulari jħobbu l-isport imsejjaħ camogie, li hu simili għal field hockey.

Barra minn hekk, in-nies tal-Irlanda jħobbu jitkellmu man-nies u jitgħaxxqu bil-mużika. Iż-żfin Irlandiż huwa magħruf mad-dinja kollha. Iż-żeffiena jżommu l-parti taʼ fuq taʼ ġisimhom dritt dritt waqt li jagħmlu passi mgħaġġlin u preċiżi.

Band Irlandiża

Band Irlandiża

Ilhom ’il fuq minn 100 sena x-Xhieda taʼ Ġeħova fl-Irlanda. Bħalissa, hemm iktar minn 6,000 Xhud li qegħdin jgħixu hemm u li huma attivi f’li jgħallmu l-Bibbja.

1. l-arpa Irlandiża; 2. il-bagpipes Irlandiżi; 3. il-vjolin; 4. l-organett; 5. il-flawt tal-landa; 6. il-bodhran (tambur)

Mużika tradizzjonali Irlandiża tuża strumenti bħal dawn murijin hawn fuq, mix-xellug għal-lemin: l-arpa Irlandiża, il-bagpipes Irlandiżi, il-vjolin, l-organett, il-flawt tal-landa, u l-bodhran (tanbur).

KONT TAF?

Il-Giant’s Causeway, li jinsab lejn it-Tramuntana tal-Irlanda taʼ Fuq, fih eluf taʼ kolonni tal-bażalt li fformaw meta l-lava mdewba kesħet hekk kif messet mal-baħar.

FATTI INTERESSANTI

  • Popolazzjoni: Xi 4.5 miljun fir-Repubblika; xi 1.8 miljun fl-Irlanda taʼ Fuq

  • Bliet kapitali: Dublin fir-Repubblika; Belfast fl-Irlanda taʼ Fuq

  • Lingwi: Irlandiż u Ingliż

  • Klima: Moderata u spiss bix-xita

  • Reliġjonijiet prinċipali: Il-maġġorparti fir-Repubblika huma Kattoliċi; fl-Irlanda taʼ Fuq huma Protestanti u Kattoliċi

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja