LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g16 Nru. 6 p. 3
  • Il-​mard—Kif tistaʼ tnaqqas ir-riskju?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-​mard—Kif tistaʼ tnaqqas ir-riskju?
  • Stenbaħ!—2016
  • Materjal Simili
  • Il-Battalja Kontra l-Mard u l-Mewt—Qiegħda Tiġi Mirbuħa?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Ipproteġi lilek innifsek mill-​mard
    Stenbaħ!—2016
Stenbaħ!—2016
g16 Nru. 6 p. 3

SUĠĠETT PRINĊIPALI

Il-mard—Kif tistaʼ tnaqqas ir-riskju?

Il-​ġisem tiegħek qed jiġġieled kuljum kontra għedewwa silenzjużi u li ma jidhrux imma li jistgħu joqtluk. Affarijiet bħal batterji, viruses, u parassiti jpoġġu f’periklu lis-​saħħa tiegħek.a Aktarx m’intix konxju taʼ dawn il-​battalji minħabba li s-​sistema tal-​immunità tiegħek twarrab jew teqred il-​maġġorparti minnhom qabel ma tibda tara s-​sintomi. Però, kultant, il-​mikrobi ħżiena jmarrduna. F’dak il-​każ, ikollok bżonn issaħħaħ l-​immunità tiegħek b’mediċina u bi trattamenti oħra.

Diversi affarijiet li jġibu l-​mard, inkluż l-​ivvjaġġar, organiżmi żgħar, faqar, u ikel mhux preparat kif suppost

Għal eluf taʼ snin, in-​nies ma kienu jafu kważi xejn dwar il-​periklu li jiġi minn organiżmi żgħar li jagħmlu ħsara u li xi wħud minnhom hemm bżonn mikroskopju biex tarahom. Madankollu, meta xjenzjati tas-​seklu 19 ikkonfermaw ir-​rabta li hemm bejn il-​mikrobi u l-​mard, sirna armati aħjar biex niddefendu lilna nfusna. Minn dakinhar ’l hawn, riċerkaturi tal-​mediċina neħħew jew naqqsu sew it-​theddid taʼ xi mard li jittieħed, inkluż il-​ġidri u l-​poljo. Madankollu, dan l-​aħħar, mard ieħor bħad-​deni tas-​suffejra u d-​dengue (marda li tikkaġuna wġigħ fl-​għekiesi), reġgħu tfaċċaw. Għala? Ikkunsidra dan li ġej:

  • Kull sena, miljuni taʼ nies jivvjaġġaw madwar id-​dinja u spiss ikollhom mikrobi li jagħmlu l-​ħsara. Artiklu fil-​gazzetta Clinical Infectious Diseases jirrapporta li peress li n-​nies jivvjaġġaw bl-​ajru fi ftit ħin, mingħajr ma jkunu jafu jkunu qed ixerrdu mard li jittieħed minn pajjiż għal ieħor.

  • Ħafna antibijotiċi m’għadhomx effettivi biex jiġġieldu ċerti batterji. Minħabba f’hekk, l-​Organizzazzjoni Dinjija tas-​Saħħa tgħid li d-​dinja miexja lejn żmien fejn l-​infezzjonijiet komuni jistgħu jerġgħu joqtlu.

  • L-​inkwiet ċivili u l-​faqar spiss ifixklu l-​isforzi li jagħmel il-​gvern biex jikkontrolla l-​mard milli jinfirex.

  • Ħafna nies għandhom nuqqas taʼ għarfien bażiku dwar kif jevitaw il-​mard.

Minkejja dawn l-​affarijiet li huma inkwetanti, hemm ħafna x’tistaʼ tagħmel biex tipproteġi lilek innifsek u l-​familja tiegħek. Dan li ġej juri li, anki jekk qed tgħix f’pajjiż li qed jiżviluppa, hemm metodi sempliċi u effettivi li tistaʼ tagħmel.

a Ħafna mill-​mikrobi ma jmarrdux. Din is-​serje t’artikli tiffoka fuq mikro-​organiżmi u mikrobi oħra li jinfettaw u li jpoġġu f’periklu lil saħħtek.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja