LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g21 Nru. 3 pp. 8-9
  • X’Ma Jistgħux Iwieġbu x-Xjentisti

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Ma Jistgħux Iwieġbu x-Xjentisti
  • Stenbaħ!—2021
  • Materjal Simili
  • Embrijologu jispjega t-twemmin tiegħu
    Stenbaħ!—2016
  • Il-Ħallieq Jistaʼ Jagħti Iktar Sinjifikat lil Ħajtek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Il-ħajja kif bdiet?
    Iktar Suġġetti
  • Il-Ħajja Kif Bdiet?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2021
g21 Nru. 3 pp. 8-9
Teacher tas-science jitkellem maʼ xi studenti.

X’Ma Jistgħux Iwieġbu x-​Xjentisti

Ix-​xjentisti studjaw kważi kull ħaġa li jafu fl-​univers. Imma xorta hemm ħafna mistoqsijiet importanti li ma jistgħux iwieġbu.

Ix-​xjentisti jafu minn fejn bdew l-​univers u l-​ħajja li hemm fih? Le. Xi nies jaħsbu li x-​xjentisti li jistudjaw l-​univers jafu minn fejn ġie. Imma Marcelo Gleiser, professur tal-​astronomija f’Dartmouth College, jaħseb differenti. Hu ma jemminx b’Alla imma xorta jgħid: “Għadna lanqas biss bdejna nifhmu minn fejn ġie l-​univers.”

Artiklu fil-​magazine Science News jgħid xi ħaġa simili dwar kif bdiet il-​ħajja. Dan qal: “Jistaʼ jkun impossibbli li nkunu nafu eżatt kif bdiet il-​ħajja fid-​dinja. Ħafna mill-​ġebel u l-​fossili li jistgħu juruna x’ġara fil-​bidu tad-​dinja ilhom li nqerdu.” Allura, nistgħu naraw li x-​xjentisti għadhom ma jistgħux iwieġbu l-​mistoqsija: Kif beda l-​univers u l-​ħajja li hemm fih?

Forsi ġieli ħsibt, ‘Jekk fid-​dinja kollox ġie ddisinjat, min iddisinjah?’ Imbagħad jaf issaqsi, ‘Jekk jeżisti Ħallieq intelliġenti u jimpurtah minna, għala jħalli lin-​nies li ħalaq ibatu? Għala hawn ħafna reliġjonijiet differenti? Hu għala jħalli lin-​nies li jħobbuh jagħmlu ħafna affarijiet ħżiena?’

Ix-​xjenza ma tistax twieġeb dawn il-​mistoqsijiet. Imma dan ma jfissirx li ma tistax issib tweġibiet li jagħmlu sens. Ħafna sabu dawn it-​tweġibiet fil-​Bibbja.

Xi xjentisti ddeċidew li jistudjaw il-​Bibbja. Jekk tixtieq tara għala jemmnu f’Ħallieq, mur fuq jw.org u fis-serje ta’ vidjows fittex “Fehmiet Dwar l-Oriġini tal-Ħajja.

Ix-​xjenza u l-​Bibbja kkonvinċewhom

Georgiy N. Koidan, studjuż tal-​kimika

“Fix-​xogħol tiegħi, jiena nħallat kimiki differenti biex nagħmel molecules. Trid taħseb ħafna minn qabel bħal meta tilgħab chess. Jekk tinsa tagħmel xi ħaġa, jistaʼ jkollok terġaʼ tibda mill-​bidu. Ix-​xogħol tiegħi hu kkumplikat, imma hu sempliċi meta tqabblu maʼ x’jiġri f’ċellula ħajja. F’ċellula jkun hemm eluf taʼ chemical reactions biex jagħmlu molecules ikkumplikati. Għalhekk, jien nemmen li bilfors li hemm Ħallieq li jaf iżjed minna dwar il-​kimika.

“Meta studjajt il-​Bibbja, rajt li mhijiex ktieb normali. Il-​Bibbja tlestiet kważi 2,000 sena ilu, imma li hemm miktub fiha għadu jgħinna sal-​lum. Dak li tgħid dwar kif insolvu l-​problemi fil-​familja, ix-​xogħol, u mal-​oħrajn, jaħdem. Jien rajt li pariri tajbin bħal dawn bilfors jiġu minn xi ħadd iżjed intelliġenti minna.”

Yan-​Der Hsuuw, embryologist

“Biex jikber l-​embryo, iċ-​ċelluli kollha jridu jaħdmu flimkien biex jinbidlu f’nervituri, muskoli, għadam, demm, u affarijiet oħra biex tifforma tarbija. Għadna ma nistgħux nifhmu eżatt kif dawn iċ-​ċelluli jsiru embryo. Għalija, il-​ħajja bilfors ġiet iddisinjata minn xi ħadd intelliġenti.

“Il-​mod kif Salm 139:15, 16 jiddeskrivi kif jikber embryo f’żaqq l-​omm, hu simili ħafna taʼ xi skoprew ix-​xjentisti f’dawn l-​aħħar snin. Kif setgħet xi ħaġa fid-​dettall bħal dik tinkiteb mijiet taʼ snin ilu? Bilfors li l-​Ħallieq qalha lil min kitibha.”

Ara l-​vidjow Rocío Picado Herrero: A Chemistry Teacher Explains Her Faith. Fittex it-​titlu tal-​vidjow fuq jw.org.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja